Proċedura : 2017/0123(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0116/2020

Testi mressqa :

A9-0116/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0186

<Date>{10/06/2020}10.6.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0116/2020</NoDocSe>
PDF 200kWORD 57k

<TitreType>RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI</TitreType>     <RefProcLect>***II</RefProcLect>

<Titre>dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq </Titre>

<DocRef>(05115/1/2020 – C9-0105/2020 – 2017/0123(COD))</DocRef>


<Commission>{TRAN}Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu</Commission>

Rapporteur: <Depute>Ismail Ertug</Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq

(05115/1/2020 – C9 0105/2020 – 2017/0123(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05115/1/2020 – C9-0105/2020),

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-18 ta' Jannar 2018[1],

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Frar 2018[2],

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2020)0151),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[3] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0281),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0116/2020),

1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Is-Suq tat-trasport bit-triq internazzjonali

Is-settur tat-trasport bit-triq huwa importanti ferm, u jħaddem aktar minn 11-il miljun persuna u jikkostitwixxi kważi 80 % tat-trasport intern kollu tal-merkanzija fl-UE.

 

Bħalissa, jinsabu fis-seħħ żewġ Regolamenti tal-UE bl-objettiv ġenerali li jappoġġaw il-funzjonament tajjeb, l-effiċjenza u l-kompetittività tas-suq uniku fit-trasport bit-triq:

 Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009  jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li l-impriżi jridu jikkonformaw magħhom sabiex ikollhom aċċess għall-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq (tal-passiġġieri u tal-merkanzija);

 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jridu jikkonformaw magħhom l-impriżi li beħsiebhom joperaw fis-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u fi swieq nazzjonali li huma differenti minn tagħhom (kabotaġġ).

 

Madankollu, l-esperjenza fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti wriet li d-differenzi fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet, l-inkonsistenzi fil-prattiki ta' infurzar u n-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, naqqsu l-effettività tagħhom u ħolqu inċertezza legali u kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni inugwali għall-operaturi tat-trasport.

 

2. Il-proposta tal-Kummissjoni

Fil-31 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni adottat "Pakkett dwar il-Mobbiltà I" bil-għan li tiżgura kompetizzjoni ġusta, tissimplifika r-regoli eżistenti, tippreżerva s-suq intern tal-UE u tiżgura d-drittijiet tal-ħaddiema f'dan is-settur. Bħala parti minn dan il-Pakkett dwar il-Mobbiltà, il-Kummissjoni pproponiet li temenda d-dispożizzjonijiet eżistenti li l-kumpaniji jeħtieġ li jikkonformaw magħhom jekk ikunu jixtiequ joperaw fis-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew fi swieq nazzjonali għajr (il-kabotaġġ) tagħhom stess.

 

Il-proposta tintroduċi speċifikament bidliet f'erba' oqsma distinti: il-kumpaniji tal-isem, il-vetturi kummerċjali ħfief (LCVs), il-kabotaġġ u l-infurzar.

 

Sabiex jiġi eliminat l-użu tal-kumpaniji tal-isem, "sussidjarji foloz" stabbiliti fi Stati Membri b'pagi baxxi sabiex jabbużaw mid-differenzjali tal-paga, il-Kummissjoni pproponiet li tkompli ssaħħaħ il-kriterji dwar l-istabbiliment sabiex jiġi żgurat li l-operatur tat-trasport bit-triq ikollu attività reali fl-Istat Membru ta' stabbiliment.

 

Attwalment, il-vetturi kummerċjali ħfief (vetturi taħt it-3,5 tunnellati) huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 1071/2009. Madankollu, l-Istati Membri huma permessi japplikaw uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament għal-LCVs stabbiliti fit-territorju tagħhom, li jwassal għal taħlita ta' rekwiżiti fl-UE. Peress li l-użu tal-vetturi kummerċjali ħfief huwa mistenni li jkompli jikber fis-snin li ġejjin, il-Kummissjoni pproponiet li dawn ikunu soġġetti għal uħud mir-regoli rigward l-aċċess għall-professjoni.

 

Is-suq għall-kabotaġġ, it-trasport tal-oġġetti fi Stat Membru minn kumpanija tat-trasport stabbilita fi Stat Membru ieħor, huwa soġġett għal restrizzjonijiet. Ir-regoli attwali tal-UE jippermettu tliet operazzjonijiet ta' kabotaġġ fi żmien sebat ijiem ta' konsenja internazzjonali. Il-Kummissjoni tipproponi regola ġdida, li tinvolvi operazzjonijiet ta' kabotaġġ mhux limitati fi żmien ħamest ijiem wara ġarr internazzjonali.

 

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni pproponiet diversi miżuri sabiex tindirizza l-livelli u l-effettività varji tal-kontrolli u l-infurzar bejn l-Istati Membri, inklużi t-twaqqif ta' limiti obbligatorji annwali għal kontrolli tal-kabotaġġ u kontrolli transfruntiera miftiehma, it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-possibbiltà ta' verifiki mmirati billi tiġi pprovduta klassifikazzjoni tar-riskju permezz tar-Reġistru Ewropew għall-Impriżi bit-Triq, u t-tħeġġiġ ulterjuri tal-użu tat-takografu intelliġenti u tad-dokumenti elettroniċi.

 

 

3. Negozjati interistituzzjonali

Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fl-4 ta' April 2019, in-negozjati interistituzzjonali (bl-għan li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari) seħħew minn Ottubru sa Diċembru 2019 taħt il-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill. Wara erba' sessjonijiet ta' trilogi, xi wħud minnhom b'mod konġunt, it-tim tan-negozjati tal-Parlament laħaq qbil proviżorju mal-Presidenza tal-Kunsill waqt l-aħħar trilogu li beda fil-11 ta' Diċembru 2019.

It-test tal-ftehim proviżorju tressaq quddiem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) u ġie kkonfermat fil-21 ta' Jannar 2020. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat TRAN indikat, fl-ittra tagħha lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER I), li hija se tirrakkomanda lill-Plenarja li tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill mingħajr emendi, dment li din tkun konformi mal-ftehim proviżorju li ntlaħaq bejn iż-żewġ istituzzjonijiet. Wara verifika ġuridika-lingwistika, il-Kunsill adotta formalment (permezz ta' proċedura bil-miktub), fis-7 ta' April 2020, il-pożizzjoni tiegħu skont il-ftehim proviżorju.

 

 

4. Elementi prinċipali tal-ftehim

Il-qbil ġenerali li l-Parlament laħaq mal-Kunsill kompla saħħaħ il-proposta sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ibbilanċjati għal kompetizzjoni ġusta u infurzar rigoruż. B'mod partikolari, inkiseb dan li ġej:

 Sabiex titjieb il-ġlieda kontra l-kumpaniji tal-isem, issaħħu u ġew iċċarati d-dispożizzjonijiet rigward l-eżistenza ta' stabbiliment effettiv u stabbli ta' preżenza kummerċjali vera, b'tali mod li tkun tista' tiġi pprovata rabta ġenwina mal-Istat Membru ta' stabbiliment. Dan jinkludi rekwiżiti marbuta mal-preżenza ta' vetturi użati mill-operatur tat-trasport fl-Istat Membru ta' stabbiliment (darba kull 8 ġimgħat) u mal-post tax-xogħol normali tas-sewwieqa;

 Rigward l-inklużjoni ta' vetturi kummerċjali ħfief: sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, vetturi kummerċjali ħfief li purament iwettqu operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali, kif ukoll vetturi kummerċjali ħfief ħafna (inqas minn 2,5 tunnellata) huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni. Min-naħa l-oħra, il-vetturi kummerċjali ħfief li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni għandhom isegwu regoli simili bħall-vetturi tqal tajbin sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta;

 Filwaqt li nżamm ir-reġim attwali għall-kabotaġġ, sabiex jiġi miġġieled il-kabotaġġ sistematiku, li jwassal għal xufiera nomadiċi u għal dumping soċjali, ġie introdott perjodu ta' preklużjoni ta' erbat ijiem, li matulu ma hija permessa l-ebda operazzjoni ta' kabotaġġ ulterjuri f'dak l-Istat Membru speċifiku. Barra minn hekk , ġie indirizzat l-abbuż possibbli tad-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat minn xi kumpaniji tat-trasport sabiex jiġu evitati r-regoli dwar il-kabotaġġ;

 Sabiex jissaħħaħ aktar u jiġi ssimplifikat l-infurzar tar-regoli, intlaħaq qbil dwar dispożizzjonijiet speċifiċi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, biex tinġabar aktar data pertinenti dwar il-kumpaniji tat-trasport fir-reġistri elettroniċi nazzjonali u biex jingħata aċċess aktar faċli lil dawk involuti waqt kontrolli fit-toroq, biex jiġi vverifikat b'mod aktar regolari jekk ir-rekwiżiti tal-għoti ta' liċenzji jkunux għadhom issodisfati inkluż permezz ta' spezzjonijiet fuq il-post, u biex il-kapaċità nazzjonali skarsa tal-infurzar tiffoka fuq il-kumpaniji b'riskju għoli;

 L-introduzzjoni tal-koresponsabbiltà fil-katina tal-provvista biex issaħħaħ ir-responsabbiltà għall-atturi upstream fil-katina tal-provvista (konsenjaturi, spedizjoniera tal-merkanzija, kuntratturi u sottokuntratturi) sabiex jiġi żgurat li s-servizzi tat-trasport li huma jikkummissjonaw ma jiksrux il-liġi;

 Kjarifika ulterjuri tar-regoli biex jittejbu l-kundizzjonijiet ekwi u l-kompetizzjoni ġusta fis-settur, b'kont meħud ukoll tat-titjib teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni tat-trasport.

 

5. Rakkomandazzjoni

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill hija f'konformità mal-ftehim proviżorju milħuq waqt in-negozjati interistituzzjonali, ir-rapporteur jirrakkomanda li din tiġi approvata mingħajr emendi.

 

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur

Referenzi

05115/1/2020 – C9-0105/2020 – 2017/0123(COD)

Data tal-1 qari tal-PE – Numru P

4.4.2019 T8-0341/2019

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2017)0281 - C8-0169/2017

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

17.4.2020

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

17.4.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Ismail Ertug

12.7.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.4.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.6.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

16

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Johan Danielsson, Andor Deli, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Dorien Rookmaker, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vera Tax, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Leila Chaibi, Roman Haider, Henna Virkkunen

Data tat-tressiq

10.6.2020

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ECR

Peter Lundgren

GUE/NGL

Leila Chaibi, Kateřina Konečná, Elena Kountoura

ID

Marco Campomenosi, Roman Haider, Julie Lechanteux, Philippe Olivier, Lucia Vuolo

NI

Mario Furore

PPE

Benoît Lutgen, Giuseppe Milazzo, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Renew

José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Johan Danielsson, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Vera Tax

Verts/ALE

Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz

 

16

-

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

NI

Dorian Rookmaker

PPE

Magdalena Adamowicz, Andor Deli, Gheorghe Falcă, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Barbara Thaler, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Andris Ameriks, Bogusław Liberadzki, Rovana Plumb, István Ujhelyi, Petar Vitanov

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU C 197, 8.6.2018, p. 38.

[2]  ĠU C 176, 23.5.2018, p. 57.

[3] Testi adotatti, 4.4.2019, P8_TA(2019)0341.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza