RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021

11.5.2020 - (COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD)) - ***I

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Elsi Katainen


Proċedura : 2019/0254(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0101/2020

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021

(COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0581),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0162/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ...[1],

 wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ..., [2],

 wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-26 ta' Frar 2020[3],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0101/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Kummissjoni pproponiet li torbot il-PAK mal-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("mudell ta' implimentazzjoni"). Skont il-qafas legali l-ġdid, l-Unjoni trid tistabbilixxi l-parametri bażiċi tal-politika, bħall-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi, filwaqt li l-Istati Membri jridu jerfgħu responsabbiltà akbar fir-rigward ta’ kif jilħqu l-objettivi u jiksbu l-miri. Għalhekk, l-Istati Membri jridu jfasslu Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, li jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni u implimentati mill-Istati Membri.

(2) Il-Kummissjoni pproponiet li torbot il-PAK mal-implimentazzjoni tal-prestazzjoni ("mudell ta' implimentazzjoni"). Skont il-qafas legali l-ġdid, l-Unjoni għandha tistabbilixxi l-parametri tal-politika, bħall-objettivi tal-PAK u r-rekwiżiti bażiċi. Huwa essenzjali li jkun hemm qafas tal-Unjoni b'saħħtu sabiex jiġi żgurat li l-PAK tibqa' politika komuni u biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi. L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll responsabbiltà akbar rigward kif jilħqu l-objettivi u jiksbu l-miri. Għalhekk, l-Istati Membri jridu jfasslu Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, ibbażati fuq analiżi ex ante u valutazzjoni tal-ħtiġijiet, li jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni u implimentati mill-Istati Membri.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Bil-ħsieb tar-riforma li jmiss tal-PAK, u filwaqt li jitqiesu l-ambizzjonijiet il-ġodda spjegati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew"), jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu aktar il-miżuri agroambjentali fis-seħħ u dawk relatati mal-klima u kwalunkwe għodda oħra li tista' tgħin lill-bdiewa fl-isforzi tagħhom lejn tranżizzjoni ekoloġika.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil1a, il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li żied miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

 

__________________

 

1a P8_TA(2018)0449.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-proċedura leġiżlattiva ma ġietx konkluża fil-ħin biex tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħejju l-elementi kollha meħtieġa biex japplikaw il-qafas legali l-ġdid u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-1 ta' Jannar 2021, kif kien propost inizjalment mill-Kummissjoni.

(3) Il-proċedura leġiżlattiva ma ġietx konkluża fil-ħin biex tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħejju l-elementi kollha meħtieġa biex japplikaw il-qafas legali l-ġdid u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-1 ta' Jannar 2021, kif kien propost inizjalment mill-Kummissjoni. Dak id-dewmien joħloq inċertezza u riskji għall-bdiewa u għas-settur agrikolu kollu kemm hu. Sabiex titnaqqas dik l-inċertezza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-kontinwità tal-applikazzjoni tar-regoli attwali u l-kontinwità l-pagamenti lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra, u b’hekk joħloq prevedibbiltà u stabbiltà matul il-perjodu tranżitorju sad-data tal-applikazzjoni tal-qafas legali l-ġdid ("perjodu tranżitorju").

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-kontinwità u l-prevedibbiltà tal-appoġġ lill-bdiewa permezz tal-PAK huma essenzjali għall-istabbiltà tas-settur agrikolu kif ukoll biex il-vitalità taż-żoni u tar-reġjuni rurali tinżamm kif inhi, u qed jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ambjentali.

Emenda  6

 

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li jista' jingħata appoġġ lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħrajn mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-2021, l-Unjoni jenħtieġ li tkompli tagħti tali appoġġ għal sena oħra skont il-kundizzjonijiet tal-qafas legali eżistenti, li jkopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. Il-qafas legali eżistenti huwa stipulat b'mod partikolari fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/20137, (UE) Nru 1305/20138, (UE) Nru 1306/20139, (UE) Nru 1307/201310, (UE) Nru 1308/201311, (UE) Nru 228/201312 u (UE) Nru 229/201313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni minn skemi ta' appoġġ eżistenti għall-qafas legali l-ġdid li jkopri l-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2022, jenħtieġ li jiġu stipulati regoli li jirregolaw kif ċertu appoġġ mogħti fuq bażi pluriennali se jiġi integrat fil-qafas legali l-ġdid.

(4) Għalhekk, sabiex jiġi żgurat li jista' jingħata appoġġ lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-2021 u, fejn applikabbli, fl-2022, l-Unjoni jenħtieġ li tkompli tagħti tali appoġġ għal sena oħra jew, fejn applikabbli, għal sentejn oħra skont il-kundizzjonijiet tal-qafas legali eżistenti, li jkopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dak l-appoġġ lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra jibqa' jingħata mingħajr interruzzjoni matul dak il-perjodu tranżitorju. Il-qafas legali eżistenti huwa stipulat b'mod partikolari fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/20137, (UE) Nru 1305/20138, (UE) Nru 1306/20139, (UE) Nru 1307/201310, (UE) Nru 1308/201311, (UE) Nru 228/201312 u (UE) Nru 229/201313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni minn skemi ta' appoġġ eżistenti għall-qafas legali l-ġdid li kien ippjanat li jkopri l-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2022, jenħtieġ li jiġu stipulati regoli li jirregolaw kif ċertu appoġġ mogħti fuq bażi pluriennali se jiġi integrat fil-qafas legali l-ġdid.

__________________

__________________

7 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

7 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

8 Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

9 Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

9 Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

10 Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

10 Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

11 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

11 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

12 Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

12 Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

13 Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

13 Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

Emenda  7

 

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jagħti lill-Istati Membri żmien biżżejjed biex iħejju il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali rispettivi tagħhom dwar il-PAK, kif ukoll l-istrutturi amministrattivi meħtieġa biex il-qafas legali l-ġdid jiġi implimentat b'suċċess. Jenħtieġ li dan ma jiskoraġġixxix lill-Istati Membri milli jippreżentaw il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali rispettivi tagħhom fil-ħin. Jenħtieġ li l-pjanijiet strateġiċi kollha tal-PAK ikunu lesti biex jidħlu fis-seħħ ladarba jintemm il-perjodu tranżitorju. Dan jipprovdi l-istabbiltà u ċ-ċertezza li tant hemm bżonnhom għas-settur tal-biedja.

Emenda  8

 

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Sabiex jirnexxilhom jimmodernizzaw u jissimplifikaw il-PAK b'suċċess, u sabiex jikkontribwixxu għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u għall-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkonsultaw b'mod estensiv lill-bdiewa u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha waqt il-preparazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-Istati Membri rigward il-PAK. Jenħtieġ li l-ħidma preparatorja fuq l-iżvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri titwettaq mingħajr dewmien ħalli l-benefiċjarji jiġu żgurati tranżizzjoni mingħajr xkiel għal perjodu ta' programmazzjoni ġdid.

Emenda  9

 

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fid-dawl tal-fatt li l-Unjoni jenħtieġ li tkompli tappoġġja l-iżvilupp rurali fl-2021, l-Istati Membri, li juru r-riskju li jispiċċawlhom il-fondi u li ma jkunux jistgħu jwettqu impenji legali ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom jew uħud mill-programmi ta' żvilupp rurali reġjonali tagħhom appoġġjati mill-FAEŻR sal-31 ta' Diċembru 2021 u li jiffinanzjaw dawn il-programmi estiżi mill-allokazzjoni baġitarja korrispondenti għas-sena 2021. Il-programmi estiżi jenħtieġ li jkollhom l-għan li jżommu tal-anqas l-istess livell ġenerali ta' ambizzjoni ambjentali u klimatika.

(5) Fid-dawl tal-fatt li l-Unjoni jenħtieġ li tkompli tappoġġja l-iżvilupp rurali tul il-perjodu tranżitorju kollu kemm hu, l-Istati Membri, li juru r-riskju li jispiċċawlhom il-fondi u li ma jkunux jistgħu jwettqu impenji legali ġodda għall-miżuri kollha jew għal uħud minnhom u n-nefqa riżultanti skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom jew uħud mill-programmi ta' żvilupp rurali reġjonali tagħhom appoġġjati mill-FAEŻR tul il-perjodu tranżitorju kollu kemm hu u li jiffinanzjaw dawn il-programmi estiżi mill-allokazzjoni baġitarja għas-snin korrispondenti. Il-programmi estiżi jenħtieġ li jkollhom l-għan li jżommu tal-anqas l-istess livell ġenerali ta' ambizzjoni ambjentali u klimatika, u b'hekk ikollhom bżonn tal-anqas l-istess perċentwal tan-nefqa tal-FAEŻR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 59(6) ta' dak ir-Regolament.

Emenda  10

 

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Peress li ċerti Stati Membri jista' jkun għad għandhom fondi pprovduti mill-Unjoni fis-snin ta' qabel, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li ma jestendux il-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom jew li ma jestendux uħud mill-programmi ta' żvilupp rurali reġjonali tagħhom. Dawn l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jittrasferixxu l-allokazzjoni baġitarja tal-FAEŻR għall-2021 jew il-parti tal-allokazzjoni baġitarja tal-FAEŻR li tikkorrispondi għall-programmi ta' żvilupp reġjonali rurali li ma jkunux ġew estiżi, għall-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin mill-2022 sal-2025, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027]14.

(6) Peress li ċerti Stati Membri jista' jkun li għad għandhom fondi pprovduti mill-Unjoni fis-snin ta' qabel, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li ma jestendux il-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom jew li ma jestendux uħud mill-programmi ta' żvilupp rurali reġjonali tagħhom jew li jikkompletaw il-fondi li jifdal b'parti mill-allokazzjonijiet għas-snin tal-perjodu tranżitorju kif meħtieġ. Dawn l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jittrasferixxu l-allokazzjoni baġitarja tal-FAEŻR għall-2021 jew, fejn applikabbli, għall-2022, jew il-parti tal-allokazzjoni baġitarja tal-FAEŻR li ma tkunx intużat biex jestendu l-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom, għall-allokazzjonijiet finanzjarji għall-bqija tal-perjodu ta' programmazzjoni, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027]14.

__________________

__________________

14 Ir-Regolament dwar il-QFP ĠU L , , p. .

14 Ir-Regolament dwar il-QFP ĠU L , , p. .

Emenda  11

 

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tipprovdi l-ippjanar finanzjarju meħtieġ u l-aġġustamenti korrispondenti tat-tqassim annwali tal-appoġġ tal-Unjoni stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jekk jiddeċiedu li jestendu l-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom u, fil-każ ta' programmi ta' żvilupp rurali reġjonali, liema minn dawn il-programmi jiddeċiedu li jestendu, u konsegwentement, liema ammont korrispondenti tal-allokazzjoni baġitarja għall-2021 ma jridx jiġi ttrasferit għas-snin ta' wara.

(7) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tipprovdi l-ippjanar finanzjarju meħtieġ u l-aġġustamenti korrispondenti tat-tqassim annwali tal-appoġġ tal-Unjoni stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jekk jiddeċiedu li jestendu l-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom u, fil-każ ta' programmi ta' żvilupp rurali reġjonali, liema minn dawn il-programmi jiddeċiedu li jestendu, u jekk ikollhom il-ħsieb li jiffinanzjawhom parzjalment permezz tal-fondi li jkun għad fadal għall-allokazzjoni baġitarja preċedenti, u konsegwentement, liema ammont korrispondenti tal-allokazzjoni baġitarja għas-snin ta' matul il-perjodu tranżitorju ma jridx jiġi ttrasferit għas-snin ta' wara.

Emenda  12

 

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistipula regoli komuni applikabbli għall-FAEŻR u għal ċerti Fondi oħrajn, li joperaw taħt qafas komuni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli japplika għall-programmi appoġġjati mill-FAEŻR għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 kif ukoll għal dawk il-programmi appoġġjati mill-FAEŻR li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu dan il-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2021. Għal dawn l-Istati Membri, il-Ftehim ta' Sħubija mfassal għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jenħtieġ li jibqa' jintuża bħala dokument strateġiku mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-appoġġ mogħti mill-FAEŻR għas-sena ta' programmazzjoni 2021.

(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistipula regoli komuni applikabbli għall-FAEŻR u għal ċerti Fondi oħrajn, li joperaw taħt qafas komuni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli japplika għall-programmi appoġġjati mill-FAEŻR għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 kif ukoll għal dawk il-programmi appoġġjati mill-FAEŻR li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu dan il-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2021 jew, fejn applikabbli, sal-31 ta' Diċembru 2022. Għal dawn l-Istati Membri, il-Ftehim ta' Sħubija mfassal għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jenħtieġ li jibqa' jintuża bħala dokument strateġiku mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-appoġġ mogħti mill-FAEŻR għas-sena ta' programmazzjoni 2021 jew, fejn applikabbli, għas-sena ta' programmazzjoni 2022.

Emenda  13

 

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/201416 jipprevedu li n-nefqa għal ċerti impenji fit-tul meħuda skont ċerti regolamenti li taw appoġġ għall-iżvilupp rurali qabel ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jenħtieġ li tibqa' titħallas mill-FAEŻR fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 taħt ċerti kundizzjonijiet. Din in-nefqa jenħtieġ li tkompli tkun eliġibbli wkoll għat-tul tal-impenn legali rispettiv tagħhom bl-istess kundizzjonijiet fis-sena ta' programmazzjoni 2021. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-impenji legali meħuda skont miżuri li jikkorrispondu għall-miżuri tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li għalihom tapplika s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal din is-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u li l-pagamenti relatati ma' dawn l-impenji legali jridu jsiru fil-perjodu mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara.

(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/201416 jipprevedu li n-nefqa għal ċerti impenji fit-tul meħuda skont ċerti regolamenti li taw appoġġ għall-iżvilupp rurali qabel ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jenħtieġ li tibqa' titħallas mill-FAEŻR fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 taħt ċerti kundizzjonijiet. Din in-nefqa jenħtieġ li tkompli tkun eliġibbli wkoll għat-tul tal-impenn legali rispettiv tagħhom bl-istess kundizzjonijiet fis-sena ta' programmazzjoni 2021 jew, fejn applikabbli, fis-sena ta' programmazzjoni 2022. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li l-impenji legali meħuda skont miżuri li jikkorrispondu għall-miżuri tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li għalihom tapplika s-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal din is-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u li l-pagamenti relatati ma' dawn l-impenji legali jridu jsiru fil-perjodu mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara.

__________________

__________________

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865).

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 865).

16 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).

16 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Fid-dawl tal-fatt li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li għandhom jitħejjew mill-Istati Membri skont il-qafas legali l-ġdid għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Jannar 2022, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli tranżizzjonali biex jirregolaw it-tranżizzjoni minn skemi ta' appoġġ eżistenti għall-qafas legali l-ġdid, b'mod partikolari r-Regolament (UE) / tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

(14) Fid-dawl tal-fatt li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li għandhom jitħejjew mill-Istati Membri skont il-qafas legali l-ġdid għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Jannar 2022 jew mill-1 ta'Jannar 2023, skont il-każ jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli tranżitorji biex jirregolaw it-tranżizzjoni minn skemi ta' appoġġ eżistenti għall-qafas legali l-ġdid, b'mod partikolari r-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. F'konformità mal-prinċipji spjegati fil-Kodiċi ta' Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija stabbilit bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/201418a, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-benefiċjarji, fl-istadji kollha tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-miżuri u tal-programmi tranżitorji.

__________________

__________________

18 Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Pjan Strateġiku tal-PAK] (ĠU L …, …, p. …).

18 Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Pjan Strateġiku tal-PAK] (ĠU L …, …, p. …).

 

18a Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Ir-regoli tranżizzjonali previsti f'dan ir-Regolament huma maħsuba biex jippermettu li l-miżuri attwalment fis-seħħ jiġu estiżi għal kemm idum il-perjodu tranżitorju. Matul il-perjodu transitorju u sabiex tiġi antiċipata kemm jista' jkun l-implimentazzjoni tal-qafas legali mġedded futur għall-PAK, l-Istati Membri, fil-ħidma tagħhom u fil-konsultazzjonijiet tagħhom dwar il-prefigurazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK futuri tagħhom, jenħtieġ li jiffukaw fuq l-għodod il-ġodda previsti, u b’mod partikolari fuq il-possibbiltà li setturi ġodda jiżviluppaw programmi operattivi.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula regoli għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u jinkludi ċerti skemi ta' għajnuna fl-Artikoli 29 sa 60. Dawn l-iskemi ta' għajnuna jenħtieġ li jiġu integrati fil-Pjanijiet Strateġiċi futuri tal-PAK tal-Istati Membri bħala interventi settorjali msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Biex jiġu żgurati l-koerenza, il-kontinwità u t-tranżizzjoni bla xkiel bejn dawk l-iskemi ta' għajnuna tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tipi ta' interventi settorjali tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar it-tul ta' żmien ta' kull waħda minn dawk l-iskemi ta' għajnuna fir-rigward tad-data minn meta l-Pjanijiet Strateġiċi futuri tal-PAK tal-Istati Membri jkollhom effetti legali.

(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula regoli għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u jinkludi ċerti skemi ta' għajnuna fl-Artikoli 29 sa 60. Dawn l-iskemi ta' għajnuna jenħtieġ li jiġu integrati fil-Pjanijiet Strateġiċi futuri tal-PAK tal-Istati Membri bħala interventi settorjali msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Biex jiġu żgurati l-koerenza, il-kontinwità u t-tranżizzjoni bla xkiel bejn dawk l-iskemi ta' għajnuna tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tipi ta' interventi settorjali tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar it-tul ta' żmien ta' kull waħda minn dawk l-iskemi ta' għajnuna.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibbli li l-programmi settorjali fis-seħħ jiġu salvagwardjati sad-data tal-finalizzazzjoni inizjalment prevista sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt għall-produtturi.

Emenda  17

 

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, il-programmi ta' ħidma eżistenti mfassla għall-perjodu li jibda mill-1 ta' April 2018 sal-31 ta' Marzu 2021 jenħtieġ li jiġu estiżi sal-31 ta' Diċembru 2021. Għal skemi ta' għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar il-modifika jew is-sostituzzjoni ta' programmi operattivi.

(17) Fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda, il-programmi ta' ħidma eżistenti mfassla għall-perjodu li jibda mill-1 ta' April 2018 sal-31 ta' Marzu 2021 jenħtieġ li jiġu estiżi sa tmiem il-perjodu tranżitorju. Għal skemi ta' għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, jenħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar il-modifika jew is-sostituzzjoni ta' programmi operattivi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jenħtieġ li jkollhom ukoll il-possibbiltà li jibqgħu jżommu l-programm operazzjonali sakemm jasal fi tmiemu.

Emenda  18

 

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna fis-settur tal-inbid u s-settur tal-apikultura, jeħtieġ li jiġu stipulati regoli li jippermettu li dawn l-iskemi ta' għajnuna jkomplu jiġu implimentati sa tmiem il-perjodi ta' programmazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk, għal dan il-perjodu, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jenħtieġ li jkomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta' Diċembru 2021 u sa tmiem dawk l-iskemi ta' għajnuna.

(18) Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, is-settur tal-inbid u s-settur tal-apikultura, jeħtieġ li jiġu stipulati regoli li jippermettu li dawn l-iskemi ta' għajnuna jkomplu jiġu implimentati sa tmiem il-perjodi ta' programmazzjoni rispettivi tagħhom. Għalhekk, għal dan il-perjodu, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jenħtieġ li jkomplu japplikaw fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta' Diċembru 2021 u sa tmiem dawk l-iskemi ta' għajnuna u tal-programmi operazzjonali.

Emenda  19

 

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jiġi limitat it-trasferiment sinifikanti ta' impenji mill-perjodu ta' programmazzjoni attwali għall-iżvilupp rurali għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, it-tul tal-impenji pluriennali ġodda fir-rigward tal-klima agroambjentali, tal-biedja organika u tal-ambjent forestali jenħtieġ li jkun limitat għal perjodu massimu ta' tliet snin. L-estensjoni tal-impenji eżistenti jenħtieġ li tkun limitata għal sena.

(19) Sabiex jiġi limitat it-trasferiment sinifikanti ta' impenji mill-perjodu ta' programmazzjoni attwali għall-iżvilupp rurali għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, it-tul tal-impenji pluriennali ġodda fir-rigward tal-qasam agroambjentali u klimatiku, tal-biedja organika u tal-benessri tal-annimali jenħtieġ li, bħala regola ġenerali, ikun limitat għal perjodu massimu ta' ħames snin. Ladarba jkun japplika r-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK], ir-regoli li jikkonċernaw dawk l-impenji jenħtieġ li jiġu adattati skont dak ir-Regolament. L-estensjoni tal-impenji eżistenti jenħtieġ li tkun limitata għal sena.

Emenda  20

 

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-FAEŻR jenħtieġ li jkun f'pożizzjoni li jappoġġja l-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità stabbilit f'konformità mar-regoli l-ġodda stipulati mir-Regolament (UE) XXXX/XXXX [CPR ġdid]. Madankollu, sabiex jiġu evitati fondi mhux minfuqa għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità fis-sena ta' programmazzjoni 2021, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jestendu l-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2021 u li jużaw ukoll il-possibbiltà li jittrasferixxu l-ammonti minn pagamenti diretti għall-iżvilupp rurali, jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw l-allokazzjoni minima ta' 5 % għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità biss għall-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali estiż sal-31 ta' Diċembru 2021 ikkalkulat qabel ma jkun sar it-trasferiment tal-ammonti mill-pagament dirett.

(20) Il-FAEŻR jenħtieġ li jkun f'pożizzjoni li jappoġġja l-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità stabbilit f'konformità mar-regoli l-ġodda stipulati mir-Regolament (UE) XXXX/XXXX [Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni ġdid]. Madankollu, sabiex jiġu evitati fondi mhux minfuqa għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità fis-sena ta' programmazzjoni 2021 jew, fejn applikabbli, fis-sena ta' programmazzjoni 2022, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jestendu l-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom u li jużaw ukoll il-possibbiltà li jittrasferixxu l-ammonti minn pagamenti diretti għall-iżvilupp rurali, jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw l-allokazzjoni minima ta' 5 % għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità biss għall-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-iżvilupp rurali estiż sal-31 ta' Diċembru 2021 jew, fejn applikabbli, sal-31 ta' Diċembru 2022, ikkalkulat qabel ma jkun sar it-trasferiment tal-ammonti mill-pagament dirett.

Emenda  21

 

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-perjodu tranżitorju, jenħtieġ li tinżamm ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu għall-2021 u jenħtieġ li jiġi inkluż l-ammont rilevanti tar-riżerva għall-2021.

(21) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-perjodu tranżitorju, jenħtieġ li tinżamm ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu għall-2021 u, fejn applikabbli, għall-2022, u jenħtieġ li jiġi inkluż l-ammont rilevanti tar-riżerva għall-2021 u, fejn applikabbli, għall-2022.

Emenda  22

 

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fir-rigward tal-arranġamenti ta' prefinanzjament mill-FAEŻR, jenħtieġ li jiġi ċċarat li fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 sal-31 ta' Diċembru 2021, dan jenħtieġ li ma jwassalx għal xi prefinanzjament addizzjonali mogħti għall-programmi kkonċernati.

(22) Fir-rigward tal-arranġamenti ta' prefinanzjament mill-FAEŻR, jenħtieġ li jiġi ċċarat li fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 sal-31 ta' Diċembru 2021 jew, fejn applikabbli, sal-31 ta' Diċembru 2022, dan jenħtieġ li ma jwassalx għal xi prefinanzjament addizzjonali mogħti għall-programmi kkonċernati.

Emenda  23

 

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bħalissa jipprevedi biss l-obbligu ta' notifika għall-Istati Membri fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom u l-prodott stmat relatat mat-tnaqqis tal-parti tal-ammont ta' pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil bidwi għal sena kalendarja partikolari li jaqbeż EUR 150 000 għas-snin 2015 sal-2020. Bil-għan li tiġi żgurata kontinwazzjoni tas-sistema eżistenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw ukoll id-deċiżjonijiet tagħhom u l-prodott stmat tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2021.

(23) L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bħalissa jipprevedi biss l-obbligu ta' notifika għall-Istati Membri fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom u l-prodott stmat relatat mat-tnaqqis tal-parti tal-ammont ta' pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil bidwi għal sena kalendarja partikolari li jaqbeż EUR 150 000 għas-snin 2015 sal-2020. Bil-għan li tiġi żgurata kontinwazzjoni tas-sistema eżistenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw ukoll id-deċiżjonijiet tagħhom u l-prodott stmat tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2021 u, fejn applikabbli, għas-sena kalendarja 2022.

Emenda  24

 

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti lill-Istati Membri jittrasferixxu fondi bejn il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali fir-rigward tas-snin kalendarji 2014 sal-2020. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-istrateġija tagħhom stess, il-flessibbiltà bejn il-pilastri jenħtieġ li ssir disponibbli wkoll għas-sena kalendarja 2021 (jiġifieri s-sena finanzjarja 2022).

(24) L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jippermetti lill-Istati Membri jittrasferixxu fondi bejn il-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali fir-rigward tas-snin kalendarji 2014 sal-2020. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-istrateġija tagħhom stess, il-flessibbiltà bejn il-pilastri jenħtieġ li ssir disponibbli wkoll għas-sena kalendarja 2021 (jiġifieri s-sena finanzjarja 2022) u, fejn applikabbli, għas-sena kalendarja 2022 (jiġifieri s-sena finanzjarja 2023).

Emenda  25

 

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji skont l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji skont l-iskema għas-sena kalendarja 2021 sal-1 ta' Awwissu 2020.

(25) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi l-limiti massimi baġitarji skont l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji skont l-iskema għas-sena kalendarja 2021 sal-1 ta' Awwissu 2020 u, fejn applikabbli, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji skont l-iskema għas-sena kalendarja 2022 sal-1 ta' Awwissu 2021.

Emenda  26

 

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu jużaw l-għajnuna nazzjonali tranżitorja matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Sabiex jitnaqqsu d-differenzi kompetittivi bejn il-bdiewa fl-Istati Membri bħala riżultat tad-differenzi fil-pagament għal kull ettaru, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jżommu l-għajnuna nazzjonali transitorja tul il-perjodu tranżitorju.

Emenda  27

 

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) F'konformità mal-qafas legali attwali, l-Istati Membri fl-2014 innotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom sas-sena kalendarja 2020, dwar id-diviżjoni tal-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku bejn ir-reġjuni u l-modifiki progressivi annwali possibbli għall-perjodu kopert mir-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw ukoll dawk id-deċiżjonijiet għas-sena kalendarja 2021.

(27) F'konformità mal-qafas legali attwali, l-Istati Membri fl-2014 innotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom sas-sena kalendarja 2020, dwar id-diviżjoni tal-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku bejn ir-reġjuni u l-modifiki progressivi annwali possibbli għall-perjodu kopert mir-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw ukoll dawk id-deċiżjonijiet għas-sena kalendarja 2021 u, fejn applikabbli, għas-sena kalendarja 2022.

Emenda  28

 

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-mekkaniżmu ta' konverġenza interna huwa l-proċess ewlieni għal distribuzzjoni aktar ekwa ta' appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa. Differenzi individwali sinifikanti bbażati fuq referenzi storiċi antiki jsiru aktar u aktar diffiċli biex jiġu ġġustifikati. Fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-mudell bażiku ta' konverġenza interna jikkonsisti fl-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' rata fissa uniformi għad-drittijiet għall-pagament kollha, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, mill-2015. Madankollu, għall-finijiet tal-iżgurar ta' tranżizzjoni aktar bla xkiel għal valur uniformi, ġiet stabbilita deroga li tippermetti lill-Istati Membri jiddifferenzjaw il-valuri tad-drittijiet għall-pagament billi japplikaw konverġenza parzjali, li tissejjaħ ukoll il-"mudell mina", bejn l-2015 u l-2019. Xi Stati Membri għamlu użu minn din id-deroga. Sabiex jitkompla l-proċess lejn distribuzzjoni aktar ekwa tal-pagamenti diretti, l-Istati Membri jistgħu jikkonverġu aktar lejn medja nazzjonali jew reġjonali wara l-2019 minflok ma jmorru għal rata fissa uniformi jew iżommu l-valur tad-drittijiet fil-livell tagħhom tal-2019. Dawn jenħtieġ li jinnotifikaw kull sena d-deċiżjoni tagħhom għas-sena ta' wara.

(28) Il-mekkaniżmu ta' konverġenza interna huwa l-proċess ewlieni għal distribuzzjoni aktar ekwa ta' appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa. Differenzi individwali sinifikanti bbażati fuq referenzi storiċi antiki jsiru aktar u aktar diffiċli biex jiġu ġġustifikati. Fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-mudell bażiku ta' konverġenza interna jikkonsisti fl-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' rata fissa uniformi għad-drittijiet għall-pagament kollha, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, mill-2015. Madankollu, għall-finijiet tal-iżgurar ta' tranżizzjoni aktar bla xkiel għal valur uniformi, ġiet stabbilita deroga li tippermetti lill-Istati Membri jiddifferenzjaw il-valuri tad-drittijiet għall-pagament billi japplikaw konverġenza parzjali, li tissejjaħ ukoll il-"mudell mina", bejn l-2015 u l-2019. Xi Stati Membri għamlu użu minn din id-deroga. Sabiex jitkompla l-proċess lejn distribuzzjoni aktar ekwa tal-pagamenti diretti, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkonverġu aktar lejn medja nazzjonali jew reġjonali wara l-2019 minflok ma jmorru għal rata fissa uniformi. Dawn jenħtieġ li jinnotifikaw kull sena d-deċiżjoni tagħhom għas-sena ta' wara.

Emenda  29

 

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi l-modifiki progressivi annwali fil-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva biex jirriflettu l-passi annwali tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, li jirriflettu l-ġestjoni "pluriennali" tar-riżerva. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu adattati sabiex jirriflettu li huwa possibbli li jiġu emendati kemm il-valur tad-drittijiet allokati kollha kif ukoll tar-riżerva biex jaġġustaw għal bidla fl-ammont f'dak l-Anness II bejn sentejn. Barra minn hekk, f'xi Stati Membri li ma laħqux rata fissa sal-2019, il-konverġenza interna tiġi implimentata fuq bażi annwali. Għas-snin kalendarji 2020 u 2021, il-valur tad-drittijiet għall-pagament tas-sena attwali biss jeħtieġ li jiġi ddeterminat fis-sena tal-allokazzjoni. Il-valur tal-unità tad-drittijiet li jridu jiġu allokati mir-riżerva f'sena partikolari jenħtieġ li jiġi kkalkulat wara aġġustament possibbli tar-riżerva f'konformità mal-Artikolu 22(5) ta' dak ir-Regolament. Fi kwalunkwe sena sussegwenti, il-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva jenħtieġ li jiġi adattat f'konformità ma' dak l-Artikolu 22(5).

(29) L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi l-modifiki progressivi annwali fil-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva biex jirriflettu l-passi annwali tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, li jirriflettu l-ġestjoni "pluriennali" tar-riżerva. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jiġu adattati sabiex jirriflettu li huwa possibbli li jiġu emendati kemm il-valur tad-drittijiet allokati kollha kif ukoll tar-riżerva biex jaġġustaw għal bidla fl-ammont f'dak l-Anness II bejn sentejn. Barra minn hekk, f'xi Stati Membri li ma laħqux rata fissa sal-2019, il-konverġenza interna tiġi implimentata fuq bażi annwali. Għas-snin kalendarji 2020 u 2021 u, fejn applikabbli, għas-sena kalendarja 2022, il-valur tad-drittijiet għall-pagament tas-sena attwali biss jeħtieġ li jiġi ddeterminat fis-sena tal-allokazzjoni. Il-valur tal-unità tad-drittijiet li jridu jiġu allokati mir-riżerva f'sena partikolari jenħtieġ li jiġi kkalkulat wara aġġustament possibbli tar-riżerva f'konformità mal-Artikolu 22(5) ta' dak ir-Regolament. Fi kwalunkwe sena sussegwenti, il-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati mir-riżerva jenħtieġ li jiġi adattat f'konformità ma' dak l-Artikolu 22(5).

Emenda  30

 

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja (SPUE) sal-31 ta' Diċembru 2020. Ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK (UE) …/… [Ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK] jippermetti lill-Istati Membri jimplimentaw appoġġ għall-introjtu bażiku bl-istess modalitajiet, jiġifieri mingħajr l-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament abbażi ta' referenzi storiċi. Għalhekk, huwa xieraq li fl-2021 is-SPUE tkun tista' tiġi estiża.

(30) L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi l-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja (SPUE) sal-31 ta' Diċembru 2020. Ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK (UE) …/… [Ir-Regolament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK] jippermetti lill-Istati Membri jimplimentaw appoġġ għall-introjtu bażiku bl-istess modalitajiet, jiġifieri mingħajr l-allokazzjoni ta' drittijiet għall-pagament abbażi ta' referenzi storiċi. Għalhekk, huwa xieraq li fl-2021 u, fejn applikabbli, fl-2022, is-SPUE tkun tista' tiġi estiża.

Emenda  31

 

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Barra minn hekk, l-emendi għar-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021 f'konformità mar-Regolament (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027],

(34) L-allokazzjonijiet finanzjarji previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021 f'konformità mar-Regolament (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027].

Emenda  32

 

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Minħabba d-daqs żgħir ħafna tagħhom u l-insularità tagħhom, is-swieq lokali fir-reġjuni ultraperiferiċi, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 349 tat-TFUE, huma partikolarment esposti għall-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet marbuta mal-flussi tal-importazzjonijiet mill-bqija tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, b'mod partikolari fis-setturi tat-trobbija tal-bhejjem, jieħdu miżuri kollettivi, b'mod partikolari biex tiġi kkumpilata d-data u tixxerred l-informazzjoni, maħsuba biex jiġi żgurat li l-produzzjoni lokali tibqa' kompetittiva fis-suq lokali inkwistjoni. Għal dan il-għan, minkejja l-Artikoli 28, 29 u 110 tat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa xieraq li l-Istat Membru kkonċernat, fil-kuntest tal-ftehimiet interprofessjonali estiżi u wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jitħalla jġiegħel lill-operaturi individwali jew lill-gruppi ta' operaturi ekonomiċi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni interprofessjonali iżda li joperaw fis-suq lokali inkwistjoni, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, iħallsu lil dik l-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mħallsa mill-membri tagħha, jew parti minn dawk il-kontribuzzjonijiet, inkluż f'każijiet fejn id-dħul ta' dawn il-kontribuzzjonijiet jiffinanzja miżuri biex tiġi sostnuta biss il-produzzjoni lokali jew fejn il-kontribuzzjonijiet jiġu imposti fi stadju differenti fil-proċess tal-kummerċjalizzazzjoni.

Emenda  33

 

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34b) Minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom, b'mod partikolari l-periferiċità, l-insularità, id-daqs iżgħar, it-topografija diffiċli u l-klima tagħhom, ir-reġjuni ultraperiferiċi, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 349 tat-TFUE, iħabbtu wiċċhom ma' problemi soċjoekonomiċi speċifiċi relatati mal-provvista ta' prodotti alimentari u agrikoli essenzjali għall-konsum jew għall-produzzjoni agrikola. Fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 ġew stabbiliti miżuri speċifiċi għas-settur agrikolu biex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet ikkawżati mis-sitwazzjoni speċifika, kif jipprevedi dak l-Artikolu. Sabiex jirrispetta l-prinċipju tal-kontinwità, dan ir-Regolament iħeġġeġ li, matul il-perjodu tranżitorju, iż-żamma tal-baġit kif inhu tiġi rispettata. Għall-iskema tal-Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI) u għall-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew, huwa xieraq li l-allokazzjonijiet finanzjarji jerġgħu jiddaħħlu fil-livelli attwali tagħhom previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013.

Emenda  34

 

Proposta għal regolament

Premessa 34c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34c) Fil-każ li proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ir-Regolament dwar il-QFP) u l-proposta relatata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK) ma jkunux ġew adottati u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sat-30 ta' Ottubru 2020, il-perjodu tranżitorju oriġinarjament propost f'dan ir-Regolament li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2021 jenħtieġ li, bħala l-aħħar miżura, jiġi estiż b'sena oħra sal-31 ta' Diċembru 2022. F'każ li jiġri dan, ir-regoli tranżitorji korrispondenti u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-perjodu tranżitorju oriġinali jenħtieġ li jkomplu japplikaw matul il-perjodu tranżitorju estiż u l-allokazzjonijiet tal-baġit u l-iskedi applikabbli jenħtieġ li jiġu adattati b'mod korrispondenti. Dan x'aktarx se jipprovdi inċentiv suffiċjenti u jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw b’suċċess il-qafas leġiżlattiv il-ġdid għall-PAK, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura l-istabbiltà meħtieġa għall-benefiċjarji.

Emenda  35

 

Proposta għal regolament

Artikolu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1

 

Perjodu tranżitorju

 

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "perjodu tranżitorju" tfisser il-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2021 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2021.

 

2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u biss fil-każ li l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 u l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jkunux ġew adottati u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sat-30 ta' Ottubru 2020, il-perjodu tranżitorju għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2022.

Emenda  36

 

Proposta għal regolament

Titolu I – kapitolu I – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għas-sena ta' programmazzjoni 2021 u l-estensjoni ta' ċerti perjodi skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1310/2013

Applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 matul il-perjodu tranżitorju u l-estensjoni ta' ċerti perjodi skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1310/2013

Emenda  37

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-programmi appoġġjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), l-Istati Membri li qegħdin f'riskju, minħabba n-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji, li ma jkunux jistgħu jwettqu impenji legali ġodda f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jistgħu jestendu l-perjodu stipulat fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 sal-31 ta' Diċembru 2021.

Għall-programmi appoġġjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), l-Istati Membri li qegħdin f'riskju, minħabba n-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji, li ma jkunux jistgħu jwettqu impenji legali ġodda f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jistgħu jestendu l-perjodu stipulat fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 sal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà prevista fl-ewwel subparagrafu jistgħu jikkumpensaw għal kwalunkwe tnaqqis fl-allokazzjonijiet ġenerali tal-FAEŻR għall-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss b'żieda korrispondenti fil-kofinanzjament nazzjonali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Rigward il-kontinwazzjoni tar-regoli attwali tal-PAK, l-Istati Membri jridu jkunu kapaċi jżidu l-kofinanzjament tagħhom. It-tnaqqis propost mill-Kummissjoni fil-QFP għall-FAEŻR ma jistax jiġi aċċettat. Il-programmi ta' żvilupp rurali attwali jridu jkomplu għaddejjin mingħajr l-ebda tnaqqis għall-bdiewa u għall-benefiċjarji. Dan jippermetti lill-Istati Membri jżommu l-miżuri ambjentali tal-anqas fil-livell attwali kif propost mill-Kummissjoni u jippermetti kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-bdiewa jadattaw jew jestendu l-programmi tagħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi ambjentali.

Emenda  39

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw il-possibbiltà pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien 10 ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Fejn l-Istati Membri jkunu ssottomettew sett ta' programmi reġjonali f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dik in-notifika għandha tinkludi wkoll tagħrif dwar liema mill-programmi reġjonali jridu jiġu estiżi u dwar l-allokazzjoni baġitarja korrispondenti fit-tqassim annwali għas-sena 2021 kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw il-possibbiltà pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien ġimagħtejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Fejn l-Istati Membri jkunu ssottomettew sett ta' programmi reġjonali f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dik in-notifika għandha tinkludi wkoll tagħrif dwar liema mill-programmi reġjonali jridu jiġu estiżi u dwar l-allokazzjoni baġitarja korrispondenti fit-tqassim annwali għas-sena 2021 u, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, għas-sena 2022, kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Emenda  40

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni tqis li estensjoni tal-perjodu skont l-ewwel subparagrafu ma tkunx ġustifikata, din għandha tinforma lill-Istat Membru tagħha fi żmien sitt ġimgħat minn meta tirċievi n-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu.

Fejn il-Kummissjoni tqis li estensjoni tal-perjodu skont l-ewwel subparagrafu ma tkunx ġustifikata, din għandha tinforma lill-Istat Membru biha fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċievi n-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-evalwazzjoni tat-talba għal estensjoni fuq kriterji ċari u oġġettivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li għandhom jiġu kkomunikati lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istat Membru kkonċernat ir-raġunijiet li jiġġustifikaw għala tkun irrifjutat l-estensjoni, kif ukoll, jekk possibbli, rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar kif in-notifika tista' tittejjeb sabiex issir applikabbli. L-Istat Membru kkonċernat jista', fi żmien erba' ġimgħat minn meta jingħata dawn ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni, iressaq notifika aġġornata li tispjega kif se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikabbiltà tal-estensjoni.

Emenda  41

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li titressaq talba biex jiġi emendat programm ta' żvilupp rurali għas-sena 2021 kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din l-emenda għandu jkollha l-għan li żżomm tal-anqas l-istess livell ġenerali tan-nefqa tal-FAEŻR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 59(6) ta' dak ir-Regolament.

In-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li titressaq talba biex jiġi emendat programm ta' żvilupp rurali għas-sena 2021 u, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, għas-sena 2022, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Tali emenda ma għandhiex titqies għal-limitu tal-modifiki annwali kif previst fir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Dik l-emenda għandha tiggarantixxi l-istess perċentwal tan-nefqa tal-FAEŻR għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Emenda  42

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-Istati Membri li ma jiddeċidux li jużaw il-possibbiltà prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027] għandu japplika għall-allokazzjoni mhux użata għas-sena 2021 kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Għall-Istati Membri li ma jiddeċidux li jużaw il-possibbiltà prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) …/…[Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027] għandu japplika għall-allokazzjoni mhux użata għas-sena 2021 u, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, għas-sena 2022, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Emenda  43

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-possibbiltà prevista fil-paragrafu 1 biss fir-rigward ta' ċerti programmi reġjonali, l-allokazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun l-ammont stabbilit għal dak l-Istat Membru għall-2021 fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 imnaqqas bl-allokazzjonijiet baġitarji nnotifikati f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għall-programmi reġjonali li jiġu estiżi.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-possibbiltà prevista fil-paragrafu 1 biss fir-rigward ta’'ċerti programmi reġjonali, l-allokazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’'dan il-paragrafu għandha tkun l-ammont stabbilit għal dak l-Istat Membru għall-2021 u, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, għall-2022, fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 imnaqqas bl-allokazzjonijiet baġitarji nnotifikati f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għall-programmi reġjonali li jiġu estiżi.

Emenda  44

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-programmi li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-perjodi taż-żmien jew l-iskadenzi fl-Artikoli 50(1), 51(1), 57(2), 65(2) u (4), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jiġi estiż b'sena oħra.

2. Għall-programmi li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-perjodi taż-żmien jew l-iskadenzi fl-Artikoli 50(1), 51(1), 57(2), 65(2) u (4), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jiġi estiż għad-durata tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  45

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, il-Ftehim ta' Sħubija mfassal għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jibqa' jintuża bħala dokument strateġiku mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-appoġġ mogħti mill-FAEŻR għas-sena 2021.

3. Għall-Istati Membri li jiddeċiedu li jestendu l-perjodu2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, il-Ftehim ta' Sħubija mfassal għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jibqa' jintuża bħala dokument strateġiku mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-appoġġ mogħti mill-FAEŻR matul il-perjodu tranżitorju.

Emenda  46

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Eliġibbiltà ta' ċerti tipi ta' nfiq fl-2021

Eliġibbiltà ta' ċerti tipi ta' nfiq matul il-perjodu tranżitorju

Emenda  47

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għall-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament u għall-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, in-nefqa msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 u fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014, għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR mill-allokazzjoni tal-2021 għal programmi appoġġjati mill-FAEŻR li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu tal-2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għall-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament u għall-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, in-nefqa msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1310/2013 u fl-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014, għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR mill-allokazzjonijiet tal-perjodu tranżitorju għal programmi appoġġjati mill-FAEŻR li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu tal-2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  48

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tali nefqa tkun prevista fil-programm rispettiv tal-iżvilupp rurali għall-2021;

(a) tali nefqa tkun prevista fil-programm rispettiv tal-iżvilupp rurali għas-snin koperti mill-perjodu tranżitorju;

Emenda  49

 

Proposta għal regolament

Titolu I – Kapitolu II – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni tal-Artikoli 25 sa 28 tar-Regolament (UE) [CPR ĠDID] għas-sena ta' programmazzjoni 2021

Applikazzjoni tal-Artikoli 25 sa 28 tar-Regolament (UE) [CPR ĠDID] għas-sena ta' programmazzjoni 2021 u, fejn applikabbli, għas-sena ta' programmazzjoni 2022

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa qabel l-1 ta' Jannar 2020 għandhom jitqiesu legali u regolari mill-1 ta' Jannar 2021. Il-valur ta' dawn id-drittijiet li għandhom jitqiesu bħala legali u regolari għandu jkun il-valur għas-sena kalendarja 2020 validu fil-31 ta' Diċembru 2020. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-valur tad-drittijiet għall-pagament għas-snin kalendarji 2021 'il quddiem, b'mod partikolari l-Artikoli 22(5) u 25(12) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

1. Id-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa qabel l-1 ta' Jannar 2020 għandhom jitqiesu legali u regolari mill-1 ta' Jannar 2020. Il-valur ta' dawn id-drittijiet li għandhom jitqiesu bħala legali u regolari għandu jkun il-valur għas-sena kalendarja 2019 validu fil-31 ta' Diċembru 2019. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-valur tad-drittijiet għall-pagament għas-snin kalendarji 2020 'il quddiem, b'mod partikolari l-Artikoli 22(5) u 25(12) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

Ġustifikazzjoni

Is-sena ta' talba 2020 se tkun diġà ffinanzjata mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 (QFP). Mal-bidu tal-QFP il-ġdid, hemm bżonn li tingħata ċertezza tad-dritt u ċarezza billi d-drittijiet għall-pagamenti kollha allokati lill-bdiewa qabel l-1 ta' Jannar 2020 jitqiesu legali u regolari mill-1 ta' Jannar 2020.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi ta' applikazzjonijiet fattwalment inkorretti, ħlief f'każijiet fejn l-iżball ma setax jiġi raġonevolment identifikat mill-bidwi.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi ta' applikazzjonijiet fattwalment inkorretti jew bi ksur tar-regola dwar il-konflitt ta’ interessi, kif stabbilit fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, ħlief f'każijiet fejn l-iżball ma setax jiġi raġonevolment identifikat mill-bidwi.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Emenda  52

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 23, 39 u 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/200519 li qed jirċievu appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jibqgħu eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perjodu 2022-2027 kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 23, 39 u 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/200519 li qed jirċievu appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jibqgħu eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perjodu 2022-2027 jew, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, fil-perjodu 2023-2027, kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

__________________

__________________

19 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

19 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

Emenda  53

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tali nefqa hija prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rispettiv għall-2022-2027 f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u hija konformi mar-Regolament (UE) [HzR];

(a) tali nefqa hija prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rispettiv għall-2022-2027 jew, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, għall-2023-2027, f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan tal-PAK] u hija konformi mar-Regolament (UE) [HzR];

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-impenji legali favur il-benefiċjarji magħmula fil-qafas ta'-miżuri korrispondenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li jkunu qed jirċievu appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandhom jippermettu wkoll li jiġu regolati l-impenji fit-tul meħuda taħt il-programmi ta' żvilupp rurali aktar qabel il-perjodu 2014-2020. Dan l-approċċ se jippermetti li jsiru pagamenti għall-impenji, eż. għall-afforestazzjoni mwettqa taħt programmi ta' żvilupp rurali għall-perjodu 2004-2006. Din hija r-raġuni għala l-klawsola 1 tal-Artikolu 6 għandha tiġi ssupplimentata b’paragrafu addizzjonali.

Emenda  55

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri pluriennali msemmija fl-Artikoli 28, 29, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u n-nefqa relatata mal-impenji legali għal perjodu ta' żmien lil hinn mill-1 ta' Jannar 2024, jew lil hinn mill-1 ta' Jannar 2025 fl-Istati Membri li ddeċidew li jestendu l-perjodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, skont l-Artikoli 14 sa 18, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 20, l-Artikoli 22 sa 27, 35, 38, 39 u 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni tal-FAEŻR fil-perjodu 2022-2027 kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

2. Soġġett għall-kundizzjonijiet imniżżla fit-tieni subparagrafu, l-infiq li ġej għandu jkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perjodu 2022-2027 jew, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta dan ir-Regolament, fil-perjodu 2023-2027, kopert mill-Pjan Strateġiku tal-PAK:

 

(a) in-nefqa relatata mal-impenji legali lill-benefiċjarji mġarrba skont il-miżuri pluriennali msemmija fl-Artikoli 28, 29, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

 

(b) in-nefqa relatata mal-impenji legali għal perjodu ta' żmien lil hinn mill-1 ta' Jannar 2024, jew lil hinn mill-1 ta' Jannar 2025, fl-Istati Membri li ddeċidew li jestendu l-perjodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, kif imsemmi fl-Artikoli 14 sa 18, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19(1), l-Artikoli 20, 22 sa 27, 35, 38, 39 u 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

 

Il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perjodu 2022-2027 jew, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, fil-perjodu 2023-2027, koperti mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, huma kif ġej:

(a) tali nefqa hija prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rispettiv għall-2022-2027 f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u hija konformi mar-Regolament (UE) [HzR];

(a) tali nefqa hija prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK rispettiv għall-2022-2027 jew, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, għall-2023-2027, f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u hija konformi mar-Regolament (UE) [HzR];

(b) hija applikabbli r-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-intervent korrispondenti stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(b) hija applikabbli r-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-intervent korrispondenti stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(c) hija applikabbli s-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) [HzR] għall-impenji legali meħuda taħt miżuri li jikkorrispondu għat-tipi ta' interventi bbażati fuq iż-żona u l-annimal elenkati fil-Kapitoli II u IV tat-Titolu III tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b'mod ċar; and

(c) is-sistema integrata msemmija fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) [HzR] tkun tapplika għall-impenji legali meħuda taħt miżuri li jikkorrispondu għat-tipi ta’ interventi bbażati fuq l-erja u l-annimal elenkati fil-Kapitoli II u IV tat-Titolu III tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u l-operazzjonijiet rilevanti jiġu identifikati b’mod ċar; and

(d) il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (c) isiru fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) [HzR].

(d) il-pagamenti għall-impenji legali msemmija fil-punt (c) isiru fil-perjodu stipulat fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) [HzR].

Emenda  56

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-programmi ta' ħidma għall-appoġġ tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imfassla għall-perjodu li jibda mill-1 ta' April 2018 sal-31 ta' Marzu 2021, għandhom jiġu estiżi u għandhom jintemmu fil-31 ta' Diċembru 2021. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rilevanti rikonoxxuti skont l-Artikolu 152 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 156 ta' dak ir-Regolament u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rilevanti rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta' dak ir-Regolament għandhom jimmodifikaw il-programmi ta' ħidma tagħhom biex jikkunsidraw din l-estensjoni. Il-programmi ta' ħidma modifikati għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020.

1. Il-programmi ta' ħidma biex jingħata appoġġ lis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imfassla għall-perjodu li jibda mill-1 ta' April 2018 sal-31 ta' Marzu 2021, għandhom jiġu estiżi u għandhom jintemmu ma' tmiem il-perjodu tranżitorju. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rilevanti rikonoxxuti skont l-Artikolu 152 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 156 ta' dak ir-Regolament u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rilevanti rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta' dak ir-Regolament għandhom jimmodifikaw il-programmi ta' ħidma tagħhom biex jikkunsidraw din l-estensjoni. Il-programmi ta' ħidma modifikati għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020, jew, fejn japplika l-Artikolu -1(2) ta' dan ir-Regolament, sal-31 ta' Diċembru 2021.

Emenda  57

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li jkollha programm operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġie approvat minn Stat Membru għal tul ta' żmien wara l-31 ta' Diċembru 2021 għandha, sal-15 ta' Settembru 2021, tissottometti talba lil dak l-Istat Membru sabiex il-programm operazzjonali tiegħu:

Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li jkollha programm operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġie approvat minn Stat Membru għal tul ta' żmien li jkompli wara tmiem il-perjodu tranżitorju tista', sal-15 ta' Settembru 2021, tissottometti talba lil dak l-Istat Membru sabiex il-programm operazzjonali tagħha:

Emenda  58

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta ma tissottomettix talba bħal din sal-15 ta' Settembru 2021, il-programm operazzjonali tagħha approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2021.

Fejn organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta ma tissottomettix talba bħal din, il-paragrafu 6 jkun japplika għall-programm operazzjonali tagħha sa meta dak il-programm jiġi fi tmiemu.

Emenda  59

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-programmi ta' appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jintemmu fil-15 ta' Ottubru 2023. L-Artikoli 39 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2021 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għal operazzjonijiet implimentati skont dak ir-Regolament qabel is-16 ta' Ottubru 2023 fi ħdan l-iskema ta' għajnuna msemmija fl-Artikoli 39 sa 52 ta' dak ir-Regolament.

3. Il-programmi ta' appoġġ fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jintemmu fil-15 ta' Ottubru 2023. L-Artikoli 39 sa 54 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jkomplu japplikaw wara tmiem il-perjodu tranżitorju għall-operazzjonijiet magħżula skont dak ir-Regolament qabel is-16 ta' Ottubru 2023, fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru fi ħdan l-iskema ta' għajnuna msemmija fl-Artikoli 39 sa 52 ta' dak ir-Regolament.

Emenda  60

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-programmi nazzjonali fis-settur tal-apikultura msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jintemmu fil-31 ta' Lulju 2022. L-Artikoli 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2021 fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għal operazzjonijiet implimentati skont dak ir-Regolament qabel l-1 ta' Awwissu 2022 fl-iskema ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 55 ta' dak ir-Regolament.

4. Il-programmi nazzjonali fis-settur tal-apikultura msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jintemmu fil-31 ta' Lulju 2022. L-Artikoli 55, 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jkomplu japplikaw wara tmiem il-perjodu tranżitorju għall-operazzjonijiet magħżula skont dak ir-Regolament qabel l-1 ta' Awwissu 2022, fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru fl-iskema ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 55 ta' dak ir-Regolament.

 Emenda  61

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 7(3), 9, 21, 43, 51, 52, 54, 59, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99, 100, 102(2), 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni relatati ma' dawn l-Artikoli għandhom ikomplu japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2021 b'rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara din id-data u sa tmiem l-iskemi ta' għajnuna msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

6. Fir-rigward tal-iskemi ta' għajnuna msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 7(3), 9, 21, 43, 51, 52, 54, 59, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99, 100, 102(2), 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni relatati ma' dawn l-Artikoli għandhom ikomplu japplikaw wara tmiem il-perjodu tranżitorju b'rabta man-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għall-operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara din id-data u sa tmiem l-iskemi ta' għajnuna msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu u sa tmiem il-programmi operazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fejn applikabbli.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 17 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"6 L-Istati Membri jistgħu jkomplu jieħdu impenji legali ġodda fir-rigward tal-benefiċjarji matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Tranżitorju]. L-applikazzjonijiet għall-appoġġ sottomessi qabel l-2021 u li ma jkunux ġew approvati minħabba nuqqas ta' allokazzjoni finanzjarja għal tali appoġġ fil-programm ikkonċernat għandhom ikomplu jkunu eliġibbli matul dak il-perjodu tranżitorju."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1305-20190301)

Ġustifikazzjoni

F'dan ir-regolament għandha tiġi ċċarata l-possibbiltà ta' tranżizzjoni tal-applikazzjonijiet rigward l-investimenti f'assi fiżiċi mhux approvati fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali minħabba nuqqas ta' allokazzjoni finanzjarja.

Emenda  63

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 28 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jittieħdu impenji ġodda mill-2021 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu iqsar ta' bejn sena u tliet snin fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom. Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali tal-impenji wara t-tmiem tal-perjodu inizjali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-2021 l-estensjoni ma għandhiex tkun itwal minn sena. Mill-2021, għal impenji ġodda direttament wara impenn imwettaq fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu ta' sena fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom.;

"Sabiex jittieħdu impenji ġodda mill-bidu tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu iqsar ta' bejn sena u ħames snin fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom. Madankollu, fejn meħtieġ sabiex jinkisbu jew jinżammu l-benefiċċji ambjentali u klimatiċi mixtieqa, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal għall-impenji ġodda. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom iqisu li dawk l-impenji jeħtieġ li jiġu adattati fil-preparazzjoni u l-kontenut tal-pjan strateġiku tal-PAK. Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali tal-impenji eżistenti wara t-tmiem tal-perjodu inizjali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-estensjoni ma għandhiex tkun itwal minn sena minn meta jibda l-perjodu tranżitorju. Jekk l-appoġġ lill-benefiċjarju jaqa' taħt il-livell mogħti fil-perjodu ta' ppjanar preċedenti, l-Istat Membru jista' jipprovdi lil dak il-benefiċjarju l-possibbiltà li jieqaf milli jipparteċipa fl-impenji legali qabel it-terminazzjoni oriġinali tiegħu.

Emenda  64

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jittieħdu impenji ġodda mill-2021, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu iqsar ta' bejn sena u tliet snin fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom. Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali għaż-żamma tal-biedja organika wara t-tmiem tal-perjodu inizjali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-2021 l-estensjoni ma għandhiex tkun itwal minn sena. Mill-2021, fir-rigward ta' impenji ġodda li jikkonċernaw iż-żamma li ssegwi direttament l-impenn imwettaq fil-perijodu inizjali, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perijodu ta' sena fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom.

"Biex jittieħdu impenji ġodda mill-bidu tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu ta' bejn sena u ħames snin fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri għandhom iqisu li dawk l-impenji jeħtieġ li jiġu adattati fit-tħejjija u l-kontenut tal-pjan strateġiku tal-PAK u jeħtieġ li jibqgħu jżommu l-benefiċċji ambjentali u klimatiċi mixtieqa. Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali tal-impenji eżistenti wara t-tmiem tal-perjodu inizjali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-estensjoni ma għandhiex tkun itwal minn sena minn meta jibda l-perjodu tranżitorju. Jekk l-appoġġ lill-benefiċjarju jaqa' taħt il-livell mogħti fil-perjodu ta' ppjanar preċedenti, l-Istat Membru jista' jipprovdi lil dak il-benefiċjarju l-possibbiltà li jieqaf milli jipparteċipa fl-impenji legali qabel it-terminazzjoni oriġinali tiegħu.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 31 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a) fl-Artikolu 31, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5. Minbarra l-pagamenti previsti fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti taħt din il-miżura bejn l-2014 u l-2020 lil benefiċjarji f'żoni li kienu eliġibbli taħt l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 matul il-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Għal benefiċjarji f'żoni li m'għadhomx eliġibbli b'segwitu għad-delimitazzjoni ġdida msemmija fl-Artikolu 32(3), dawk il-pagamenti għandhom ikunu digressivi matul perijodu ta' mhux aktar minn erba' snin. Dak il-perijodu għandu jibda fid-data li fiha tintemm id-delimitazzjoni skont l-Artikolu 32(3) u mhux aktar tard mill-2019. Dawk il-pagamenti għandhom jibdew b'mhux aktar minn 80 % tal-pagament medju stabbilit fil-programm għall-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013 f'konformità mal-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u għandhom jintemmu mhux aktar tard mill-2020 b'mhux aktar minn 20 %. Meta l-applikazzjoni tar-riżultati ta' digressività fil-livell tal-pagament jilħaq EUR 25, l-Istat Membru jista' jkompli bil-pagamenti f'dan il-livell sa meta jintemm il-perijodu ta' tneħħija gradwali.

"5. Minbarra l-pagamenti previsti fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti taħt din il-miżura bejn l-2014 u l-2020 lil benefiċjarji f'żoni li kienu eliġibbli taħt l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 matul il-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Għal benefiċjarji f'żoni li m'għadhomx eliġibbli b'segwitu għad-delimitazzjoni ġdida msemmija fl-Artikolu 32(3), dawk il-pagamenti għandhom ikunu digressivi matul perijodu ta' mhux aktar minn erba' snin. Dak il-perijodu għandu jibda fid-data li fiha tintemm id-delimitazzjoni skont l-Artikolu 32(3) u mhux aktar tard mill-2019. Dawk il-pagamenti għandhom jibdew b'mhux aktar minn 80 % tal-pagament medju stabbilit fil-programm għall-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013 f'konformità mal-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u għandhom jintemmu mhux aktar tard ma' tmiem il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE)…/…[Regolament Tranżitorju] b'mhux aktar minn 20 %. Meta l-applikazzjoni tar-riżultati ta' digressività fil-livell tal-pagament jilħaq il-EUR 25, l-Istat Membru jista' jkompli bil-pagamenti f'dan il-livell sa meta jintemm il-perijodu ta' tneħħija gradwali.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-pagamenti digressivi jibdew biss fis-sena 2019, dawk il-pagamenti għandhom jibdew f'livell ta' mhux aktar minn 80 % tal-pagament medju iffissat fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Il-livell tal-pagament għandu jiġi stabbilit b'tali mod li l-livell tat-tmiem fl-2020 ikun in-nofs tal-livell tal-bidu.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-pagamenti digressivi jibdew biss fis-sena 2019, dawk il-pagamenti għandhom jibdew f'livell ta' mhux aktar minn 80 % tal-pagament medju iffissat fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Il-livell tal-pagament għandu jiġi stabbilit b'tali mod li l-livell tat-tmiem fl-2020 ikun in-nofs tal-livell tal-bidu. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu l-appoġġ tagħhom f'dak il-livell fil-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE)…/… [Regolament Tranżitorju].

Wara li tintemm id-delimitazzjoni, il-benefiċjarji fiż-żoni li jibqgħu eliġibbli għandhom jirċievu pagament komplet taħt din il-miżura.

Wara li tintemm id-delimitazzjoni, il-benefiċjarji fiż-żoni li jibqgħu eliġibbli għandhom jirċievu pagament komplet taħt din il-miżura."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1305-20190301)

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu tranżitorju estiż għal żoni b'restrizzjonijiet naturali, li ma għadhomx eliġibbli għall-appoġġ taħt id-delimitazzjoni l-ġdida, jiżgura adattament bla xkiel għall-kundizzjonijiet ġodda għall-bdiewa f'dawn iż-żoni. L-emenda tiżgura ċertezza u kontinwità tal-appoġġ għall-bdiewa Ewropej minn żoni żvantaġġati matul il-perjodu tranżitorju.

Emenda  66

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 3

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 33 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jittieħdu impenji ġodda mill-2021, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu iqsar ta' bejn sena u tliet snin fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom. Jekk l-Istati Membri jipprevedu estensjoni annwali tal-impenji wara t-tmiem tal-perjodu inizjali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, mill-bidu tal-perjodu tranżitorju l-estensjoni ma għandhiex tkun itwal minn sena.;

Biex jittieħdu impenji ġodda mill-bidu tal-perjodu tranżitorju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu iqsar ta' bejn sena u ħames snin fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom. Madankollu, fejn ikun meħtieġ sabiex jinkisbu jew jinżammu kif inhuma l-benefiċċji mixtieqa tal-benessri tal-annimali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal għall-impenji ġodda. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom iqisu li dawk l-impenji jeħtieġ li jiġu adattati fit-tħejjija u l-kontenut tal-pjan strateġiku tal-PAK. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li jsir tiġdid tal-impenji wara t-terminazzjoni tal-perjodu inizjali skont l-ewwel subparagrafu.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 38 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a) Fl-Artikolu 38(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-appoġġ skont il-punt (b) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss biex ikopri t-telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali jew tal-pjanti, infestazzjoni ta' organiżmi ta' ħsara, jew miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmi ta' ħsara għalihom li jeqirdu iżjed minn 30 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni annwali tal-bidwi. Il-metodu tal-kalkolu użat għandu jippermetti li jiġi ddeterminat it-telf reali ta' bidwi individwali f'sena partikolari.

"L-appoġġ skont il-punt (b) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss biex ikopri t-telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali jew tal-pjanti, infestazzjoni ta' organiżmi ta' ħsara, jew miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmi ta' ħsara għalihom li jeqirdu iżjed minn 20 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni annwali tal-bidwi. Il-metodu tal-kalkolu użat għandu jippermetti li jiġi ddeterminat it-telf reali ta' bidwi individwali f'sena partikolari."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1305-20190301)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tantiċipa li jinqabeż il-limitu minimu ta' telf ta' mill-inqas 20 % bħala skattatur għal kumpens f'termini ta' ġestjoni tar-riskju. Dan isegwi mill-modifiki adottati fil-qafas tal-Omnibus u f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni fl-Artikolu 70 tar-Regolament dwar il-pjanijiet strateġiċi.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 39 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3b) Fl-Artikolu 39, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. L-appoġġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss meta t-tnaqqis fid-dħul jeċċedi 30 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perijodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin minbarra l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. Id-dħul għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta' appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tad-dħul mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkulat it-telf annwali ta' introjtu tal-bidwi.

"1. L-appoġġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss meta t-tnaqqis fid-dħul jeċċedi 20 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perijodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin minbarra l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. Id-dħul għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta' appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tad-dħul mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkulat it-telf annwali ta' introjtu tal-bidwi."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1305-20190301)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tantiċipa li jinqabeż il-limitu minimu ta' telf ta' mill-inqas 20 % bħala skattatur għal kumpens f'termini ta' ġestjoni tar-riskju. Dan isegwi mill-modifiki adottati fil-qafas tal-Omnibus u f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni fl-Artikolu 70 tar-Regolament dwar il-pjanijiet strateġiċi.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fl-Artikolu 51(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

 "Fil-każ li Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-possibbiltà msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE).../... [Regolament Tranżitorju], dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li jżid il-limitu ta' 4 % msemmi f'dan il-paragrafu għal sa 6 % għad-durata tal-perijodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 ta' dak ir-Regolament. L-ammont ta' tali żieda għandu jiġi kkumpensat bi perċentwal aktar baxx ta' assistenza teknika fis-snin 2022-2027 jew, fejn japplika l-Artikolu -1 (2) ta' dak ir-Regolament, fis-snin 2023-2027."

Ġustifikazzjoni

In-natura tal-bidliet proposti fir-riforma tal-PAK se tirrikjedi ppjanar u impenji sinifikanti mis-settur agrikolu u mill-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-implimentazzjoni u fl-ilħuq tal-objettivi u l-ambizzjoni tagħha. Jekk l-Istati Membri jitħallew jużaw perċentwal akbar tal-fondi allokati għall-assistenza teknika matul il-perjodu tranżitorju, dan se jgħinuhom jiżviluppaw kif xieraq l-għodod u l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Ammont ogħla ta' assistenza teknika għandu jiġi kkumpensat wara l-perjodu tranżitorju u għalhekk ma jiġix impost fuq il-bdiewa.

 Emenda  70

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5, 6 u 7, l-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali taħt dan ir-Regolament għall-perijodu mill-ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021 għandu jkun massimu ta' EUR 11 258 707 816, fi prezzijiet kurrenti, skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.";

"Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5, 6 u 7, l-ammont totali tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali taħt dan ir-Regolament għall-perijodu tranżitorju kif jirreferi għalih l-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], għandu jkun ta' massimu ta' EUR X*, fi prezzijiet kurrenti, skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.";

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, jiġu kkalkolati abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet estiżi tal-2020 skont l-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Artikolu 82a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-Artikolu li ġej jiżdied fl-aħħar tat-Titolu VIII:

 

“Artikolu 82a

 

Miżuri fiskali nazzjonali

 

Sabiex jiġu limitati l-effetti tal-varjabbiltà tad-dħul, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE ma għandhomx japplikaw għall-miżuri fiskali nazzjonali li bihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddevjaw mir-regoli ġenerali tat-taxxa billi jippermettu li l-bażi tat-taxxa fuq l-introjtu applikata għall-bdiewa tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' perjodu pluriennali, inkluż billi jiddifferixxu parti mill-bażi tat-taxxa, jew billi jippermettu l-esklużjoni ta' ammonti mqiegħda f'kont ta' tfaddil agrikolu ddedikat apposta."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1305-20190301)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tantiċipa l-applikazzjoni ta' miżura regolatorja ġdida proposta fil-qafas tar-Regolament COM(2018)392 dwar pjanijiet strateġiċi skont il-PAK fl-Artikolu 133 tiegħu adottat mill-Kumitat għall-Agrikoltura f'April 2019. Din għandha l-għan li tippermetti lill-bdiewa jistabbilixxu skemi ta' tfaddil ta' prekawzjoni mingħajr ma jaqgħu taħt l-iskema ta' għajnuna mill-Istat.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Artikolu 25

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 25 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 25

Artikolu 25

Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu

Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu

Għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex jingħata appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu f'każ ta' kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni agrikola ("ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu") billi, fil-bidu ta' kull sena, jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti bil-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja msemmi fl-Artikolu 26.

Fil-bidu ta' kull sena, fil-FAEG għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex tagħti appoġġ addizzjonali lis-settur agrikolu f'każ ta' kriżijiet li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola ("ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu").

L-ammont totali tar-riżerva għandu jkun EUR 2800 miljun b'pagamenti annwali ugwali ta' EUR 400 miljun (bi prezzijiet tal-2011) għall-perijodu 2014-2020 u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stipulat fl-Anness għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

L-ammont totali tar-riżerva għandu jkun EUR 2800 miljun b'pagamenti annwali ugwali ta' EUR 400 miljun (bi prezzijiet tal-2011) għall-perijodu 2014-2020 u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stipulat fl-Anness għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

 

"Għall-2021, l-ammont tar-riżerva għandu jkun ta' EUR 400 miljun (bil-prezzijiet tal-2011) b'żieda mal-baġits tal-FAEG u tal-FAEŻR u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif spjegat fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) .../... *[QFP].

 

Fil-bidu tas-snin ta' wara l-2021, l-ammont tar-riżerva għandu jkun mill-inqas daqs l-ammont inizjali allokat fl-2021 u għandu jiġi aġġustat permezz tal-proċedura baġitarja annwali jew matul is-sena, meta jkun xieraq, fid-dawl ta' żviluppi jew perspettivi ta' kriżijiet tas-suq fis-sena kurrenti jew fis-sena ta' wara u filwaqt li jitqies id-dħul disponibbli assenjat lill-FAEG jew il-marġnijiet ta' approprjazzjonijiet disponibbli taħt is-sottolimitu tal-FAEG.

 

Fejn dawk l-approprjazzjonijiet disponibbli ma jkunux biżżejjed, tista' tintuża d-dixxiplina finanzjarja bħala l-aħħar miżura biex ir-riżerva tiġi ffinanzjata sal-ammont tas-sena 2021 imsemmi fit-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu.

 

Bħala deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għandhom jiġu riportati mingħajr limitu ta' żmien biex jiffinanzjaw ir-riżerva fis-snin finanzjarji ta' wara."

 

__________________

 

* Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1)."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32013R1306)

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-pożizzjoni tal-QFP tal-Parlament Ewropew, din l-emenda għandha l-għan li fl-artikolu dwar ir-riżerva għall-kriżijiet tiddikjara li l-kapital inizjali tar-riżerva għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun addizzjonali għall-baġit tal-PAK u għandu jitqiegħed fir-riżerva fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni. Barra minn hekk, sabiex dawn il-flus ma jintilfux fi tmiem l-ewwel sena, ir-riforma tal-funzjonament tar-riżerva għandha tkun antiċipata ħalli tippermetti li fondi mhux impenjati jiġu riportati mill-2021 għas-snin ta' wara.

Emenda  73

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Artikolu 25 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fl-Artikolu 25, jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

imħassar

“Għall-2021, l-ammont tar-riżerva għandu jkun ta' EUR 400 miljun (bil-prezzijiet tal-2011) u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) [xxxx/xxxx]*[QFP]."

 

Emenda  74

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 3

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

Artikolu 35 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-programmi li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) [XXXX/XXXX] [Dan ir-Regolament], l-ebda prefinanzjament ma għandu jingħata għall-allokazzjoni tal-2021.";

5. Għall-programmi li għalihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jestendu l-perjodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) [XXXX/XXXX] [Dan ir-Regolament], l-ebda prefinanzjament ma għandu jingħata għall-allokazzjonijiet matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju].;

Emenda  75

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 11 – paragrafu 6 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għas-sena 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat ta' tnaqqis sal-1 ta' Awwissu 2020.;

Għal kull sena tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../2020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament Tranżitorju], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjonijiet meħuda f'konformità ma' dan l-Artikolu u bi kwalunkwe prodott stmat ta' tnaqqis sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel.

Emenda  76

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Sal-1 ta' Awwissu 2020, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat taħt l-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022, sa 15 % tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2021 stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-għoti ta' pagamenti diretti. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.

"Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat taħt l-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022, sa 15 % tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2021 stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-għoti ta' pagamenti diretti. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.

Emenda  77

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE).../... [Regolament Tranżitorju], l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-31 ta' Diċembru 2020, li jagħmlu disponibbli, bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat mill-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2023, sa 15 % tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-sena kalendarja 2022 kif imniżżel fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-għoti ta' pagamenti diretti. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul."

Emenda  78

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Sal-1 ta' Awwissu 2020, l-Istati Membri li ma jiħdux id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għas-sena finanzjarja 2022, jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 %, jew fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja sa 25 %, tal-ammont allokat għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022 bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) [xxxx/xxxx]*[QFP]. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.

"Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-Istati Membri li ma jiħdux id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għas-sena finanzjarja 2022, jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 %, jew fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja sa 25 %, tal-ammont allokat għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2022 bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) [xxxx/xxxx]*[QFP]. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul.

_______________

_______________

* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) […] ta' […] [li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU …..)";

* Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) […] ta' […] [li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027 (ĠU …..)";

Emenda  79

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE).../... [Regolament Tranżitorju], l-Istati Membri li ma jiħdux id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għas-sena finanzjarja 2023, jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 2020, jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti sa 15 % jew, fil-każ tal-Bulgarija, l-Estonja, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja, sa 25 %, tal-ammont allokat għall-appoġġ iffinanzjat taħt il-FAEŻR fis-sena finanzjarja 2023 bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) .../... [QFP]. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-appoġġ iffinanzjat mill-FAEŻR. Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u għandha tistabbilixxi l-perċentwal magħżul."

Emenda  80

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 3

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 15a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Notifiki għas-sena kalendarja 2021

Notifiki għas-snin kalendarji ta' matul il-perjodu tranżitorju

Emenda  81

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 3

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 15a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għas-sena kalendarja 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikoli 22(2), 42(1), 49(1), 51(1) u 53(6) sal-1 ta' Awwissu 2020.;

Għal kull sena kalendarja tal-perjodu tranżitorju, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikoli 22(2), 42(1), 49(1), 51(1) u 53(6) sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel.

Emenda  82

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 4

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 22 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Għas-sena kalendarja 2021, jekk il-limitu massimu għal Stat Membru stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ikun differenti minn dak tas-sena preċedenti bħala riżultat ta' bidla fl-ammont stabbilit fl-Anness II jew bħala riżultat ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat Membru f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 14(1) jew (2), l-Artikolu 42(1), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 51(1), jew l-Artikolu 53, dak l-Istat Membru għandu jnaqqas jew iżid b'mod lineari l-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament u/jew inaqqas jew iżid ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali sabiex tiġi żgurata konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.";

Għal kull sena kalendarja tal-perjodu tranżitorju, jekk il-limitu massimu għal Stat Membru stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ikun differenti minn dak tas-sena preċedenti bħala riżultat ta' bidla fl-ammont stabbilit fl-Anness II jew bħala riżultat ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda minn dan l-Istat Membru f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 14(1) jew (2), l-Artikolu 42(1), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 51(1), jew l-Artikolu 53, dak l-Istat Membru għandu jnaqqas jew iżid b'mod lineari l-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament u/jew inaqqas jew iżid ir-riżerva nazzjonali jew ir-riżervi reġjonali sabiex tiġi żgurata konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Emenda  83

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 5

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 23 – paragrafu 6 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Għas-sena kalendarja 2021, l-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2020 bid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.";

Għal kull sena kalendarja tal-perjodu tranżitorju, l-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu tas-sena ta' qabel bid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Emenda  84

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 25 – paragrafu 11 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li jkunu applikaw l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5), l-Istati Membri li jkunu użaw id-deroga prevista fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet għall-pagament li għandhom il-bdiewa fil-31 ta' Diċembru 2019 b'valur aktar baxx mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali għas-sena 2020 kif ikkalkulat f'konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiżdidilhom il-valur ta' unità tagħhom għall-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena 2020. Iż-żieda għandha tiġi kkalkulata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Wara li jkunu applikaw l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5), l-Istati Membri li jkunu użaw id-deroga prevista fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li d-drittijiet għall-pagament li għandhom il-bdiewa fil-31 ta' Diċembru 2019 u, fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], fil-31 ta' Diċembru 2020, b'valur aktar baxx mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali għas-sena sussegwenti tal-perjodu tranżitorju kif ikkalkulat f'konformità mat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu jiżdidilhom il-valur ta' unità tagħhom għall-valur ta' unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena korrispondenti. Iż-żieda għandha tiġi kkalkulata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  85

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 25 – paragrafu 11 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) biex tiġi ffinanzjata ż-żieda, id-drittijiet kollha għall-pagament jew parti minnhom li huma proprjetà tal-bdiewa, jew li huma mikrija lilhom fil-31 ta' Diċembru 2019, li għandhom valur ogħla mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena 2020 kif ikkalkulat f'konformità mat-tieni subparagrafu, għandhom jitnaqqsu. Dan it-tnaqqis għandu japplika għad-differenza bejn il-valur ta' dawk id-drittijiet u l-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena 2020. L-applikazzjoni ta' dan it-tnaqqis għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jistgħu jinkludu l-iffissar ta' tnaqqis massimu.

(b) biex tiġi ffinanzjata ż-żieda, id-drittijiet kollha għall-pagament jew parti minnhom li huma proprjetà tal-bdiewa, jew li huma mikrija lilhom fil-31 ta' Diċembru 2019 u, fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], fil-31 ta' Diċembru 2020, li għandhom valur ogħla mill-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena sussegwenti tal-perjodu tranżitorju kif ikkalkulat f'konformità mat-tieni subparagrafu, għandhom jitnaqqsu. Dan it-tnaqqis għandu japplika għad-differenza bejn il-valur ta' dawk id-drittijiet u l-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali fis-sena korrispondenti. L-applikazzjoni ta' dan it-tnaqqis għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li jistgħu jinkludu l-iffissar ta' tnaqqis massimu.

Emenda  86

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 25 – paragrafu 11 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali għas-sena 2020 imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku jkun diviż kif stabbilit f'konformità mal-Artikolu 22(1) jew 23(2) għas-sena 2020, minbarra l-ammont tar-riżerva/i nazzjonali jew reġjonali, bin-numru ta' drittijiet għall-pagament li huma proprjetà ta' jew li huma mikrija lill-bdiewa fil-31 ta' Diċembru 2019.

Il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali għas-snin ta' matul il-perjodu tranżitorju imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali għall-iskema ta' pagament bażiku jkun diviż kif stabbilit f'konformità mal-Artikolu 22(1) jew 23(2) għas-sena inkwistjoni, minbarra l-ammont tar-riżerva/i nazzjonali jew reġjonali, bin-numru ta' drittijiet għall-pagament li huma proprjetà ta' jew li huma mikrija lill-bdiewa fil-31 ta' Diċembru tas-sena preċedenti.

Emenda  87

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 25 – paragrafu 11 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li jkunu għamlu użu tad-deroga prevista fil-paragrafu 4 jistgħu jiddeċiedu li jibqgħu jżommu l-valur tad-drittijiet għall-pagament ikkalkulati f'konformità ma' dak il-paragrafu soġġett għall-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 22(5).

imħassar

Emenda  88

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 7

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 25 – paragrafu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"12. Għas-sena kalendarja 2021, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw aktar konverġenza interna billi japplikaw il-paragrafu 11 għas-sena rispettiva.";

12. Għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw aktar konverġenza interna billi japplikaw il-paragrafu 11 għas-sena rispettiva.

Emenda  89

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 8

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għas-sena kalendarja 2022, fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE).../... [Regolament Tranżitorju] l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw kull deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 25(12) ta' dan ir-Regolament sal-1 ta' Awwissu 2021.

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1307-20200201)

Emenda  90

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 9

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 30 – paragrafu 8 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Għall-allokazzjonijiet mir-riżerva fl-2021, l-ammont tar-riżerva li għandu jiġi eskluż skont it-tieni subparagrafu għandu jiġi aġġustat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(5). Għall-allokazzjonijiet mir-riżerva fl-2021, ma għandux japplika t-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.;

Għall-allokazzjonijiet mir-riżerva fl-2021, u, fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], għall-allokazzjonijiet mir-riżerva fl-2022, l-ammont tar-riżerva li għandu jiġi eskluż skont it-tieni subparagrafu għandu jiġi aġġustat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(5). Għall-allokazzjonijiet mir-riżerva fl-2021, u, fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], għall-allokazzjonijiet mir-riżerva fl-2022, it-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika.;

Emenda  91

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Fl-Artikolu 37(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"L-Istati Membri li jagħtu għajnuna nazzjonali tranżitorja fl-2020 jistgħu jkomplu jagħmlu dan sa tmiem il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju]."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1307-20200201)

Emenda  92

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 37 – paragrafu 4 – inċiżi 6a u 6b (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Fl-Artikolu 37(4), jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

 

"- 50 % fl-2021,

 

- fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], 50 % fl-2022."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1307-20200201)

Emenda  93

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 58 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Il-Bulgarija: EUR 624,11,

 Bulgarija: EUR X*

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  94

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 58 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Il-Greċja: EUR 225,04,

 Greċja: EUR X*,

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  95

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 58 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Spanja: EUR 348,03,

 Spanja: EUR X*,

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  96

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 58 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Il-Portugall: EUR 219,09.";

 Portugall: EUR X*.";

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  97

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Artikolu 58 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-2022, fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], l-ammont tal-pagament speċifiku għall-għelejjel għal kull ettaru ta' erja eliġibbli għandu jiġi kkalkulat billi l-ħsad stabbilit fil-paragrafu 2 jiġi mmultiplikat bl-ammonti ta' referenza li ġejjin:

 

– Bulgarija: EUR X*,

 

– Greċja: EUR X*,

 

– Spanja: EUR X*,

 

– Portugall: EUR X*a.

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1307-20200201)

Emenda  98

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) EUR 10 666 000 għall-Greċja;

(a) EUR X* għall-Greċja;

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  99

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) EUR 554 000 għal Franza;

(b) EUR X* għal Franza;

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  100

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) EUR 34 590 000 għall-Italja.";

(c) EUR X* għall-Italja.";

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma ta l-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  101

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-2022, fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], il-finanzjament mill-Unjoni tal-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta':

 

(a) EUR X* għall-Greċja;

 

(b) EUR X* għal Franza; and

 

(c) EUR X* għall-Italja.

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20190101)

Emenda  102

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 58 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-2021, il-finanzjament tal-Unjoni għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi previst fil-paragrafu 1 għall-Ġermanja għandu jkun EUR 2 188 000.";

Għall-2021, il-finanzjament mill-Unjoni għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' EUR X* għall-Ġermanja.;

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  103

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 58 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-2022, fejn japplika l-Artikolu -1(2) tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju], il-finanzjament mill-Unjoni għall-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' EUR X* għall-Ġermanja.

 

__________________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020, estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20190101)

Emenda  104

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 68 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2 a) fl-Artikolu 68, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Id-drittijiet għat-taħwil mogħtijin lill-produtturi skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel il-31 ta' Diċembru 2015 li ma jintużawx minn dawk il-produtturi u jibqgħu validi sa dik id-data jistgħu jiġu konvertiti f'awtorizzazzjonijiet skont dan il-Kapitolu mill-1 ta' Jannar 2016.

"1. Id-drittijiet għat-taħwil mogħtijin lill-produtturi skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel il-31 ta' Diċembru 2015 li ma jintużawx minn dawk il-produtturi u jibqgħu validi sa dik id-data jistgħu jiġu konvertiti f'awtorizzazzjonijiet skont dan il-Kapitolu mill-1 ta' Jannar 2016. Tali konverżjoni għandha ssir fuq talba li għandha tiġi preżentata minn dawk il-produtturi qabel il-31 ta' Diċembru 2015. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lill-produtturi jippreżentaw talba bħal din sabiex jikkonvertu d-drittijiet f'awtorizzazzjonijiet sal-31 ta' Diċembru tal-aħħar sena tal-perjodu tranżitorju kif imsemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju]."

Tali konverżjoni għandha ssir fuq talba li għandha tintbagħat minn dawk il-produtturi qabel il-31 ta' Diċembru 2015. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lill-produtturi sabiex jippreżentaw talba bħal din sabiex jikkonvertu d-drittijiet f'awtorizzazzjonijiet sal-31 ta' Diċembru 2020.

 

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20190101)

Emenda  105

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 68 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2b) fl-Artikolu 68, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom l-istess perijodu ta' validità tad-drittijiet għat-taħwil imsemmijin fil-paragrafu 1. Jekk dawn l-awtorizzazzjonijiet ma jintużawx, dawn għandhom jiskadu l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 2018, jew, fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023.

"2. L-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom l-istess perijodu ta' validità tad-drittijiet għat-taħwil imsemmijin fil-paragrafu 1. Jekk dawn l-awtorizzazzjonijiet ma jintużawx, dawn għandhom jiskadu l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 2018, jew, fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara li jkun intemm il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju]."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20190101)

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 167a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Fit-Titolu II, Kapitolu III, Taqsima 4, jiżdied l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 167a

 

Regoli tal-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabbilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa

 

1. Sabiex tittejjeb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli tal-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista. Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u ma għandhomx:

 

(a) ikunu relatati ma' kwalunkwe transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat;

 

(b) jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

 

(c) irendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv tar-rendiment li altrimenti kien ikun disponibbli.

 

2. Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, permezz tal-pubblikazzjoni kompluta tagħhom f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

 

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=MT)

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' artikolu ġdid bl-iskop li jkun jista' jiġi applikat mekkaniżmu għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa li jkun simili għal dak inkluż fl-Artikolu 167 tar-Regolament (UE) 1308/2013 għas-settur tal-inbid, li jkun jippermetti li l-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur jiġu ssodisfati billi tittejjeb il-kapaċità tiegħu li jirregola lilu nnifsu.

 

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 211 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d) Fl-Artikolu 211, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a. B'deroga mill-paragrafu 1 u bl-għan li jiġu limitati l-effetti tal-varjabbiltà tal-introjtu, billi l-bdiewa jiġu mħeġġa jfaddlu matul is-snin tajba sabiex ikunu jistgħu jiffaċċjaw is-snin ħżiena, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE ma għandhomx japplikaw għall-miżuri fiskali nazzjonali li bihom l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddevjaw mir-regoli tat-taxxa ġenerali billi jippermettu li l-bażi tat-taxxa fuq l-introjtu applikata għall-bdiewa tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' perjodu pluriennali, fosthom billi jirriportaw parti mill-bażi tat-taxxa inkluż billi jiddifferixxu parti mill-bażi tat-taxxa, jew billi jippermettu l-esklużjoni tal-ammonti mdaħħla f'kont tat-tfaddil agrikolu ddedikat apposta."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Sabiex jgħinu lill-bdiewa jiffaċċjaw il-varjabbiltà tal-introjtu, l-Istati Membri jistgħu jadattaw il-miżuri fiskali nazzjonali tagħhom biex jippermettu bażi ta' perjodu pluriennali jew l-esklużjoni temporanja tal-ammonti mqiegħda f'kontijiet ta' tfaddil dedikati apposta. Tali miżuri għandhom jiġu eżentati mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Emenda  108

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 214a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2e) Fl-Artikolu 214a, wara l-ewwel paragrafu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"Bħala deroga mill-ewwel paragrafu u soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, il-Finlandja tista', matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE).../... [Regolament Tranżitorju], tkompli tagħti l-għajnuna nazzjonali li tat fl-2020 lill-produtturi abbażi ta' dan l-Artikolu." "

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:02013R1308-20190101)

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VIII – Parti I – Taqsima D – punt 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fl-Anness VIII, fil-Parti I, Taqsima D, jiżdied il-punt li ġej:

 

“7a. Minkejja l-punti 1 u 3, f'każijiet speċifiċi u għal raġunijiet debitament sostanzjati u fil-preżenza ta' karatteristiċi produttivi u ambjentali omoġenji, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-proċessi msemmija fit-Taqsimiet B u C jitwettqu f'żona vitikola li tmiss maż-żona li fiha jkun ġie maħsud l-għeneb frisk użat."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=MT)

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VIII – Parti I – Taqsima D – punt 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Fl-Anness VIII, fil-Parti I, Taqsima  D, jiżdied il-punt li ġej:

 

“7b. Fir-reġjuni vitikoli affettwati miż-żona li tmiss maż-żewġ żoni vitikoli u fil-preżenza ta' karatteristiċi omoġenji produttivi u ambjentali, l-Istati Membri jistgħu, minkejja l-punti 1 u 3, jawtorizzaw il-proċessi msemmija fit-Taqsimiet B u C li jridu jitwettqu f'żona vitikola li tmiss maż-żona li fiha jkun ġie maħsud l-għeneb frisk użat."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R1308-20190101&from=MT)

Emenda  111

 

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu -1 (ġdid)

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 22a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 22a

 

Ftehimiet interprofessjonali

 

1. Minkejja l-Artikoli 164 u 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157 ta' dak ir-Regolament, li topera f'reġjun ultraperiferiku u li titqies li hi rappreżentattiva tal-produzzjoni, jew tal-kummerċ, jew tal-ipproċessar ta' prodott speċifikat wieħed jew aktar ta' dak ir-reġjun, l-Istat Membru kkonċernat jista', fuq talba ta' dik l-organizzazzjoni interprofessjonali, jagħmel vinkolanti għal perjodu ta' sena li jista' jiġġedded, ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma fi ħdan dik l-organizzazzjoni għal operaturi ekonomiċi oħra li jkunu attivi fir-reġjun ultraperiferiku inkwistjoni, kemm jekk ikunu individwi u kemm jekk gruppi, li ma jkunux jappartienu lil dik l-organizzazzjoni.

 

2. F'każ fejn ir-regoli ta' organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont il-paragrafu 1, u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta' operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom ikollhom x'jaqsmu ma' prodotti destinati unikament għas-suq lokali ta' dak ir-reġjun ultraperiferiku, l-Istat Membru jista', wara li jikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti, jiddeċiedi li l-operaturi ekonomiċi individwali jew il-gruppi li ma jkunux membri ta' dik l-organizzazzjoni interprofessjonali iżda li joperaw fis-suq ikkonċernat, għandhom iħallsu fit-totalità tagħhom jew parti minnhom il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha li jitħallsu mill-membri tagħha lill-organizzazzjoni, sakemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru l-ispejjeż imġarrba direttatment b'riżultat tat-twettiq tal-attivitajiet ikkonċernati.

 

3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ftehim li l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jiġi estiż skont dan l-Artikolu."

 (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32016R0399)

Emenda  112

 

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-rigward ta' kull sena finanzjarja, l-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sa total annwali ta':

imħassar

 fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 267 580 000,

 

 Azores u Madeira: EUR 102 080 000;

 

 il-Gżejjer Kanarji: EUR 257 970 000.

 

Emenda  113

 

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 25 900 000;

 fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej: EUR 35 000 000;

Emenda  114

 

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Azores u Madeira: EUR 20 400 000;

imħassar

Emenda  115

 

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013

Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 il-Gżejjer Kanarji: EUR 69 900 000.

imħassar

Emenda  116

 

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Regolament (UE) Nru 229/2013

Artikolu 18 – paragrafi 2 u 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

imħassar

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 229/2013

 

Fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

 

2. L-Unjoni għandha tiffinanzja l-miżuri previsti fil-Kapitoli III u IV sal-ammont ta' EUR 23 000 000.

 

3. L-ammont allokat għall-finanzjament tal-arranġamenti speċifiċi ta' provvista msemmija fil-Kapitolu III ma għandux jaqbeż is-EUR 6 830 000." .

 

 

Emenda  117

 

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Anness I – parti 2 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"It-Tieni parti: Tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (2021)

"It-Tieni parti: Tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (ta' kull sena għall-perjodu tranżitorju kif previst fl-Artikol -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju])

Emenda  118

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Anness I – parti 2 – tabella

 

Test propost mill-Kummissjoni

(prezzijiet kurrenti f'EUR)

 

2021

Belġju

67 178 046

Bulgarija

281 711 396

Ċekja

258 773 203

Danimarka

75 812 623

Ġermanja

989 924 996

Estonja

87 875 887

Irlanda

264 670 951

Greċja

509 591 606

Spanja

1 001 202 880

Franza

1 209 259 199

Kroazja

281 341 503

Italja

1 270 310 371

Ċipru

15 987 284

Latvja

117 307 269

Litwanja

195 182 517

Lussemburgu

12 290 956

Ungerija

416 202 472

Malta

12 207 322

Netherlands

73 151 195

Awstrija

480 467 031

Polonja

1 317 890 530

Portugall

493 214 858

Rumanija

965 503 339

Slovenja

102 248 788

Slovakkja

227 682 721

Finlandja

292 021 227

Svezja

211 550 876

Total tal-UE

11 230 561 046

Assistenza Teknika

28 146 770

Total

11 258 707 816

 

Emenda

(Prezzijiet kurrenti f'EUR)

 

Perjodu tranżitorju kif previst fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju] (ta' kull sena*)

Belġju

X

Bulgarija

X

Ċekja

X

Danimarka

X

Ġermanja

X

Estonja

X

Irlanda

X

Greċja

X

Spanja

X

Franza

X

Kroazja

X

Italja

X

Ċipru

X

Latvja

X

Litwanja

X

Lussemburgu

X

Ungerija

X

Malta

X

Netherlands

X

Awstrija

X

Polonja

X

Portugall

X

Rumanija

X

Slovenja

X

Slovakkja

X

Finlandja

X

Svezja

X

Total tal-UE

X

Assistenza Teknika

X

Total

X

___________________

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin,abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020 estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – punt 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Anness II – tabella – kolonna 7a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2021

Perjodu tranżitorju kif previst fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju] (ta' kull sena*)

485 604

X

773 772

X

838 844

X

846 125

X

4 823 108

X

167 722

X

1 163 938

X

1 856 029

X

4 710 172

X

7 147 787

X

344 340

X

3 560 186

X

46 750

X

299 634

X

510 820

X

32 131

X

1 219 770

X

4 507

X

703 870

X

664 820

X

2 972 978

X

584 650

X

1 856 173

X

129 053

X

383 806

X

506 000

X

672 761

X

 

______________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin, abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020 estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – punt 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013

Anness III – tabella – kolonna 7a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2021

Perjodu tranżitorju kif previst fl-Artikolu -1 tar-Regolament (UE) .../... [Regolament Tranżitorju] (ta' kull sena***)

485,6

X

776,3

X

838,8

X

846,1

X

4 823,1

X

167,7

X

1 163,9

X

2 036,6

X

4 768,7

X

7 147,8

X

344,3

X

3 560,2

X

46,8

X

299,6

X

510,8

X

32,1

X

1 219,8

X

4,5

X

703,9

X

664,8

X

2 973,0

X

584,8

X

1 856,2

X

129,1

X

383,8

X

506,0

X

672,8

X

 

______________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin,abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020 estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

 

** L-ammonti għandhom jinkludu l-ispejjeż relatati mal-operazzjonijiet impenjati fil-qafas tal-perjodu ta' programmazzjoni ta' ħames snin preċedenti u li għalihom qed isiru l-pagamenti matul il-perjodu ta' programmazzjoni ta' ħames snin attwali.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Anness III

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VI – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PROGRAMMI TA' APPOĠĠ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(1)

LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PROGRAMMI TA' APPOĠĠ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 44(1)*

 

__________________

 

* L-ammonti għandhom jinkludu wkoll l-ispejjeż relatati mal-operazzjonijiet impenjati fil-qafas tal-perjodu ta' programmazzjoni ta' ħames snin preċedenti u li għalihom qed isiru l-pagamenti matul il-perjodu ta' programmazzjoni ta' ħames snin attwali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konsistenti mal-emenda mressqa fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament dwar il-programmi nazzjonali tal-inbid.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Anness III

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Anness VI – tabella – kolonna 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

mill-2021 'il quddiem

mill-2021 'il quddiem*

25 721

X

4 954

X

37 381

X

23 030

X

202 147

X

269 628

X

10 410

X

323 883

X

4 465

X

43

X

27 970

X

13 155

X

62 670

X

45 844

X

4 849

X

4 887

X

 

_______________

 

* Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (P8_TA(2018)0449), il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni favur iż-żamma tal-finanzjament tal-PAK għall-UE-27 fil-livell tal-baġit 2014-2020 f'termini reali, filwaqt li jżid miegħu l-ammont inizjali tar-riżerva agrikola, jiġifieri EUR 383 255 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 431 946 miljun fi prezzijiet attwali). Għalhekk, iċ-ċifri previsti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi taċ-ċifri li sar qbil dwarhom għall-QFP 2021-2027 jew, jekk dak il-QFP ma jiġix adottat fil-ħin,abbażi tal-limiti massimi u d-dispożizzjonijiet tal-2020 estiżi b'mod konformi mal-Artikolu 312(4) tat-TFUE.

 

 

 


 

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proċedura leġiżlattiva tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni ma ġietx konkluża fil-ħin biex tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħejju l-elementi kollha meħtieġa biex japplikaw il-qafas legali l-ġdid u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK mill-1 ta' Jannar 2021.  Għal din ir-raġuni, fil-31 ta' Ottubru 2019, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet regolament dwar it-tranżizzjoni tal-PAK għas-sena 2021.

Id-dewmien biex jitlestew ir-riforma tal-PAK u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2021-2027 joħloq inċertezza għall-bdiewa u għas-settur agrikolu. Bl-għan li jnaqqas din l-inċertezza, dan ir-Regolament ikompli jibni fuq il-proposta tal-Kummissjoni biex jiżgura l-applikazzjoni kontinwata tar-regoli attwali u tal-pagamenti mingħajr interruzzjoni lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra.

L-objettiv tar-Rapporteur huwa li jinbnew l-istabbiltà u s-sigurtà għall-bdiewa u għas-settur agrikolu kollu kemm hu u li jiġi żgurat li jkun hemm triq ċara lejn il-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid tal-PAK. Dan l-objettiv għandu jintlaħaq permezz ta' Regolament Transitorju bbilanċjat u simplifikat ibbażat fuq ir-regoli attwali tal-PAK. Ir-Rapporteur tqis li dan huwa essenzjali, peress li l-bdiewa u s-settur tal-ikel se jkunu jafu l-kontenut finali tar-Regolament Tranżitorju l-ġdid u l-implikazzjonijiet tiegħu ftit xhur biss qabel ma l-leġiżlazzjoni tidħol fis-seħħ. Minħabba l-fatt li ħafna investimenti fil-livell ta' azjenda agrikola u ordnijiet għas-sena ta' wara jsiru fix-xhur tas-sajf, ir-Rapporteur tenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kontinwazzjoni bla xkiel tar-regoli u l-istrutturi eżistenti u tqis li huwa prudenti li jkun hemm teħid ta' deċiżjonijiet rapidu u ċar mill-istituzzjonijiet Ewropej dwar dan ir-regolament.

Ir-Rapporteur taqbel mal-prinċipju ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li nkomplu bir-regoli l-antiki u bi flus ġodda iżda tistqarr b'mod kategoriku li l-perjodu ta' tranżizzjoni m'għandu bl-ebda mod ifisser li l-bdiewa jaħdmu skont ir-regoli antiki b'inqas flus. Il-pożizzjoni ta' dan l-abbozz ta' rapport hija ferm kontra kwalunkwe tnaqqis fil-finanzjament tal-agrikoltura, peress li d-dħul tal-bdiewa Ewropej diġà huwa inqas mill-medja meta mqabbel ma' setturi oħra. Dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-dispożizzjoni li għandha l-għan li tiżgura standard ta' għajxien ġust għall-bdiewa kif hemm minqux fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ir-rapport jibni fuq il-linja baġitarja adottata mill-Parlament Ewropew dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, li tappella biex il-finanzjament mill-UE għas-settur agrikolu jibqa' fil-livell attwali. 

Ir-Rapporteur tara dan ir-regolament bħala pont importanti bejn il-perjodi ta' programmazzjoni tal-PAK u tqis li r-Regolament Tranżitorju għandu joffri lill-Istati Membri żmien biżżejjed biex iħejju l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali rispettivi tagħhom kif ukoll l-istrutturi amministrattivi u tal-IT meħtieġa biex il-qafas legali l-ġdid jkun jista' jiġi implimentat b'suċċess. Għalhekk, perjodu ta' tranżizzjoni suffiċjenti li jirrispetta dawn il-perjodi ta' żmien jipprovdi l-istabbiltà u ċ-ċertezza tant meħtieġa għas-settur tal-biedja fit-tranżizzjoni lejn il-perjodu ta' programmazzjoni tal-PAK il-ġdid.

Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jikkonsultaw b'mod estensiv mal-bdiewa u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha matul it-tħejjija tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom. Hemm iddikjarat li l-ħidma fuq l-iżvilupp tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-Istati Membri għandha ssir mingħajr dewmien biex il-bdiewa jiġu żgurati tranżizzjoni bla xkiel għal perjodu ta' programmazzjoni ġdid.

Tul ta' żmien

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni pproponiet perjodu tranżitorju ta' sena. Filwaqt li, fil-prinċipju, ir-Rapporteur tappoġġja din id-durata, jidher li minħabba l-kumplessitajiet u s-sitwazzjoni attwali fil-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss u r-riforma tal-PAK hemm il-possibbiltà li perjodu ta' tranżizzjoni ta' sena jista' ma jkunx biżżejjed. Skont il-proposta ta' wara l-2020 tal-PAK, il-Kummissjoni Ewropea tipprevedi li l-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet nazzjonali se jkollhom bżonn mill-inqas sena minn qabel biex jippreparaw il-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom u mbagħad il-Kummissjoni Ewropea jkollha għadd ta' xhur żmien għall-proċess ta' approvazzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet u filwaqt li taqbel mal-prinċipju ta' perjodu tranżitorju ta' sena, ir-Rapporteur ipproponiet li tiġi introdotta salvagwardja li tippermetti l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju għal sena oħra jekk ikun meħtieġ.

L-iskadenza għall-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali tat-30 ta' Settembru 2020 li ġiet stabbilita għall-attivazzjoni tas-salvagwardja ġiet ikkalkulata b'kont meħud tal-kumplessitajiet tal-proċedura leġiżlattiva u ż-żmien meħtieġ qabel ma r-regoli l-ġodda tal-PAK ikunu jistgħu jiġu applikati b'suċċess. Meta tkun qed tiġi determinata skadenza kompatibbli mal-iskeda ta' żmien imsemmija hawn fuq, ir-Rapporteur hija tal-fehma li l-punt meta jintlaħaq il-ftehim bejn il-koleġiżlaturi jippreżenta garanzija suffiċjenti biex l-Istati Membri jibdew il-proċess ta' tħejjija. Fil-fehma tar-Rapporteur, dan il-ftehim jeħtieġ li jintlaħaq sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020.

Ir-Rapporteur tieħu approċċ prammatiku għar-Regolament Tranżitorju u tissottolinja li dan għandu jinżamm separat mir-riforma tal-PAK. Prinċipju ta' gwida tar-Rapporteur fl-abbozzar ta' dan ir-rapport huwa li fir-regoli tranżitorji m'għandhomx jiddaħħlu inizjattivi ġodda. Il-bażi għal dan l-approċċ hija li din il-leġiżlazzjoni se tidħol fis-seħħ fi żmien 11-il xahar mit-tressiq ta' dan ir-rapport u la hija ħaġa ġusta u lanqas realistika li l-bdiewa Ewropej jintalbu jimplimentaw miżuri ġodda li ma jkunux ġew diskussi bis-sħiħ u approvati mill-koleġiżlaturi qabel ma l-leġiżlazzjoni tidħol fis-seħħ.

Fir-riforma tal-PAK, se jiġu introdotti miżuri u regoli ġodda u l-Kummissjoni indikat li hija meħtieġa kunsiderazzjoni ulterjuri ta' dawn il-miżuri u r-regoli fid-dawl tal-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, ippubblikat fit-11 ta' Diċembru 2019. Ir-Rapporteur tqis li l-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa proposta importanti u komprensiva li tfassal il-futur fit-tul tal-agrikoltura Ewropea u l-produzzjoni tal-ikel. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li dawn il-kunsiderazzjonijiet iridu jiġu ttrattati fi ħdan il-proposti ta' riforma tal-PAK u mhux f'dan ir-regolament, peress li dan jirriskja li jkun hemm żewġ proċessi ta' riforma paralleli li joħolqu inċertezza sinifikanti u li tiswa ħafna l-flus għall-bdiewa u għas-settur agrikolu b'mod ġenerali.

L-integrar tal-kontinwità u tal-opportunità fit-tranżizzjoni

Ir-Rapporteur tenfasizza li l-miżuri kollha li jittieħdu matul il-perjodu tranżitorju jridu jkunu bbażati fuq ir-regoli u l-għodod attwali. Fir-rigward tal-kontinwazzjoni tar-regoli attwali tal-PAK, ir-Rapporteur ipproponiet li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżidu l-kofinanzjament tagħhom fit-tieni pilastru. Huwa importanti li l-programmi attwali tal-iżvilupp rurali jkunu jistgħu jkomplu għaddejjin mingħajr l-ebda tnaqqis għall-bdiewa u għall-benefiċjarji.

Barra minn hekk, din il-possibbiltà tkun tappoġġja l-impenn tal-Istati Membri li jżommu l-miżuri ambjentali tal-anqas fil-livell attwali kif propost mill-Kummissjoni. Fir-rapport, qed jiġi propost li l-Istati Membri jkollhom l-opportunità li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri agroambjentali u klimatiċi tagħhom bħala parti mill-programm tal-iżvilupp rurali tagħhom matul il-perjodu tranżitorju.

Ir-rapport jaġġusta l-proċess ta' approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-estensjoni tal-programmi tal-Iżvilupp Rurali. Skont ir-Rapporteur, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika b'mod suffiċjenti d-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta l-estensjoni ta' programmi, ħaġa li tgħin biex jiġu żgurati ċ-ċertezza tad-dritt u l-kontinwità tal-pagamenti lill-bdiewa b'mod li jkun f'waqtu. Huwa ddikjarat li gwida f'waqtha u dettaljata għall-Istati Membri hija essenzjali sabiex jiġi evitat kull riskju għall-istabbiltà tas-settur agrikolu.

Ir-rapport jipproponi li d-durata tal-programmi operattivi li diġà ġew adottati tiġi ssimplifikata. Sabiex tiġi ssalvagwardjata ċ-ċertezza tad-dritt u sabiex ikun hemm trattament indaqs, il-programmi operattivi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jitħallew jibqgħu għaddejjin mingħajr tibdil sad-dati tat-tmiem rispettivi tagħhom.

Limitazzjoni ta' massimu ta' 3 snin fuq impenji ġodda li saru fl-2021 tista' titqies xierqa għall-biċċa l-kbira tal-miżuri tal-iżvilupp rurali. Min-naħa l-oħra, il-miżuri agroambjentali klimatiċi skont l-Artikolu 28(5) ta' 1305/2013 li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttivi dwar Natura 2000 jew it-twettiq tar-Regolament (UE) 2018/842 dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi jiddependu mill-possibbiltà li jiġu pprovduti impenji fit-tul biex il-benefiċjarji jiġu kkumpensati għall-manutenzjoni tal-art b'konformità mal-atti legali msemmija hawn fuq. Għalhekk, il-limitu ta' 3 snin ma għandux japplika għal dawn il-miżuri bil-kundizzjoni li dawk il-miżuri jiġu integrati fil-qafas tal-pjan strateġiku tal-PAK il-ġdid.

Ir-Rapporteur tipproponi li tiġi segwita l-loġika li jkomplu jiġu applikati r-regoli attwali anke fil-qasam tal-għajnuna nazzjonali tranżitorja u sistemi simili oħra, li ma ġewx estiżi fil-proposta tal-Kummissjoni. Dan l-approċċ isegwi l-objettiv ġenerali li tiġi żgurata l-kontinwazzjoni bla interruzzjoni tal-appoġġ lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra matul il-perjodu tranżitorju u jippermetti lis-setturi rispettivi jadattaw ruħhom. Permezz tal-kontinwazzjoni ta' dawn il-pagamenti, jistgħu jiġu żgurati għall-bdiewa l-istabbiltà, il-prevedibbiltà u l-kapaċità ta' ppjanar. L-eliminazzjoni ta' dawn il-pagamenti mil-lum għal għada jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq għadd ta' setturi agrikoli sensittivi fl-Ewropa.

Ir-rapport iwitti t-triq għal tranżizzjoni aktar faċli għall-PAK il-ġdida billi jżid l-assistenza teknika u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jibdew iħejju l-Pjanijiet Strateġiċi kmieni kemm jista' jkun. It-tranżizzjoni għal perjodu ta' programmazzjoni ġdid tippreżenta rekwiżiti amministrattivi ulterjuri għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, b'riskju potenzjali ta' impatt fuq il-benefiċjarji finali. In-natura sostanzjali tal-bidliet proposti f'din ir-riforma tal-PAK se tirrikjedi wkoll ippjanar u impenji sinifikanti mis-settur agrikolu fl-implimentazzjoni u fl-ilħuq tal-objettivi u tal-ambizzjoni. Ir-Rapporteur temmen li huwa meħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw perċentwal akbar tal-fondi allokati għall-assistenza teknika matul il-perjodu tranżitorju, ħalli l-għodod u l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stabbiliti jiġu żviluppati kif suppost. Wara l-perjodu tranżitorju għandu jiġi kkumpensat ammont ogħla ta' assistenza teknika u l-piż finanzjarju m'għandux jiġi impost fuq il-bdiewa.

 


 

ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS

Is-Sur Norbert Lins

President

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar ir-Regolament li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021. (COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD))

Sur President,

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI) qed iħejji rapport dwar proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 (2019/0254(COD)).

 

Il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li jressaq opinjoni fil-forma ta' ittra:

 

A. billi l-Kummissjoni ressqet sensiela ta' proposti leġiżlattivi baġitarji u settorjali f'Mejju/Ġunju 2018 fid-dawl tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027 li jmiss, inklużi regolamenti ġodda għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) riformat u għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

B. billi tranżizzjoni ta' suċċess għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi ta' nefqa u skemi ta' appoġġ fl-ambitu tal-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja 2021-2027 se tiddependi mill-adozzjoni f'waqtha tal-leġiżlazzjoni globali dwar il-QFP kif ukoll l-atti bażiċi għar-riforma tal-istrumenti ta' finanzjament;

C. billi sar progress konsiderevoli fin-negozjati leġiżlattivi bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar il-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni settorjali; billi, madankollu, in-negozjati dwar il-Politika Agrikola Komuni rriformata kienu qed iġarrbu dewmien proċedurali gravi;

D. billi jidher li l-Kunsill qed jagħmel progress bil-mod ħafna lejn ftehim dwar il-pakkett finanzjarju għall-QFP li jmiss;

E. billi r-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-flus tal-UE li attwalment jimplimentaw il-politiki u l-programmi sottostanti m'għandhiex issirilhom ħsara minħabba dewmien leġiżlattiv u inċertezzi tad-dritt;

F. billi, lil hinn minn bażi ġuridika valida, għandhom jitħejjew għadd ta' pjanijiet operazzjonali u strateġiċi qabel l-ewwel ta' Jannar 2021 sabiex jiġu mnedija l-politiki l-ġodda;

G. billi, f'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni fl-10 ta' Ottubru 2019 dwar "Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini" li titlob xibka ta' sikurezza bil-għan li tipproteġi l-benefiċjarji tal-programmi tal-UE u tħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda tħejji pjan ta' kontinġenza rigward il-QFP bil-għan li tiżgura l-kontinwità tal-finanzjament fil-każ li jkun meħtieġ li jiġi estiż il-QFP attwali;

H. billi l-appoġġ kontinwu lill-bdiewa skont l-iskemi ta' pagamenti diretti fl-2021 għandu jipproċedi mingħajr inkonsistenzi tad-dritt; billi l-emendi huma meħtieġa biex jippermettu l-applikazzjoni ta' konverġenza interna u l-estensjoni tal-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għall-2021; billi l-ammonti tal-2021 għal diversi programmi għandhom jiġu aġġornati;

I. billi, fin-nuqqas ta' pakketti nazzjonali definiti sew wara l-2020, l-Istati Membri jirriskjaw li ma jkunux jistgħu jieħdu impenji legali ġodda fil-qasam tal-Iżvilupp Rurali;

J. billi, fin-nuqqas ta' ċerti adattamenti tekniċi, jitfaċċaw inkonsistenzi fir-rigward tar-riżerva għall-kriżijiet, l-iskadenzi marbuta mal-estensjoni tal-programm tal-iżvilupp rurali u d-dispożizzjonijiet ta' prefinanzjament;

 

Filwaqt li jirrikonoxxi d-dewmien fil-proċeduri legali u l-istinkar biex tkun żgurata tranżizzjoni vijabbli minn perjodu ta' qafas finanzjarju għal ieħor, u konxju mir-riskji li jistgħu jirriżultaw minn inċertezzi tad-dritt għall-Istati Membri u l-benefiċjarji finali, il-Kumitat għall-Baġits għalhekk:

 

1. Jappoġġa l-objettivi tal-pakkett tranżizzjonali kif propost mill-Kummissjoni, b'mod partikolari l-kontinwità tas-sostenn tal-PAK taħt iż-żewġ pilastri fl-2021, b'mod konformi mar-regoli attwali f'każ ta' aktar dewmien fin-negozjati dwar il-pakkett ta' riforma agrikola għall-perjodu 2021-2027;

2.  Jitlob l-adozzjoni rapida tar-regolament tranżizzjonali; 

3. Jitlob informazzjoni trasparenti u f'waqtha dwar kwalunkwe bidliet li jirriżultaw fil-bażijiet ġuridiċi tal-PAK li jkollhom impatt fuq il-proċeduri baġitarji annwali għall-2020 u lil hinn;

4. Jistenna li dawn il-miżuri tranżizzjonali ma jippreġudikawx u ma jwasslux għal dewmien addizzjonali fil-proċess leġiżlattiv settorjali li jwassal għar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni.

 

Dejjem tagħkom,

 

Johan Van Overtveldt

 


 

 

28.4.2020

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021

(COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Herbert Dorfmann

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Peress li l-qafas leġiżlattiv li jirregola l-politika agrikola komuni lil hinn mill-2020 għadu qed jiġi nnegozjat, hemm il-ħtieġa li, sabiex tkun garantita tranżizzjoni bla xkiel, jiġu adottati miżuri tranżitorji li jippermettu li l-applikabbiltà tar-regolamenti eżistenti tiġi estiża sa meta tiġi implimentata s-sistema l-ġdida.

Ir-regolamenti fis-seħħ iridu jiġu mmodifikati, b'mod partikolari biex jiġu inklużi l-ammonti/il-limiti massimi applikabbli, li jridu jiġu ffissati għall-QFP l-ġdid 2021-2027.

Peress li l-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi perjodu tranżitorju ta' sena, l-opinjoni tagħmilha possibbli li ssir estensjoni sal-2022, jekk ir-regolament il-ġdid tal-PAK ma jiġix adottat sat-30 ta' Ottubru 2020.

Għall-FAEŻR, il-perjodu ta' notifika tal-Istati Membri jgħaddi minn 10 ijiem għal 20 jum. Rigward l-impenji l-ġodda li għandhom jittieħdu mill-2021, il-perjodu li għandu jiġi determinat fil-programm ta' żvilupp rurali jista' jdum erba' snin minflok tlieta.

L-