Proċedura : 2020/0066(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0113/2020

Testi mressqa :

A9-0113/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0157

<Date>{12/06/2020}12.6.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0113/2020</NoDocSe>
PDF 285kWORD 73k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19</Titre>

<DocRef></DocRef>


<Commission>{ECON}Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</Commission>

Rapporteur: <Depute> Jonás Fernández </Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19

(COM(2020)0310 – C9-0122/2020 – 2020/0066(COD))

(Ordinary legislative procedure: first reading)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0310),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0122/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Mejju 2020[1],

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2020,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0113/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[*]

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2020/0066 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3] jistabbilixxi, flimkien mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4], il-qafas regolatorju prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (l-istituzzjonijiet) li joperaw fl-Unjoni. Adottat wara l-kriżi finanzjarja li żviluppat fl-2007-2008 u fil-biċċa l-kbira tiegħu bbażat fuq standards internazzjonali miftiehma fl-2010 mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS), magħruf bħala l-qafas ta' Basel III, dak il-qafas regolatorju prudenzjali kkontribwixxa għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet li joperaw fl-Unjoni u biex iħejjihom aħjar biex jittrattaw diffikultajiet potenzjali, inklużi diffikultajiet li jirriżultaw minn kriżijiet potenzjali futuri.

(2) Minn mindu daħal fis-seħħ, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat diversi drabi biex jindirizza d-dgħufijiet li baqa' fil-qafas regolatorju prudenzjali u biex jimplimenta xi elementi pendenti tar-riforma globali tas-servizzi finanzjarji li huma essenzjali biex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet. Fost dawk il-bidliet, ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] ▌introduċa arranġamenti tranżitorji fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jittaffa l-impatt fuq il-fondi proprji tal-introduzzjoni tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju - Strumenti Finanzjarji (IFRS 9). Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6] ▌introduċa fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 rekwiżit għall-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi, l-hekk imsejħa garanzija ta' kontinġenza prudenzjali. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] ▌daħħal fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 uħud mill-elementi finali tal-qafas ta' Basel III. Dawk l-elementi jinkludu, fost affarijiet oħra, definizzjoni ġdida tal-proporzjon ta' lieva u bafer tal-proporzjon ta' lieva, li jipprevjenu lill-istituzzjonijiet milli jżidu l-lieva b'mod eċċessiv, kif ukoll it-trattament prudenzjali l-aktar favorevoli ta' ċerti assi tas-software u t-trattament l-aktar favorevoli ta' ċertu self sostnut minn pensjonijiet jew salarji, fattur ta' appoġġ rivedut għal self lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (il-"fattur ta' appoġġ tal-SMEs"), u aġġustament ġdid għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju ta' kreditu għal skoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet, sistemi u networks li jipprovdu jew jappoġġjaw fattur ta' appoġġ ta' servizzi pubbliċi essenzjali għal (il-fattur ta' appoġġ tal-infrastruttura") .

(3) Ix-xokk ekonomiku qawwi kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta' konteniment eċċezzjonali għandhom impatt wiesa' fuq l-ekonomija. In-negozji qed jiffaċċjaw tfixkil fil-ktajjen tal-provvista, għeluq temporanju u tnaqqis fid-domanda, filwaqt li l-unitajiet domestiċi jħabbtu wiċċhom ma' qgħad u tnaqqis fid-dħul. L-awtoritajiet pubbliċi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri ħadu azzjonijiet deċiżivi biex jappoġġaw lill-familji u lill-impriżi solventi biex jifilħu għal dan it-tnaqqis sever iżda temporanju fl-attività ekonomika u n-nuqqas ta' likwidità konsegwenti li jikkawża.

(4) L-istituzzjonijiet se jkollhom rwol ewlieni biex jikkontribwixxu għall-irkupru. Fl-istess ħin dawn x'aktarx se jiġu affettwati mis-sitwazzjoni ekonomika li sejra għall-agħar. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-awtoritajiet kompetenti pprovdew kapital, likwidità u għajnuna operazzjonali temporanji lill-istituzzjonijiet biex jiżguraw li jkunu jistgħu jkomplu jwettqu r-rwol tagħhom fil-finanzjament tal-ekonomija reali f'ambjent aktar diffiċli. B'mod partikolari, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8] (EBA) ipprovdew ċarezza dwar l-applikazzjoni tal-flessibbiltà diġà inkorporata fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi ħarġu interpretazzjonijiet u gwida dwar l-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali fil-kuntest tal-COVID-19[9]. Din il-gwida tinkludi l-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2020 dwar l-applikazzjoni tal-oqfsa tal-kontabbiltà u prudenzjali għall-iffaċilitar tas-self mill-banek tal-UE - Is-sostenn lin-negozji u lill-unitajiet domestiċi waqt il-COVID-19. B'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, il-BCBS ipprovda wkoll xi flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali[10].

(5) Huwa importanti li l-istituzzjonijiet jużaw il-kapital tagħhom fejn huwa l-aktar meħtieġ u l-qafas regolatorju tal-Unjoni jiffaċilita dan, filwaqt li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jaġixxu b'mod prudenti. B'segwitu għall-flessibbiltà pprovduta fir-regoli eżistenti, il-bidliet immirati għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiżguraw li dan il-qafas regolatorju prudenzjali jinteraġixxi mingħajr xkiel mad-diversi miżuri li jindirizzaw il-pandemija tal-COVID-19.

(6) Iċ-ċirkostanzi straordinarji tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kobor bla preċedent tal-isfidi li ġew attivati jeħtieġu azzjoni immedjata biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom il-kundizzjonijiet biex effettivament jidderieġu l-fondi lejn in-negozji u l-unitajiet domestiċi u biex jassorbu x-xokk ekonomiku kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19.

(7) Garanziji pprovduti fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 mill-gvernijiet nazzjonali jew minn entitajiet pubbliċi oħra, li huma meqjusa li għandhom daqstant affidabbiltà kreditizja skont ir-regoli ▌tar-riskju ta' kreditu stabbiliti fil-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma komparabbli fir-rigward tal-effetti ta' mitigazzjoni tar-riskju tagħhom għal garanziji pprovduti minn aġenziji ta' kreditu għall-esportazzjoni uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 47c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Huwa għalhekk ġustifikat li jiġu allinjati r-rekwiżiti ta' kopertura minima għal skoperturi improduttivi li jibbenefikaw minn garanziji mogħtija minn gvernijiet nazzjonali jew entitajiet pubbliċi oħrajn ma' dawk li jibbenefikaw minn garanziji mogħtija minn aġenziji uffiċjali ta' kreditu għall-esportazzjoni. ▌

(8) Evidenza li ħarġet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 għamlitha ċara li l-possibbiltà li ċerti skoperturi tal-banek ċentrali jiġu esklużi temporanjament mill-kalkolu tal-miżura ta' skopertura totali ta' istituzzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876, tista' tkun essenzjali waqt sitwazzjoni ta' kriżi. Madankollu, id-diskrezzjoni biex tali skoperturi jiġu esklużi ssir applikabbli biss fit-28 ta' Ġunju 2021. Għalhekk, qabel dik id-data, l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jużaw dan l-istrument biex jindirizzaw iż-żieda fl-iskoperturi tal-bank ċentrali li huwa mistenni li sseħħ minħabba miżuri ta' politika monetarja adottati biex jittaffa l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, l-effettività ta' dan l-istrument tidher li hija mxekkla bil-flessibbiltà mnaqqsa li tirriżulta mill-mekkaniżmu ta' kumpens marbut ma' esklużjonijiet temporanji, li jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jżidu l-iskoperturi tal-banek ċentrali f'sitwazzjoni ta' kriżi. Dan jista', fl-aħħar mill-aħħar, iwassal biex istituzzjoni tkun imġiegħla tnaqqas il-livell ta' self tagħha lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji. Għalhekk, sabiex tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza mhux mixtieqa marbuta mal-mekkaniżmu ta' kumpens u sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' dik l-esklużjoni fid-dawl ta' xokkijiet u kriżijiet futuri possibbli, il-mekkaniżmu ta' kumpens jenħtieġ li jiġi modifikat. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' din id-diskrezzjoni matul il-pandemija attwali, il-possibbiltà li ċerti skoperturi tal-banek ċentrali jiġu esklużi temporanjament jenħtieġ li diġà tkun disponibbli qabel ma jsir applikabbli r-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ▌fit-28 ta' Ġunju 2021. Sakemm jiġu applikati d-dispożizzjonijiet emendati dwar il-kalkolu tal-proporzjon ta' lieva kif introdott mir-Regolament (UE) 2019/876, jenħtieġ li l-Artikolu 429a jkompli japplika kif introdott mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/62[11].

(9) Mill-1 ta' Jannar 2018, ħafna istituzzjonijiet li joperaw fl-Unjoni kienu soġġetti għall-IFRS 9. F'konformità mal-istandards internazzjonali adottati mill-BCBS, ir-Regolament (UE) 2017/2395 introduċa fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 arranġamenti tranżitorji biex jiġi mmitigat l-impatt negattiv potenzjalment sinifikanti fuq il-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjonijiet li jirriżulta mill-kontabilità tat-telf ta' kreditu mistenni skont l-IFRS 9.

(10) L-applikazzjoni tal-IFRS 9 matul it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 tista' twassal għal żieda sinifikanti f'daqqa fil-provvedimenti għat-telf ta' kreditu mistenni (ECL) billi, għal ħafna skoperturi, it-telf mistenni tul il-ħajja tagħhom jista' jkun meħtieġ li jiġi kkalkulat. Il-BCBS u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej iċċaraw li l-istituzzjonijiet huma mistennija ma japplikawx b'mod mekkaniku l-approċċi eżistenti tagħhom għall-ECL f'sitwazzjoni eċċezzjonali bħall-pandemija tas-CO19 iżda huma mistennija jużaw il-flessibbiltà inerenti fl-IFRS 9, pereżempju biex jagħtu l-importanza dovuta lil xejriet ekonomiċi fit-tul. Fit-3 ta' April 2020, il-BCBS qabel li jippermetti aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-arranġamenti tranżitorji li jintroduċu bil-mod l-impatt tal-IFRS 9. Biex tiġi limitata l-volatilità possibbli tal-kapital regolatorju li tista' sseħħ jekk il-pandemija tal-COVID-19 tirriżulta f'żieda sinifikanti fid-dispożizzjonijiet tat-telf ta' kreditu mistenni, huwa meħtieġ li jiġu estiżi wkoll l-arranġamenti tranżitorji fil-liġi tal-Unjoni.

(11) Biex jiġi mmitigat l-impatt potenzjali li żieda f'daqqa fil-provvedimenti tat-telf mistenni jista' jkollha fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jsellfu lill-klijenti fi żminijiet meta tkun l-aktar meħtieġa, l-arranġamenti tranżitorji jenħtieġ li jiġu estiżi b'sentejn u l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jitħallew iwettqu reintegrazzjoni totali tal-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħhom ta' kwalunkwe żieda f'dispożizzjonijiet ġodda mistennija ta' telf ta' kreditu li huma jirrikonoxxu fl-2020 u l-2021 għall-assi finanzjarji tagħhom, li mhumiex indeboliti fil-kreditu. Dawn il-bidliet iwasslu għal għajnuna addizzjonali għall-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-ħtieġa ta' żieda fl-istituzzjonijiet għall-ħtiġijiet ta' proviżjonament skont l-IFRS 9 filwaqt li jinżammu l-arranġamenti tranżitorji għall-ammonti mistennija ta' telf ta' kreditu stabbiliti qabel il-pandemija tal-COVID-19.

(12) L-istituzzjonijiet li ddeċidew li jużaw jew li ma jużawx l-arranġamenti tranżitorji preċedentement jenħtieġ li jkunu jistgħu jreġġgħu lura dik id-deċiżjoni fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu tranżitorju l-ġdid, soġġett għal permess minn qabel mill-awtorità kompetenti tagħhom li jenħtieġ li tiżgura li tali deċiżjoni ma tkunx motivata minn kunsiderazzjonijiet ta' arbitraġġ regolatorju. Sussegwentement u soġġett għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li ma jibqgħux jużaw l-arranġamenti tranżitorji.

(12a) L-impatt straordinarju tal-pandemija tal-COVID-19 huwa osservat ukoll fir-rigward tal-livelli estremi ta' volatilità fis-swieq finanzjarji, li b'rabta mal-inċertezza qed iwasslu għal żieda fir-rendimenti tad-dejn pubbliku li, min-naħa tagħhom, iwasslu għal telf mhux realizzat fuq il-holdings tal-banek ta' dejn pubbliku. Sabiex jittaffa l-impatt negattiv konsiderevoli tal-volatilità fis-swieq tad-dejn tal-gvern ċentrali fuq il-kapital regolatorju tal-banek u għalhekk fuq il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jsellfu lill-klijenti, filtru prudenzjali temporanju li jinnewtralizza dan l-impatt jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-ġdid matul il-perjodu affettwat mill-pandemija tal-COVID-19.

(12b) L-istituzzjonijiet huma meħtieġa jittestjaw retrospettivament il-mudelli interni tagħhom kuljum biex jivvalutaw jekk dawk il-mudelli jiġġenerawx biżżejjed rekwiżiti ta' kapital biex jassorbu t-telf kummerċjali. Nuqqasijiet fir-rekwiżit tal-ittestjar retrospettiv, magħrufa wkoll bħala qabżiet fil-valur, jekk ikunu aktar minn ċertu numru fis-sena, jirriżultaw fl-applikazzjoni ta' multiplikatur kwantitattiv addizzjonali għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkulat bl-użu ta' mudelli interni. Ir-rekwiżit tal-ittestjar retrospettiv huwa proċikliku ferm f'perjodu ta' volatilità estrema bħal dak ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. B'riżultat tal-kriżi, il-multiplikatur kwantitattiv tar-riskju tas-suq applikat għall-mudelli interni żdied b'mod sinifikanti. Filwaqt li l-qafas ta' Basel għar-riskju tas-suq jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jtaffu avvenimenti straordinarji bħal dawn fil-mudelli interni tar-riskju tas-suq, tali diskrezzjoni superviżorja mhijiex kompletament disponibbli fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għalhekk, jenħtieġ li tiddaħħal flessibbiltà addizzjonali għall-awtoritajiet kompetenti biex itaffu l-effetti negattivi tal-volatilità estrema tas-swieq osservata matul il-pandemija tal-COVID-19, biex jiġu esklużi l-qabżiet fil-valur li seħħew bejn l-1 ta' Jannar 2020 u l-31 ta' Diċembru 2021, li mhumiex riżultat ta' nuqqasijiet fil-mudelli interni. Abbażi tal-esperjenza mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk tali flessibbiltà għandhiex tkun disponibbli wkoll matul episodji futuri ta' volatilità estrema tas-swieq.

(13) F'Marzu 2020, il-Grupp tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Kapijiet tas-Superviżjoni ▌irreveda l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-elementi finali tal-qafas ta' Basel III. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-elementi finali għad iridu jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni, ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti diġà ġie implimentat permezz tal-emendi li ddaħħlu mir-Regolament (UE) 2019/876. Għalhekk, u sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi internazzjonalment għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni u li joperaw ukoll barra l-Unjoni, id-data tal-applikazzjoni għar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva stabbilit f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita b'sena sal-1 ta' Jannar 2023. Bl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva pospost, matul il-perjodu ta' posponiment ma jkun hemm l-ebda konsegwenza li tirriżulta minn nuqqas li jiġi ssodisfat dak ir-rekwiżit kif stabbilit fl-Artikolu 141c tad-Direttiva 2013/36/UE u l-ebda restrizzjoni relatata fuq id-distribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva.

(14) Rigward self mogħti minn istituzzjonijiet ta' kreditu lil pensjonanti jew impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment inkondizzjonat ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju ta' dak li qed jissellef lil dik l-istituzzjoni ta' kreditu, l-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/876 biex jippermetti t-trattament l-aktar favorevoli ta' dan is-self. L-applikazzjoni ta' tali trattament fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 tinċentiva lill-istituzzjonijiet biex jiżdied is-self lill-impjegati u lill-pensjonanti. Għalhekk jeħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni titmexxa 'l quddiem biex diġà tkun tista' tintuża minn istituzzjonijiet ▌matul il-pandemija tal-COVID-19.

(15) ▌Billi l-fattur ta' appoġġ tal-SMEs u l-fattur ta' appoġġ tal-infrastruttura jippermettu trattament aktar favorevoli ta' ċerti skoperturi, l-applikazzjoni tagħhom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 tinċentiva lill-istituzzjonijiet biex iżidu s-self tant meħtieġ lil dawn l-entitajiet. Għalhekk jeħtieġ li d-data ta' applikazzjoni taż-żewġ fatturi ta' appoġġ tiġi avvanzata biex diġà jkunu jistgħu jintużaw minn istituzzjonijiet ▌matul il-pandemija tal-COVID-19.

(16) It-trattament prudenzjali ta' ċerti assi tas-software ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/876 biex tkompli tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn settur bankarju aktar diġitalizzat. Fil-kuntest tal-użu aċċellerat tas-servizzi diġitali b'konsegwenza tal-miżuri pubbliċi adottati biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta' dawk il-bidliet titmexxa 'l quddiem.

(16a) Finanzjament pubbliku permezz tal-ħruġ ta' bonds tal-gvern denominati fil-munita ta' Stat Membru ieħor jista' jkun meħtieġ biex jiġu appoġġati miżuri biex jikkumbattu l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19. Biex jiġu evitati limitazzjonijiet indebiti fuq l-istituzzjonijiet li jinvestu f'tali bonds, huwa xieraq li jiddaħħlu mill-ġdid l-arranġamenti tranżitorji għal skoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali denominati fil-munita ta' Stat Membru ieħor fir-rigward tat-trattament tagħhom taħt il-qafas tar-riskju tal-kreditu u li l-arranġamenti tranżitorji jiġu estiżi fir-rigward tat-trattament tagħhom taħt il-limiti tal-iskoperturi l-kbar.

(16b) Fl-2017, il-BCBS irreveda l-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' lieva ta' xiri u bejgħ fi żmien regolari li għad irid jiġi saldat sabiex jiżgura li t-trattament jirrifletti sew il-lieva inerenti assoċjata ma' dawn it-tranżazzjonijiet u li d-differenzi kontabilistiċi possibbli ma jaffettwawx il-kalkolu fost l-istituzzjonijiet b'pożizzjonijiet komparabbli. Fl-Unjoni, ir-reviżjoni ġiet introdotta permezz tar-Regolament (UE) 2019/876. Madankollu, dan it-trattament iktar favorevoli jsir applikabbli biss fit-28 ta' Ġunju 2021. Għalhekk, peress li l-emenda tkun tirrifletti l-lieva reali ta' tranżazzjoni b'mod aktar xieraq u, fl-istess ħin, iżżid il-kapaċità ta' bank li jsellef u li jassorbi t-telf matul il-pandemija tal-COVID-19, il-banek jenħtieġ li diġà jkollhom il-possibbiltà li japplikaw temporanjament il-kalkolu rivedut qabel ma d-dispożizzjoni introdotta mir-Regolament (UE) 2019/876 issir applikabbli għall-banek kollha fl-Unjoni.

(16c) Fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kaġun tal-pandemija tal-COVID-19, il-partijiet ikkonċernati huma mistennija jikkontribwixxu għall-isforzi għall-irkupru. L-awtorità Bankarja Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u awtoritajiet kompetenti oħra ħarġu rakkomandazzjonijiet biex l-istituzzjonijiet jissospendu l-pagamenti tad-dividendi u r-riakkwisti ta' ishma matul il-pandemija tal-COVID-19. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' tali rakkomandazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mis-setgħat superviżorji tagħhom, inklużi s-setgħat li jimponu restrizzjonijiet vinkolanti fuq id-distribuzzjonijiet għall-istituzzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq ir-rimunerazzjoni varjabbli, fejn xieraq, skont id-Direttiva 2013/36/UE. Abbażi tal-esperjenza mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk jenħtiġx li jingħataw setgħat vinkolanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

(17) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi massimizzata l-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu biex isellfu u li jiġi assorbit it-telf marbut mal-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li tibqa' tiġi żgurata r-reżiljenza kontinwa tagħhom, ma jkunux jistgħu jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità l-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex dak l-għan jintlaħaq.

(18) Biex il-miżuri straordinarji ta' appoġġ adottati biex itaffu l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 ikunu kompletament effettivi fir-rigward taż-żamma tas-settur bankarju aktar reżiljenti u l-għoti ta' inċentiv lill-istituzzjonijiet biex ikomplu s-self, huwa meħtieġ li l-effett ta' mitigazzjoni ta' dawn il-miżuri jiġi rifless immedjatament fil-mod kif jiġu ddeterminati r-rekwiżiti kapitali regolatorji. Wara li titqies l-urġenza ta' dawn l-aġġustamenti għall-qafas regolatorju prudenzjali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(19) Fid-dawl ta' dik l-urġenza, tqies li jkun xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni mill-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(20) Ir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej: 

(-1) Fl-Artikolu 47c(4), il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

 "4. B'deroga mill-paragrafu 3, il-fatturi li ġejjin għandhom japplikaw għall-parti tal-iskopertura improduttiva garantita jew assigurata minn aġenzija uffiċjali ta' kreditu tal-esportazzjoni jew garantita jew kontrogarantita minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli msemmi fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 201(1), skoperturi skoperti li għalihom ikun assenjat piż tar-riskju ta' 0 % taħt il-Parti Tlieta, Titolu II Kapitolu 2:";

(-1a) Fl-Artikolu 114, il-paragrafu 6 huwa mħassar;

(-1b) Fl-Artikolu 150(1)(d), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 "(ii) l-iskoperturi għall-gvern ċentrali u l-banek ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 114(2) jew (4);"

(1) L-Artikolu 429a, kif emendat mir-Regolament (UE) 2019/876, huwa emendat kif ġej:

 fil-paragrafu 1, il-frażi introduttorja tal-punt (n) hija sostitwita b'dan li ġej:

"(n) l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 5 u 6:";

(aa) il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i) is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi elenkati fil-punt (n) tal-paragrafu 1 fejn ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:"

(ii) il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) l-eżenzjoni tingħata għal perijodu ta' żmien limitat mhux itwal minn sena;";

(iii) jiddaħħal il-punti li ġej:

"(c) l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, id-data meta ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jitqiesu li bdew u ħabbret dik id-data pubblikament. Id-data għandha tiġi stabbilita fi tmiem trimestru.";

(b) fil-paragrafu 7, id-definizzjonijiet ta' "EMLR" u "CB" huma sostitwiti b'dan li ġej:

"EMLR = il-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni kif definita fl-Artikolu 429(4), inklużi l-iskoperturi esklużi f'konformità mal-punt (n) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fid-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu; u

CB = il-valur totali medju ta' kuljum tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-bank ċentrali tiegħu, ikkalkulati fuq il-perjodu sħiħ ta' żamma tar-riżervi tal-bank ċentrali immedjatament qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 5, li huma eliġibbli li jiġu esklużi skont il-punt (n) tal-paragrafu 1▌.";

(1a) l-Artikolu 467 huwa mħassar.

(1b) L-Artikolu 468 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 468

Trattament temporanju ta' qligħ u telf mhux realizzat imkejjel b'valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

1. B'deroga mill-Artikolu 35, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2022 l-istituzzjonijiet jistgħu jneħħu mill-kalkolu tal-entrati ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħhom l-ammont A determinat skont il-formula li ġejja:

A= a∙f

fejn:

a = l-ammont ta' qligħ u telf mhux realizzat akkumulat mill-31 ta' Diċembru 2019 meqjus f'"bidliet fil-valur ġust ta' strumenti ta' dejn imkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu ieħor komprensiv" tal-karta bilanċjali, li jikkorrispondi għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4), esklużi dawk b'indeboliment fil-kreditu kif definiti fl-Appendiċi A tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 ("Anness dwar l-IFRS 9"); u

f = il-fattur applikabbli għal kull sena ta' rapportar tal-perjodu tranżitorju f'konformità mal-paragrafu 2.

2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi f li ġejjin biex jikkalkulaw l-ammont A msemmi fil-paragrafu 1:

(a) 1 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020;

(b) 0,7 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021;

(c) 0,4 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2022;

3. Istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tapplikax l-arranġamenti stabbiliti f'dan l-Artikolu u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mill-inqas 45 jum qabel id-data ta' rapportar li minnha l-istituzzjoni tista' l-ewwel tapplika t-trattament temporanju. Soġġett għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni tista' tbiddel darba biss, matul il-perjodu tranżitorju, id-deċiżjoni inizjali tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament jekk japplikawx l-arranġamenti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

4. Meta istituzzjoni tinkludi fil-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha ammont ta' telf mhux realizzat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li jużaw kwalunkwe waħda mill-entrati li ġejjin:

(a) l-ammont ta' assi ta' taxxa differita li jitnaqqas mill-entrati ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f'konformità mal-Artikolu 48(4);

(b) l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu.

Meta r-rekwiżit jiġi kkalkulat mill-ġdid, l-istituzzjoni ma għandhiex tqis l-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta' kreditu mistenni relatati ma' skoperturi għal gvernijiet ċentrali, għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4), għajr dawk li huma indeboliti fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness fir-rigward tal-IFRS 9, ikollhom fuq dawk l-entrati.

5. Matul il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, minbarra li jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiddivulgaw l-ammonti ta' fondi proprji, il-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni u l-kapital ta' Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital, il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 u l-proporzjon ta' lieva li jkollhom f'każ li ma japplikawx dan l-Artikolu.";

(2) L-Artikolu 473a huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) fl-ewwel subparagrafu, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"B'deroga mill-Artikolu 50 u sa tmiem il-perjodu tranżitorju stabbilit fil-paragrafi 6 u 6a ta' dan l-Artikolu, is-segwenti jistgħu jinkludu fil-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni l-ammont ikkalkulat f'konformità ma' dan il-paragrafu:";

(ii) it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta' dan li ġej:

(a) għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABSA) ikkalkulat f'konformità mal-formula li ġejja:

fejn:

A2,SA = l-ammont ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 2;

A4,SA = l-ammont ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 abbażi tal-ammonti kkalkulati f'konformità mal-paragrafu 3;

=

= is-somma tat-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu kif definiti fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 fl-1 ta' Jannar 2020;

= is-somma tat-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 fl-1 ta' Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard;

f1 = il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;

f2 = il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;

t1 = iż-żieda fil-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,SA;

t2 = iż-żieda fil-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,SA;

t3 = iż-żieda fil-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont ;";

(b) għal skoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-ammont (ABIRB) ikkalkulat f'konformità mal-formula li ġejja:

fejn:

A2,IRB = l-ammont ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 2 li huwa aġġustat f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 5;

A4,IRB = l-ammont ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 fuq il-bażi tal-ammonti kkalkulati f'konformità mal-paragrafu 3 li huma aġġustati f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 5;

= ;

is-somma tat-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta' telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) fl-1 ta' Jannar 2020. Fejn il-kalkolu jirriżulta f'ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta' għal żero;

is-somma tat-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, mill-1 ta' Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta' telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10). Fejn il-kalkolu jirriżulta f'ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta' bħala ugwali għal żero;

f1 = il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6;

f2 = il-fattur applikabbli stipulat fil-paragrafu 6a;

t1 = iż-żieda fil-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A2,IRB;

t2 = iż-żieda fil-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont A4,IRB;

t3 = iż-żieda fil-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni minħabba t-tnaqqis mit-taxxa tal-ammont .”;

 

(b) fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(a) is-somma tat-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 fid-data ta' rapportar u, fejn soġġett għall-Artikolu 468, għajr it-telf ta' kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor f'konformità mal-paragrafu 4.1.2A tal-Anness dwar l-IFRS 9;

(b) is-somma tat-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 mill-1 ta' Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9 u, fejn soġġett għall-Artikolu 468, għajr it-telf ta' kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor f'konformità mal-paragrafu 4.1.2A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta' Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.";

(c) fil-paragrafu 5, il-punti b u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

" (b) l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 u, fejn soġġett għall-Artikolu 468, għajr it-telf ta' kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor f'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta' telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) fid-data ta' rapportar. Fejn il-kalkolu jirriżulta f'ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bħala ugwali għal żero;

(c) l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta' kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f'konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f'konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta' kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9 u, fejn soġġett għall-Artikolu 468, għajr it-telf ta' kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b'valur ġust permezz ta' dħul komprensiv ieħor f'konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta' Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta' telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) fl-1 ta' Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard. Fejn il-kalkolu jirriżulta f'ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bħala ugwali għal żero.";

(d) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi f1 li ġejjin biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:

 0,7 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020;

(b) 0,5 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021;

(c) 0,25 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2022;

(d) 0 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2024.

L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta' Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiddivulgawhom pubblikament.

L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara dan, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f'konformità mal-punti minn (b) sa (d) tal-ewwel subparagrafu b'bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta' dawk l-istandards tal-kontabbiltà.";

(e) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"6a. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi f2 li ġejjin biex jikkalkulaw l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 rispettivament:

(a) 1 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2020;

(b) 1 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2021;

(c) 0,75 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2022;

(d) 0,5 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2023;

(e) 0,25 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-31 ta' Diċembru 2024.

L-istituzzjonijiet li s-sena finanzjarja tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2020 iżda qabel l-1 ta' Jannar 2021 għandhom jaġġustaw id-dati fil-punti minn (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu sabiex dawn jikkorrispondu għas-sena finanzjarja tagħhom, għandhom jirrapportaw id-dati aġġustati lill-awtorità kompetenti tagħhom u għandhom jiddivulgawhom pubblikament.

L-istituzzjonijiet li jibdew japplikaw standards tal-kontabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 1 fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara dan, għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti f'konformità mal-punti minn (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu b'bidu mill-fattur li jikkorrispondi għas-sena tal-ewwel applikazzjoni ta' dawk l-istandards tal-kontabbiltà.";

(f) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"7a. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7, meta jiġu kkalkulati mill-ġdid ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE ▌, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta' 100 % għall-ammont ABSA msemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ▌. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-kejl tal-iskopertura totali, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-ammonti ABSA u ABIRB imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 mal-miżura tal-iskopertura totali.

L-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu darba biss jekk jużawx il-kalkolu stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 7 jew il-kalkolu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw id-deċiżjoni tagħhom.";

(g) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"8. Matul il-perjodi stipulati fil-paragrafu 6 u 6a ▌, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stipulati f'dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiżvelaw l-ammonti ta' fondi proprji, il-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni u l-kapital ta' Grad 1, il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital u l-proporzjon ta' lieva li jkollhom f'każ li ma japplikawx dan l-Artikolu.";

 il-paragrafu (9) huwa emendat kif ġej:

(i) fl-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista' tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perjodu tranżitorju.";

(ii) fit-tieni subparagrafu, it-tieni u t-tielet sentenzi huma sostitwiti b'dan li ġej:

"F'każ bħal dan, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A4, SA, A4, IRB, , , t2 u t3 imsemmijafil-paragrafu 1 bħala ugwali għal żero. "Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista' tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perjodu tranżitorju.";

(iii) il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

"Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżitorji stipulati f'dan l-Artikolu tista' tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 2, f'liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. F'każ bħal dan, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A2, SA, A2, IRB  u t1 imsemmijafil-paragrafu 1 bħala ugwali għal żero. Istituzzjoni tista' tirrevoka d-deċiżjoni tagħha matul il-perjodu tranżitorju sakemm tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom.";

(2a) L-Artikolu 495(2) huwa mħassar.

(3) jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

"Article 500a

Trattament temporanju ta' dejn pubbliku maħruġ fil-munita ta' Stat Membru ieħor

1. B'deroga mill-Artikolu 114(2), sal-31 ta' Diċembru 2024, għal skoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' Stat Membru ieħor:

 sal-31 ta' Diċembru 2022 il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 0 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 114;

(b) fl-2023 il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 20 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 114;

(c) fl-2024 il-piż tar-riskju applikat għall-valuri tal-iskoperturi għandu jkun 50 % tal-piż tar-riskju assenjat għal dawn l-iskoperturi skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 114.

2. B'deroga mill-Artikoli 395(1) u 493(4), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet iġarrbu skoperturi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sal-limiti li ġejjin:

(a) 100 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2023;

(b) 75 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2024;

(c) 50 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni sal-31 ta' Diċembru 2025.

Il-limiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-valuri tal-iskopertura wara li jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403.

3. B'deroga mill-Artikolu 150(1)(d)(ii), wara l-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 150, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw l-Approċċ Standardizzat anki għall-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali li jkunu assenjati piż tar-riskju ta' 0 % skont il-paragrafu 1.

 

Artikolu 500b

Esklużjoni temporanja ta' ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta' skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

1. B'deroga mill-Artikolu 429(4), sas-27 ta' Ġunju 2021, istituzzjoni tista' teskludi mill-miżura tal-iskoperturi totali tagħha l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3:

(a) muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;

(b) assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inklużi riżervi miżmuma fil-bank ċentrali.

 L-ammont eskluż mill-istituzzjoni ma jistax jaqbeż l-ammont medju ta' kuljum tal-iskoperturi elenkati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu fuq l-aktar perjodu riċenti sħiħ ta' żamma tar-riżervi tal-bank ċentrali tal-istituzzjoni.

2. Istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi elenkati fil-paragrafu 1 meta l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, u ddikjarat pubblikament li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' politiki monetarji.

 L-iskoperturi li għandhom jiġu esklużi skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu denominati fl-istess munita bħad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni;

(b) il-maturità medja tagħhom ma taqbiżx b'mod sinifikanti l-maturità medja tad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni.

Istituzzjoni li teskludi mill-miżura totali tal-iskopertura tagħha l-iskoperturi għall-bank ċentrali tagħha f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiddivulga wkoll il-proporzjon ta' lieva li kien ikollha li kieku ma eskludietx dawk l-iskoperturi.

 

Artikolu 500c

L-esklużjoni ta' qabżiet fil-valur mill-kalkolu tal-addend li jirriżulta mill-ittestjar retrospettiv fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

B'deroga mill-Artikolu 366(3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u f'każijiet individwali, jippermettu lill-istituzzjonijiet jeskludu mill-kalkolu tal-addend stabbilit fl-Artikolu 366(3) il-qabżiet fil-valur evidenzjati mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni fuq bidliet ipotetiċi jew reali, sakemm dawk il-qabżiet fil-valur ma jirriżultawx minn nuqqasijiet fil-mudell intern u jkunu seħħew bejn l-1 ta' Jannar 2020 u l-31 ta' Diċembru 2021.

 

Artikolu 500d

Kalkolu temporanju tal-valur tal-iskopertura ta' bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

1. B'deroga mill-Artikolu 429(4), sas-27 ta' Ġunju 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu skont il-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus kontanti relatati ma' bejgħ imħallas fi żmien regolari u titoli relatati ma' xiri mħallas fi żmien regolari li jibqgħu fil-karta tal-bilanċ sad-data ta' saldu bħala assi f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 429(4).

3. L-istituzzjonijiet li, f'konformità mal-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tan-negozju għal bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom ireġġgħu lura kwalunkwe tpaċija bejn flus kontanti riċevibbli għal bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu u flus kontanti pagabbli għal xiri mħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu permess taħt dak il-qafas. Wara li l-istituzzjonijiet ikunu reġġgħu lura t-tpaċija ta' kontabbiltà, jistgħu jpaċu bejn dak il-flus kontanti riċevibbli u l-flus kontanti pagabbli meta kemm il-bejgħ kif ukoll ix-xiri mħallas fi żmien regolari relatati jkunu ġew saldati fuq bażi ta' konsenja kontra ħlas.

4. L-istituzzjonijiet li, skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, japplikaw kontabbiltà tad-data tan-negozju għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura totali ta' skopertura l-valur nominali totali tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma' xiri fi żmien regolari.

 L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri mħallas fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ imħallas fi żmien regolari li jkun qed jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ imħallas fi żmien regolari jkunu ġew saldati fuq il-bażi ta' konsenja kontra ħlas;

(b) l-assi finanzjarji mixtrija u mibjugħa li huma assoċjati ma' flus kontanti pagabbli u riċevibbli jingħataw valur ġust permezz tal-profitt u t-telf u jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni.

5. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ''bejgħ jew xiri mħallas fi żmien regolari'' tfisser il-bejgħ jew ix-xiri ta' titolu taħt kuntratti li għalihom it-termini jeħtieġu konsenja tat-titolu fil-perjodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.";

(3a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 518b

Rapport dwar qabżiet fil-valur u s-setgħat superviżorji biex jiġu limitati d-distribuzzjonijiet

Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkawżaw disturb ekonomiku serju fil-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jistgħux jiġġustifikaw li:

(a) matul perjodi bħal dawn l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jeskludu mill-mudelli interni tar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet il-qabżiet fil-valur li ma jirriżultawx minn nuqqasijiet f'dawk il-mudelli;

(b) jingħataw setgħat vinkolanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex jimponu restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet matul perjodi bħal dawn.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri ulterjuri, jekk xieraq."

Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/876

L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/876 huwa emendat kif ġej:

(1) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"3a. Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]:

(a) il-punt (59), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ta' ċertu self mogħti minn istituzzjonijiet ta' kreditu lil pensjonanti jew impjegati stabbiliti fl-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) il-punt (133), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-impatt ta' regoli ġodda dwar it-titolizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 501 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)  il-punt (134), fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u networks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali stabbiliti fl-Artikolu 501a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.";

(2) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Il-punt (46)(b) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tar-rekwiżit il-ġdid għal fondi proprji għall-G-SIIs stabbilit fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2023.";

(3) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"7. Il-punt (18) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-punt (b) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fih id-dispożizzjoni dwar l-eżenzjoni minn tnaqqis ta' assi ta' software valutati b'mod prudenti, għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.".

Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] ▌.

Minkejja it-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, il-punt (1) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-bidliet fl-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876, fir-rigward tal-mekkaniżmu ta' tpaċija mehmuż ma' esklużjoni temporanja ta' ċerti riżervi tal-bank ċentrali, għandu japplika mit-28 ta' Ġunju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2019/876 fir-rigward tal-aġġustamenti b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19

Referenzi

COM(2020)0310 – C9-0122/2020 – 2020/0066(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.4.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.5.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Jonás Fernández

6.5.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.5.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.6.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

16

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Beck, Marek Belka, Stefan Berger, Gilles Boyer, Francesca Donato, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Raffaele Fitto, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Valentino Grant, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Herve Juvin, Othmar Karas, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Georgios Kyrtsos, Aurore Lalucq, Aušra Maldeikienė, Costas Mavrides, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Piernicola Pedicini, Kira Marie Peter-Hansen, Sirpa Pietikäinen, Dragoș Pîslaru, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Alfred Sant, Joachim Schuster, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Carême, Esther de Lange, Chris MacManus, Margarida Marques, Ville Niinistö, Bogdan Rzońca, Mick Wallace

Data tat-tressiq

10.6.2020

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ECR

Derk Jan Eppink, Raffaele Fitto, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt, Roberts Zīle

ID

Francesca Donato, Valentino Grant, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

PPE

Stefan Berger, Markus Ferber, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Enikő Győri, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Aušra Maldeikienė, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Ralf Seekatz, Inese Vaidere, Esther de Lange

Renew

Gilles Boyer, Engin Eroglu, Luis Garicano, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Caroline Nagtegaal, Dragoș Pîslaru, Stéphanie Yon-Courtin

S&D

Marek Belka, Jonás Fernández, Eero Heinäluoma, Margarida Marques, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Irene Tinagli

 

16

-

GUE/NGL

José Gusmão, Chris MacManus, Mick Wallace

ID

Gunnar Beck, Herve Juvin, Jörg Meuthen

NI

Lefteris Nikolaou-Alavanos, Piernicola Pedicini

S&D

Aurore Lalucq, Paul Tang

Verts/ALE

Damien Carême, Claude Gruffat, Stasys Jakeliūnas, Ville Niinistö, Kira Marie Peter-Hansen, Ernest Urtasun

 

2

0

S&D

Evelyn Regner, Joachim Schuster

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

[1]  ĠU C 180, 29.5.2020, p. 4.

[*] Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

[2]  ĠU C 180, 29.5.2020, p. 4.

[3] Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

[4] Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

[5] Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' arranġamenti tranżizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta' ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27).

[6] Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4).

[7] Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).

[8] Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

[9] Dan jinkludi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Il-Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-oqfsa tal-kontabbiltà u prudenzjali għall-iffaċilitar tas-self mill-banek tal-UE - Is-sostenn lin-negozji u lill-unitajiet domestiċi waqt il-COVID-19, COM(2020)169 tat-28.04.2020; l-istqarrija għall-istampa "Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi aktar flessibbiltà lil banek b'reazzjoni għall-coronavirus" u l-FAQs li jakkumpanjawha, 20 ta' Marzu 2020, https://www.bankingsupervision.europa.eu/press/pr/date/2020/html/ssm.pr200320~4cdbbcf466.en.html; Dikjarazzjoni tal-EBA dwar l-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali rigward l-Inadempjenza, it-Tertenza u l-IFRS 9 fid-dawl tal-miżuri COVID-19, 25 ta' Marzu 2020, disponibbli fuq: https://eba.europa.eu/eba-provides-clarity-banks-consumers-application-prudential-framework-light-covid-19-measures.

[10] Ara l-istqarrija għall-istampa "Il-Kumitat ta' Basel jistabbilixxi miżuri addizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-Covid-19", 3 ta' April 2020, https://www.bis.org/press/p200403.htm

[11] Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-proporzjon ta' ingranaġġ, ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza