RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni)
18.6.2020 - (COM(2019)0331 – C9-0042/2019 – 2019/0151(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Marisa Matias
(Riformulazzjoni – Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura)
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
- ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni)
(COM(2019)0331 – C9-0042/2019 – 2019/0151(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0331),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0042/2019),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Kamra tad-deputati Rumena, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[1],
– wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Jannar 2020 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 110, 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0120/2020),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-Istati Membri huma responsabbli primarjament għas-sostenn ta' bażi Ewropea soda, industrijali, kompetittiva u innovattiva. Madankollu, in-natura u d-daqs tal-isfida tal-innovazzjoni fl-Unjoni jeħtieġu wkoll li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
(2) L-Istati Membri huma responsabbli primarjament għas-sostenn ta' bażi Ewropea soda, industrijali, kompetittiva u innovattiva. Madankollu, in-natura u d-daqs tal-isfida tal-innovazzjoni jeħtieġu wkoll li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Qabelxejn, l-EIT, permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni ("il-KICs") tiegħu, jenħtieġ ikollu l-għan li jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni li jindirizzaw l-isfidi globali. Primarjament, l-EIT jenħtieġ ikollu l-objettiv li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri, bl-ogħla standards. Biex jilħaq dan l-objettiv, l-EIT jenħtieġ jiffaċilita u jsaħħaħ in-networking u l-koperazzjoni u joħloq sinerġiji bejn il-komunitajiet differenti tal-innovazzjoni fl-Ewropa. |
(4) Qabelxejn, l-EIT, permezz tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni ("il-KKI") tiegħu, għandu l-missjoni li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività sostenibbli tal-Unjoni billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Għandu wkoll l-għan li jwettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi u tal-politiki tal-Unjoni, inklużi l-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta' Rkupru Ewropew, l-istrateġiji Ewropej dwar l-SMEs u dwar id-data, kif ukoll dawk diġitali u industrijali, u l-kisba tal-awtonomija strateġika tal-Ewropa. Barra minn hekk, jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi globali, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti billi jsegwi l-prinċipji tal-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta' Pariġi, u jikseb tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra (GHG) sa mhux aktar tard mill-2050. Din it-trasformazzjoni se tkun possibbli biss permezz ta' spinta fir-riċerka u l-innovazzjoni, li tissottolinja l-ħtieġa li jiġu rinfurzati kundizzjonijiet favorevoli u investimenti fit-tisħiħ tal-bażi tal-għarfien tal-Ewropa u l-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni, b'mod partikolari f'teknoloġiji u innovazzjonijiet ekoloġiċi li ma jagħmlux ħsara lill-klima. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) L-EIT jenħtieġ li jiffaċilita u jsaħħaħ in-networking u l-kooperazzjoni u joħloq sinerġiji bejn il-komunitajiet differenti tal-innovazzjoni fl-Ewropa, filwaqt li jiżgura kopertura ġeografika wiesgħa bil-għan li jnaqqas id-disparitajiet reġjonali u jevita d-distakk fl-innovazzjoni, filwaqt li jżomm l-eċċellenza bħala l-kriterju ewlieni tiegħu. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) L-oqsma prijoritarji u l-ħtiġijiet finanzjarji strateġiċi għall-EIT għall-perjodu ta' seba' snin, li jkopru l-Qafas Finanzjarju Pluriennali ("il-QFP") rispettiv, jenħtieġ jiġu stabbiliti f'Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni ("l-ASI"). L-ASI jenħtieġ tiżgura allinjament mal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni u jenħtieġ trawwem sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni tal-QFP kif ukoll ma' inizjattivi, politiki u strumenti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali. Minħabba l-importanza tal-ASI għall-politika tal-innovazzjoni tal-Unjoni u s-sinifikat politiku li jirriżulta tal-impatt soċjoekonomiku tagħha għall-Unjoni, l-ASI jenħtieġ tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni abbażi ta' kontribut mogħti mill-EIT. |
(5) L-oqsma prijoritarji u l-ħtiġijiet finanzjarji strateġiċi għall-EIT għall-perjodu ta' seba' snin, inklużi azzjonijiet fuq terminu qasir maħsuba biex jindirizzaw il-kriżi tal-COVID-19 u l-irkupru minnha, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni ("l-ASI"). L-ASI jenħtieġ li tiżgura allinjament ma' Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ("Orizzont Ewropa"), b'mod partikolari l-pjanijiet strateġiċi ta' R&I u trawwem sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni tal-QFP kif ukoll ma' inizjattivi, politiki u strumenti oħra tal-Unjoni. Minħabba l-importanza tal-ASI għall-politika tal-innovazzjoni tal-Unjoni u s-sinifikat politiku li jirriżulta tal-impatt soċjoekonomiku tagħha, l-ASI jenħtieġ li tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni abbażi ta' kontribut mogħti mill-EIT. Dawn il-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jitqiegħdu wkoll għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Il-kriżi li rriżultat mit-tifqigħa tal-COVID-19 ikkawżat impatt enormi u ta' tfixkil fuq is-sistemi tas-saħħa u ekonomiċi tal-Istati Membri, u b'hekk ikkawżat tfixkil fis-soċjetà. Dawn l-impatti se jirrikjedu l-kollaborazzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni u l-EIT jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-isforzi tal-innovazzjoni li huma meħtieġa biex jiġi pprovdut rispons koerenti għall-kriżi. Barra minn hekk, l-EIT u l-KKI tiegħu jenħtieġ li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom sabiex jappoġġaw u jżidu r-reżiljenza tal-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), in-negozji ġodda kif ukoll l-istudenti, ir-riċerkaturi, l-imprendituri u l-impjegati. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5b) Ix-xokk ekonomiku marbut mal-kriżi tal-COVID‑19 għandu impatt kbir fuq l-universitajiet, ir-riċerkaturi, il-kumpaniji u partijiet ikkonċernati oħra tal-EIT. Huwa importanti li jiġu identifikati u indirizzati l-isfidi relatati, b'mod partikolari l-aċċess għall-finanzjament, sabiex jiġi salvagwardjat it-triangolu tal-għarfien u tinbena mill-ġdid il-fiduċja fost il-partijiet ikkonċernati kollha. Fuq terminu medju, il-KKI kollha jenħtieġ li jadattaw ruħhom għall-impatt tax-xokk u jorjentaw mill-ġdid l-attenzjoni u l-attivitajiet tagħhom, għalhekk jeħtiġilhom ikunu aġli u flessibbli sabiex ifittxu opportunitajiet ġodda. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 5c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5c) Ir-riċerka kontinwa fl-indirizzar tal-effetti tal-kriżi tal-COVID-19 jenħtieġ li tiġi aċċellerata. L-EIT jenħtieġ li jagħti spinta lill-impatt ta' dik ir-riċerka u jgħin fl-iżvilupp ta' prodotti u servizzi innovattivi li jirriżultaw minn dik ir-riċerka, filwaqt li jiżgura li jilħqu l-akbar għadd ta' nies possibbli. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5d) Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT u l-KKI jenħtieġ li jadottaw miżuri u azzjonijiet ta' flessibbiltà meħtieġa biex jipprovdu l-appoġġ xieraq għall-ekosistema tagħhom abbażi tat-triangolu tal-għarfien, filwaqt li joħolqu, fejn meħtieġ, miżuri ta' appoġġ ad hoc għas-sħab u l-benefiċjarji tagħhom u anke lil hinn mill-komunitajiet tagħhom. Jenħtieġ li jipprovdu lis-sħab, lill-benefiċjarji u lill-istudenti tagħhom b'għodod u strumenti biex jadattaw għal metodi ta' ħidma aktar deċentralizzati u remoti, anqas vjaġġar, aktar inċertezza u tbegħid soċjali kontinwu. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) B'konformità mal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni, l-attivitajiet tal-EIT jenħtieġ jindirizzaw sfidi strateġiċi fit-tul għall-innovazzjoni fl-Ewropa, b'mod partikolari f'oqsma transdixxiplinari u/jew interdixxiplinari, inkluż dawk li diġà ġew identifikati fil-livell Ewropew. B'dan, l-EIT jenħtieġ jippromwovi djalogu perjodiku fis-soċjetà ċivili. |
(6) B'konformità ma' Orizzont Ewropa, l-attivitajiet tal-EIT jenħtieġ li jindirizzaw sfidi strateġiċi fit-tul għall-innovazzjoni fl-Ewropa, b'mod partikolari f'oqsma transdixxiplinari u/jew interdixxiplinari, inkluż l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi mhux teknoloġiċi bħala komplement meħtieġ għal attivitajiet tal-innovazzjoni ffokati fuq it-teknoloġija. B'dan, l-EIT jenħtieġ li jippromwovi djalogu perjodiku mas-soċjetà ċivili u maċ-ċentri ta' riċerka u innovazzjoni, l-SMEs, l-edukazzjoni għolja u l-industrija. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-EIT jenħtieġ jagħti prijorità li jittrasferixxi l-attivitajiet tiegħu tal-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni lill-kuntest tan-negozju u lill-applikazzjoni kummerċjali tagħhom, kif ukoll li jappoġġa l-ħolqien ta' negozji ġodda, spin-offs u intrapriżi żgħar u medji (SMEs). |
(7) L-EIT jenħtieġ li jagħti prijorità li jittrasferixxi l-attivitajiet tiegħu tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-attivitajiet intraprenditorjali lill-kuntest tan-negozju u lill-applikazzjoni kummerċjali tagħhom. B'dan, jenħtieġ li jappoġġa l-innovazzjoni u l-kapaċità intraprenditorjali tal-edukazzjoni għolja, jippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka u jagħti spinta, kif ukoll irawwem, il-ħolqien ta' negozji ġodda, spin-offs u SMEs. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) L-EIT jenħtieġ li jipprova jinvolvi ruħu aktar mill-qrib mal-SMEs biex jiżgura l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fl-attivitajiet tal-KKI. Barra minn hekk, il-kumpaniji pubbliċi u l-awtoritajiet lokali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, jenħtieġ li jkunu involuti fil-KKI, meta jkun xieraq. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7b) L-intrapriżi soċjali huma ta' natura innovattiva ħafna permezz tal-oġġetti jew is-servizzi li joffru kif ukoll tal-organizzazzjoni tagħhom jew tal-metodi ta' produzzjoni li jużaw, u l-promozzjoni ta' attivitajiet tal-intraprenditorija soċjali jenħtieġ li tkun parti mill-attivitajiet tal-EIT u l-KKI. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Qabelxejn, l-EIT jenħtieġ jopera permezz ta' Sħubiji Ewropej awtonomi u mmexxija mill-eċċellenza fuq skala kbira ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet tar-riċerka, kumpaniji u partijiet konċernati oħra fil-forma ta' networks strateġiċi sostenibbli u fit-tul li jsostnu lilhom innifishom fil-proċess tal-innovazzjoni. Dawk is-sħubiji jenħtieġ ikunu magħżula mill-Bord tat-Tmexxija tal-EIT abbażi ta' proċess trasparenti u msejjes fuq l-eċċellenza, skont il-kriterji tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni għall-għażla tas-Sħubiji Ewropej, u nominati bħala KICs. |
(8) Qabelxejn, l-EIT jenħtieġ li jopera permezz ta' Sħubiji Ewropej istituzzjonalizzati awtonomi u mmexxija mill-eċċellenza ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka, kumpaniji u partijiet ikkonċernati oħra fil-forma ta' networks strateġiċi sostenibbli u fit-tul li jsostnu lilhom innifishom fil-proċess tal-innovazzjoni. Dawk is-sħubiji jenħtieġ li jimmiraw li jsiru finanzjarjament sostenibbli billi jużaw fondi minn sorsi pubbliċi u privati oħra u li jattiraw u jinvolvu l-aktar firxa possibbli ta' sħab ġodda. Jenħtieġ li jkunu magħżula mill-Bord tat-Tmexxija tal-EIT abbażi ta' proċess trasparenti u msejjes fuq l-eċċellenza, skont dan ir-Regolament u Orizzont Ewropa għall-għażla tas-Sħubiji Ewropej, u nominati bħala KKI. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) L-għażla u t-tnedija ta' KKI ġodda jenħtieġ li jkunu bbażati fuq proċessi miftuħa, trasparenti u kompetittivi u li jqisu l-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa, ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-EIT u l-KKI, il-pass tal-irkupru tal-Unjoni wara l-pandemija tal-COVID-19 u l-baġit allokat għall-EIT għall-perjodu baġitarju rispettiv. Fil-proċess u t-tmexxija tal-KKI, l-EIT jenħtieġ li jqis il-fatt li mhux il-KKI kollha jkollhom l-istess ħtiġijiet finanzjarji, u li xi wħud ikollhom bżonn aktar intensità ta' kapital minn oħrajn. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Filwaqt li titqies l-ispeċifiċità tal-KICs, hu meħtieġ li jiġu previsti kundizzjonijiet minimi speċjali biex tiġi ffurmata KIC, b'deroga mir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni. Bl-istess mod, jaf ikun hemm bżonn regoli speċifiċi dwar is-sjieda, id-drittijiet tal-aċċess, l-isfruttament u d-disseminazzjoni għall-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KIC. |
(9) Filwaqt li titqies l-ispeċifiċità tal-KKI, hu meħtieġ li jiġu previsti kundizzjonijiet minimi speċjali biex tiġi ffurmata KKI. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu, b'mod eċċezzjonali, jidderogaw mir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni ta' Orizzont Ewropa. Bl-istess mod, jaf ikun hemm bżonn regoli speċifiċi dwar is-sjieda, id-drittijiet tal-aċċess, l-isfruttament u d-disseminazzjoni għall-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KKI. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ imexxi wkoll l-attivitajiet tal-EIT u jikkoordina r-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni. Is-Sħubija tal-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ tibbilanċja l-esperjenza bejn id-dinja tan-negozju u d-dinja tal-edukazzjoni ogħla u/jew tar-riċerka kif ukoll tas-settur tal-innovazzjoni. |
(10) Il-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li jmexxi wkoll l-attivitajiet tal-EIT u jikkoordina r-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KKI b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' Orizzont Ewropa. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jenħtieġ li jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-KKI. Is-Sħubija tal-Bord tat-Tmexxija jenħtieġ li tibbilanċja l-esperjenza bejn in-negozju, l-edukazzjoni għolja u r-riċerka kif ukoll is-settur tal-innovazzjoni. Filwaqt li jqis l-eċċellenza bħala prinċipju ta' gwida, il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jenħtieġ li jiżgura wkoll bilanċ ġeografiku u bejn il-ġeneri fil-kompożizzjoni tiegħu. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Biex jikkontribwixxu għall-kompetittività u jirrinforzaw l-attrattività internazzjonali tal-ekonomija Ewropea u l-kapaċità tal-innovazzjoni tagħha, l-EIT u l-KICs jenħtieġ ikunu kapaċi jattiraw organizzazzjonijiet sħab, riċerkaturi u studenti minn madwar id-dinja kollha, inkluż billi jħeġġu l-mobbiltà tagħhom, kif ukoll ikunu kapaċi jikkoperaw ma' organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. |
(11) Biex jikkontribwixxu għall-kompetittività u jirrinforzaw l-attraenza internazzjonali tal-ekonomija Ewropea u l-kapaċità tal-innovazzjoni u tal-intraprenditorija tagħha, l-EIT u l-KKI jenħtieġ li jkunu kapaċi jattiraw organizzazzjonijiet sħab, riċerkaturi u studenti minn madwar id-dinja kollha, inkluż mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u billi jħeġġu l-mobbiltà tagħhom, kif ukoll ikunu kapaċi jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Ir-relazzjonijiet bejn l-EIT u l-KICs jenħtieġ ikunu bbażati fuq ftehimiet qafas ta' sħubija u ftehimiet tal-għotjiet li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tal-KICs, u, jiżguraw livell adegwat ta' koordinazzjoni u jiddeskrivu l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet u l-kisbiet tal-KICs. Il-ftehim qafas ta' sħubija jenħtieġ jiżgura l-kontinwità tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lil xi KIC lil hinn mill-QFP rispettiv. B'deroga mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 (ir-"Regolament Finanzjarju"), l-EIT jenħtieġ ikun jista' jistabbilixxi dan il-ftehim qafas ta' sħubija għal perjodu inizjali ta' seba' snin u jestendih lil hinn minn dak il-perjodu għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn seba' snin. |
(12) Ir-relazzjonijiet bejn l-EIT u l-KKI jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ftehimiet qafas ta' sħubija u ftehimiet tal-għotjiet pluriennali li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tal-KKI, u, jiżguraw livell adegwat ta' koordinazzjoni u jiddeskrivu l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet u l-kisbiet tal-KKI. Il-ftehim qafas ta' sħubija jenħtieġ li jiżgura l-kontinwità tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lil xi KKI lil hinn mill-QFP rispettiv. B'deroga mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 (ir-"Regolament Finanzjarju"), l-EIT jenħtieġ li jkun jista' jistabbilixxi dan il-ftehim qafas ta' sħubija għal perjodu inizjali ta' seba' snin. Soġġett għal evalwazzjoni pożittiva dwar il-progress tal-KKI fir-rigward tal-kisba tal-objettivi u l-miri tagħha, li għandhom jitwettqu sas-sena 4 tal-ewwel perjodu, l-EIT jenħtieġ li jkun jista' jestendi dak il-ftehim qafas ta' sħubija għal perjodu ulterjuri sa massimu ta' seba' snin, abbażi ta' evalwazzjoni oħra b'eżitu pożittiv. Fil-każ ta' estensjoni tal-ftehim inizjali ta' seba' snin, il-KKI għandha tkun soġġetta għal rieżami ta' nofs it-terminu ieħor ibbażat fuq l-istess kriterji u metodoloġija sabiex tiddeċiedi dwar il-kontinwazzjoni ulterjuri tal-KKI. |
__________________ |
__________________ |
12 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1). |
12 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1). |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Soġġett għall-eżitu ta' rieżami finali qabel l-iskadenza tal-erbatax-il sena tal-ftehim qafas ta' sħubija, il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, issostanzjati debitament, jista' jiddeċiedi li jestendi l-ftehim ta' sħubija ma' KKI mill-ewwel mewġa ta' KKI. Din l-estensjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal evalwazzjoni pożittiva fil-fond minn esperti esterni indipendenti tal-effikaċja tal-KKI, dment li jkunu kisbu livell ta' impatt u sostenibbiltà finanzjarja suffiċjenti. L-estensjoni jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien, fil-baġit u fil-kamp ta' applikazzjoni għall-attivitajiet tal-KKI li ma tantx huma qrib tas-suq u għalhekk ma jistgħux ikunu finanzjarjament sostenibbli, iżda li jibqgħu kruċjali għall-issodisfar tal-kompiti, l-azzjonijiet u l-kapaċitajiet tagħha fir-rispons għall-isfidi tas-soċjetà urġenti. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) L-edukazzjoni ogħla teħtieġ is-sostenn bħala komponent integrali, xi minn daqqiet nieqes, ta' strateġija komprensiva tal-innovazzjoni. Il-ftehimiet qafas ta' sħubija u l-ftehimiet tal-għotjiet bejn l-EIT u l-KICs jenħtieġ ikunu jipprevedu li l-lawrji u d-diplomi mogħtija permezz tal-KICs jenħtieġ jingħataw mill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla parteċipanti, li jenħtieġ jitħeġġu jimmarkawhom ukoll bħala lawrji u diplomi tal-EIT. Barra minn hekk, l-EIT jenħtieġ isaħħaħ u jwessa' l-ambitu tal-lawrji u tad-diplomi bit-tikketta tal-EIT biex jiżdied ir-rikonoxximent tagħhom barra mill-Komunità tal-EIT. Permezz tal-attivitajiet u l-ħidma tiegħu, l-EIT jenħtieġ jippromwovi l-mobbiltà għall-istudenti, ir-riċerkaturi u l-persunal . Dawk l-attivitajiet kollha jenħtieġ jitwettqu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13. |
(13) L-edukazzjoni għolja teħtieġ is-sostenn bħala komponent integrali, iżda ħafna drabi nieqes, ta' strateġija komprensiva tal-innovazzjoni. Il-ftehimiet qafas ta' sħubija u l-ftehimiet tal-għotjiet bejn l-EIT u l-KKI jenħtieġ li jkunu jipprevedu li l-lawrji u d-diplomi mogħtija permezz tal-KKI jenħtieġ li jingħataw mill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla parteċipanti, li jenħtieġ li jitħeġġu jimmarkawhom ukoll bħala lawrji u diplomi tal-EIT. Barra minn hekk, l-EIT jenħtieġ li jsaħħaħ u jwessa' l-ambitu tal-lawrji u tad-diplomi bit-tikketta tal-EIT għall-attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ vokazzjonali u l-programmi ta' żvilupp tal-ħiliet, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet biex jiżdied ir-rikonoxximent tagħhom barra mill-Komunità tal-EIT. Permezz tal-attivitajiet u l-ħidma tiegħu, l-EIT jenħtieġ li jippromwovi l-mobbiltà għall-istudenti, ir-riċerkaturi u l-persunal, kif ukoll jipprovdi opportunitajiet għal tagħlim tul il-ħajja, mentoring u coaching. Dawk l-attivitajiet kollha jenħtieġ li jitwettqu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13. |
__________________ |
__________________ |
13 Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni 1430/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3). |
13 Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni 1430/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3). |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Jenħtieġ jiġu adottati dispożizzjonijiet adattati li jiggarantixxu r-responsabbiltà u t-trasparenza tal-EIT. Jenħtieġ li fl-Istatuti tal-EIT jiġu stabbiliti regoli adattati li jirregolaw il-governanza u l-funzjonament tiegħu. |
(14) Jenħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet adattati li jiggarantixxu r-responsabbiltà, it-trasparenza u l-ftuħ tal-EIT. Jenħtieġ li fl-Istatuti tal-EIT jiġu stabbiliti regoli adattati li jirregolaw il-governanza u l-funzjonament tiegħu. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Huwa mistenni li l-industrija, is-setturi finanzjarji u tas-servizzi jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-baġit tal-KICs. Il-KICs jenħtieġ jimmiraw li jżidu kemm jista' jkun is-sehem tal-kontribuzzjonijiet mingħand is-settur privat u li jiksbu ċerta sostenibbiltà finanzjarja . Il-KICs u l-organizzazzjonijiet sħab tagħhom jenħtieġ jippubbliċizzaw il-fatt li l-attivitajiet tagħhom iseħħu fil-kuntest tal-EIT u li dawn jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni . |
(16) Huwa mistenni li l-kriżi tal-COVID-19 se jkollha impatt fuq il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-industrija, is-setturi finanzjarji u tas-servizzi li għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-baġit tal-KKI. Madankollu, il-KKI jenħtieġ li jimmiraw li jżidu kemm jista' jkun is-sehem tal-kontribuzzjonijiet mingħand is-settur privat u li jaħdmu b'mod attiv minn kmieni lejn il-kisba ta' ċerta sostenibbiltà finanzjarja. Il-KKI u l-organizzazzjonijiet sħab tagħhom jenħtieġ li jippubbliċizzaw il-fatt li l-attivitajiet tagħhom iseħħu fil-kuntest tal-EIT u li dawn jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni . Barra minn hekk, it-trasparenza tal-finanzjament jenħtieġ li tiżdied billi tiġi pprovduta informazzjoni pubblikament disponibbli dwar liema proġetti huma ffinanzjati u dwar l-allokazzjoni tal-finanzjament. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) L-EIT jenħtieġ li jiżgura distribuzzjoni bbilanċjata tal-baġit matul id-durata tal-perjodu u tranżizzjoni bla xkiel mill-perjodu kurrenti għall-perjodu li jmiss tal-QFP, partikolarment għall-attivitajiet li għaddejjin bħalissa. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) L-EIT jenħtieġ jipproduċi rapport annwali konsolidat li jiddeskrivi l-attivitajiet imwettqa u r-riżultati tal-operazzjonijiet fis-sena kalendarja preċedenti. L-EIT jenħtieġ joħloq rapport uniku ta' programmazzjoni, li jiddeskrivi l-inizjattivi ppjanati tiegħu mil-lat ta' programmazzjoni annwali u multiannwali u li jippermetti lill-EIT jirreaġixxi għal żviluppi interni u esterni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-edukazzjoni ogħla, tal-innovazzjoni u ta' oqsma rilevanti oħrajn. |
(19) L-EIT jenħtieġ li jipproduċi rapport annwali konsolidat li jiddeskrivi l-attivitajiet imwettqa u r-riżultati tal-operazzjonijiet fis-sena kalendarja preċedenti. L-EIT jenħtieġ li joħloq rapport uniku ta' programmazzjoni, li jiddeskrivi l-inizjattivi ppjanati tiegħu mil-lat ta' programmazzjoni annwali u multiannwali u li jippermetti lill-EIT jirreaġixxi għal żviluppi interni u esterni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-edukazzjoni għolja, tar-riċerka u tal-innovazzjoni u ta' oqsma rilevanti oħrajn. Dak ir-rapport uniku ta' programmazzjoni jenħtieġ li jindirizza l-aspetti tal-programm ta' kriżi fuq sentejn. Jenħtieġ li dawn id-dokumenti jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Hu xieraq li l-Kummissjoni tibda evalwazzjonijiet indipendenti u esterni tal-operat tal-EIT, inkluż tal-KICs, b'mod partikolari bil-ħsieb li tħejji l-ASI. Dawk l-evalwazzjonijiet jenħtieġ jeżaminaw kif l-EIT iwettaq il-missjoni tiegħu, ikopru l-attivitajiet kollha tal-EIT u tal-KICs u jenħtieġ jivvalutaw ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-valur miżjud Ewropew, u l-koerenza tagħhom. Dawk l-evalwazzjonijiet jenħtieġ jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-programm tal-Kummissjoni previsti fil-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni. |
(20) Hu xieraq li l-Kummissjoni tibda evalwazzjonijiet indipendenti u esterni tal-operat tal-EIT, inkluż tal-KKI, b'mod partikolari bil-ħsieb li tħejji l-ASI. Dawk l-evalwazzjonijiet jenħtieġ li jeżaminaw kif l-EIT iwettaq il-missjoni tiegħu, ikopru l-attivitajiet kollha tal-EIT u tal-KKI u jenħtieġ li jivvalutaw ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-valur miżjud Ewropew, il-ftuħ, l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, il-komunikazzjoni, il-viżibbiltà, id-disseminazzjoni tar-riżultati, l-impatt u l-koerenza tagħhom. Dawk l-evalwazzjonijiet jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-programm tal-Kummissjoni previsti f'Orizzont Ewropa. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) Il-KKI tal-EIT jiġu organizzati madwar ċentri ta' kolokazzjoni u ċentri ta' innovazzjoni, iżda ħafna drabi dawn jużaw termini differenti biex isemmuhom (ċentri, nodi, uffiċċji, eċċ.). L-EIT jenħtieġ li jagħmel l-aħjar sforzi biex jissimplifika t-terminoloġija relatata mal-istruttura ta' kull KKI, bil-għan li jkompli jissimplifika, jikkjarifika u jsaħħaħ ir-rikonoxximent tal-EIT. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 20b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20b) L-EIT, primarjament permezz tal-KKI tiegħu u l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT, jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni għall-iżvilupp ta' kapaċità ġenerali tal-Unjoni għall-innovazzjoni li tindirizza l-isfidi globali, billi jrawwem l-integrazzjoni tan-negozju, ir-riċerka, l-edukazzjoni għolja u l-intraprenditorija. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 20c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20c) Il-KKI, filwaqt li jaġixxu bħala faċilitatur tal-innovazzjoni permezz taċ-ċentri ta' kolokazzjoni u ċ-ċentri tal-innovazzjoni tagħhom jenħtieġ li jikkunsidraw il-prijoritajiet tal-istrateġija tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti tal-Istati Membri u għaldaqstant isaħħu l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-pajjiżi billi jirriflettu b'mod sħiħ il-kapaċitajiet reġjonali u potenzjali, l-opportunitajiet, id-dgħufijiet, kif ukoll l-atturi lokali, l-attivitajiet u s-swieq tagħhom. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 20d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20d) Is-sinerġiji bejn l-EIT, permezz tal-KKI tiegħu, u l-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, jenħtieġ li jissaħħu sabiex jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali u transreġjonali bejn l-atturi tat-triangolu tal-għarfien u l-awtoritajiet maniġerjali, kif ukoll biex iżidu l-impatt globali u l-viżibbiltà tal-EIT. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 20e (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20e) Huwa essenzjali li jiġu promossi sinerġiji b'saħħithom bejn l-EIT u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC). Jenħtieġ li l-KKI jistimulaw il-ħolqien ta' kumpaniji innovattivi f'sinerġija mill-qrib mal-EIC, filwaqt li jevitaw id-duplikazzjoni, u l-benefiċjarji tal-EIT jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw l-istrumenti tal-EIC għal appoġġ addizzjonali għas-servizzi pprovduti mill-KKI tal-EIT. Negozji ġodda b'potenzjal ta' tkabbir għoli appoġġati mill-KKI jista' jkollhom aċċess aktar dirett għall-azzjonijiet tal-EIC b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Orizzont Ewropa sabiex jiġu megħjuna jespandu b'mod rapidu. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 20f (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20f) Fl-attivitajiet tiegħu, l-EIT jenħtieġ li jrawwem l-innovazzjoni u jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja fl-ekosistema tal-innovazzjoni, b'mod partikolari billi jistimula l-edukazzjoni intraprenditorjali, jippromwovi l-kollaborazzjoni transdixxiplinari bejn l-industrija u l-edukazzjoni għolja u r-riċerka u billi jidentifika l-ħiliet prospettivi għall-innovaturi futuri biex jindirizzaw l-isfidi globali, li jinkludu l-ħiliet diġitali, ta' sostenibbiltà u ta' innovazzjoni avvanzati. L-iskemi ta' appoġġ ipprovduti mill-EIT jenħtieġ li jibbenefikaw lill-benefiċjarji tal-EIC, filwaqt li n-negozji l-ġodda li ħerġin mill-KKI jenħtieġ li jkollhom aċċess rapidu għall-azzjonijiet tal-EIC. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 20g (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20g) Bil-għan li jiġu evitati s-silos u d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-istrateġiji, l-EIT u l-EIC jenħtieġ li jipprevedu skambji reċiproċi u sistematiċi ta' informazzjoni, kif ukoll ikollhom membru komuni f'kull Bord tat-Tmexxija tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 20h (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20h) Fil-kamp ta' applikazzjoni ta' Orizzont Ewropa u f'konformità mal-ippjanar strateġiku tiegħu, l-EIT jenħtieġ li jkun jista' jiddeċiedi li jippreżenta KKI ġodda fl-oqsma ta' prijorità li jikkontribwixxu biex jindirizzaw sfidi globali ġodda u emerġenti. L-ewwel KKI ta' dan it-tip jenħtieġ li tkun relatata mas-Setturi u l-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCSI), filwaqt li t-tieni waħda jenħtieġ li tkun relatata mas-Setturi u l-Ekosistemi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 20i (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20i) L-EIT jenħtieġ li jkun jista' jiddeċiedi li jippreżenta KKI ġdida f'oqsma ta' prijorità, b'konformità ma' Orizzont Ewropa u mal-ippjanar strateġiku tiegħu, li jikkontribwixxu għall-indirizzar ta' sfidi globali u soċjetali ġodda u emerġenti. L-ewwel KKI ta' dan it-tip jenħtieġ li tkun relatata mas-CCSI, li għandha titnieda fl-2022, bil-possibbiltà li t-tnedija tiġi posposta sal-2023 fil-każ li l-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jikkunsidra li hija meħtieġa konsultazzjoni ulterjuri mal-partijiet ikkonċernati qabel it-tnedija tas-sejħa. It-tieni KKI ta' dan it-tip jenħtieġ li tkun dwar is-Setturi u l-Ekosistemi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi li għandhom jitnedew fl-2025, wara valutazzjoni tal-impatt pożittiva li għandha titwettaq sal-2023. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "innovazzjoni" tfisser il-proċess, inkluż l-eżitu tiegħu, li permezz tiegħu jiddaħħlu ideat ġodda b'suċċess f'suq eżistenti li jkunu jirrispondu għad-domanda u l-ħtiġijiet tas-soċjetà jew għal dawk ekonomiċi u li jkunu jiġġeneraw prodotti, servizzi, jew mudelli tan-negozju u tal-organizzazzjoni ġodda, jew li jkunu kapaċi joħolqu swieq ġodda u jipprovdu ċertu valur lis-soċjetà; |
(1) "innovazzjoni" tfisser il-proċess, inkluż l-eżitu tiegħu, li permezz tiegħu jiddaħħlu ideat ġodda b'suċċess f'suq eżistenti li jkunu jirrispondu għad-domanda u l-ħtiġijiet tas-soċjetà, ekonomiċi jew ambjentali u li jkunu jiġġeneraw prodotti, servizzi, jew mudelli tan-negozju, organizzattivi u soċjali ġodda, jew li jkunu kapaċi joħolqu swieq ġodda u jipprovdu ċertu valur lis-soċjetà; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) "Komunità tal-Għarfien u l-Innovazzjoni" (KIC) tfisser sħubija awtonoma Ewropea fuq skala kbira ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet tar-riċerka, kumpaniji u partijiet konċernati oħra fil-proċess tal-innovazzjoni fil-forma ta' network strateġiku, irrispettivament mill-forma ġuridika preċiża tagħha, ibbażata fuq ippjanar konġunt tal-innovazzjoni għal perjodu medju u fit-tul biex jingħelbu l-isfidi tal-EIT u jingħata kontribut ħalli jintlaħqu l-objettivi stabbiliti bil-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni; |
(2) "Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni" jew KKI tfisser sħubija awtonoma istituzzjonalizzata Ewropea kif definit f'Orizzont Ewropa, ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka, kumpaniji u partijiet konċernati oħra fil-proċess tal-innovazzjoni fil-forma ta' network strateġiku, irrispettivament mill-forma ġuridika preċiża tagħha, ibbażata fuq ippjanar konġunt tal-innovazzjoni għal perjodu medju u fit-tul biex jingħelbu l-isfidi tal-EIT u jingħata kontribut ħalli jintlaħqu l-objettivi stabbiliti skont Orizzont Ewropa; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) "ċentru ta' kolokazzjoni ta' KKI" tfisser spazju fiżiku, stabbilit b'mod miftuħ u trasparenti, li jkopri żona ġeografika, fejn sħab ewlenin tat-triangolu tal-għarfien ta' KKI jistgħu jinteraġixxu b'mod faċli, u li jipprovdi l-punt fokali għall-attività tal-KKI f'dik iż-żona; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) "programm ta' rispons għall-kriżi" tfisser perjodu ta' sentejn li matulu l-EIT jistabbilixxi l-prijoritajiet tiegħu b'rispons għall-ħtiġijiet ta' kull KKI biex tingħeleb il-kriżi tal-COVID-19 u jadatta għall-perjodu ta' wara l-kriżi; |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2c) "ċentru ta' innovazzjoni tal-EIT" tfisser ċentru komunitarju lokali stabbilit f'firxa wiesgħa ta' Stati Membri, b'mod partikolari l-Istati Membri u r-reġjuni fil-mira tal-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali, fejn il-KKI jistgħu jikkollaboraw ma' atturi tat-triangolu tal-għarfien lokali sabiex jimplimentaw għanijiet ta' innovazzjoni fl-Unjoni kollha, filwaqt li jiżguraw preżenza ġeografika aktar ibbilanċjata tal-attivitajiet tal-komunità tal-EIT, li jservi bħala punt tad-dħul għall-interazzjoni mal-atturi lokali, għall-mobilizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tan-networks lokali, għall-istabbiliment tas-sinerġiji u l-promozzjoni tal-integrazzjoni attiva tal-ekosistemi fil-livelli kollha u għall-iffaċilitar tal-isforzi tal-KKI biex irawmu komplementarjetajiet u kollaborazzjoni fit-triangolu tal-għarfien bl-ambizzjoni li jikbru f'ċentri ta' kolokazzjoni reġjonali; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2d) "network ta' uffiċċji ta' kollegament tal-EIT" tfisser network ta' rappreżentanti nazzjonali nnominati mill-gvernijiet tal-Istati Membri u minn pajjiżi assoċjati mal-Programm Orizzont Ewropa, parti mill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għal Orizzont Ewropa, li jingħata l-kompitu li jiffaċilita disseminazzjoni aktar strutturata tal-opportunitajiet, tar-riżultati u tal-kisbiet li jirriżultaw mill-Komunità tal-EIT kif ukoll li jħeġġeġ it-trasferiment reċiproku tal-għarfien, il-pariri u l-aħjar prattika, f'konformità mal-funzjoni ta' istitut tal-EIT; |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) "organizzazzjoni sieħba" tfisser entità ġuridika li hija membru ta' KIC u li tista' tinkludi, b'mod partikolari, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, organizzazzjonijiet tar-riċerka, kumpaniji pubbliċi jew privati, istituzzjonijiet finanzjarji, awtoritajiet reġjonali u lokali, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ; |
(3) "organizzazzjoni sieħba" tfisser entità ġuridika li hija membru ta' KKI u li tista' tinkludi, b'mod partikolari, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, organizzazzjonijiet tar-riċerka, istituzzjonijiet pubbliċi, kumpaniji pubbliċi jew privati, istituzzjonijiet finanzjarji, awtoritajiet reġjonali u lokali, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ; |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) "L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni" ("ASI") tfisser dokument ta' politika li jiddeskrivi l-oqsma ta' prijorità u l-istrateġija fit-tul tal-EIT għall-inizjattivi futuri, il-kapaċità tagħha li tiġġenera l-aqwa valur miżjud tal-innovazzjoni, inkluż ħarsa ġenerali tal-attivitajiet ippjanati għall-edukazzjoni ogħla, għar-riċerka u għall-innovazzjoni tul perjodu ta' seba' snin, li jkopri l-QFP rispettiv; |
(7) "L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni" ("ASI") tfisser dokument ta' politika li jiddeskrivi l-istrateġija u l-prijoritajiet tal-EIT għall-inizjattivi futuri, il-kapaċità tagħha li tiġġenera l-aqwa valur miżjud tal-innovazzjoni, inklużi objettivi, attivitajiet ewlenin ippjanati għall-edukazzjoni għolja, għar-riċerka u għall-innovazzjoni, il-mod ta' operazzjoni tiegħu, l-impatti mistennija u r-riżorsi meħtieġa tul perjodu ta' seba' snin, li jkopri Orizzont Ewropa u l-QFP rispettiv; |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) "Skema tal-Innovazzjoni Reġjonali" ("RIS") tfisser skema ta' sensibilizzazzjoni mmirata għas-sħubiji bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-kumpaniji u partijiet konċernati oħra bil-ħsieb li titrawwem l-innovazzjoni madwar l-Unjoni; |
(8) "Skema tal-Innovazzjoni Reġjonali" jew "RIS" tfisser skema ta' sensibilizzazzjoni mmirata lejn l-istabbiliment tas-sħubiji bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-kumpaniji u partijiet ikkonċernati oħra f'pajjiżi bi prestazzjoni baxxa fir-R&I kif definiti fl-Artikolu 2(15a) tar-Regolament [xxx] li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni kif ukoll, dment li ma jkunux pajjiżi bi prestazzjoni baxxa fir-R&I, f'pajjiżi u f'reġjuni ta' dawk il-pajjiżi li huma kklassifikati bħala innovaturi modesti jew moderati skont it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea bil-għan li titrawwem l-innovazzjoni madwar l-Unjoni u jiġu eliminati d-disparitajiet reġjonali u b'hekk jitnaqqas id-distakk fl-innovazzjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) "Pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-KIC" tfisser dokument li jiddeskrivi l-objettivi u l-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KIC ippjanati; |
(10) "pjan ta' direzzjoni tan-negozju pluriennali tal-KKI" tfisser dokument li jiddeskrivi l-objettivi u l-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KKI ppjanati, l-istadji importanti, l-għanijiet u l-impatti tal-KKI li jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi globali, u li jkun fih ukoll l-istima tas-sorsi finanzjarji u tal-finanzjament, inklużi l-istrateġiji tagħha li għandhom l-għan li jiksbu sostenibbiltà finanzjarja, ftuħ għal sħab ġodda u parteċipazzjoni ġeografikament aktar ibbilanċjata fl-attivitajiet tagħha; |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) “memorandum ta' koperazzjoni” tfisser ftehim bejn l-EIT u KIC bil-ħsieb li KIC tkun membru attiv tal-Komunità tal-EIT wara d-data tat-tmiem tal-ftehim qafas ta' sħubija, mingħajr l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-EIT; |
imħassar |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) "sostenibbiltà finanzjarja" tfisser kapaċità ta' KIC li tiffinanzja l-attivitajiet tat-trianglu tal-għarfien tagħha b'mod indipendenti wara d-data tat-tmiem tal-ftehim qafas ta' sħubija. |
(13) "sostenibbiltà finanzjarja" tfisser kapaċità ta' KKI li tiġġenera biżżejjed dħul biex tiffinanzja l-attivitajiet tat-triangolu tal-għarfien kollha tagħha jew ħafna minnhom, inkluż sehem sinifikanti tal-ispejjeż għaż-żamma tal-ekosistema, b'mod indipendenti u wara d-data tat-tmiem tal-ftehim qafas ta' sħubija. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-missjoni tal-EIT hi li jikkontribwixxi għal tkabbir u kompetittività ekonomika sostenibbli fl-Unjoni, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni ħalli jingħelbu l-isfidi l-kbar li għandha s-soċjetà. L-EIT għandu jagħmel dan billi jippromwovi sinerġiji u koperazzjoni fost l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-aqwa livell, u billi jintegrahom, inkluż permezz tat-trawwim tal-intraprenditorija. |
1. Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-kompetittività ekonomika sostenibbli fl-Unjoni, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Għandu wkoll l-għan li jwettaq il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi u tal-politiki tal-UE, inklużi l-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta' Rkupru Ewropew, l-istrateġiji Ewropej dwar l-SMEs u dwar id-data, kif ukoll dawk diġitali u industrijali, u l-kisba tal-awtonomija strateġika tal-Ewropa. Barra minn hekk, huwa għandu jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inklużi l-SDGs, billi jsegwi l-prinċipji tal-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta' Pariġi, u jikseb ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra sa mhux aktar tard mill-2050. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni. |
2. Għall-perjodu tal-baġit tal-2021-2027, l-EIT għandu jikkontribwixxi biex jitwettqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-objettivi speċifiċi tal-EIT għandhom ikunu li: |
|
(a) iżid l-impatt u t-trasparenza tal-KKI u jagħti spinta lill-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien; |
|
(b) iżid il-ftuħ tal-KKI billi jinkludi firxa usa' ta' partijiet ikkonċernati minn madwar l-Unjoni; |
|
(c) iżid il-kapaċità imprenditorjali u tal-innovazzjoni tas-settur tal-edukazzjoni għolja madwar l-Unjoni billi jiggwida u jissorvelja l-KKI fil-promozzjoni ta' integrazzjoni aħjar fl-ekosistemi tal-innovazzjoni u bidla istituzzjonali fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (HEIs); |
|
(d) iżid is-sensibilizzazzjoni reġjonali tal-EIT u tal-KKI tiegħu, kif ukoll jiżgura li jkun hemm disseminazzjoni u sfruttament aħjar tar-riżultati, biex jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali fil-kapaċità tal-innovazzjoni fl-Unjoni kollha u fl-Istati Membri individwali u jiġi żgurat li jkun hemm kopertura ġeografika bbilanċjata; |
|
(e) jimplimenta programm ta' rispons għall-kriżijiet ta' sentejn bil-flessibbiltà meħtieġa biex ikun jista' jikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ekosistemi tal-innovazzjoni kurrenti u biex jgħin lill-partijiet ikkonċernati tal-EIT jippreparaw għall-irkupru ekonomiku. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-ASI għandha tiddefinixxi l-oqsma prijoritarji u l-istrateġija għall-EIT għall-perjodu ta' seba' snin ikkonċernat, filwaqt li tqis il-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni, u għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku tagħha u l-kapaċità tagħha li tiġġenera l-aqwa valur miżjud tal-innovazzjoni. L-ASI għandha tqis ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-EIT kif imsemmi fl-Artikolu 19. |
1. L-ASI għandha tiddefinixxi l-istrateġija u l-prijoritajiet għall-EIT għall-perjodu ta' seba' snin ikkonċernat, inklużi l-azzjonijiet fuq terminu qasir maħsuba biex jindirizzaw il-kriżi tal-COVID-19 u l-irkupru sussegwenti minnha, filwaqt li tqis Orizzont Ewropa, inkluż l-ippjanar strateġiku tiegħu. L-ASI għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku mistenni u tal-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-EIT u tal-kapaċità tal-EIT li jiġġenera l-aħjar ekosistemi tal-innovazzjoni u l-valur miżjud. L-ASI għandha tqis ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-EIT kif imsemmi fl-Artikolu 19. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-ASI għandha tkun allinjata mal-objettivi tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni, l-ippjanar multiannwali strateġiku, ir-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u rekwiżiti oħra ta' dak il-programm, u trawwem sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni tal-QFP rispettiv, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali. L-ASI għandha wkoll tistabbilixxi sinerġiji xierqa u kumplimentaritajiet bejn l-attivitajiet tal-EIT u inizjattivi, strumenti, u politiki oħra tal-Unjoni. |
2. L-ASI għandha tkun allinjata mal-objettivi ta' Orizzont Ewropa, l-ippjanar multiannwali strateġiku, ir-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u rekwiżiti oħra ta' dak il-programm, u trawwem sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni tal-QFP rispettiv, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali. L-ASI għandha wkoll tistabbilixxi sinerġiji xierqa u komplementarjetajiet bejn l-attivitajiet tal-EIT u inizjattivi, strumenti, u politiki oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, l-EIC, il-Missjonijiet u Sħubiji Ewropej oħra kif imsemmi f'Orizzont Ewropa. Il-Kummissjoni għandha toffri lill-EIT l-appoġġ meħtieġ kollu fl-istabbiliment ta' sinerġiji u komplementarjetajiet xierqa ma' attivitajiet oħra ta' Orizzont Ewropa kif ukoll ma' attivitajiet u programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-ASI għandha tinkludi stima tal-ħtiġijiet u s-sorsi finanzjarji bil-ħsieb tal-operat futur, u l-iżvilupp u l-finanzjament fit-tul tal-EIT. Għandha tinkludi wkoll pjan finanzjarju indikattiv li jkopri l-perjodu tal-QFP rispettiv. |
3. L-ASI għandha tinkludi stima tal-ħtiġijiet u s-sorsi finanzjarji bil-ħsieb tal-operat futur, u l-iżvilupp u l-finanzjament fit-tul tal-EIT, inklużi l-aspetti finanzjarji relatati mal-Pjan ta' Rkupru Ewropew. Għandha tinkludi wkoll pjan finanzjarju indikattiv li jkopri l-perjodu tal-QFP rispettiv. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-EIT għandu jippreżenta l-kontribut tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni dwar l-ASI. |
4. L-EIT, filwaqt li jqis l-opinjoni u l-kontribut mill-KKI eżistenti, għandu jħejji abbozz ta' ASI, jibagħtu lill-Kummissjoni u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Bord tat-Tmexxija magħmul minn membri ta' livell għoli b'esperjenza fl-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka, l-innovazzjoni u n-negozju. Dan għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tal-EIT, għall-għażla, il-ħatra, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-KICs, u għad-deċiżjonijiet strateġiċi l-oħra kollha; |
(a) Bord tat-Tmexxija magħmul minn membri ta' livell għoli b'esperjenza eċċellenti ppruvata fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka, l-innovazzjoni u n-negozju, inkluż membru li huwa wkoll membru tal-Bord tal-EIC. Dan għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tal-EIT, għall-għażla, il-ħatra, il-finanzjament, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-KKI, inkluż biex jittieħdu miżuri korrettivi xierqa fil-każ ta' sottoprestazzjoni u għad-deċiżjonijiet strateġiċi l-oħra kollha. L-għażla tal-Bord tat-Tmexxija għandha tqis kriterji li jikkonċernaw il-bilanċ bejn il-ġeneri u l-bilanċ ġeografiku; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Kumitat Eżekuttiv magħmul minn membri magħżula u mill-President tal-Bord tat-Tmexxija. Dan għandu jassisti lill-Bord tat-Tmexxija fit-twettiq ta' dmirijietu u jħejji l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija b'koperazzjoni mad-Direttur; |
(b) Kumitat Eżekuttiv magħmul minn membri magħżula li jirrappreżentaw it-tliet dimensjonijiet kollha tat-triangolu tal-għarfien u mill-President tal-Bord tat-Tmexxija. Dan għandu jassisti lill-Bord tat-Tmexxija fit-twettiq ta' dmirijietu u jħejji l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija b'koperazzjoni mad-Direttur; |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Direttur, maħtur mill-Bord tat-Tmexxija, li għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-EIT responsabbli għall-operazzjonijiet tiegħu u għall-ġestjoni ta' kuljum. Id-Direttur għandu jagħti rendikont lill-Bord tat-Tmexxija u jirrapporta lilu fuq bażi kontinwa dwar l-iżvilupp tal-EIT u dwar l-attivitajiet kollha li huma fir-responsabbiltà tiegħu; |
(c) Direttur, maħtur mill-Bord tat-Tmexxija, li għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-EIT u responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija u għall-operazzjonijiet tiegħu u għall-ġestjoni ta' kuljum. Id-Direttur għandu jagħti rendikont lill-Bord tat-Tmexxija u jirrapporta lilu fuq bażi kontinwa dwar l-iżvilupp tal-EIT u dwar l-attivitajiet kollha li huma fir-responsabbiltà tiegħu, inkluża l-implimentazzjoni tal-Baġit tal-EIT. Id-Direttur għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew fuq bażi regolari, tal-anqas wara kull proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-dispożizzjonijiet dettaljati rigward il-korpi tal-EIT huma stabbiliti fl-Istatuti tal-EIT, mehmuża ma' dan ir-Regolament. |
2. Id-dispożizzjonijiet dettaljati rigward il-korpi u l-governanza tal-EIT huma stabbiliti fl-Istatuti tal-EIT, mehmuża ma' dan ir-Regolament. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Biex jilħaq l-objettiv tiegħu, l-EIT għandu b'mod partikolari : |
Biex jilħaq l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-EIT għandu b'mod partikolari: |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jidentifika, skont l-ASI, il-prijoritajiet u l-attivitajiet ewlenin tiegħu; |
(a) jidentifika l-attivitajiet tiegħu, skont il-prijoritajiet u l-attivitajiet ewlenin tiegħu stabbiliti fl-ASI; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) jippreżenta programm ta' rispons għall-kriżi fuq sentejn f'kooperazzjoni mal-KKI; |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) iqajjem kuxjenza fost organizzazzjonijiet sħab potenzjali u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tiegħu; |
(b) jiżgura ftuħ u jqajjem kuxjenza fost organizzazzjonijiet sħab potenzjali, iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tiegħu speċjalment fost l-SMEs u ċentri emerġenti ta' eċċellenza f'pajjiżi u reġjuni eliġibbli għal azzjonijiet tal-RIS; |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jagħżel u jinnomina KICs fl-oqsma prijoritarji skont l-Artikolu 9 u jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bi ftehimiet qafas ta' sħubija u ftehimiet ta' għotjiet , jipprovdihom bl-appoġġ meħtieġ, japplika l-miżuri meħtieġa tal-kontroll tal-kwalità u jissorvelja kontinwament u jevalwa perjodikament l-attivitajiet tagħhom; |
(c) jagħżel u jinnomina KKI fl-oqsma prijoritarji skont l-Artikolu 9 u jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bi ftehimiet qafas ta' sħubija u ftehimiet ta' għotjiet, jipprovdihom b'linji gwida strateġiċi u bl-appoġġ xierqa, japplika l-miżuri adegwati tal-kontroll tal-kwalità, il-monitoraġġ mill-qrib kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti u jieħu miżuri xierqa u korrettivi fil-każ ta' sottoprestazzjoni abbażi tal-eżitu tal-valutazzjonijiet skont l-Artikolu 11 u jissorvelja kontinwament u jevalwa perjodikament l-attivitajiet tagħhom u l-passi tagħhom lejn il-kisba tas-sostenibbiltà finanzjarja; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) imexxi l-implimentazzjoni tal-RIS billi jipprovdi mezzi għall-istabbiliment ta' Ċentri ta' Innovazzjoni tal-EIT fl-RIS tal-EIT tal-Istati Membri; |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jippromwovi d-disseminazzjoni tal-aqwa prassi għall-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, inkluż fost il-KICs, biex joħloq kultura ta' innovazzjoni komuni u trasferiment tal-għarfien, u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, inkluż fl-RIS; |
(f) jippromwovi d-disseminazzjoni tal-aqwa prassi għall-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, inkluż fost il-KKI u madwar l-Unjoni, biex joħloq kultura ta' innovazzjoni komuni u trasferiment tal-għarfien, u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni u l-ftuħ għal membri ġodda fl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, inkluż fl-RIS; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) jistabbilixxi network tal-uffiċjali ta' kollegament tal-pajjiżi tal-EIT, bħala parti mill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għal Orizzont Ewropa, sabiex iħeġġeġ it-trasferiment reċiproku tal-għarfien, tal-pariri u tal-aqwa prattika f'konformità mal-funzjoni tal-EIT; |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fb) jippromwovi d-disseminazzjoni, il-komunikazzjoni u l-isfruttament wiesgħa tar-riżultati u tal-opportunitajiet li joħorġu mill-Komunità tal-EIT, inkluż permezz tan-network tal-uffiċjali ta' kollegament tal-pajjiżi tal-EIT, sabiex jiżdiedu l-kuxjenza, il-viżibbiltà u l-għarfien tal-EIT madwar l-Unjoni kif ukoll biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Komunità tal-EIT; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fc) jippromwovi l-KKI fl-iżvilupp ta' strateġija effettiva għas-sostenibbiltà finanzjarja għall-mobilizzazzjoni ta' fondi minn sorsi pubbliċi u privati oħra; |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) jippromwovi approċċi multidixxiplinari għall-innovazzjoni, inkluż l-integrazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi, soċjali u mhux teknoloġiċi, approċċi organizzattivi u mudelli ġodda tan-negozju; |
(h) jippromwovi approċċi multidixxiplinari għall-innovazzjoni fis-setturi kollha, b'mod partikolari permezz tal-integrazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi, soċjali u mhux teknoloġiċi, is-sostenibbiltà u n-newtralità klimatika sa mid-disinn, approċċi organizzattivi, etika intraprenditorjali u mudelli ġodda tan-negozju; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) jiżgura l-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn l-attivitajiet tal-EIT u programmi oħra tal-Unjoni, fejn xieraq; |
(i) jiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn l-attivitajiet tal-EIT u programmi oħra tal-Unjoni, fejn xieraq kif imsemmi f'Orizzont Ewropa; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ia) jiżviluppa u jipprovdi gwida dwar mudelli tad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali innovattivi li jippromwovu t-trasferiment u d-disseminazzjoni tal-għarfien, kemm fil-kuntest tal-KKI kif ukoll b'mod aktar wiesa' fl-Unjoni; |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ib (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ib) jipprovdi l-appoġġ u s-sinerġiji meħtieġa mal-KKI biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi; |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ic (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ic) jiżgura li l-KKI jistgħu joperaw bil-flessibbiltà meħtieġa biex jadattaw l-operazzjonijiet tagħhom għad-domandi dejjem akbar li jinħolqu mill-kriżi tal-COVID-19 u jgħin bil-Pjan ta' Rkupru Ewropew; |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) jorganizza laqgħat regolari tal-Forum tal-Partijiet Konċernati biex jagħti tagħrif dwar l-attivitajiet tal-EIT, l-esperjenzi tiegħu, l-aqwa prassi u l-kontribut għall-politiki u l-objettivi tal-innovazzjoni, tar-riċerka u tal-edukazzjoni tal-Unjoni u biex il-partijiet konċernati jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom; |
(j) jorganizza laqgħat regolari, tal-anqas darba fis-sena, tal-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati biex jikkondividi u jiddiskuti t-tagħrif dwar l-attivitajiet tal-EIT, jiskambja l-esperjenzi u l-aqwa prassi u l-kontribut għall-politiki u l-objettivi tal-innovazzjoni, tar-riċerka u tal-edukazzjoni tal-Unjoni u biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom; |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt k
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) tal-inqas darbtejn fis-sena jorganizza l-laqgħat ta' Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati Membri, b'mod indipendenti mil-laqgħat tal-Forum tal-Partijiet Konċernati, biex ikunu żgurati komunikazzjoni u fluss tal-informazzjoni adegwati mal-EIT, u jiġu infurmati dwar il-kisbiet tal-EIT u l-KICs, jagħtu parir lill-EIT u l-KICs, jikkondividu esperjenzi magħhom u jagħtuhom il-pariri tagħhom. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri għandu jiżgura wkoll sinerġiji u komplimentarjetajiet xierqa bejn l-attivitajiet tal-EIT u l-KICs u l-programmi u l-inizjattivi nazzjonali, inkluż il-kofinanzjament nazzjonali potenzjali tal-attivitajiet tal-KICs; |
(k) tal-inqas darbtejn fis-sena jorganizza l-laqgħat ta' Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati Membri, b'mod indipendenti mil-laqgħat tal-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati msemmija fil-punt (j), biex ikunu żgurati komunikazzjoni u fluss tal-informazzjoni adegwati mal-EIT, u jiġu infurmati dwar il-kisbiet tal-EIT u l-KKI, jagħtu parir lill-EIT u l-KKI, jikkondividu esperjenzi magħhom u jagħtuhom il-pariri tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ka) jiffaċilita l-istabbiliment tal-faċilitajiet tas-servizzi kondiviżi tal-Komunità tal-EIT, li għandhom l-għan li jittrattaw b'mod konġunt l-attivitajiet komuni għall-KKI kollha; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt kb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(kb) jinkoraġġixxi n-networking, maż-żmien, tad-diversi Ċentri tal-Innovazzjoni tal-EIT fl-Istati Membri kollha sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn il-Komunità tal-EIT u l-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali; |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt l
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(l) ifassal u jikkoordina azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa mill-KICs għall-iżvilupp tal-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekosistemi tal-innovazzjoni. |
(l) ifassal u jikkoordina u jimmonitorja l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' appoġġ imwettqa mill-KKI għall-iżvilupp tal-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-HEIs, l-istituzzjonijiet ta' taħriġ professjonali, l-SMEs u n-negozji ġodda u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekosistemi tal-innovazzjoni, fl-Unjoni kollha u f'konformità mal-approċċ tat-triangolu tal-għarfien; |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt la (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(la) ifassal u jvara inizjattiva ta' edukazzjoni għolja, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u abbażi tal-input mill-KKI, biex jappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċità ta' innovazzjoni u intraprenditorjali fl-edukazzjoni għolja, li se tiġi implimentata mill-KKI u permezz tagħhom; |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt lb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(lb) iwessa' l-kamp ta' applikazzjoni u jsaħħaħ ir-rikonoxximent u l-viżibbiltà barra mill-Komunità tal-EIT ta' lawrji u diplomi li jingħataw mill-HEIs parteċipanti u li għandhom jiġu indikati bħala lawrji u diplomi tal-EIT, u jestendihom għal programmi ta' tagħlim tul il-ħajja, mentoring, taħriġ vokazzjonali, għoti u titjib tal-ħiliet, filwaqt li jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat bejn il-ġeneri, u li jistgħu jingħataw f'istituzzjonijiet tat-taħriġ ċertifikati u kwalifikati; |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt lc (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(lc) isaħħaħ il-viżibbiltà u r-rikonoxximent tal-attivitajiet ffinanzjati mill-EIT lill-pubbliku ġenerali u jespandi t-Tikketta tal-EIT sabiex jittejbu l-viżibbiltà u r-rikonoxximent tal-EIT fi programmi tal-edukazzjoni abbażi ta' sħubijiet bejn HEIs, istituzzjonijiet tat-taħriġ, ċentri tar-riċerka u kumpaniji differenti filwaqt li tissaħħaħ il-kwalità ġenerali tagħha bl-offerta ta' kurrikuli fejn titgħallem bil-prattika u imprenditorija bi skop, kif ukoll mobbiltà internazzjonali, interorganizzazzjonali u transsettorjali; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-EIT u lill-KKI tiegħu fl-identifikazzjoni ta' sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati Membri msemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed minn kull pajjiż assoċjat. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għandu jagħti pariri lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur tal-EIT dwar kwistjonijiet ta' importanza strateġika. Għandu jiżgura wkoll sinerġiji u komplementarjetajiet xierqa bejn l-attivitajiet tal-EIT u l-KKI u l-programmi u l-inizjattivi nazzjonali, inkluż il-kofinanzjament nazzjonali potenzjali tal-attivitajiet tal-KKI. |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) attivitajiet tal-innovazzjoni u investimenti b'valur miżjud Ewropew, inkluż l-appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' negozji innovattivi, li jintegraw għalkollox id-dimensjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka ħalli tinkiseb massa kritika u jiġu stimulati d-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati; |
(a) attivitajiet tal-innovazzjoni u investimenti b'valur miżjud tal-Unjoni, inkluż il-faċilitazzjoni u l-appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' negozji innovattivi u negozji ġodda, li jintegraw għalkollox id-dimensjonijiet tal-edukazzjoni għolja u tar-riċerka ħalli tinkiseb massa kritika u jiġu stimulati d-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) esperimentazzjoni, prototipar u dimostrazzjoni mmexxijin mill-innovazzjoni f'oqsma ta' interess ekonomiku u soċjetali ewlieni u bbażati fuq ir-riżultati tar-riċerka tal-Unjoni u nazzjonali, bil-potenzjal li ssaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni fil-livell internazzjonali u ssib soluzzjonijiet għall-isfidi l-kbar li għandha s-soċjetà Ewropea; |
(b) riċerka, esperimentazzjoni, prototipar u dimostrazzjoni mmexxijin mill-innovazzjoni f'oqsma ta' interess ekonomiku u soċjetali ewlieni u bbażati fuq ir-riżultati tar-riċerka tal-Unjoni u nazzjonali, bil-potenzjal li ssaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni fil-livell internazzjonali u ssib soluzzjonijiet għall-isfidi l-kbar li għandha s-soċjetà Ewropea, inklużi l-isfidi fis-settur tas-saħħa u f'dak diġitali; |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ b'mod partikolari fil-livelli ta' masters u dottorat, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ professjonali f'dixxiplini bil-potenzjal li jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjoekonomiċi Ewropej futuri u li jwessgħu l-bażi tat-talent tal-Unjoni, jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet relatati mal-innovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali u l-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-istudenti, u jrawmu l-kondiviżjoni tal-għarfien, il-mentoring u n-networking fost dawk li jirċievu l-lawrji u t-taħriġ bit-tikketta tal-EIT; |
(c) attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ b'mod partikolari fil-livelli ta' masters u dottorat, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ professjonali f'dixxiplini bil-potenzjal li jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjoekonomiċi u soċjoekoloġiċi Ewropej futuri u li jwessgħu l-bażi tat-talent tal-Unjoni, jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet relatati mal-innovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali u l-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-istudenti, u jrawmu l-kondiviżjoni tal-għarfien, il-mentoring u n-networking fost dawk li jirċievu l-attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ bit-tikketta tal-EIT; |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) azzjonijiet li jappoġġaw lill-HEIs biex jintegraw aħjar fil-katini tal-valur u l-ekosistemi tal-innovazzjoni u biex jitlaqqgħu ma' atturi tal-innovazzjoni ewlenin oħra mit-triangolu tal-għarfien u għaldaqstant jittejjeb l-iżvilupp tal-kapaċità strateġika tagħhom; |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u d-disseminazzjoni tal-aqwa prassi fis-settur tal-innovazzjoni b'enfasi fuq l-iżvilupp ta' koperazzjoni bejn l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u n-negozju, inkluż is-setturi finanzjarji u dawk tas-servizzi; |
(d) attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u d-disseminazzjoni tal-aqwa prassi fis-settur tal-innovazzjoni b'enfasi fuq l-iżvilupp ta' koperazzjoni u ċrieki ta' tagħlim interdixxiplinari bejn l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u organizzazzjonijiet pubbliċi u terzi kif ukoll in-negozju, inkluż is-setturi finanzjarji u dawk tas-servizzi; |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) l-attivitajiet tal-RIS, integrati bis-sħiħ fl-istrateġija pluriennali tal-KKI biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' innovazzjoni u biex jiġu żviluppati ekosistemi tal-innovazzjoni sostenibbli fl-Unjoni bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet u d-distakk fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni fl-Unjoni u biex tiġi żgurata parteċipazzjoni aktar ġeografikament ibbilanċjata fil-Komunità tal-EIT fl-Unjoni kollha; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) it-tfittxija ta' sinerġiji u komplimentarjetajiet bejn l-attivitajiet tal-KICs u l-programmi Ewropej, nazzjonali u reġjonali eżistenti, fejn xieraq; |
(e) it-tfittxija ta' sinerġiji u komplementarjetajiet bejn l-attivitajiet tal-KKI u l-programmi Ewropej, nazzjonali u reġjonali eżistenti, b'mod partikolari l-EIC, Sħubijiet u Missjonijiet Ewropej oħra, kif ukoll universitajiet, HEIs u Ċentri tar-Riċerka, fejn xieraq; |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) il-mobilizzazzjoni ta' fondi minn sorsi pubbliċi u privati u introjtu ġġenerat mill-attivitajiet tagħhom stess, skont l-Artikolu 17, bil-għan li jiżdied il-proporzjon tal-baġit tagħhom; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(eb) l-istabbiliment ta' repożitorju li jimmappja r-relazzjoni bejn l-invenzjonijiet u l-privattivi miżmuma mill-KKI u l-identifikazzjoni tal-proprjetarji ta' dawk l-invenzjonijiet; |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet qafas ta' sħubija u għall-ftehimiet tal-għotja bejn l-EIT u l-KICs, il-KICs għandu jkollhom awtonomija ġenerali sostanzjali biex jiddefinixxu l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni interna tagħhom, kif ukoll l-aġenda preċiża u l-metodi ta' ħidma tagħhom. B'mod partikolari, il-KICs għandhom: |
2. Mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet qafas ta' sħubija u għall-ftehimiet tal-għotja pluriennali bejn l-EIT u l-KKI, il-KKI għandu jkollhom awtonomija ġenerali sostanzjali biex jiddefinixxu l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni interna tagħhom, kif ukoll l-aġenda preċiża u l-metodi ta' ħidma tagħhom, dment li din l-aġenda u dawn il-metodi ta' ħidma jirriżultaw fi progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-EIT u tal-KKI. B'mod partikolari, il-KKI għandhom: |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jistabbilixxu arranġamenti ta' governanza interni li jirriflettu t-triangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni; |
(a) jistabbilixxu arranġamenti ta' governanza trasparenti interni li jirriflettu t-triangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni; |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jiżguraw li jkunu miftuħa għal membri ġodda kull meta dawn ikunu jżidu l-valur lis-sħubija; |
(b) jiżguraw li jkunu miftuħa għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta' membri ġodda kull meta dawn ikunu jżidu l-valur lis-sħubija, fl-Unjoni kollha, inkluż permezz ta' kriterji ta' dħul u ħruġ ċari u trasparenti u sejħiet miftuħa; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jiffunzjonaw b'mod miftuħ u trasparenti, skont ir-regoli interni tagħhom; |
(c) jistabbilixxu regoli interni li jiżguraw il-funzjonament tal-KKI b'mod miftuħ u trasparenti, skont il-kodiċijiet ta' governanza tajba li għandhom jiġu stabbiliti f'dawk ir-regoli interni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) jiżviluppaw, bħala parti mill-pjan kummerċjali pluriennali tagħhom, pjan strateġiku fuq sentejn li jiddeskrivi l-inizjattivi previsti biex jiġu mmitigati l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil azzjonijiet bil-għan li jżidu r-reżiljenza tal-mikrointrapriżi, l-SMEs u n-negozji ġodda, iżda anke tal-istudenti, ir-riċerkaturi u l-impjegati; |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) f'sinerġija ma' linji tal-innovazzjoni oħra tal-Unjoni u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni u sabiex jirreaġixxu għall-pjan ta' rkupru Ewropew, jippubblikaw sejħiet iddedikati, jippromwovu inizjattivi li jużaw is-sħubijiet, l-ekosistemi u l-komunitajiet tagħhom, jiżviluppaw proġetti individwali u bejn il-KKI biex jappoġġaw ir-ristrutturar tan-negozji, u jidentifikaw mikrointrapriżi, SMEs, negozji ġodda u partijiet ikkonċernati oħra li jeħtieġu appoġġ u, pereżempju, aċċess aħjar għall-finanzjament; |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(dc) jipproponu inizjattivi bil-għan li jappoġġaw l-ekosistema tagħhom abbażi tat-triangolu tal-għarfien, waqt li fl-istess ħin ikunu flessibbli biżżejjed biex joħolqu miżuri li jkunu adattati għall-għan maħsub tagħhom għas-sħab u l-benefiċjarji tagħhom u lil hinn mill-komunitajiet eżistenti tagħhom; |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jistabbilixxu u jimplimentaw strateġiji għas-sostenibbiltà finanzjarja. |
(e) jistabbilixxu u jimplimentaw strateġiji għall-kisba tas-sostenibbiltà finanzjarja; |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) jiżviluppaw attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, b'mod partikolari ma' istituzzjonijiet u ċentri ta' eċċellenza emerġenti fir-reġjuni tal-Unjoni li l-prestazzjoni tagħhom ma tkunx tajba daqs ta' oħrajn; |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Ir-relazzjoni bejn l-EIT u kull KIC għandha tkun ibbażata fuq ftehimiet kuntrattwali ta' sħubija u ftehimiet kuntrattwali tal-għotja. |
3. Ir-relazzjoni bejn l-EIT u kull KKI għandha tkun ibbażata fuq ftehimiet kuntrattwali ta' sħubija u ftehimiet kuntrattwali pluriennali tal-għotja u fuq strateġija ta' kollaborazzjoni fit-tul definita sew. |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Meta jagħżlu l-proġetti u s-sħab, u meta jkun strettament meħtieġ li jisseparaw proposti ta' kwalità indaqs, wara valutazzjoni bbażata fuq il-kriterju tal-eċċellenza, il-KKI għandhom jagħtu prijorità lil proposti li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin: |
|
(a) l-inklużjoni ta' numru akbar ta' pajjiżi jew reġjuni li jieħdu sehem fl-RIS; |
|
(b) l-inklużjoni ta' numru akbar ta' reġjuni jew pajjiżi li għadhom mhux jipparteċipaw fil-komunità tal-KKI; |
|
(c) l-involviment ta' reġjuni u pajjiżi li jimpenjaw ruħhom li jikkontribwixxu permezz tal-Fondi SIE; |
|
(d) l-involviment ta' numru akbar ta' SMEs; |
|
(e) l-iżgurar ta' bilanċ aħjar bejn il-ġeneri. |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandhom japplikaw ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni. B'deroga minn dawk ir-regoli: |
Għandhom japplikaw ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni ta' Orizzont Ewropa. B'deroga minn dawk ir-regoli: |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) regoli speċifiċi dwar is-sjieda, id-drittijiet tal-aċċess, l-isfruttament u d-disseminazzjoni għall-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KICs. |
(b) regoli speċifiċi dwar is-sjieda, id-drittijiet tal-aċċess, l-isfruttament u d-disseminazzjoni għall-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KKI, fejn xieraq. |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sħubija għandha tintgħażel u tinħatar mill-EIT biex issir KIC wara proċedura kompetittiva, miftuħa u trasparenti. Il-kriterji tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni għall-għażla għandhom japplikaw is-sħubijiet Ewropej. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jista' jispeċifika dawk il-kriterji f'aktar dettall, billi jadotta u jippubblika kriterji għall-għażla tal-KICs ibbażati fuq il-prinċipji tal-eċċellenza u tar-relevanza għall-innovazzjoni. |
1. Sħubija għandha tintgħażel u tinħatar mill-EIT biex issir KKI wara proċedura kompetittiva, miftuħa u trasparenti. Il-kundizzjonijiet u l-kriterji applikabbli ta' Orizzont Ewropa għall-għażla tas-sħubijiet Ewropej għandhom japplikaw. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jispeċifika dawk il-kriterji f'aktar dettall, billi jadotta u jippubblika kriterji għall-għażla tal-KKI bbażati fuq il-prinċipji tal-eċċellenza, tal-firxa ġeografika bilanċjata u tar-relevanza għall-innovazzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet rigward l-isfidi soċjetali u l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-EIT għandu jniedi l-għażla u l-ħatra tal-KICs skont l-oqsma ta' prijorità u l-iskeda taż-żmien definita fl-ASI. |
2. L-EIT għandu jniedi l-għażla u l-ħatra tal-KKI skont l-oqsma ta' prijorità u l-iskeda taż-żmien definita fl-ASI u filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet kif definiti fl-ippjanar strateġiku ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-kundizzjoni minima biex tiġi ffurmata KIC hi l-parteċipazzjoni ta' mill-anqas tliet organizzazzjonijiet sħab indipendenti, stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati Membri differenti. |
3. Il-kundizzjonijiet minimi biex tiġi ffurmata KKI huma l-parteċipazzjoni ta' mill-anqas tliet organizzazzjonijiet sħab indipendenti, li jinkludu mill-anqas HEI waħda, istituzzjoni ta' riċerka waħda u intrapriża privata waħda u li jkunu stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati Membri differenti. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Minbarra l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3, mhux inqas minn żewġ terzi tal-organizzazzjonijiet sħab li jiffurmaw KIC għandhom ikunu stabbiliti fl-Istati Membri. Kull KIC għandu jkollha mill-inqas istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla waħda, organizzazzjoni waħda tar-riċerka u kumpanija privata waħda. |
4. Minbarra l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 3, mhux inqas minn żewġ terzi tal-organizzazzjonijiet sħab li jiffurmaw KKI għandhom ikunu stabbiliti fl-Istati Membri. Kopertura ġeografika bbilanċjata, inkluża l-parteċipazzjoni tal-RIS u l-parteċipazzjoni tas-sħab ġodda, għandha titqies fil-proċedura tal-għażla u tad-deżinjazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-EIT għandu jadotta u jippubblika l-kriterji u l-proċeduri għall-finanzjament, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs qabel it-tnedija tal-proċedura tal-għażla għall-KICs ġodda. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri imsemmi fl-Artikolu 6(k) għandu jiġi infurmat minnufih dwarhom. |
5. L-EIT għandu jadotta u jippubblika l-kriterji u l-proċeduri għall-finanzjament, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KKI qabel it-tnedija tal-proċedura tal-għażla għall-KKI ġodda. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 6(2), in-network tal-uffiċjali ta' kollegament tal-pajjiżi tal-EIT u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu infurmati minnufih dwarhom. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT għandu, abbażi tal-indikaturi stabbiliti, fost l-oħrajn, fil-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni u fl-ASI, u b'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jorganizza monitoraġġ kontinwu u evalwazzjonijiet esterni minn żmien għal żmien tal-kisbiet, ir-riżultati u l-impatt ta' kull KIC. Ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ u ta' dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu rappurtati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandhom isiru pubbliċi. |
L-EIT għandu, abbażi tal-indikaturi stabbiliti, fost l-oħrajn, f'Orizzont Ewropa u fl-ASI, u b'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jorganizza monitoraġġ kontinwu u evalwazzjonijiet esterni minn żmien għal żmien tal-kisbiet, ir-riżultati, l-impatt u l-passi meħuda lejn il-kisba tas-sostenibbiltà finanzjarja ta' kull KKI. Ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ u ta' dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu rappurtati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandhom isiru pubbliċi. |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Soġġett għall-eżitu ta' analiżi komprensiva ta' nofs it-terminu qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta' seba' snin, il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddeċiedi li jestendi l-ftehim qafas ta' sħubija ma' KIC lil hinn minn dak il-perjodu inizjali għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn seba' snin jew iwaqqaf il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT u ma jestendi l-ebda ftehim qafas ta' sħubija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jqis b'mod partikolari il-livell miksub ta' sostenibbiltà finanzjarja ta' KIC, il-kapaċità tagħha li tiżgura l-ftuħ għal membri ġodda kif ukoll il-limiti tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni imsemmija fl-Artikolu 20 u r-rilevanza b'rabta mal-objettivi tal-EIT. |
2. Soġġett għall-eżitu pożittiv ta' analiżi komprensiva ta' nofs it-terminu minn esperti esterni indipendenti, li għandha ssir sa tmiem ir-raba' sena tal-perjodu inizjali ta' seba' snin, il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddeċiedi li jżomm il-ftehim qafas ta' sħubija ma' KKI sa tmiem il-perjodu inizjali jew iwaqqaf il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jqis b'mod partikolari r-rilevanza għall-isfidi globali u soċjetali tal-Unjoni, il-kriterji ta' Orizzont Ewropa għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-Sħubijiet Ewropej, l-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti mill-KKI nnifisha, l-effetti tal-koordinazzjoni tal-KKI ma' inizjattivi ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti oħra, il-livell miksub ta' sostenibbiltà finanzjarja ta' KKI, il-kapaċità tagħha li tiżgura l-ftuħ għal membri ġodda u s-suċċess tagħha f'li tattira sħab ġodda, it-trasparenza tal-governanza tagħha, il-kapaċità tagħha li tiżviluppa ekosistemi ta' innovazzjoni sostenibbli u l-kopertura ġeografika u l-bilanċ bejn il-ġeneri tagħha, kif ukoll il-limiti tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 20 u r-rilevanza b'rabta mal-objettivi tal-EIT. |
|
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jissottometti dawn ir-rieżamijiet ta' nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandu jagħmilhom pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Fi tmiem il-perjodu inizjali ta' seba' snin, il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddeċiedi li jestendi l-ftehim qafas ta' sħubija għal perjodu ulterjuri ta' seba' snin. Din id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u fuq l-evalwazzjoni finali tal-prestazzjoni tal-KKI li għandha titwettaq qabel tmiem il-perjodu inizjali ta' seba' snin. L-EIT għandu jikkonsulta lill-Parlament Ewropew qabel jestendi l-perjodu inizjali ta' seba' snin. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Fil-każ ta' estensjoni tal-ftehim ta' seba' snin, il-KKI għandha tkun soġġetta għal rieżami ta' nofs it-terminu ġdid sa tmiem ir-raba' sena tat-tieni perjodu ta' seba' snin, abbażi tal-istess kriterji u metodoloġija. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Jekk l-evalwazzjonijiet ta' KIC juru riżultati inadegwati jew nuqqas ta' valur miżjud Ewropew, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu l-miżuri xierqa, fosthom it-tnaqqis, il-modifika jew l-irtirar tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT jew it-tmiem tal-ftehim qafas ta' sħubija.
|
3. Jekk l-evalwazzjonijiet ta' KKI juru riżultati inadegwati jew nuqqas ta' valur miżjud Ewropew, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu l-miżuri korrettivi xierqa, fosthom it-tnaqqis, il-modifika jew l-irtirar tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT jew it-tmiem tal-ftehim qafas ta' sħubija. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Soġġett għall-eżitu ta' analiżi finali qabel l-iskadenza tal-erbatax-il sena tal-ftehim qafas ta' sħubija, l-EIT jista' jikkonkludi memorandum ta' koperazzjoni ma' KIC. |
4. Soġġett għall-eżitu ta' analiżi finali qabel l-iskadenza tal-erbatax-il sena tal-ftehim qafas ta' sħubija, il-Bord tat-Tmexxija, taħt kundizzjonijiet stretti u wara evalwazzjoni bir-reqqa minn esperti indipendenti, jista' jiddeċiedi li jestendi l-ftehim qafas ta' sħubija ma' KKI. Dan il-ftehim qafas ta' sħubija estiż għandu jkun soġġett għal li ġej: |
|
(a) evalwazzjoni pożittiva fil-fond tal-KKI mill-esperti esterni u mill-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jitqiesu l-kriterji ta' valutazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2; |
|
(b) pjan dettaljat mill-KKI li jistabbilixxi r-raġunijiet għaliex il-ftehim qafas ta' sħubija għandu jiġi estiż; |
|
(c) limitazzjoni fiż-żmien, il-kamp ta' applikazzjoni u l-baġit li tinkludi attivitajiet ta' edukazzjoni għolja, taħriġ u strutturati orizzontalment tal-KKI li għadhom ma jistgħux ikunu finanzjarjament sostenibbli, iżda li għadhom kruċjali għall-issodisfar tal-kompiti, l-attivitajiet u l-kapaċitajiet tagħha fir-rispons għal sfidi soċjetali. |
|
Dawn l-attivitajiet għandhom jiġu deskritti fid-dettall. Din id-deskrizzjoni għandha titressaq mill-Bord tat-Tmexxija għal evalwazzjoni. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-lawrji u d-diplomi relatati mal-attivitajiet tal-edukazzjoni ogħla msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) għandhom jingħataw minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla parteċipanti skont ir-regoli u l-proċeduri ta' akkreditazzjoni nazzjonali. Il-ftehimiet qafas ta' sħubija kuntrattwali u l-ftehimiet tal-għotja kuntrattwali bejn l-EIT u l-KICs għandhom jipprevedu li dawn il-lawrji u d-diplomi jistgħu wkoll jiġu indikati bħala lawrji u diplomi tal-EIT. |
1. Il-lawrji u d-diplomi relatati mal-attivitajiet tal-edukazzjoni għolja msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) għandhom jingħataw minn HEIs u minn istituzzjonijiet tat-taħriġ ċertifikati parteċipanti skont ir-regoli u l-proċeduri ta' akkreditazzjoni nazzjonali. Il-ftehimiet qafas ta' sħubija kuntrattwali u l-ftehimiet tal-għotja kuntrattwali bejn l-EIT u l-KKI għandhom jipprevedu li dawn il-lawrji u d-diplomi għandhom ukoll jiġu indikati bħala lawrji u diplomi tal-EIT. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-EIT għandu jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla parteċipanti biex: |
2. L-EIT għandu jħeġġeġ lill-HEIs u lill-istituzzjonijiet tat-taħriġ ċertifikati parteċipanti biex: |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) jippromwovu u jirreklamaw it-Tikketta tal-EIT fit-taħriġ u fid-diplomi tagħhom; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(bb) isiru aktar integrati fil-ktajjen tal-innovazzjoni, filwaqt li jiżviluppaw strateġiji differenti bil-għan li jikkooperaw b'mod effettiv ma' ekosistemi tal-innovazzjoni u ma' negozji u li jippromwovu mentalità intraprenditorjali; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt bc (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(bc) joħolqu programmi ffukati fuq it-tagħlim tul il-ħajja u ċ-ċertifikazzjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-bilanċ bejn il-ġeneri u lil approċċi sensittivi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, speċjalment f'oqsma bħall-ICT, ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, fejn in-nisa għadhom sottorappreżentati. |
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-EIT u l-KICs għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari, l-EIT u l-KICs għandhom jistabbilixxu sit web aċċessibbli, mingħajr ħlas li jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom. |
1. L-EIT u l-KKI għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari, l-EIT u l-KKI għandhom jistabbilixxu sit web aċċessibbli, mingħajr ħlas li jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom u l-opportunitajiet li jipprovdu, b'mod partikolari sejħiet miftuħa. |
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-EIT u l-KKI għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni dettaljata dwar is-sejħiet għal proposti kollha li joħorġu. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni b'mod f'waqtu, li jista' jitfittex u traċċabbli fil-bażijiet tad-data online komuni rilevanti tal-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-Unjoni, skont ir-Regolament [xxx] li jistabbilixxi Orizzont Ewropa. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Informazzjoni dettaljata dwar il-proċessi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 u 18. |
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-kontribuzzjonijiet mingħand organizzazzjonijiet sħab biex jiffinanzjaw il-KICs għandhom jiġu determinati skont ir-rati ta' kofinanzjament imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u jkunu jirriflettu l-istrateġija tal-KICs għas-sostenibbiltà finanzjarja. |
6. Il-kontribuzzjonijiet mingħand organizzazzjonijiet sħab u sorsi pubbliċi oħra minn pajjiżi terzi kif ukoll sorsi ta' finanzjament privati biex jiffinanzjaw il-KKI għandhom jiġu determinati skont ir-rati ta' kofinanzjament imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u jkunu jirriflettu l-istrateġija tal-KKI għas-sostenibbiltà finanzjarja. |
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-EIT għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' allokazzjoni kompetittiv biex jagħti sehem adegwat tal-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu lill-KICs. Dan għandu jinkludi valutazzjoni tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju u tal-prestazzjoni tal-KICs kif imkejla tul il-monitoraġġ kontinwu, u b'mod partikolari il-progress tagħhom biex jiksbu s-sostenibbiltà finanzjarja. |
7. L-EIT għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' allokazzjoni kompetittiv u bbażat fuq il-prestazzjoni biex jagħti sehem adegwat tal-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu lill-KKI. Dan għandu jinkludi valutazzjoni tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju tal-KKI, il-ftuħ tal-KKI għal membri ġodda, l-istrateġiji tad-disseminazzjoni tagħhom u l-firxa ġeografika tagħhom, kif ukoll il-prestazzjoni ta' dawk il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju kif imkejla tul il-monitoraġġ kontinwu, u b'mod partikolari l-progress tagħhom biex jiksbu s-sostenibbiltà finanzjarja. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-azzjonijiet stabbiliti biex jitnaqqsu l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19 u lill-iżvilupp ta' ideat innovattivi. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) stima tal-bżonnijiet tal-persunal li jirriżultaw mill-kompiti l-ġodda; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(bb) aspetti tal-programm ta' rispons għall-kriżi fuq sentejn; |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-KICs u tal-EIT, bl-użu ta' approċċ orjentat lejn l-impatt ; |
(c) metodi, għodod u indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi xierqa għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-EIT u tal-KKI, bl-użu ta' approċċ orjentat lejn l-impatt u bbażat fuq il-prestazzjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-EIT għandu jadotta rapport annwali konsolidat tal-attività, li għandu jinkludi informazzjoni komprensiva dwar l-attivitajiet li wettqu l-EIT u l-KICs tul is-sena kalendarja preċedenti u dwar il-kontribut tal-EIT għall-objettivi tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni, u għall-politiki u l-objettivi tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-edukazzjoni. Barra minn hekk, dan għandu jivvaluta r-riżultati fir-rigward tal-objettivi, l-indikaturi u l-iskeda taż-żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet imwettqa, l-użu tar-riżorsi u l-operat ġenerali tal-EIT. Ir-rapport annwali konsolidat tal-attività għandu jinkludi informazzjoni komprensiva ulterjuri skont ir-regoli finanzjarji tal-EIT. |
2. L-EIT għandu jadotta rapport annwali konsolidat tal-attività, li għandu jinkludi informazzjoni komprensiva dwar l-attivitajiet li wettqu l-EIT u l-KKI tul is-sena kalendarja preċedenti u dwar il-kontribut tal-EIT għall-objettivi ta' Orizzont Ewropa, u għall-politiki u l-objettivi tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-edukazzjoni. Barra minn hekk, dan għandu jivvaluta r-riżultati fir-rigward tal-objettivi, l-indikaturi u l-iskeda taż-żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet imwettqa, l-użu tar-riżorsi, inkluż il-kontribut tiegħu għall-objettiv tal-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima skont Orizzont Ewropa diżaggregat skont il-KKI, u l-operat ġenerali tal-EIT. Ir-rapport annwali konsolidat tal-attività għandu jinkludi informazzjoni komprensiva ulterjuri skont ir-regoli finanzjarji tal-EIT. |
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull sena d-Direttur tal-EIT għandu jippreżenta r-rapport annwali tal-attività lill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew. |
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal evalwazzjonijiet tal-EIT bl-għajnuna ta' esperti indipendenti magħżula bi proċessi trasparenti skont ir-regoli finanzjarji tiegħu. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif l-EIT jaqdi l-missjoni tiegħu, ikopru l-attivitajiet kollha tal-EIT u tal-KICs u jivvalutaw il-valur miżjud Ewropew tal-EIT, l-impatt, l-effikaċja, is-sostenibbiltà, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-attivitajiet imwettqa u l-koerenza u/jew komplimentarjetà tagħhom ma' politiki rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż sinerġiji ma' partijiet oħrajn tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet konċernat fil-livell Ewropew u nazzjonali u jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-programmi tal-Kummissjoni previsti fil-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. |
2. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi evalwazzjonijiet tal-EIT bl-għajnuna ta' esperti indipendenti magħżula bi proċessi trasparenti skont ir-regoli finanzjarji tiegħu. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif l-EIT jaqdi l-missjoni tiegħu, ikopru l-attivitajiet kollha tal-EIT u tal-KKI u jivvalutaw il-valur miżjud Ewropew tal-EIT, l-impatt, l-effikaċja, is-sostenibbiltà, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-attivitajiet imwettqa u l-koerenza u/jew komplimentarjetà tagħhom ma' politiki rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż sinerġiji ma' partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari l-EIT, sħubijiet u missjonijiet oħra. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll aspetti relatati mal-impatt tal-RIS u l-ftuħ tagħha għall-parteċipazzjoni ta' sħab ġodda. Dawn għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati fil-livell Ewropew u nazzjonali u jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-programmi tal-Kummissjoni previsti f'Orizzont Ewropa. |
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 19a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 19a |
|
Analiżi ta' nofs it-terminu tal-EIT |
|
L-EIT għandu jkun soġġett għal rieżami bir-reqqa ta' nofs it-terminu mill-Kummissjoni, abbażi tal-evalwazzjonijiet perjodiċi msemmija fl-Artikolu 19. Għandu jsir bl-assistenza ta' esperti indipendenti u għandu jitwettaq sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-perjodu finanzjarju li jmiss. Dan ir-rieżami ta' nofs it-terminu għandu jivvaluta, inter alia: |
|
(a) ir-riżultati u l-impatti tal-inizjattiva tal-edukazzjoni u l-kontinwazzjoni potenzjali tagħha; |
|
(b) l-effikaċja tal-istrateġiji dwar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-KKI; |
|
(c) l-implimentazzjoni u l-impatt tal-RIS; |
|
(d) il-fattibbiltà ta' żieda ulterjuri tal-kollaborazzjoni bejn l-EIT u l-korpi kollha ta' implimentazzjoni skont il-Pilastru III ta' Orizzont Ewropa sabiex ikun eżaminat jekk l-EIT jistax jiżvolġi rwol aktar orizzontali fil-pilastri kollha u/jew jiġi stabbilit punt uniku ta' servizz għall-innovazzjoni b'sett ta' attivitajiet komplementari differenti. |
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' tingħata permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni u minn programmi oħra tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-ammonti deċiżi fil-QFP rispettiv. |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tingħata permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja ta' [4 %] tal-baġit ġenerali ta' Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-ammonti deċiżi fil-QFP rispettiv. L-EIT jista' jirċievi finanzjament addizzjonali minn programmi oħra tal-Unjoni. |
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 24a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 24a |
|
Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali |
|
Il-ftehimiet konklużi mill-EIT għandhom ikunu rregolati mir-regoli applikabbli meta tiġi varata s-sejħa għal proposti rispettiva. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 137
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 1 – punt 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn 15-il membru, maħtur mill-Kummissjoni, li fosthom ikun hemm bilanċ bejn dawk b'esperjenza fin-negozju, fl-edukazzjoni ogħla u fir-riċerka. Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ta' erba' snin. Il-Kummissjoni tista' testendi dak il-mandat darba b'sentejn fuq proposta tal-Bord tat-Tmexxija. |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn 15-il membru, inkluż Membru tal-EIC, maħtura mill-Kummissjoni, li fosthom ikun hemm bilanċ bejn dawk b'esperjenza fin-negozju, fl-edukazzjoni għolja, fl-innovazzjoni u fir-riċerka. Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ta' erba' snin. Il-Kummissjoni tista' testendi dak il-mandat darba b'sentejn fuq proposta tal-Bord tat-Tmexxija. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 138
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 1 – punt 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn meħtieġ, il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta' kandidati bl-iskop li jinħatru bħala membru jew membri ġodda. Il-kandidati magħżula għandhom jintgħażlu abbażi tar-riżultat ta' proċedura trasparenti u miftuħa varata mill-EIT. |
imħassar |
Emenda 139
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima I – punt 1 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jinħatru mill-Kummissjoni b'mod trasparenti u għandu jkollhom esperjenza eċċellenti fl-edukazzjoni għolja, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fin-negozju. Din il-ħatra għandha ssir wara sejħa miftuħa għal espressjoni ta' interess. |
Emenda 140
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 1 – punt 1 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha żżomm kont tal-bilanċ bejn l-esperjenza fl-edukazzjoni ogħla, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fin-negozju kif ukoll tal-bilanċ bejn is-sessi u dak ġeografiku u għandha tapprezza l-ambjenti tal-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-bilanċ bejn l-esperjenza fl-edukazzjoni għolja, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fin-negozju kif ukoll il-bilanċ bejn il-ġeneri u dak ġeografiku u għandha tapprezza l-ambjenti tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 141
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima I – punt 1 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull meta jkun meħtieġ, il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta' kandidati bl-iskop tal-ħatra ta' membru jew membri ġodda. Il-kandidati elenkati għandhom jintgħażlu abbażi tar-riżultat ta' proċedura trasparenti u miftuħa varata mill-EIT. |
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima I – punt 1 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha taħtar membru ġdid jew membri ġodda skont il-proċedura stabbilita fis-subparagrafi 2 u 3. |
Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord tat-Tmexxija fl-eżerċitar tar-responsabbiltà tiegħu li jmexxi l-attivitajiet tal-EIT għandu jieħu deċiżjonijiet strateġiċi, b'mod partikolari: |
1. Il-Bord tat-Tmexxija, fl-eżerċitar tar-responsabbiltà tiegħu li jmexxi l-attivitajiet tal-EIT, għandu jieħu deċiżjonijiet strateġiċi, b'mod partikolari għandu: |
Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jadotta l-kontribut tal-EIT għall-proposta tal-Kummissjoni dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni (ASI) tal-EIT; |
(a) jadotta l-kontribut tal-EIT għall-proposta tal-Kummissjoni dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni (ASI) tal-EIT wara li jkun qies l-opinjoni tal-KKI eżistenti; |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jadotta kriterji u proċeduri għall-finanzjament, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs, li jinkludu l-ikbar allokazzjoni tal-fondi tal-EIT għalihom; |
(c) jadotta kriterji u proċeduri għall-finanzjament, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KKI, li jinkludu l-ikbar allokazzjoni tal-fondi tal-EIT għalihom, filwaqt li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11, kif ukoll jiddeċiedi dwar miżuri korrettivi xierqa li għandhom jittieħdu f'każ ta' sottoprestazzjoni b'rabta mal-objettivi tal-KKI; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jadotta l-proċedura tal-għażla tal-KICs; |
(d) jadotta l-proċedura tal-għażla tal-KKI u jinforma minnufih lill-Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 6(2), lin-network tal-uffiċjali ta' kollegament tal-pajjiżi tal-EIT, kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali dwar dik il-proċedura; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jagħżel u jaħtar sħubija bħala KIC jew jirtira l-ħatra fejn xieraq; |
(e) jagħżel u jaħtar sħubija bħala KKI, abbażi tal-prinċipji ta' eċċellenza, rappreżentanza ġeografika bbilanċjata, rotazzjoni ta' sħab u innovazzjoni, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9 jew jirtira l-ħatra fejn xieraq; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) jawtorizza lid-Direttur biex jestendi l-ftehimiet qafas ta' sħubija mal-KICs lil hinn mill-perjodu stabbilit inizjalment; |
(g) jawtorizza lid-Direttur biex jestendi l-ftehimiet qafas ta' sħubija mal-KKI lil hinn mill-perjodu stabbilit inizjalment abbażi ta' eżitu pożittiv tal-valutazzjonijiet b'mod konformi mal-Artikoli 10 u 11; |
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) jieħu l-miżuri xierqa, inkluż it-tnaqqis, l-emendar jew l-irtirar tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lill-KICs jew it-tmiem tal-ftehimiet qafas ta' sħubija magħhom; |
(j) jieħu l-miżuri xierqa, inkluż it-tnaqqis, l-emendar jew l-irtirar tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lill-KKI, f'każ ta' sottoprestazzjoni, jew it-tmiem tal-ftehimiet qafas ta' sħubija magħhom abbażi tal-eżitu tal-valutazzjonijiet skont l-Artikoli 10, 11 u 17; |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt ja (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ja) ikun jista' eċċezzjonalment jitlob (b'maġġoranza ta' żewġ terzi) lill-President tal-Bord Superviżorju tal-KKI jew lill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-KKI jirriżenja f'każ ta' negliġenza, sottoprestazzjoni jew kondotta ħażina gravi u joħroġ, jekk iqis li huwa xieraq, rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti għall-KKI kkonċernata b'din ir-riorganizzazzjoni interna; |
Emenda 151
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt l
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(l) jiddeċiedi dwar it-tfassil u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' appoġġ ġestiti mill-KICs għall-iżvilupp u l-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u l-integrazzjoni tagħhom f'ekosistemi innovattivi. |
(l) jiddeċiedi dwar it-tfassil u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' appoġġ ġestiti mill-KKI għall-iżvilupp u l-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u tal-istituzzjonijiet tat-taħriġ ċertifikati u l-integrazzjoni tagħhom f'ekosistemi innovattivi. |
Emenda 152
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt la (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(la) jippromwovi l-ħolqien ta' sinerġiji bejn l-EIT u l-KKI u l-Programmi Qafas tal-Unjoni kif ukoll l-iskemi ta' finanzjament nazzjonali u reġjonali. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 153
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet oħra ta' proċedura u operatorji neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u tal-attivitajiet tal-EIT, b'mod partikolari: |
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet oħra ta' proċedura u operatorji neċessarji għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u tal-attivitajiet tal-EIT, b'mod partikolari biex: |
Emenda 154
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jadotta proċedura għall-għażla tal-Kumitat Eżekuttiv; |
(c) jadotta proċedura miftuħa u trasparenti għall-għażla tal-Kumitat Eżekuttiv; |
Emenda 155
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/6835, b'rabta mal-persunal tal-EIT u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi tiegħu, b'mod partikolari: |
imħassar |
(a) jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni biex ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jidħlu fis-seħħ, skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
(b) f'konformità mal-punt (c), jeżerċita s-setgħat li jingħataw permezz tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-Awtorità tal-Ħatra u permezz tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra dwar l-Awtorità Mogħtija s-Setgħa li Tikkonkludi Kuntratt ta' Impjieg ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra"); |
|
(c) f'konformità mal-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, jadottaw deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li tiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra relevanti lid-Direttur u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom din id-delega tas-setgħat tkun tista' tiġi sospiża. Id-Direttur għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat; |
|
(d) jadotta deċiżjoni biex, f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u lil dawk sottodelegati minn tal-aħħar u li jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur. |
|
__________________ |
|
35 ĠU L 56, 4.3, 1968, p. 1. |
|
Emenda 156
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 4 – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn erba' membri maħtura u l-President tal-Bord tat-Tmexxija, li għandu jippresiedi wkoll il-Kumitat Eżekuttiv. L-erba' membri apparti l-President għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija minn fost il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, sabiex ikun hemm bilanċ bejn dawk bl-esperjenza fin-negozju, dawk b'edukazzjoni ogħla u dawk b'esperjenza fir-riċerka. Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv għandu jkun ta' sentejn, u jiġġedded darba. |
2. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn tliet membri maħtura u l-President tal-Bord tat-Tmexxija, li għandu jippresiedi wkoll il-Kumitat Eżekuttiv. It-tliet membri apparti l-President għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija minn fost il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, sabiex ikun hemm bilanċ bejn dawk bl-esperjenza fin-negozju, dawk b'edukazzjoni ogħla u dawk b'esperjenza fir-riċerka. Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv għandu jkun ta' sentejn, u jiġġedded darba. |
Emenda 157
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 4 – punt 10a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10a. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet skont ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/681a, b'rabta mal-persunal tal-EIT u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi tiegħu. B'mod partikolari, għandu: |
|
(a) jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni sabiex ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra jidħlu fis-seħħ, skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
(b) skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, jeżerċita s-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra lill-Awtorità Mogħtija s-Setgħa li Tikkonkludi Kuntratt ta' Impjieg ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra"); |
|
(c) skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, fejn jiddelega setgħat relevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom din id-delega tista' tiġi sospiża bid-Direttur ikun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat; |
|
(d) jadotta deċiżjoni biex, f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur u lil dawk sottodelegati minn tal-aħħar u li jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur. |
|
__________________ |
|
1a ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 158
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 5 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' erba' snin. Il-Bord tat-Tmexxija, meta jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tqis l-evalwazzjoni tagħha tal-prestazzjoni tad-Direttur u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-EIT, jista' jestendi dak il-mandat darba għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn. Direttur li l-mandat tiegħu ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess pożizzjoni. |
3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' erba' snin. Il-Bord tat-Tmexxija, meta jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tqis l-evalwazzjoni tagħha tal-prestazzjoni tad-Direttur u l-aħjar interessi tal-EIT kif ukoll il-kompiti u l-isfidi futuri tiegħu, jista' jestendi dak il-mandat darba għal perijodu ta' mhux aktar minn erba' snin. Direttur li l-mandat tiegħu ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess pożizzjoni. |
Emenda 159
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 5 – punt 6 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) iħejji u jamministra l-proċedura tal-għażla għall-KICs u jiżgura li d-diversi stadji ta' dak il-proċess jitwettqu b'mod trasparenti u oġġettiv, bis-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija; |
(e) iħejji u jamministra l-proċedura tal-għażla għall-KKI u jiżgura li d-diversi stadji ta' dak il-proċess jitwettqu b'mod trasparenti u oġġettiv, bis-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jehmeż rapport dettaljat tal-proċedura tal-għażla mar-rapport ikkonsolidat dwar l-attività annwali; |
Emenda 160
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 5 – punt 6 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) jiżgura l-implimentazzjoni ta' proċeduri effikaċi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tal-EIT skont l-Artikolu 19, bis-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija; |
(j) jiżgura l-implimentazzjoni ta' proċeduri effikaċi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tal-EIT skont l-Artikolu 19, kif ukoll jimplimenta miżuri korrettivi xierqa fil-każ ta' sottoprestazzjoni fir-rigward tal-objettivi u tal-miri tal-EIT, bis-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 5 – punt 6 – punt n
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(n) jiżgura komunikazzjoni effettiva mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bis-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. |
(n) jiżgura komunikazzjoni effettiva mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, permezz ta' preżentazzjonijiet annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bis-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 6 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-persunal tal-EIT għandu jkun magħmul minn persuni impjegati direttament mill-EIT. Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra u r-regoli addottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u t-tqegħid fis-seħħ tagħhom għandhom japplikaw għall-persunal tal-EIT. |
1. Il-persunal tal-EIT għandu jkun magħmul minn persuni impjegati direttament mill-EIT. Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u t-tqegħid fis-seħħ tagħhom għandhom japplikaw għall-persunal tal-EIT. Dan il-paragrafu għandu japplika għall-persunal tal-EIT li l-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2020. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test jew għax it-tibdiliet huma marbuta b'mod inseparabbli ma' emendi oħra ammissibbli.
NOTA SPJEGATTIVA
Stabbilit fl-2008, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT) għandu l-għan li jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u lill-kompetittività Ewropej sostenibbli billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. B'mod partikolari, isaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni u jindirizza l-isfidi tas-soċjetà bl-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni.
L-EIT jopera permezz tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tiegħu: sħubijiet Ewropej fuq skala kbira li jindirizzaw sfidi speċifiċi tas-soċjetà billi jlaqqgħu flimkien l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni, tar-riċerka u tan-negozju u jipprovdulhom għotjiet filwaqt li jissorveljaw l-attivitajiet tagħhom, jappoġġaw il-kollaborazzjoni bejn il-KKI u jxerrdu r-riżultati u l-prassi tajba.
Ir-Regolament tal-2008 stabbilixxa l-missjoni u l-kompiti tal-EIT flimkien mal-qafas għall-funzjonament tiegħu. Ġie emendat fl-2013 biex, fost l-oħrajn, ikun allinjat ma' Orizzont 2020.
Fil-11 ta' Lulju 2019, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposti l-ġodda tagħha dwar l-EIT, li jikkonsistu minn proposta riformulata dwar Regolament tal-EIT aġġornat u proposta għal deċiżjoni dwar Aġenda Strateġika ġdida tal-Innovazzjoni (ASI) għall-EIT, għall-perjodu 2021-2027.
Ir-riformulazzjoni tar-Regolament tal-EIT tikkonsisti mill-adozzjoni ta' Regolament ġdid li jinkorpora f'test uniku l-emendi sostantivi li jagħmel għar-Regolament eżistenti u d-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni qieset li hemm bżonn li r-Regolament jiġi aġġornat peress li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-EIT eżistenti għamlu referenza diretta għal Orizzont 2020 li jintemm fi tmiem is-sena. Il-proposta riformulata għandha għaldaqstant l-għan li tiżgura l-allinjament tar-Regolament tal-EIT ma' Orizzont Ewropa, billi b'mod partikolari tneħħi r-referenzi għal Orizzont 2020 u timplimenta deċiżjonijiet li se jittieħdu bħala parti minn Orizzont Ewropa.
Ir-Regolament dwar l-EIT propost jiffoka fuq il-prinċipji ewlenin tal-funzjonament tal-EIT u l-KKI tiegħu. Għandu l-għan li jiżgura aktar ċarezza ġuridika fil-konfront ta' Orizzont Ewropa filwaqt li jistabbilixxi l-prinċipju tas-sostenibbiltà finanzjarja għall-KKI. Għall-perjodu 2021-2027, l-EIT huwa parti integrali minn Orizzont Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi l-abbozz ta' baġit għal Orizzont Ewropa għall-valur ta' EUR 3 biljun għall-QFP li jmiss kif ukoll ir-raġunament, il-valur miżjud, l-oqsma ta' intervent u l-linji ġenerali tal-attività tiegħu.
Ir-rapporteur tappoġġa l-EIT, il-missjoni u l-kisbiet tiegħu s'issa u, b'mod ġenerali, tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi żgurata ċertezza legali akbar fil-konfront ta' Orizzont Ewropa kif ukoll li jiġi stabbilit il-prinċipju ta' sostenibbiltà finanzjarja għall-KKI. Madankollu, ir-rapporteur esprimiet f'diversi okkażjonijiet oġġezzjonijiet serji għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tuża l-proċedura ta' riformulazzjoni, peress li hija limitazzjoni bla bżonn u fittizja applikata fuq il-koleġiżlaturi. Fil-fatt, ir-rapporteur tqis li diversi aspetti sostanzjali tal-proposta jeħtieġ li jiġu mmodifikati u għalhekk qed tipproponi emendi li jkopru, fost l-oħrajn, il-kwistjonijiet li ġejjin:
Ir-rapporteur tirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li r-regolament isir "newtrali f'termini ta' żmien"u għalhekk tintroduċi l-emendi meħtieġa biex issir din il-modifika. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tipproponi diversi modifiki għat-test bil-għan li jiżdied l-allinjament ma' Orizzont Ewropa fl-oqsma tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri, taċ-ċarezza u tal-limitazzjoni tat-tip ta' derogi mir-regoli dwar Orizzont Ewropa, kooperazzjoni akbar, fost l-oħrajn, mal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni.
Fir-rigward tat-trasparenza u tal-ftuħ, ir-rapporteur tagħmel diversi proposti biex ittejjeb dawn l-aspetti fil-proċeduri u fil-linji gwida tal-EIT u tal-KKI kif ukoll fil-proposti għal sħab u proġetti. Titjib f'dawn l-aspetti se jwassal ukoll għal firxa aħjar fl-Unjoni ta' kapaċità ta' innovazzjoni u se jimxi id f'id mal-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali.
Filwaqt li tikkunsidra li l-awtonomija kbira mogħtija lill-KKI hija element essenzjali għas-suċċess tagħhom, ir-rapporteur tqis li din l-awtonomija trid timxi id f'id ma' monitoraġġ u evalwazzjoni akbar tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju u r-riżultati tagħhom milli fil-leġiżlazzjoni eżistenti. Dan jippermetti wkoll applikazzjoni aħjar tal-prinċipju ta' sostenibbiltà finanzjarja filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull KKI. Għal dan il-għan, ir-rapporteur tipproponi diversi emendi.
Fir-rigward tal-aspetti tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ tal-proposta, ir-rapporteur temmen li t-tikketta tal-EIT għandha tiġi promossa aktar billi jiġi żgurat li l-lawrji u l-masters ta' edukazzjoni ogħla kollha li jipparteċipaw jiksbu t-tikketta tal-EIT u li għandha ssir aktar ħidma biex jiġi żgurat li l-moduli ta' tagħlim u ta' taħriġ tul il-ħajja jistgħu jużaw ukoll it-tikketta.
Is-setturi tal-ilma, tal-baħar u marittimi fil-livell Ewropej huma minn ta' quddiem nett fid-dinja f'termini ta' żvilupp fix-xjenza u fit-teknoloġija, bħala tali, hemm livell eċċellenti ta' xjenza, teknoloġija u kapaċità tan-negozju biex ikun hemm lok għal innovazzjoni permezz ta' kollaborazzjoni mill-qrib mas-sħab fit-triangolu tal-għarfien b'biżżejjed kapaċità biex jiżdiedu l-innovazzjonijiet. Għalhekk, ir-rapporteur tqis li KKI tal-EIT dwar il-Blue Deal il-Ġdid tindirizza sfida soċjoekonomika ewlenija u tas-soċjetà rilevanti "li jinħolqu ekonomiji sostenibbli, ċirkolari u blu li huma bbażati fuq ekosistemi tal-ilma u marittimi nodfa" kif iddefinit fil-programm qafas ta' Orizzont Ewropa.
Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-riżorsi, ir-rapporteur ittenni l-pożizzjoni tal-Parlament li titlob li 4 % tal-baġit ta' Orizzont Ewropa għandu jiġi allokat lill-EIT u tintroduċi diversi emendi biex jiġi assigurat li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati fl-EIT bil-għan li jinżamm standard għoli ta' għarfien espert u li jkun hemm riżultati dwar ir-responsabbiltajiet addizzjonali fdati lill-EIT.
ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
D(2020)737
Is-Sur Cristian-Silviu BUŞOI
President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
ASP 11E108
Brussell
Suġġett: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni)
(COM(2019)0331 – C9‑0042/2019 – 2019/0151(COD))
Sur President,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 110 dwar ir-Riformulazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.
Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:
"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostantiva ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.
F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.
Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati, fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet iridu jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub għall-emendi."
B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li eżaminaw il-proposta riformulata, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostantiva għajr dawk il-bidliet identifikati bħala tali u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.
Madankollu, il-Kumitat, jinnota li l-eżami tal-proposta rriżulta fl-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, kif ġej:
1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:
- it-tneħħija tat-test sħiħ tal-premessa 6 tar-Regolament (KE) Nru 294/2008;
- fl-Artikolu 6(g), iż-żieda tal-kliem finali "billi jippromwovi l-KICs bħala sħab eċċellenti tal-innovazzjoni";
- fl-Artikolu 11(3), iż-żieda tal-kliem "qafas ta' sħubija" wara l-kelma finali "ftehim";
- fl-Artikolu 17(5), is-sostituzzjoni tal-kliem "mill-baġit Komunitarju" bil-kliem "permezz ta' xi programm ieħor tal-Unjoni";
- fil-punt 2(i) tat-Taqsima 2 tal-Anness I, is-sostituzzjoni tal-kliem "il-politika lingwistika" bil-kliem "il-lingwa ta' ħidma";
- fil-punt 1 tat-Taqsima 6 tal-Anness I, it-tħassir tal-kliem "għad-Direttur".
2. Fl-Artikolu 11(2), fil-verżjoni INGLIŻA, iż-żieda tal-kelma "Union" kellha tkun identifikata bi vleġeġ tal-adattament.
3. Fl-Artikolu 22, id-diċitura eżistenti tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 294/2008, immarkata kompletament b'indikatur ta' "tħassir sostantiv", kellha tinqara kif ġej: "Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena "N + 2", jagħti kwittanza għas-sena "N" lid-Direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-EIT".
Bħala konklużjoni, wara li ddiskutieha fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Jannar 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'21 vot favur, l-ebda kontra u astensjoni waħda[2], jirrakkomanda li i-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura.
Dejjem tiegħek,
Lucy NETHSINGHA
Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
Brussell, is-7 ta' Novembru 2019
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TA' IL-PARLAMENT EWROPEW
IL-KUNSILL
IL-KUMMISSJONI
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni)
COM(2019)0331 tal-11.3.2020 – 2019/0151(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-18 u s-26 ta' Settembru 2019 kellu laqgħat iddedikati għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.
Waqt dawn il-laqgħat[3], b'riżultat tal-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li twassal għar-riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej.
1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:
- it-tneħħija tat-test sħiħ tal-premessa 6 tar-Regolament (KE) Nru 294/2008;
- fl-Artikolu 6(g), iż-żieda tal-kliem finali "billi jippromwovi l-KICs bħala sħab eċċellenti tal-innovazzjoni";
- fl-Artikolu 11(3), iż-żieda tal-kliem "qafas ta' sħubija" wara l-kelma finali "ftehim";
- fl-Artikolu 17(5), is-sostituzzjoni tal-kliem "mill-baġit Komunitarju" bil-kliem "permezz ta' xi programm ieħor tal-Unjoni";
- fil-punt 2(i) tat-Taqsima 2 tal-Anness I, is-sostituzzjoni tal-kliem "il-politika lingwistika" bil-kliem "il-lingwa ta' ħidma";
- fil-punt 1 tat-Taqsima 6 tal-Anness I, it-tħassir tal-kliem "għad-Direttur".
2. Fl-Artikolu 11(2), fil-verżjoni INGLIŻA, iż-żieda tal-kelma "Union" kellha tkun identifikata bi vleġeġ tal-adattament.
3. Fl-Artikolu 22, id-diċitura eżistenti tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 294/2008, immarkata kompletament b'indikatur ta' "tħassir sostantiv", kellha tinqara kif ġej: "Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena "N + 2", jagħti kwittanza għas-sena "N" lid-Direttur fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-EIT".
L-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
F. DREXLER T. BLANCHET L. ROMERO REQUENA
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI (9.6.2020)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni)
(COM(2019)0331 – C9-0042/2019 – 2019/0151(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Christian Ehler
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Stabbilit fl-2008, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT) għandu l-għan li jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u lill-kompetittività Ewropej sostenibbli billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. B'mod partikolari, isaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Unjoni u jindirizza l-isfidi tas-soċjetà bl-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni.
L-EIT jopera permezz tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (il-KKI) tiegħu: sħubijiet Ewropej fuq skala kbira li jindirizzaw sfidi speċifiċi tas-soċjetà billi jlaqqgħu flimkien l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni, tar-riċerka u tan-negozju u jipprovdilhom għotjiet filwaqt li jissorvelja l-attivitajiet tagħhom, jappoġġa l-kollaborazzjoni bejn il-KKI u jxerred ir-riżultati u l-prassi tajba.
Ir-Regolament tal-2008 stabbilixxa l-missjoni u l-kompiti tal-EIT flimkien mal-qafas għall-funzjonament tiegħu. Huwa ġie emendat fl-2013 biex fost l-oħrajn ikun allinjat ma' Orizzont 2020.
Fil-11 ta' Lulju 2019, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposti l-ġodda tagħha dwar l-EIT, li jikkonsistu minn proposta riformulata dwar Regolament tal-EIT aġġornat u proposta għal deċiżjoni dwar Aġenda Strateġika ġdida tal-Innovazzjoni (ASI) għall-IET, għall-perjodu 2021-2027.
Ir-riformulazzjoni tar-Regolament tal-EIT tikkonsisti mill-adozzjoni ta' Regolament ġdid li jinkorpora f'test uniku l-emendi sostantivi li jagħmel għar-Regolament eżistenti u d-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni qieset li hemm bżonn li r-Regolament jiġi aġġornat peress li d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-EIT eżistenti għamel referenza diretta għall-Orizzont 2020 li jintemm fi tmiem is-sena. Il-proposta riformulata għandha għaldaqstant l-għan li tiżgura l-allinjament tar-Regolament tal-EIT ma' Orizzont Ewropa, billi b'mod partikolari tneħħi r-referenzi għal Orizzont 2020 u timplimenta deċiżjonijiet li se jittieħdu bħala parti minn Orizzont Ewropa.
Ir-Regolament tal-EIT propost jiffoka fuq il-prinċipji ewlenin tal-funzjonament tal-EIT u l-KKI tiegħu. Għandu l-għan li jiżgura aktar ċarezza legali fil-konfront ta' Orizzont Ewropa filwaqt li jistabbilixxi l-prinċipju tas-sostenibbiltà finanzjarja għall-KKI. Għall-perjodu 2021-2027, l-EIT huwa parti integrali minn Orizzont Ewropa. Il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi l-abbozz ta' baġit għal Orizzont Ewropa għall-valur ta' EUR 3 biljun għall-QFP li jmiss kif ukoll ir-raġunament, il-valur miżjud, l-oqsma ta' intervent u l-linji ġenerali tal-attività tiegħu.
Ir-Rapporteur iqis li dan il-pakkett leġiżlattiv isaħħaħ il-missjoni tal-EIT filwaqt li jallinja l-objettivi tiegħu ma' Orizzont Ewropa billi:
iżid l-impatt reġjonali tal-KKI permezz ta' ftuħ imtejjeb għal sħab u partijiet interessati potenzjali, u għal strateġiji reġjonali tal-KKI artikolati aħjar; jinkludi rabtiet għall-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti rilevanti,
jagħti spinta lill-kapaċità ta' innovazzjoni tal-edukazzjoni ogħla biex jiġi integrat numru akbar ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fil-ktajjen tal-valur u l-ekosistemi tal-innovazzjoni,
jitnedew KKI ġodda fl-oqsma prijoritarji li għandhom jintgħażlu skont ir-rilevanza tagħhom għall-prijoritajiet ta' politika ta' Orizzont Ewropa. L-ewwel KKI ġdida hija ppjanata li titnieda fl-2022,
u tkun taqa' fil-qasam tas-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCS), f'konformità mar-raggruppament "Soċjetajiet Inklużivi u Kreattivi" ta' Orizzont Ewropa kif adottat fil-ftehim parzjali li ntlaħaq f'April 2019.
B'mod ġenerali, ir-Rapporteur jilqa' l-isforz li għamlet il-Kummissjoni f'din il-proposta. Madankollu, ir-Rapporteur iqis li l-proposta m'għandhiex biżżejjed dettall kruċjali u ċarezza legali, u li r-riformulazzjoni tista' ma tkunx l-aħjar triq li għandha tiġi segwita. F'dak ir-rigward, ir-Rapporteur jissuġġerixxi serje ta' emendi, li jiffokaw b'mod partikolari fuq l-għoti ta' aktar ċarezza u ċertezza legali għar-Regolament.
Il-punti prinċipali tal-abbozz ta' opinjoni huma:
l-iżgurar tal-finanzjament tal-EIT b'baġit ta' 4 % tal-baġit globali ta' Orizzont Ewropa, kif adottat mill-Parlament Ewropew,
l-iżgurar tal-istabbiliment ta' KKI tas-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCS) bħala prijorità ewlenija tal-EIT għall-perjodu 2021-2027 billi jiġi żgurat b'mod partikolari finanzjament suffiċjenti għall-istabbiliment tiegħu mingħajr ma tiġi pperikolata s-sostenibbiltà finanzjarja tal-KKI eżistenti. Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza b'mod partikolari li l-isforzi u r-riżorsi kollha għandhom jiġu ddedikati għat-twaqqif tal-KKI tas-CCS, qabel ma tiġi kkunsidrata t-tnedija tat-tieni KKI ġdida wara l-2025,
li tiġi ċċarata l-proposta ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward tal-objettivi ġenerali u speċifiċi u s-sinerġiji ma' programmi oħra.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) L-oqsma prijoritarji u l-ħtiġijiet finanzjarji strateġiċi għall-EIT għall-perjodu ta' seba' snin , li jkopru l-Qafas Finanzjarju Pluriennali ("il-QFP") rispettiv, jenħtieġ jiġu stabbiliti f'Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni ( "l-ASI"). L-ASI jenħtieġ tiżgura allinjament mal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni u jenħtieġ trawwem sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni tal-QFP kif ukoll ma' inizjattivi, politiki u strumenti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali. Minħabba l-importanza tal-ASI għall-politika tal-innovazzjoni tal-Unjoni u s-sinifikat politiku li jirriżulta tal-impatt soċjoekonomiku tagħha għall-Unjoni, l-ASI jenħtieġ tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni abbażi ta' kontribut mogħti mill-EIT. |
(5) L-oqsma prijoritarji u l-ħtiġijiet finanzjarji strateġiċi għall-EIT għall-perjodu ta' seba' snin , li jkopru l-Qafas Finanzjarju Pluriennali ("il-QFP") rispettiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni ("l-ASI"). L-ASI jenħtieġ li tiżgura allinjament ma' Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ("Orizzont Ewropa") u jenħtieġ li trawwem sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni tal-QFP kif ukoll ma' inizjattivi, politiki u strumenti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali. Minħabba l-importanza tal-ASI għall-politika tal-innovazzjoni tal-Unjoni u s-sinifikat politiku li jirriżulta tal-impatt soċjoekonomiku tagħha għall-Unjoni, l-ASI jenħtieġ li tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni abbażi ta' kontribut mogħti mill-EIT. |
|
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) Sabiex jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi globali ġodda u emerġenti, jenħtieġ li l-EIT iniedi KKI ġodda f'oqsma ta' prijorità magħżula abbażi ta' kriterji li jivvalutaw, fost aspetti oħrajn, ir-rilevanza tagħhom għall-prijoritajiet ta' politika ta' Orizzont Ewropa, u l-valur miżjud u l-potenzjal tagħhom, li għandhom jiġu indirizzati permezz tal-mudell tal-EIT. Jenħtieġ li t-tnedija ta' KKI ġodda tqis l-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa u l-baġit allokat għall-EIT għall-QFP rispettiv. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11b) L-EIT jenħtieġ li jrawwem kooperazzjoni multidixxiplinarja u transsettorjali bħala wieħed mill-oqsma ewlenin fejn isseħħ l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jagħmel sforz biex irawwem il-kooperazzjoni bejn l-isferi ekonomiċi, teknoloġiċi, soċjetali u xjentifiċi, inklużi l-arti u l-istudji umanistiċi. L-EIT jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' komunitajiet tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija, tal-arti u tal-matematika (STEAM) billi jsaħħaħ ir-rabtiet bejn il-KKI. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 11c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11c) Is-Setturi Kulturali u Kreattivi ("CCS") huma settur b'potenzjal għoli ta' tkabbir, ħafna inizjattivi elementari u appell qawwi miċ-ċittadini. Huma inkorporati sewwa fl-ekosistemi lokali u reġjonali tagħhom. Madankollu, is-CCS għadhom settur frammentat ħafna u l-innovaturi u dawk li joħolqu n-negozju ma għandhomx il-ħiliet intraprenditorjali u tal-innovazzjoni meħtieġa. KKI jenħtieġ li tgħin tindirizza dawn l-isfidi, bis-saħħa tal-approċċ tagħha li trawwem l-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, il-perspettiva fit-tul u l-approċċ ibbażat fuq il-post, kif ukoll bl-approċċ olistiku u integrat tagħha. Is-CCS għandhom ukoll l-aktar komplementarjetà b'saħħitha mat-tmien KKI li jeżistu, kif ukoll mal-oqsma ta' prijorità potenzjali għal Sħubiji Ewropej oħrajn li għandhom jitnedew fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. Għalhekk jenħtieġ li titnieda l-ewwel KKI dwar is-CCS fl-2022. Billi tkopri kważi s-setturi kollha ta' ħajjet iċ-ċittadini tal-Unjoni, tas-soċjetà u tal-ekonomija tagħhom, tali KKI se tkun rilevanti ħafna f'termini tal-impatt ekonomiku u soċjetali, filwaqt li tisfrutta opportunitajiet strateġiċi għall-innovazzjoni ekonomika, teknoloġika u soċjali. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11d) Jenħtieġ li KKI tal-EIT dwar is-CCS tagħti s-setgħa lill-opportunitajiet tan-networking, il-kollaborazzjoni, il-ħolqien konġunt u t-trasferiment tal-għarfien bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u n-negozju, fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi u ma' setturi oħrajn tas-soċjetà u l-ekonomija. Jenħtieġ li tikkatalizza inizjattivi minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel fil-livelli reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li tiżviluppa l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa għall-ħolqien u ż-żieda ta' impriżi ġodda f'ekosistemi innovattivi. Jenħtieġ li tipprovdi lir-riċerkaturi u lill-istudenti f'ħafna dixxiplini (inklużi l-arti, l-umanistika, in-negozju, ix-xjenzi soċjali u x-xjenza pura applikata) u lill-imprendituri tas-CCS u setturi oħrajn bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa sabiex joħorġu b'soluzzjonijiet innovattivi u jbiddluhom f'opportunitajiet ta' negozju ġodda. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "innovazzjoni" tfisser il-proċess, inkluż l-eżitu tiegħu, li permezz tiegħu jiddaħħlu ideat ġodda b'suċċess f'suq eżistenti li jkunu jirrispondu għad-domanda u l-ħtiġijiet tas-soċjetà jew għal dawk ekonomiċi u li jkunu jiġġeneraw prodotti, servizzi, jew mudelli tan-negozju u tal-organizzazzjoni ġodda, jew li jkunu kapaċi joħolqu swieq ġodda u jipprovdu ċertu valur lis-soċjetà; |
(1) "innovazzjoni" tfisser il-proċess, inkluż l-eżitu tiegħu, li permezz tiegħu jiddaħħlu ideat ġodda b'suċċess f'suq eżistenti li jkunu jirrispondu għad-domanda u l-ħtiġijiet tas-soċjetà jew għal dawk ekonomiċi u li jkunu jiġġeneraw prodotti, servizzi, proċessi, esperjenzi jew mudelli tan-negozju u tal-organizzazzjoni ġodda, jew li jkunu kapaċi joħolqu swieq ġodda u jwasslu ċertu valur lill-industriji u lis-soċjetà; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) "ċentru ta' kolokazzjoni" tfisser żona ġeografika fejn is-sħab ewlenin tat-triangolu tal-għarfien tal-KKI huma bbażati u jistgħu jinteraġġixxu faċilment, u li tipprovdi l-punt fokali għall-attività tal-KKI f'dik iż-żona; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) "organizzazzjoni sieħba" tfisser entità ġuridika li hija membru ta' KIC u li tista' tinkludi, b'mod partikolari, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, organizzazzjonijiet tar-riċerka, kumpaniji pubbliċi jew privati, istituzzjonijiet finanzjarji, awtoritajiet reġjonali u lokali, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ; |
(3) "organizzazzjoni sieħba" tfisser entità ġuridika li hija membru ta' KKI u li tista' tinkludi, b'mod partikolari, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, organizzazzjonijiet tar-riċerka, istituzzjonijiet pubbliċi, kumpaniji pubbliċi u privati, intrapriżi soċjali, istituzzjonijiet finanzjarji, awtoritajiet reġjonali u lokali, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ mill-Unjoni kollha; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) "L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni" ("ASI") tfisser dokument ta' politika li jiddeskrivi l-oqsma ta' prijorità u l-istrateġija fit-tul tal-EIT għall-inizjattivi futuri, il-kapaċità tagħha li tiġġenera l-aqwa valur miżjud tal-innovazzjoni, inkluż ħarsa ġenerali tal-attivitajiet ippjanati għall-edukazzjoni ogħla, għar-riċerka u għall-innovazzjoni tul perjodu ta' seba' snin, li jkopri l-QFP rispettiv; |
(7) "L-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni" ("ASI") tfisser att li jistabbilixxi l-istrateġija u l-prijoritajiet fit-tul tal-EIT u li jiddefinixxi l-objettivi tiegħu, l-azzjonijiet ewlenin, il-kapaċità tiegħu li jiġġenera l-aqwa valur miżjud tal-innovazzjoni, ir-riżultati mistennija u r-riżorsi meħtieġa tul perjodu ta' seba' snin, li jkopri l-QFP rispettiv; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) "Skema tal-Innovazzjoni Reġjonali" ("RIS") tfisser skema ta' sensibilizzazzjoni mmirata għas-sħubiji bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-kumpaniji u partijiet konċernati oħra bil-ħsieb li titrawwem l-innovazzjoni madwar l-Unjoni; |
(8) "Skema tal-Innovazzjoni Reġjonali" ("RIS") tfisser skema li trawwem l-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-pajjiżi innovaturi modesti u moderati, b'mod partikolari billi tattira u tintegra sħab ġodda fil-KKI; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test, b'mod partikolari għaliex hija aktar preċiża dwar id-definizzjoni tal-RIS.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) "Pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-KIC" tfisser dokument li jiddeskrivi l-objettivi u l-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KIC ippjanati; |
(10) "Pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-KKI" tfisser dokument, anness mal-ftehim tal-għotja, li jiddeskrivi l-objettivi, il-modi kif jiksbuhom u r-riżultati mistennija tal-KKI għall-perjodu rilevanti u l-attivitajiet ta' valur miżjud tal-KIC ippjanati, u l-ħtiġijiet u r-riżorsi finanzjarji relatati; |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-missjoni tal-EIT hi li jikkontribwixxi għal tkabbir u kompetittività ekonomika sostenibbli fl-Unjoni, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni ħalli jingħelbu l-isfidi l-kbar li għandha s-soċjetà . L-EIT għandu jagħmel dan billi jippromwovi sinerġiji u koperazzjoni fost l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-aqwa livell, u billi jintegrahom, inkluż permezz tat-trawwim tal-intraprenditorija. |
Il-missjoni tal-EIT hi li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin li tħabbat wiċċha magħhom is-soċjetà u li jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività sostenibbli tal-Unjoni bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni xjentifika, ekonomika, teknoloġika u soċjetali tal-Istati Membri kollha u tal-Unjoni. L-EIT għandu jagħmel dan billi jippromwovi sinerġiji u kooperazzjoni fost is-sħab u fis-setturi kollha, u billi jintegra l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-aqwa livell, u billi jintegrahom, inkluż permezz tat-trawwim tal-intraprenditorija. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni. |
Għall-perjodu baġitarju 2021-2027, l-EIT għandu jikkontribwixxi b'mod partikolari biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi ta' Orizzont Ewropa, billi jqis kompletament l-ippjanar strateġiku tiegħu. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3a |
|
Objettivi ġenerali |
|
L-objettivi ġenerali tal-EIT għandhom ikunu li: |
|
(a) isaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni bbażati fuq sfidi sostenibbli fl-Unjoni kollha li jgħinu jindirizzaw l-isfidi globali; |
|
(b) irawwem l-iżvilupp tal-ħiliet intraprenditorjali u ta' innovazzjoni f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, inklużi l-kapaċitajiet li dejjem qed jiżdiedu tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla fl-Unjoni kollha, u li jappoġġa t-trasformazzjoni intraprenditorjali tagħhom; kif ukoll |
|
(c) li joħroġ b'soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali u soċjetali fis-suq. |
|
L-EIT għandu jiżviluppa sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni u għandu jġib valur miżjud fi ħdan Orizzont Ewropa, kif deskritt fl-Anness Ia. L-implimentazzjoni għandha ssir permezz ta' appoġġ għall-KKI u ta' attivitajiet ikkoordinati mill-EIT. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 3b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3b |
|
Objettivi speċifiċi |
|
L-objettivi speċifiċi tal-EIT għandhom ikunu li: |
|
(a) iżid l-impatt tal-KKI u l-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien; |
|
(b) iżid il-kapaċità tal-innovazzjoni tas-settur tal-edukazzjoni ogħla billi jippromwovi l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla ("HEIs"); |
|
(c) iżid is-sensibilizzazzjoni reġjonali tal-EIT sabiex jiġu indirizzati d-disparitajiet fil-kapaċità tal-innovazzjoni fl-Unjoni kollha. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-ASI għandha tiddefinixxi l-oqsma prijoritarji u l-istrateġija għall-EIT għall-perjodu ta' seba' snin ikkonċernat, filwaqt li tqis il-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni, u għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku tagħha u l-kapaċità tagħha li tiġġenera l-aqwa valur miżjud tal-innovazzjoni. L-ASI għandha tqis ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-EIT kif imsemmi fl-Artikolu 19. |
1. L-ASI għandha tiddefinixxi l-istrateġija u l-prijoritajiet għall-EITgħall-perjodu ta' seba' snin ikkonċernat, f'konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet ta' Orizzont Ewropa. Għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku tagħha u l-kapaċità tagħha li tiġġenera l-aqwa valur miżjud tal-innovazzjoni fl-Unjoni kollha. L-ASI għandha tkun allinjata mal-objettivi, mal-ippjanar pluriennali strateġiku, mar-rappurtar, mal-monitoraġġ u mal-evalwazzjoni u r-rekwiżiti l-oħra ta' Orizzont Ewropa u għandha tqis ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-EIT kif imsemmi fl-Artikolu 19. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-ASI għandha tkun allinjata mal-objettivi tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni, l-ippjanar multiannwali strateġiku, ir-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u rekwiżiti oħra ta' dak il-programm, u trawwem sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni tal-QFP rispettiv, b'mod partikolari ma’ dawk li jappoġġaw l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali. L-ASI għandha wkoll tistabbilixxi sinerġiji xierqa u kumplimentaritajiet bejn l-attivitajiet tal-EIT u inizjattivi, strumenti, u politiki oħra tal-Unjoni . |
2. L-ASI għandha tiżgura koerenza mal-isfidi ta' Orizzont Ewropa, kif ukoll il-komplementarjetà mal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni ("EIC") stabbilit fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa. Għandha trawwem u tistabbilixxi sinerġiji u komplementarjetajiet xierqa bejn l-attivitajiet tal-EIT u inizjattivi, politiki u strumenti oħra tal-Unjoni, kif ukoll programmi nazzjonali u reġjonali li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet, l-industrija sostenibbli u kompetittiva, l-intraprenditorija, u l-iżvilupp reġjonali. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-ASI għandha tinkludi stima tal-ħtiġijiet u s-sorsi finanzjarji bil-ħsieb tal-operat futur, u l-iżvilupp u l-finanzjament fit-tul tal-EIT. Għandha tinkludi wkoll pjan finanzjarju indikattiv li jkopri l-perjodu tal-QFP rispettiv. |
3. L-ASI għandha tinkludi stima tal-ħtiġijiet finanzjarji li jinħolqu mill-implimentazzjoni tal-istrateġija definita u s-sorsi bil-ħsieb tal-operat futur, u l-iżvilupp u l-finanzjament fit-tul tal-EIT. Għandha tinkludi wkoll pjan finanzjarju indikattiv li jkopri l-perjodu tal-QFP rispettiv. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) iqajjem kuxjenza fost organizzazzjonijiet sħab potenzjali u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tiegħu; |
(b) iqajjem kuxjenza fost organizzazzjonijiet sħab potenzjali u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tiegħu, speċjalment minn Stati Membri li huma ferm sottorappreżentati fl-EIT; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jagħżel u jinnomina KICs fl-oqsma prijoritarji skont l-Artikolu 9 u jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bi ftehimiet qafas ta' sħubija u ftehimiet ta' għotjiet , jipprovdihom bl-appoġġ meħtieġ, japplika l-miżuri meħtieġa tal-kontroll tal-kwalità u jissorvelja kontinwament u jevalwa perjodikament l-attivitajiet tagħhom; |
(c) iniedi KKI ġodda, filwaqt li jqis l-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa u l-baġit allokat għall-EIT għall-perjodu tal-QFP rispettiv, fl-oqsma prijoritarji magħżula abbażi ta' kriterji li jivvalutaw, inter alia, ir-rilevanza tagħhom għall-prijoritajiet ta' politika ta' Orizzont Ewropa, u l-valur miżjud u l-potenzjal tagħhom, sabiex jindirizzaw l-isfidi globali u soċjetali futuri u emerġenti, skont l-Artikolu 9, u jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bi ftehimiet qafas ta' sħubija u ftehimiet ta' għotjiet, jipprovdihom bl-appoġġ meħtieġ, japplika l-miżuri meħtieġa tal-kontroll tal-kwalità, u jissorvelja kontinwament u jevalwa perjodikament l-attivitajiet tagħhom; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) isaħħaħ ir-rikonoxximent barra mill-Komunità tal-EIT ta' lawrji u diplomi li jkunu taw l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla parteċipanti u li jistgħu jiġu indikati bħala lawrji u diplomi tal-EIT, u jestendihom għall-programmi ta' tagħlim tul il-ħajja; |
(e) isaħħaħ ir-rikonoxximent u l-promozzjoni barra mill-Komunità tal-EIT ta' lawrji u diplomi bit-tikketta tal-EIT li jkunu taw l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla parteċipanti u jestendihom għall-programmi ta' tagħlim tul il-ħajja; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jippromwovi d-disseminazzjoni tal-aqwa prassi għall-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, inkluż fost il-KICs, biex joħloq kultura ta' innovazzjoni komuni u trasferiment tal-għarfien, u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, inkluż fl-RIS; |
(f) jippromwovi d-disseminazzjoni tal-aqwa prassi għall-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, inkluż fost il-KKI, u fl-Unjoni kollha inter alia permezz tal-RIS tal-EIT, biex joħloq kultura ta' innovazzjoni komuni u trasferiment tal-għarfien, u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) jiżgura l-komplimentarjetà u s-sinerġija bejn l-attivitajiet tal-EIT u programmi oħra tal-Unjoni, fejn xieraq; |
(i) jiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn l-attivitajiet tal-EIT u programmi oħra tal-Unjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-KICs għandhom iwettqu b'mod partikolari : |
1. L-EIT għandu jikkonsolida l-KKI eżistenti, irawwem it-tkabbir u l-impatt tagħhom, u jakkumpanja t-tranżizzjoni tagħhom lejn is-sostenibbiltà finanzjarja fi tmiem il-ftehimiet qafas ta' sħubija. L-EIT għandu jipprovdi appoġġ lill-KKI li qed imexxu l-portafolli tal-attivitajiet tat-triangolu tal-għarfien permezz ta': |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) attivitajiet tal-innovazzjoni u investimenti b'valur miżjud Ewropew, inkluż l-appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' negozji innovattivi, li jintegraw għalkollox id-dimensjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka ħalli tinkiseb massa kritika u jiġu stimulati d-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati; |
(a) attivitajiet tal-innovazzjoni u investimenti b'valur miżjud Ewropew, inkluża l-faċilitazzjoni tal-appoġġ għall-ħolqien ta' negozji ġodda innovattivi u intrapriżi soċjali, u l-iżvilupp ta' negozji innovattivi u forom organizzattivi oħra, b'komplementarjetà mal-EIC u l-programmi InvestEU, Erasmus+ u Ewropa Kreattiva, li jintegraw għalkollox id-dimensjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka ħalli tinkiseb massa kritika u jiġu stimulati d-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) esperimentazzjoni, prototipar u dimostrazzjoni mmexxijin mill-innovazzjoni f'oqsma ta' interess ekonomiku u soċjetali ewlieni u bbażati fuq ir-riżultati tar-riċerka tal-Unjoni u nazzjonali, bil-potenzjal li ssaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni fil-livell internazzjonali u ssib soluzzjonijiet għall-isfidi l-kbar li għandha s-soċjetà Ewropea; |
(b) esperimentazzjoni, prototipar u dimostrazzjoni mmexxijin mill-innovazzjoni f'oqsma ta' interess ekonomiku, soċjetali u kulturali ewlieni u bbażati fuq ir-riżultati tar-riċerka tal-Unjoni u nazzjonali, bil-potenzjal li ssaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni fil-livell internazzjonali u ssib soluzzjonijiet għall-isfidi l-kbar li għandha s-soċjetà Ewropea; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ b'mod partikolari fil-livelli ta' masters u dottorat, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ professjonali f'dixxiplini bil-potenzjal li jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjoekonomiċi Ewropej futuri u li jwessgħu l-bażi tat-talent tal-Unjoni, jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet relatati mal-innovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali u l-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-istudenti, u jrawmu l-kondiviżjoni tal-għarfien, il-mentoring u n-networking fost dawk li jirċievu l-lawrji u t-taħriġ bit-tikketta tal-EIT; |
(c) attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ b'komponenti intraprenditorjali b'saħħithom, b'mod partikolari fil-livelli ta' masters u dottorat, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ professjonali f'dixxiplini bil-potenzjal li jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjoekonomiċi Ewropej futuri u li jwessgħu l-bażi tat-talent tal-Unjoni, jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet relatati mal-innovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali u l-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-istudenti, u jrawmu l-kondiviżjoni tal-għarfien, il-mentoring u n-networking fost dawk li jieħdu sehem f'attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ tal-EIT, inklużi l-attivitajiet bit-tikketta tal-EIT; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u d-disseminazzjoni tal-aqwa prassi fis-settur tal-innovazzjoni b'enfasi fuq l-iżvilupp ta' koperazzjoni bejn l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u n-negozju, inkluż is-setturi finanzjarji u dawk tas-servizzi; |
(d) attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u d-disseminazzjoni tal-aqwa prassi fil-qasam tal-innovazzjoni b'enfasi fuq l-iżvilupp ta' koperazzjoni bejn l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u n-negozju, inkluż is-setturi finanzjarji u dawk tas-servizzi; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) jiġu appoġġati azzjonijiet li jiġbru flimkien fi proġetti HEIs u atturi ewlenin oħra fl-innovazzjoni bħan-negozji biex jaħdmu fuq oqsma strateġiċi ta' żvilupp ta' kapaċità, sabiex isostnu l-HEIs ħalli jintegraw aħjar fil-ktajjen tal-valur u l-ekosistemi tal-innovazzjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) it-tfittxija ta' sinerġiji u komplimentarjetajiet bejn l-attivitajiet tal-KICs u l-programmi Ewropej, nazzjonali u reġjonali eżistenti, fejn xieraq; |
(e) sinerġiji u komplementarjetajiet bejn l-attivitajiet tal-KKI u l-programmi Ewropej, nazzjonali u reġjonali eżistenti. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jiżguraw li jkunu miftuħa għal membri ġodda kull meta dawn ikunu jżidu l-valur lis-sħubija; |
(b) jiżguraw li jkunu miftuħa għal membri ġodda mill-Unjoni kollha kull meta dawn ikunu jżidu l-valur lis-sħubija sabiex jiġi żgurat il-bilanċ ġeografiku; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jistabbilixxu u jimplimentaw strateġiji għas-sostenibbiltà finanzjarja. |
(e) jistabbilixxu u jimplimentaw strateġiji biex jiksbu l-miri ta' prestazzjoni kif ukoll jiksbu s-sostenibbiltà finanzjarja. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 9 - paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sħubija għandha tintgħażel u tinħatar mill-EIT biex issir KIC wara proċedura kompetittiva, miftuħa u trasparenti. Il-kriterji tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni għall-għażla għandhom japplikaw is-sħubijiet Ewropej. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jista' jispeċifika dawk il-kriterji f'aktar dettall, billi jadotta u jippubblika kriterji għall-għażla tal-KICs ibbażati fuq il-prinċipji tal-eċċellenza u tar-relevanza għall-innovazzjoni.. |
1. Sħubija għandha tintgħażel u tinħatar mill-EIT biex issir KKI wara proċedura kompetittiva, miftuħa u trasparenti u li tirrispetta l-bilanċ ġeografiku. Il-kriterji tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni għall-għażla għandhom japplikaw is-sħubijiet Ewropej. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jista' jispeċifika dawk il-kriterji f'aktar dettall, billi jadotta u jippubblika kriterji għall-għażla tal-KKI bbażati fuq il-prinċipji tal-eċċellenza u tar-relevanza għall-innovazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 9a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 9a |
|
Tnedija ta' KKI ġdida fil-qasam tas-Setturi Kulturali u Kreattivi |
|
1. Matul il-perjodu 2021-2027 għandha titnieda KKI ġdida fil-qasam tas-Setturi Kulturali u Kreattivi ("CCS"), biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta' kreattività bbażata fuq il-kultura u tgħin biex jissaħħu l-kompetittività u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali. |
|
2. Il-KKI dwar is-CCS għandha: |
|
(a) trawwem l-innovazzjoni teknika billi tikkollega n-negozju u r-riċerka bejn is-setturi u d-dixxiplini fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni; |
|
(b) tħarreġ lill-ġenerazzjoni li jmiss ta' innovaturi fis-CCS billi ttihom il-ħiliet intraprenditorjali, tekniċi u diġitali neċessarji li huma meħtieġa biex jirnexxu f'ambjent li qed jinbidel malajr; |
|
(c) tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kundizzjonijiet ta' qafas xierqa biex jittrasformaw l-ideat fi żviluppi teknoloġiċi ġodda u innovazzjoni soċjali li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni; |
|
(d) tipprovdi l-ambjent biex tiżgura li jiġi żviluppat qafas għaċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi u l-istudji artistiċi, kulturali u kreattivi kif ukoll ir-rikonoxximent konkomitanti tat-titoli u ħiliet oħra bejn l-Istati Membri li jrawmu l-mobbiltà, il-viżibbiltà u l-aċċess għal opportunitajiet mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiċċaqilqu liberament; |
|
e) trawwem il-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi ġodda fis-CCS billi timmobilizza l-investiment, ir-riżorsi meħtieġa u l-impenn fit-tul mis-settur tan-negozju b'mod komplementarju ma' għodod oħra; |
|
f) tistabbilixxi sinerġiji mal-KKI eżistenti, kif ukoll ma' sħubiji, programmi u inizjattivi Ewropej oħrajn biex tmexxi l-innovazzjoni f'setturi oħrajn tal-ekonomija lil hinn mis-CCS; kif ukoll |
|
(g) issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala attur globali fis-CCS billi tisfrutta l-kreattività u d-diversità kulturali taċ-ċittadini Ewropej u billi trawwem il-viżibbiltà u l-promozzjoni tal-kultura u l-innovazzjoni Ewropej globalment. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT għandu, abbażi tal-indikaturi stabbiliti, fost l-oħrajn, fil-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni u fl-ASI, u b'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jorganizza monitoraġġ kontinwu u evalwazzjonijiet esterni minn żmien għal żmien tal-kisbiet, ir-riżultati u l-impatt ta' kull KIC. Ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ u ta' dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu rappurtati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandhom isiru pubbliċi. |
L-EIT għandu, abbażi tal-indikaturi stabbiliti, fost l-oħrajn, fil-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni u fl-ASI, u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jorganizza monitoraġġ kontinwu u evalwazzjonijiet esterni minn żmien għal żmien tal-kisbiet, il-prestazzjoni, ir-riżultati u l-impatt ta' kull KKI. Ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ u ta' dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu rappurtati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandhom isiru pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-EIT u l-KICs għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari, l-EIT u l-KICs għandhom jistabbilixxu sit web aċċessibbli, mingħajr ħlas li jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom . |
1. L-EIT u l-KKI għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari, l-EIT u l-KKI għandhom jistabbilixxu sit web faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas li jipprovdi informazzjoni komprensiva u aġġornata dwar l-attivitajiet tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-KICs u tal-EIT, bl-użu ta' approċċ orjentat lejn l-impatt ; |
(c) indikaturi xierqa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KKI u tal-EIT, bl-użu ta' approċċ orjentat lejn l-impatt; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-EIT għandu jiżgura li l-attivitajiet tiegħu, inkluż dawk immexxija permezz tal-KICs, għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ sistematiku u kontinwu u għal evalwazzjoni perjodika indipendenti skont ir-regoli finanzjarji tiegħu , biex ikunu żgurati eżitu tal-aqwa kwalità, eċċellenza xjentifika u l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. L-eżiti tal-evalwazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati. |
1. L-EIT għandu jiżgura li l-attivitajiet tiegħu, inkluż dawk immexxija permezz tal-KKI, għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ sistematiku u kontinwu u għal evalwazzjoni indipendenti skont ir-regoli finanzjarji tiegħu, biex ikunu żgurati eżitu tal-aqwa kwalità, eċċellenza xjentifika u l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. L-eżiti tal-evalwazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati, inter alia, permezz tal-pubblikazzjoni fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal evalwazzjonijiet tal-EIT bl-għajnuna ta' esperti indipendenti magħżula bi proċessi trasparenti skont ir-regoli finanzjarji tiegħu. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif l-EIT jaqdi l-missjoni tiegħu, ikopru l-attivitajiet kollha tal-EIT u tal-KICs u jivvalutaw il-valur miżjud Ewropew tal-EIT, l-impatt, l-effikaċja, is-sostenibbiltà, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-attivitajiet imwettqa u l-koerenza u/jew komplimentarjetà tagħhom ma' politiki rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż sinerġiji ma' partijiet oħrajn tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet konċernat fil-livell Ewropew u nazzjonali u jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-programmi tal-Kummissjoni previsti fil-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. |
2. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi evalwazzjonijiet tal-EIT bl-għajnuna ta' esperti indipendenti bi kwalifiki rilevanti magħżula abbażi tal-mertu u ta' proċess trasparenti skont ir-regoli finanzjarji tiegħu. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif l-EIT jaqdi l-missjoni tiegħu, ikopru l-attivitajiet kollha tal-EIT u tal-KKI u jivvalutaw il-valur miżjud Ewropew tal-EIT, l-impatt, l-effikaċja, is-sostenibbiltà, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-attivitajiet imwettqa u l-koerenza u/jew komplementarjetà tagħhom ma' politiki rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż sinerġiji ma' partijiet oħrajn tal-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni. Dawn għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet konċernat fil-livell Ewropew u nazzjonali u jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-programmi tal-Kummissjoni previsti fil-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista' twettaq evalwazzjonijiet oħra dwar temi jew suġġetti ta' rilevanza strateġika, bl-għajnuna ta' esperti indipendenti magħżula bi proċess trasparenti, biex teżamina l-progress li għamel l-EIT fir-rigward tal-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika l-aqwa prassi. Billi twettaq dawn l-evalwazzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt amministrattiv fuq l-EIT u l-KICs. |
3. Il-Kummissjoni tista' twettaq evalwazzjonijiet oħra dwar temi jew suġġetti ta' rilevanza strateġika, bl-għajnuna ta' esperti indipendenti bi kwalifiki rilevanti magħżula abbażi tal-mertu u ta' proċess trasparenti, biex teżamina l-progress li għamel l-EIT fir-rigward tal-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika l-aqwa prassi. Billi twettaq dawn l-evalwazzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt amministrattiv fuq l-EIT u l-KKI. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tingħata permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja ta' 4 % mill-baġit globali għal Orizzont Ewropa. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tista' tingħata permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni u minn programmi oħra tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-ammonti deċiżi fil-QFP rispettiv. |
L-EIT jista' jirċievi riżorsi finanzjarji addizzjonali minn programmi oħra tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 2 – punt 1 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) jieħu l-miżuri xierqa, inkluż it-tnaqqis, l-emendar jew l-irtirar tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lill-KICs jew it-tmiem tal-ftehimiet qafas ta' sħubija magħhom; |
(j) jieħu l-miżuri xierqa, inkluż it-tnaqqis, l-emendar jew l-irtirar tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lill-KKI wara li tiġi pprovduta ġustifikazzjoni suffiċjenti jew it-tmiem tal-ftehimiet qafas ta' sħubija magħhom; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Anness I – taqsima 6 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-persunal tal-EIT għandu jkun magħmul minn persuni impjegati direttament mill-EIT. Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra u r-regoli addottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u t-tqegħid fis-seħħ tagħhom għandhom japplikaw għall-persunal tal-EIT. |
1. Il-persunal tal-EIT għandu jkun magħmul minn persuni impjegati direttament mill-EIT. Ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra u r-regoli addottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u t-tqegħid fis-seħħ tagħhom għandhom japplikaw għall-persunal tal-EIT. Bħala miżura tranżitorja, din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-persunal tal-EIT li l-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2020. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Anness Ia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
ANNESS IA |
|
SINERĠIJI MA' PROGRAMMI OĦRA TAL-UNJONI |
|
Billi jibni fuq l-ambitu wiesa' tal-azzjoni u r-rwol distintiv tiegħu, l-EIT għandu joħloq sinerġiji u jipprovdi komplementarjetajiet ma' programmi jew strumenti oħra tal-Unjoni, inkluż billi jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu lill-KKI fl-attivitajiet ta' ppjanar u ta' implimentazzjoni tagħhom. |
|
1. Sinerġiji ma' Orizzont Ewropa: L-EIT għandu joħloq sinerġiji b'saħħithom mal-programm Orizzont Ewropa kollu. B'mod partikolari, is-sinerġiji mal-EIC se jkunu kruċjali għall-impatt tal-Pilastru tal-Innovazzjoni Miftuħa u għall-appoġġ lill-ekosistemi. Fil-Pilastru [Sfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali Ewropea], permezz tal-KKI tiegħu, l-EIT jista' jikkollabora ma' Sħubijiet Ewropej, jikkontribwixxi għall-missjonijiet, jappoġġa miżuri min-naħa tad-domanda u jipprovdi servizzi ta' sfruttament biex jagħti spinta lit-trasferiment tat-teknoloġija u jħaffef il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati li jiksbu r-raggruppamenti tematiċi jew sħubiji Ewropej oħra. L-EIT għandu jintensifika l-isforzi tiegħu biex jikkapitalizza fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-KKI eżistenti u ma' atturi u inizjattivi differenti fil-livelli tal-Unjoni u globali u jestendi n-network tiegħu ta' organizzazzjonijiet li jikkollaboraw flimkien kemm fil-livelli strateġiċi kif ukoll f'dawk operattivi, filwaqt li jiġu evitati duplikazzjonijiet, permezz ta': |
|
– kooperazzjoni mill-qrib mal-EIC u InvestEU fis-semplifikazzjoni tal-appoġġ (jiġifieri, finanzjament u servizzi) mogħti lil impriżi innovattivi kemm fl-istadju ta' bidu kif ukoll f'dak ta' espansjoni, partikolarment permezz tal-KKI; |
|
– ippjanar u implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-EIT sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' partijiet oħra ta' Orizzont Ewropa; |
|
– involviment mal-Istati Membri, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali, filwaqt li jiġi stabbilit djalogu strutturat u jiġu kkoordinati l-isforzi sabiex ikun hemm sinerġiji ma' inizjattivi nazzjonali u reġjonali, inklużi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, filwaqt li jiġi kkunsidrat li dan isir permezz tal-implimentazzjoni tal-"Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni", sabiex jiġu identifikati, kondiviżi u disseminati l-aħjar prattiki u tagħlimiet; |
|
– skambju u disseminazzjoni tal-prattiki innovattivi u t-tagħlimiet madwar l-Unjoni u lil hinn, bħala kontribut għall-politika innovattiva fl-Unjoni b'koordinazzjoni ma' partijiet oħra ta' Orizzont Ewropa; |
|
– il-forniment ta' input fid-diskussjonijiet ta' politika tal-innovazzjoni u l-kontribuzzjoni għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni permezz ta' ħidma kontinwa mas-servizzi kollha rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-partijiet ikkonċernati tagħhom, u l-esplorazzjoni ulterjuri ta' opportunitajiet fi ħdan l-inizjattivi ta' implimentazzjoni tal-politiki; |
|
– l-isfruttar ta' sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni, inklużi dawk li jappoġġaw l-iżvilupp tal-kapital uman u l-innovazzjoni (bħall-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija (COST), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-programm Erasmus+, il-programm Ewropea Kreattiva, il-programm COSME Plus/is-Suq Uniku, il-programm InvestEU); |
|
– il-bini ta' alleanzi strateġiċi ma' atturi tal-innovazzjoni ewlenin fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, u appoġġ lill-KKI sabiex jiġu żviluppati kollaborazzjoni u rabtiet mas-sħab prinċipali tat-triangolu tal-għarfien minn pajjiżi terzi, bil-għan li jinfetħu swieq jew opportunitajiet ġodda għas-soluzzjonijiet appoġġati mill-KKI u jiġu attirati l-finanzjament u t-talent minn barra l-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi għandha tiġi promossa fir-rigward tal-prinċipji ta' reċiproċità u benefiċċji reċiproċi. |
|
Barra minn hekk, il-KKI dwar is-CCS għandha tistabbilixxi sinerġiji b'saħħithom ma' inizjattivi ta' politika rilevanti fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa u, b'mod partikolari, fl-ambitu tal-Pilastru II mar-raggruppament [Soċjetà Inklużiva u Sigura] u l-oqsma ta' intervent tagħha fuq il-Patrimonju Kulturali u d-Demokrazija. Il-KKI dwar is-CCS għandha wkoll tagħmel ħilitha biex tikkomplementa b'mod effiċjenti partijiet oħra ta' Orizzont Ewropa u l-intervent tal-EIT Diġitali eżistenti. |
|
2. Sinerġiji mal-Erasmus+: L-Erasmus+ u l-EIT għandhom jistabbilixxu sinerġiji bejn il-komunitajiet rispettivi tagħhom. Il-kooperazzjoni għandha tkun immirata biex tiżgura l-aċċess għall-istudenti tal-Erasmus+ li jkunu qed jieħdu sehem fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ li huma sħab tal-KKI, għall-iskejjel tas-sajf tal-KKI jew għal attivitajiet ta' taħriġ rilevanti oħrajn (pereżempju, dwar l-intraprenditorija u l-ġestjoni tal-innovazzjoni) u biex tibni kuntatti man-network tal-alumni tal-KKI. Fejn hu possibbli, għandhom jiġu żgurati sinerġiji mal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej li tgħin biex jiġu integrati l-attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-EIT ħalli jitħalla impatt sistemiku. |
|
3 Sinerġiji mal-Programm Ewropa Diġitali: Iċ-ċentri ta' kolokazzjoni tal-KKI se jikkollaboraw maċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali biex jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u tal-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku. Il-KKI dwar is-CCI tista' tipprovdi wkoll inputs orizzontali siewja f'diversi attivitajiet li jridu jitwettqu fir-raggruppament [Diġitali u Industrija], b'mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġiji tal-manifattura li fihom il-ħtieġa li jiġu żviluppati prodotti ġodda tiddependi ħafna fuq is-CCS. |
|
4. Sinerġiji mal-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni (b'mod partikolari l-FEŻR u l-FSIE+): Il-KKI tal-EIT, permezz taċ-ċentri ta' kolokazzjoni tagħhom, għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali u transreġjonali bejn l-atturi tat-triangolu tal-għarfien (l-edukazzjoni, ir-riċerka, in-negozji) u l-awtoritajiet ta' ġestjoni, f'sinerġija mal-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea b'rabta mal-kooperazzjoni u l-investimenti interreġjonali fi prijoritajiet ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti relatati. |
|
5. Sinerġiji ma' InvestEU: Il-KKI tal-EIT għandhom jitolbu l-kollaborazzjoni taċ-Ċentru ta' Konsulenza ta' InvestEU biex jagħtu appoġġ tekniku u assistenza lil impriżi appoġġati mill-KKI għat-tħejjija, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġetti. Fil-kuntest ta' aċċess limitat għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi, għandu jkun hemm tentattiv biex jinkisbu sinerġiji mal-Faċilità ta' Garanzija tas-Settur Kulturali u Kreattiv, mekkaniżmu finanzjarju maħsub biex jgħin fiż-żieda tal-proġetti kulturali u kreattivi billi jipprovdi assigurazzjoni lill-intermedjarji finanzjarji. |
|
6. Sinerġiji ma' Ewropa Kreattiva: Il-Programm Ewropa Kreattiva huwa speċifikament rilevanti għall-attivitajiet tal-KKI dwar is-CCS, peress li l-linji u s-sejħiet speċjali tiegħu jirriflettu wħud mill-isfidi li qed jiffaċċja s-settur. Għaldaqstant, għandhom jiġu żviluppati sinerġiji u komplementarjetajiet b'saħħithom bejn il-KKI dwar is-CCI u Ewropa Kreattiva. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni) |
|||
Referenzi |
COM(2019)0331 – C9-0042/2019 – 2019/0151(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 18.7.2019 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CULT 18.7.2019 |
|||
Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
19.12.2019 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Christian Ehler 18.9.2019 |
|||
Eżami fil-kumitat |
21.1.2020 |
28.5.2020 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
2.6.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 0 3 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Asim Ademov, Isabella Adinolfi, Christine Anderson, Vlad-Marius Botoş, Ilana Cicurel, Gilbert Collard, Gianantonio Da Re, Laurence Farreng, Tomasz Frankowski, Alexis Georgoulis, Irena Joveva, Niyazi Kizilyürek, Predrag Fred Matić, Dace Melbārde, Victor Negrescu, Niklas Nienaß, Peter Pollák, Marcos Ros Sempere, Domènec Ruiz Devesa, Andrey Slabakov, Massimiliano Smeriglio, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Salima Yenbou, Milan Zver |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Isabel Benjumea Benjumea, Christian Ehler, Łukasz Kohut |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Angel Dzhambazki |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
26 |
+ |
PPE |
Asim Ademov, Isabel Benjumea Benjumea, Christian Ehler, Tomasz Frankowski, Peter Pollák, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Milan Zver |
S&D |
Domènec Ruiz Devesa, Łukasz Kohut, Predrag Fred Matić, Victor Negrescu, Marcos Ros Sempere, Massimiliano Smeriglio |
RENEW |
Vlad-Marius Botoş, Ilana Cicurel, Laurence Farreng, Irena Joveva |
VERTS/ALE |
Niklas Nienaß, Salima Yenbou |
ECR |
Angel Dzhambazki, Dace Melbārde, Andrey Slabakov |
GUE/NGL |
Alexis Georgoulis, Niyazi Kizilyürek |
NI |
Isabella Adinolfi |
0 |
- |
|
|
3 |
0 |
ID |
Christine Anderson, Gilbert Collard, Gianantonio Da Re |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni) |
|||
Referenzi |
COM(2019)0331 – C9-0042/2019 – 2019/0151(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
11.7.2019 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 18.7.2019 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 18.7.2019 |
CONT 18.7.2019 |
CULT 18.7.2019 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 23.7.2019 |
CONT 4.12.2019 |
|
|
Kumitati assoċjati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CULT 19.12.2019 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Marisa Matias 11.9.2019 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
4.12.2019 |
28.4.2020 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
16.6.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
56 0 13 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Klaus Buchner, Martin Buschmann, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Carlo Calenda, Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Jens Geier, Nicolás González Casares, Bart Groothuis, Christophe Grudler, András Gyürk, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Eva Kaili, Seán Kelly, Izabela-Helena Kloc, Łukasz Kohut, Zdzisław Krasnodębski, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Thierry Mariani, Marisa Matias, Eva Maydell, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Jérôme Rivière, Robert Roos, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Rasmus Andresen, Damien Carême, Susana Solís Pérez, Viola Von Cramon-Taubadel |
|||
Data tat-tressiq |
19.6.2020 |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
56 |
+ |
EPP |
François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Jerzy Buzek, Maria Da Graça Carvalho, Pilar Del Castillo Vera, Christian Ehler, András Gyürk, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss |
S&D |
Carlo Calenda, Josianne Cutajar, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Nicolás González Casares, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho |
RENEW |
Nicola Beer, Nicola Danti, Valter Flego, Claudia Gamon, Bart Groothuis, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen, Susana Solís Pérez |
Greens |
Rasmus Andresen, Klaus Buchner, Damien Carême, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Marie Toussaint, Viola Von Cramon-Taubadel |
GUE |
Manuel Bompard, Marc Botenga, Marisa Matias |
NI |
Ignazio Corrao, Clara Ponsatí Obiols |
0 |
- |
|
|
13 |
0 |
ID |
Paolo Borchia, Markus Buchheit, Andrea Caroppo, Thierry Mariani, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Isabella Tovaglieri |
ECR |
Izabela-Helena Kloc, Zdzisław Krasnodębski, Robert Roos, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
- [2] Kienu preżenti l-Membri li ġejjin: Lucy Nethsingha (President), Marion Walsmann (Viċi President), Ibán García Del Blanco (Viċi President), Raffaele Stancanelli (Viċi President), Gunnar Beck, Patrick Breyer, Geoffroy Didier, Angel Dzhambazki, Evelyne Gebhardt, Esteban Gonzáles Pons, Jackie Jones, Mislav Kolakušić, Gilles Lebreton, Karen Melchior, Sabrina Pignedoli, Jiří Pospíšil, Franco Roberti, Liesje Schreinemacher, Marie Toussaint, Edina Tóth (f'isem József Szájer skont l-Artikolu 209(7)), Bettina Vollath u Axel Voss.
- [3] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.
