RAPPORT dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa
24.6.2020 - (COM(2019)0330 – C9-0043/2019 – 2019/0152(COD)) - ***I
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Maria Da Graça Carvalho
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa (COM(2019)0330 – C9-0043/2019 – 2019/0152(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0330),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0043/2019),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0121/2020),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jissuġġerixxi li l-att jiġi ċċitat bħala "d-Deċiżjoni dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa
3. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Kunsiderazzjoni 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija5 u, b'mod partikolari, l-Artikolu 17 tiegħu, |
Wara li kkunsidraw ir-Regolament .../2020 [Ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151(COD)] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-.... 2020 u, b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu, |
__________________ |
|
5 ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1. |
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Ir-Regolament (EC) Nru 294/2008 jipprevedi l-adozzjoni ta' Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (‘ASI'). |
(1) Ir-Regolament (UE) .../2020 [ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151(COD)] jipprevedi l-adozzjoni ta' Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni ("ASI"). |
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-ASI jenħtieġ li tiddefinixxi l-oqsma ta' prijorità u l-istrateġija fit-tul għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ˮ“EIT) u tinkludi valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku tagħha u l-kapaċità tagħha li tiġġenera l-aħjar valur miżjud fir-rigward tal-innovazzjoni. L-ASI jenħtieġ li tikkunsidra r-riżultati tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-EIT. |
(2) L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) .../2020 [ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151/COD)] jiddisponi li l-ASI għandha tfassal strateġija, objettivi u prijoritajiet għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ("EIT") għall-perjodu ta' seba' snin ikkonċernat, biex tistabbilixxi l-azzjonijiet ewlenin, ir-riżultati fil-mira u r-riżorsi meħtieġa tagħha u tinkludi valutazzjoni tal-impatt soċjali, ekonomiku u ekoloġiku tagħha u l-kapaċità tagħha li tiġġenera l-aħjar valur miżjud fir-rigward tal-innovazzjoni. L-ASI jenħtieġ li tikkunsidra r-riżultati tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-EIT u jenħtieġ li jkollha l-għan li tiżgura konsistenza mal-programm Orizzont Ewropa, filwaqt li tipprovdi sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u għat-twettiq tal-objettivi u tal-politiki tal-Unjoni, inkluż il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta' Rkupru Ewropew, l-istrateġiji Ewropej dwar l-SMEs u dwar id-data, kif ukoll dawk diġitali u industrijali, u l-kisba tal-awtonomija strateġika tal-Ewropa. |
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-ASI jenħtieġ li tinkludi analiżi tas-sinerġiji u l-komplementarjetajiet potenzjali u xierqa bejn l-attivitajiet tal-EIT u inizjattivi, strumenti u programmi oħra tal-Unjoni. |
(3) Bi qbil mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) .../2020 [ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151/COD)], l-ASI għandha tinkludi analiżi tas-sinerġiji u l-komplementarjetajiet potenzjali u xierqa bejn l-attivitajiet tal-EIT u inizjattivi, strumenti u programmi oħra tal-Unjoni. |
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-perjodu mill-2021 sal-2027 kif stabbilita fl-Anness hija b'dan adottata. |
L-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-perjodu mill-2021 sal-2027 (l-"ASI") kif stabbilita fl-Anness hija b'dan adottata. |
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ASI għandha tiġi implimentata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija6. |
L-ASI għandha tiġi implimentata f'konformità mar-Regolament (UE) .../2020 [ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151/COD)]. |
__________________ |
|
6 Referenza għar-riformulazzjoni adottata tar-Regolament dwar l-EIT. |
|
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI) tistabbilixxi l-istrateġija u l-prijoritajiet fit-tul għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għall-perjodu 2021-2027. Hija tirrappreżenta d-dokument ta' politika prinċipali tal-EIT matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss u tiddefinixxi l-għanijiet tiegħu, l-azzjonijiet ewlenin, ir-riżultati mistennija u r-riżorsi meħtieġa. L-ASI tiżgura l-allinjament meħtieġ tal-EIT mal-[proposta ta' Orizzont Ewropa], li huwa l-programm qafas tal-Unjoni li jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu 2021-2027. Hija tiżgura wkoll is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet xierqa bejn l-attivitajiet tal-EIT u inizjattivi, politiki u strumenti oħra tal-Unjoni. |
Din l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI) tistabbilixxi l-istrateġija u l-prijoritajiet fit-tul għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għall-perjodu 2021-2027. Hija tirrappreżenta d-dokument ta' politika prinċipali tal-EIT matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss u tiddefinixxi l-għanijiet tiegħu, l-azzjonijiet ewlenin, ir-riżultati mistennija, l-impatt u r-riżorsi meħtieġa. L-ASI tiżgura l-allinjament meħtieġ tal-EIT mal-[proposta dwar Orizzont Ewropa], li huwa l-programm qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu 2021-2027. Hija tiżgura wkoll is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet xierqa bejn l-attivitajiet tal-EIT u programmi, politiki, strumenti u impenji oħra tal-Unjoni. |
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ASI 2021-2027 hija infurmata bil-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea. Hija tqis l-abbozz ta' ASI mill-Bord Governattiv tal-EIT sottomess lill-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta' Diċembru 2017, f'konformità mar-Regolament dwar l-EIT21. Tirrifletti wkoll il-[proposta ġdida ta' Orizzont Ewropa] tal-Kummissjoni Ewropea ta' Ġunju 2018 u, b'mod partikolari, ir-rwol ewlieni tal-EIT bħala parti mill-Pilastru (il-Pilastru III) [Innovazzjoni Miftuħa], u l-kontribut tiegħu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali, inklużi l-miri stabbiliti għall-għanijiet li jirrigwardjaw il-klima, kif ukoll il-kompetittività industrijali Ewropea (il-Pilastru II) u għal xjenza eċċellenti (il-Pilastru I). L-ASI tibni fuq il-lezzjonijiet meħuda matul l-aħħar snin tat-tħaddim tal-EIT u r-riżultati ta' proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati ewlenin. |
L-ASI 2021-2027 hija infurmata bil-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea. Hija tqis l-abbozz ta' ASI mill-Bord Governattiv tal-EIT sottomess lill-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta' Diċembru 2017, f'konformità ma' ... [ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151/COD)]21. Tirrifletti wkoll il-[proposta ġdida ta' Orizzont Ewropa] tal-Kummissjoni Ewropea ta' Ġunju 2018 u, b'mod partikolari, ir-rwol ewlieni tal-EIT bħala parti mill-Pilastru (il-Pilastru III) [Innovazzjoni Miftuħa], u l-kontribut tiegħu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali u soċjetali, inklużi l-miri u l-impenji stabbiliti għall-għanijiet li jirrigwardjaw il-klima u l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll il-kompetittività industrijali Ewropea (il-Pilastru II) u għal xjenza eċċellenti (il-Pilastru I). L-ASI tibni fuq il-lezzjonijiet meħuda matul l-aħħar snin tat-tħaddim tal-EIT u r-riżultati ta' proċess ta' konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet ikkonċernati ewlenin. |
__________________ |
__________________ |
21Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1). Emendat mir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 11.12.2013, p. 174). |
21Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1). Emendat mir-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 11.12.2013, p. 174). |
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ASI tqis l-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa sabiex tiżgura l-allinjament mal-attivitajiet tal-Programm Qafas, ma' programmi rilevanti oħrajn tal-Unjoni u l-konsistenza mal-prijoritajiet u l-impenji tal-UE, kif ukoll iżżid il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-prijoritajiet u l-programmi ta' finanzjament reġjonali u nazzjonali. |
L-ASI tqis l-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa sabiex tiżgura l-allinjament mal-attivitajiet tal-Programm Qafas, kif ukoll sinerġiji u komplementarjetà ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni u konsistenza mal-prijoritajiet u l-impenji tal-UE. Hija għandha l-għan ukoll li żżid il-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-prijoritajiet u l-programmi ta' finanzjament reġjonali u nazzjonali. |
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT kien stabbilit fl-2008 bl-għan li jikkontribwixxi għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. Huwa kien minn tal-ewwel li integra l-edukazzjoni, in-negozju u r-riċerka (it-trijangolu tal-għarfien) b'enfasi qawwija fuq it-talent intraprenditorjali u l-ħiliet fl-innovazzjoni. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-EIT fl-2018 ikkonfermat li l-loġika predominanti tal-EIT tibqa' valida u l-mudell tal-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien immexxi mill-innovazzjoni jibqa' rilevanti. |
L-EIT kien stabbilit fl-2008 bl-għan li jikkontribwixxi għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. Huwa kien minn tal-ewwel li integra l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni (it-triangolu tal-għarfien) b'enfasi qawwija fuq it-talent intraprenditorjali, il-ħolqien tan-negozju u l-ħiliet fl-innovazzjoni. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-EIT fl-2017 ikkonfermat li l-loġika predominanti tal-EIT għadha valida u l-mudell tal-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien immexxi mill-innovazzjoni għadu rilevanti. |
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Deċennju wara l-istabbiliment tal-EIT, ir-ritmu tal-innovazzjoni aċċellera b'mod drammatiku. L-innovazzjoni qed tfassal mill-ġdid is-setturi ekonomiċi, tfixkel in-negozji eżistenti u toħloq opportunitajiet bla preċedent. B'ordni ekonomika globali li qed tinbidel u kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied, id-dipendenza tal-UE fuq it-talent u l-kapaċità tagħha li tagħmel innovazzjoni qed tikber. Id-disinn konġunt, il-kollaborazzjoni u l-ħolqien konġunt fid-dixxiplini kollha u bejn l-edukazzjoni, in-negozju u r-riċerka qatt ma kienu importanti daqs illum biex jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi globali relatati mat-tibdil fil-klima u l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali, it-trasformazzjoni diġitali, il-bidliet demografiċi jew il-futur tal-kura tas-saħħa u l-ikel. |
Deċennju wara l-istabbiliment tal-EIT, ir-ritmu tal-innovazzjoni aċċellera b'mod drammatiku. L-innovazzjoni qed tfassal mill-ġdid is-setturi ekonomiċi u lis-soċjetà, tfixkel in-negozji eżistenti u toħloq opportunitajiet bla preċedent. B'ordni ekonomika globali li qed jinbidel, impatt dejjem akbar fuq it-tibdil fil-klima u kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied, id-dipendenza tal-UE fuq it-talent u l-kapaċità tagħha li tagħmel innovazzjoni qed tikber. Id-disinn konġunt, il-kollaborazzjoni u l-ħolqien konġunt fid-dixxiplini kollha u bejn l-edukazzjoni, in-negozju u r-riċerka qatt ma kienu importanti daqs illum biex jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi globali relatati, pereżempju, mal-kura tas-saħħa, inkluż it-tixrid tal-pandemiji, mal-ikel, mat-tibdil fil-klima u l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali, mat-trasformazzjoni diġitali u mal-bidliet demografiċi. |
Ġustifikazzjoni
Aġġustamenti lingwistiċi.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sa mit-twaqqif tiegħu, l-EIT stabbilixxa ruħu gradwalment bħala strument ta' suċċess li jindirizza l-isfidi tas-soċjetà. L-EIT jopera prinċipalment permezz tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI), li huma sħubiji Ewropej fuq skala kbira bejn l-organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tan-negozju u tar-riċerka. Bħalissa hemm tmien KKI li joperaw fl-oqsma li ġejjin: it-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali, l-enerġija, l-ikel, is-saħħa, il-materja prima, il-mobbiltà urbana u l-manifattura b'valur miżjud (ara l-Figura 2). |
Sa mit-twaqqif tiegħu, l-EIT stabbilixxa ruħu gradwalment bħala strument uniku li jindirizza l-isfidi tas-soċjetà permezz tal-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien. L-EIT jopera prinċipalment permezz tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI), li huma sħubiji Ewropej fuq skala kbira bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u t-taħriġ, tan-negozju u tar-riċerka. Bħalissa hemm tmien KKI li joperaw fl-oqsma li ġejjin: it-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali, l-enerġija, l-ikel, is-saħħa, il-materja prima, il-mobbiltà urbana u l-manifattura b'valur miżjud. |
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull KKI hija organizzata madwar ħames sa għaxar ċentri ta' kolokazzjoni (CLCs22) li huma maħsuba sabiex jaġixxu bħala ċentri ġeografiċi għall-integrazzjoni prattika tat-trijangolu tal-għarfien. Huma organizzati u strutturati skont il-kuntest ta' innovazzjoni reġjonali u nazzjonali rispettiv tagħhom u jibnu fuq netwerk pan-Ewropew ta' laboratorji, uffiċċji jew kampusijiet eżistenti tas-sħab ewlenin ta' KKI. |
Kull KKI s'issa kienet organizzata f'bejn ħames u għaxar ċentri ta' kolokazzjoni (CLCs22) li huma maħsuba sabiex jaġixxu bħala ċentri ġeografiċi li jipprovdu wkoll spazju fiżiku għall-interazzjoni lokali fi ħdan l-ekosistema tal-innovazzjoni u għall-integrazzjoni prattika tat-triangolu tal-għarfien. Huma organizzati u strutturati skont il-kuntest ta' innovazzjoni reġjonali u nazzjonali rispettiv tagħhom u jibnu fuq netwerk pan-Ewropew ta' laboratorji, uffiċċji jew kampusijiet eżistenti tas-sħab ewlenin ta' KKI. |
__________________ |
__________________ |
22 "Ċentru ta' kolokazzjoni" huwa żona ġeografika fejn huma bbażati s-sħab ewlenin tat-trijangolu tal-għarfien tal-KKI u fejn jistgħu jinteraġġixxu faċilment, u jipprovdi l-punt fokali għall-attività tal-KKI f'dik iż-żona. |
22 "Ċentru ta' kolokazzjoni" tfisser spazju fiżiku, stabbilit b'mod miftuħ u trasparenti, li jkopri żona ġeografika, fejn is-sħab tat-triangolu tal-għarfien ewlieni ta' KKI jistgħu jinteraġixxu faċilment, u li jipprovdi l-punt fokali għall-attività tal-KKI f'dik iż-żona; |
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 3 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-KKI għandhom l-għan li jmexxu l-portafolli tal-attivitajiet tat-trijangolu tal-għarfien permezz ta': |
Il-KKI għandhom l-għan li jmexxu l-portafolli tal-attivitajiet tat-triangolu tal-għarfien permezz ta': |
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 3 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ b'komponenti intraprenditorjali b'saħħithom biex iħarrġu l-ġenerazzjoni li jmiss ta' talenti, inklużi t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' programmi mogħtija t-Tikketta tal-EIT23, b'mod partikolari fil-livelli ta' masters u dottorat; |
(a) attivitajiet ta' edukazzjoni għolja u taħriġ fi ħdan it-triangolu tal-għarfien b'komponenti intraprenditorjali b'saħħithom biex iħarrġu l-ġenerazzjoni li jmiss ta' talenti, inkluż bil-ħsieb tal-iżvilupp ta' imprenditorija u ta' ħiliet diġitali, u programmi u attivitajiet li għandhom l-għan li jtejbu l-ħiliet u jħarrġu mill-ġdid ir-riżorsi umani f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja; u t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' programmi mogħtija t-Tikketta tal-EIT23, b'mod partikolari fil-livelli ta' masters u dottorat; għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-bilanċ bejn il-ġeneri u lill-approċċi li jkunu sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru, speċjalment f'oqsma fejn in-nisa għadhom sottorappreżentati, bħall-ICT, ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika; |
__________________ |
__________________ |
23 It-Tikketta tal-EIT hija siġill ta' kwalità mogħti mill-EIT lil programm edukattiv ta' KKI li jikkonforma ma' kriterji ta' kwalità speċifiċi relatati, inter alia, mal-edukazzjoni intraprenditorjali u l-kurrikuli innovattivi ta' "tagħlim bil-prattika". |
23 It-Tikketta tal-EIT hija siġill ta' kwalità mogħti mill-EIT lil programm edukattiv ta' KKI li jikkonforma ma' kriterji ta' kwalità speċifiċi relatati, inter alia, mal-edukazzjoni intraprenditorjali u l-kurrikuli innovattivi ta' "tagħlim bil-prattika". |
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 3 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Attivitajiet li jappoġġjaw l-innovazzjoni biex jiżviluppaw prodotti, proċessi u servizzi innovattivi li jindirizzaw opportunità speċifika ta' negozju; |
(b) attivitajiet li jappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni biex jiżviluppaw prodotti, proċessi, teknoloġiji, servizzi u soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi innovattivi u sostenibblili jindirizzaw opportunità speċifika ta' negozju jew objettiv soċjali; |
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 3 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Attivitajiet ta' appoġġ u ħolqien tan-negozju, bħal skemi ta' aċċelleratur maħsuba biex jgħinu lill-imprendituri jittraduċu l-ideat tagħhom f'impriżi ta' suċċess u jħaffu l-proċess ta' tkabbir. |
(c) attivitajiet ta' appoġġ u ħolqien tan-negozju, bħal skemi ta' aċċelleratur maħsuba biex jgħinu lill-imprendituri jittraduċu l-ideat tagħhom f'impriżi ta' suċċess u jħaffu l-proċess ta' tkabbir u ta' żvilupp. |
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Madankollu, il-KKI attwali u futuri kollha għandhom jużaw l-aħjar sforzi biex jiddedikaw aktar attenzjoni lir-riċerka inkorporata fit-triangolu tal-għarfien li tikkontribwixxi, flimkien mal-edukazzjoni u l-innovazzjoni, għall-iżvilupp intraprenditorjali u għal ekosistema ta' innovazzjoni. Għaldaqstant, il-KKI kollha eżistenti u futuri għandhom jiżguraw bilanċ bejn it-tliet naħat tat-triangolu tal-għarfien, sabiex jippreservaw il-karatteristika unika tal-KKI. |
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-KKI jirrappreżentaw ekosistemi ta' innovazzjoni dinamiċi li jipproduċu firxa wiesgħa ta' riżultati (ara l-Figura 1 hawn taħt). |
imħassar |
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – figura 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
[...] |
imħassar |
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tat-talent u tal-ħiliet huma fil-qalba tal-mudell tal-EIT. L-ebda azzjoni oħra tal-UE dwar l-innovazzjoni ma tinkludi l-edukazzjoni għolja fil-katina tal-valur tal-innovazzjoni daqs l-EIT. L-aġenda tal-edukazzjoni tal-EIT hija kruċjali għall-iżvilupp ta' innovaturi intraprenditorjali u b'ħiliet għolja. Sal-2017, aktar minn 1 700 persuna ggradwata temmew b'suċċess programm bit-tikketta tal-EIT fil-livelli ta' masters u/jew dottorat, u eluf ipparteċipaw f'attivitajiet u formati ta' edukazzjoni innovattivi u intraprenditorjali. |
L-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tat-talent u tal-ħiliet huma fil-qalba tal-mudell tal-EIT. L-ebda azzjoni oħra tal-UE dwar l-innovazzjoni ma tinkludi l-edukazzjoni għolja fil-katina tal-valur tal-innovazzjoni daqs l-EIT. L-aġenda tal-edukazzjoni tal-EIT hija kruċjali għall-iżvilupp ta' innovaturi intraprenditorjali u b'ħiliet għolja. |
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-enfasi fuq l-isfidi globali permezz tal-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien tiddistingwi l-EIT minn strumenti ta' innovazzjoni oħrajn. Billi jipprovdi għotja għal massimu ta' 15-il sena lill-KKI, l-EIT qed jilħaq l-għan fit-tul tiegħu li jindirizza l-isfidi globali permezz ta' prodotti u servizzi innovattivi u jġib benefiċċji konkreti għas-soċjetà u ċ-ċittadini tagħna. L-EIT stabbilixxa wkoll l-għan li l-KKI jsiru finanzjarjament sostenibbli wara 15-il sena, li hija karatteristika unika li twassal għal strument ta' innovazzjoni orjentat lejn in-negozju u r-riżultati. F'dan il-kuntest, il-KKI jridu jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji li joħolqu dħul sabiex iżommu l-ekosistema ta' innovazzjoni tagħhom wara l-perjodu kopert mill-ftehim ta' għotja. |
L-enfasi fuq l-isfidi globali u soċjetali permezz tal-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien tiddistingwi l-EIT minn strumenti ta' innovazzjoni oħrajn. Billi jipprovdi għotja għal massimu ta' 15-il sena lill-KKI, l-EIT qed jagħti stabbiltà fit-tul li għandha tippermetti lill-benefiċjarji jindirizzaw l-isfidi globali u soċjetali permezz ta' prodotti, proċessi, servizzi u soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli u ġġib benefiċċji konkreti għas-soċjetà u ċ-ċittadini tagħna. L-EIT stabbilixxa wkoll l-għan li l-KKI jsiru finanzjarjament sostenibbli wara 15-il sena, li hija karatteristika unika li għandha twassal għal strument ta' innovazzjoni orjentat lejn in-negozju u l-impatt. F'dan il-kuntest, il-KKI għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji li joħolqu dħul f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EIT, sabiex jiksbu indipendenza finanzjarja u jżommu l-ekosistema ta' innovazzjoni tagħhom wara l-perjodu kopert mill-ftehim qafas ta' sħubija mal-EIT. L-innovazzjoni u l-attivitajiet qrib is-suq tal-KKI għandhom ikunu sostenibbli finanzjarjament fl-aktar data kmieni possibbli umfi kwalunkwe każ fi żmien 15-il sena mit-twaqqif tagħhom. Madankollu, skont l-Artikolu 11 ta' ... [ir-Regolament dwar l-EIT], l-attivitajiet ta' edukazzjoni għolja, taħriġ u attivitajiet strutturati b'mod orizzontali tal-KKI għandu jkollhom il-possibbiltà li jkomplu jirċievu finanzjament mill-EIT, wara li ssir evalwazzjoni pożittiva u bir-reqqa minn esperti indipendenti. |
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-approċċ tal-EIT jikkontribwixxi sabiex iseħħu kemm innovazzjonijiet inkrementali kif ukoll distruttivi, jindirizza b'mod effettiv il-fallimenti tas-suq u jgħin fit-trasformazzjoni tal-industriji. Dan jippermetti l-ħolqien ta' strateġiji tan-negozju fit-tul biex jiġu indirizzati l-isfidi globali u jgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' qafas li huma essenzjali biex l-ekosistema ta' innovazzjoni li tiffunzjona sewwa tkompli tikber u l-innovazzjoni tirnexxi. |
L-approċċ tal-EIT jgħin sabiex tinbena reżiljenza, tiżdied is-sostenibbiltà u jikkontribwixxi sabiex iseħħu kemm innovazzjonijiet inkrementali kif ukoll fixkiela, jindirizza b'mod effettiv il-fallimenti tas-suq u jgħin fit-trasformazzjoni tal-industriji u jappoġġja l-ħolqien ta' negozji ġodda, ta' spin-offs u ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Dan jippermetti l-ħolqien ta' strateġiji tan-negozju fit-tul għall-indirizzar tal-isfidi globali u soċjetali u jgħin fil-ħolqien ta' kundizzjonijiet ta' qafas li huma essenzjali biex ekosistema ta' innovazzjoni li tiffunzjona sewwa tkompli tikber u sabiex l-innovazzjoni tirnexxi. |
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT joffri pjattaforma effiċjenti u effettiva għat-tnedija, it-tkabbir u l-ġestjoni tal-KKI b'effetti qawwija tan-network u riperkussjonijiet pożittivi (ara l-Figura 2 hawn taħt). L-ewwel mewġa ta' KKI (EIT Diġitali, EIT tal-KKI għall-Klima u EIT InnoEnergy), imnedija fl-2009, hija stabbilita u matura u, wara l-2024, il-ftehimiet qafas ta' sħubija tagħhom se jiġu tterminati, f'konformità mat-tul massimu tal-għotja. It-tieni u t-tielet ġenerazzjonijiet tal-KKI (EIT Saħħa u EIT Materja Prima (2014), EIT Ikel (2016)) qegħdin jimmaturaw. EIT Mobbiltà Urbana u EIT Manifattura, iż-żewġ KKI iddeżinjati f'Diċembru 2018, qed jibdew l-operazzjonijiet tagħhom fl-2019. |
L-EIT joffri pjattaforma effiċjenti u effettiva għat-tnedija, it-tkabbir u l-ġestjoni tal-KKI b'effetti qawwija tan-network u riperkussjonijiet pożittivi. KKI normalment ikollha tul ta' ħajja ta' bejn seba' u ħmistax-il sena. L-ewwel mewġa ta' KKI (EIT Diġitali, EIT tal-KKI għall-Klima u EIT InnoEnergy), imnedija fl-2009, hija stabbilita u matura u, wara l-2024, il-ftehimiet qafas ta' sħubija tagħhom għandhom jiġu tterminati, bi qbil mal-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-EIT. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT jista' jiddeċiedi dwar estensjoni possibbli tal-ftehim qafas ta' sħubija, wara evalwazzjoni bir-reqqa minn esperti indipendenti. Dik l-estensjoni m'għandhiex tkun ta' aktar minn tliet snin. It-tieni u t-tielet ġenerazzjonijiet tal-KKI (EIT Saħħa u EIT Materja Prima (2014), EIT Ikel (2016)) qegħdin jimmaturaw. EIT Mobbiltà Urbana u EIT Manifattura, iż-żewġ KKI iddeżinjati f'Diċembru 2018, bdew l-operazzjonijiet tagħhom fl-2019. |
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – figura 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
[…] |
imħassar |
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Permezz tat-tmien KKI tiegħu b’aktar minn 1000 sieħeb min-negozju, ir-riċerka u l-edukazzjoni, l-EIT jirrappreżenta l-akbar ekosistema tal-innovazzjoni appoġġjata mill-UE. L-EIT appoġġja aktar minn 1200 negozju ġdid u impriżi innovattivi, li wassal biex ġie attirat finanzjament estern ta’ aktar minn EUR 890 miljun minn dawk il-kumpaniji u għall-ħolqien ta’ aktar minn 6000 impjieg min-negozji ġodda appoġġjati. Aktar minn 50 % tas-sħab tal-KKI huma mis-settur tan-negozju (l-industrija, l-SMEs u n-negozji ġodda) li juru l-prossimità għas-suq. Iż-żieda fl-għadd ta' sħab f'kull KKI turi l-attraenza u l-potenzjal fit-tul tal-mudell tal-EIT. Sal-2019, hemm aktar minn 600 negozju, 250 HEI, 200 organizzazzjoni tar-riċerka u aktar minn 50 organizzazzjoni u awtorità tas-soċjetà ċivili li jipparteċipaw fil-KKI tal-EIT. |
Permezz tat-tmien KKI tiegħu b'aktar minn 1000 sieħeb min-negozju, ir-riċerka u l-edukazzjoni, l-EIT jirrappreżenta l-akbar ekosistema tal-innovazzjoni appoġġjata mill-UE. L-EIT appoġġja aktar minn 1200 negozju ġdid u impriżi innovattivi, li wassal biex ġie attirat finanzjament estern ta' aktar minn EUR 890 miljun minn dawk il-kumpaniji u għall-ħolqien ta' aktar minn 6000 impjieg min-negozji ġodda appoġġjati. Aktar minn 50 % tas-sħab tal-KKI huma mis-settur tan-negozju (l-industrija, l-SMEs u n-negozji ġodda) li juru l-prossimità għas-suq. |
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fl-isfond tad-disparitajiet reġjonali persistenti fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni, fl-2014 l-EIT nieda Skema ta' Innovazzjoni Reġjonali (RIS) biex iwessa' s-sensibilizzazzjoni reġjonali tiegħu lejn pajjiżi innovaturi modesti u moderati. Permezz tal-RIS, l-EIT espanda l-attivitajiet tiegħu madwar l-Ewropa u issa qed joffri opportunitajiet għar-reġjuni bi prestazzjoni baxxa tal-innovazzjoni biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet tat-trijangolu tal-għarfien bħala parti mill-komunità tal-KKI. Dan huwa rifless ukoll fis-sehem tal-finanzjament tal-EIT allokat għas-sħab tal-UE-13 (8,3 % meta mqabbel ma' 4,8 % f'Orizzont 2020 mill-2018). |
Fl-isfond tad-disparitajiet reġjonali persistenti fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni, fl-2014 l-EIT nieda Skema ta' Innovazzjoni Reġjonali (RIS) biex iwessa' s-sensibilizzazzjoni reġjonali tiegħu lejn pajjiżi u reġjuni innovaturi modesti u moderati. Permezz tal-RIS, l-EIT jeħtieġlu jkompli jespandi l-attivitajiet tiegħu madwar l-Ewropa u jeħtieġlu jkun iddedikat li joffri opportunitajiet ġodda lill-pajjiżi u r-reġjuni f'dawk il-pajjiżi bi prestazzjoni aktar baxxa tal-innovazzjoni, kif definit fil-punt (15a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament [xxx] li jistabbilixxi Orizzont Ewropa kif ukoll, sal-punt li ma jkunux pajjiżi bi prestazzjoni baxxa fir-R&I, f'pajjiżi jew f'reġjuni ta' dawk il-pajjiżi li huma kklassifikati bħala innovaturi modesti jew moderati fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea, biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet tat-triangolu tal-għarfien bħala parti mill-komunità tal-EIT. L-RIS se tintuża wkoll biex jiġu stabbiliti Ċentri tal-Innovazzjoni tal-EIT jew CLCs ġodda f'dawk il-pajjiżi jew reġjuni. Barra minn hekk, il-KKI għandhom jaħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet ta' ġestjoni fir-reġjuni kollha fejn is-sħab tal-RIS ikunu stabbiliti sabiex jitħeġġeġ użu usa' tal-fondi SIE tal-Unjoni għar-R&I. |
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – figura 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
[…] |
imħassar |
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT seta' jibqa' aġli u jiżviluppa l-prinċipji u r-regoli ta' governanza għall-ġestjoni b'suċċess tal-KKI tiegħu taħt l-umbrella komprensiva ta' Orizzont 2020, f'konformità mar-Regolament dwar l-EIT. L-indipendenza operattiva tiegħu ppermettietlu jittestja u jimplimenta b'mod effettiv għadd ta' novitajiet fil-ġestjoni tal-benefiċjarji tiegħu, bħal mekkaniżmu ta' finanzjament kompetittiv, miri tas-sostenibbiltà finanzjarja u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi. |
L-EIT seta' jibqa' aġli u jiżviluppa l-prinċipji u r-regoli ta' governanza għall-ġestjoni b'suċċess tal-KKI tiegħu taħt l-umbrella komprensiva ta' Orizzont 2020, f'konformità ma' ... [ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151/COD). L-indipendenza operattiva tiegħu ppermettietlu jittestja u jimplimenta b'mod effettiv għadd ta' novitajiet fil-ġestjoni tal-benefiċjarji tiegħu, bħal mekkaniżmu ta' finanzjament kompetittiv, li għandu jsir ir-reġim standard ta' finanzjament, miri tas-sostenibbiltà finanzjarja u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi. L-EIT u l-KKI għandhom, kemm jista' jkun possibbli, joperaw taħt il-mudell ta' ftehim ta' għotja tal-programm Orizzont Ewropa u għandhom japplikaw id-derogi mir-regoli tal-programm Orizzont Ewropa stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament ... [Regolament dwar l-EIT] meta jkun meħtieġ biex jilħqu l-objettivi tagħhom u meta jkun debitament ġustifikat. |
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT huwa parti mill-qafas ġenerali ta' Orizzont Ewropa li għandu l-għan, inter alia, li jwassal impatt xjentifiku, ekonomiku/teknoloġiku u soċjetali sabiex isaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni; li jilħaq il-prijoritajiet tal-politika strateġika tal-Unjoni, irawwem il-kompetittività tiegħu fl-Istati Membri kollha, inkluż fl-industrija tiegħu, u jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi globali, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Kundizzjoni ewlenija biex jirnexxi f'dan l-isforz hija li jirrispondi għall-ħtieġa persistenti li tiżdied il-kapaċità tal-innovazzjoni madwar l-Unjoni. B'mod partikolari, hemm tliet sfidi li qed tiffaċċja l-UE u li se jiggwidaw l-azzjonijiet tal-EIT fil-perjodu 2021-2027 kif riflessi mill-għanijiet ġenerali tiegħu. |
L-EIT huwa parti integrali mill-qafas ġenerali ta' Orizzont Ewropa li għandu l-għan, inter alia, li jwassal impatt xjentifiku, ekonomiku/teknoloġiku u soċjetali sabiex isaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni. L-objettivi tal-EIT u tal-KKI jridu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni u għat-twettiq tal-objettivi u tal-politiki tal-Unjoni, inkluż il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta' Rkupru Ewropew, l-istrateġiji Ewropej dwar l-SMEs u dwar id-data, kif ukoll dawk diġitali u industrijali, u l-kisba tal-awtonomija strateġika tal-Ewropa. Barra minn hekk, huwa għandu jikkontribwixxi biex jiġu indirizzti l-isfidi globali u soċjetali, inklużi l-SDGs, billi jsegwi l-prinċipji tal-Ftehim ta' Pariġi, u jikseb ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet b'effett ta' serra sa mhux aktar tard mill-2050. Kundizzjoni ewlenija biex jirnexxi f'dan l-isforz hija li jirrispondi għall-ħtiġijiet persistenti li jiġu involuti t-talenti kollha fl-Unjoni, li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa, u li r-R&Ż jitwasslu lis-suq u lis-soċjetà, u b'hekk tiżdied il-kapaċità tal-innovazzjoni madwar l-Unjoni. B'mod partikolari, hemm ħames sfidi li qed tiffaċċja l-UE u li se jiggwidaw l-azzjonijiet tal-EIT fil-perjodu 2021-2027 kif riflessi mill-għanijiet ġenerali tiegħu. |
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-ewwel nett, ix-xokk ekonomiku marbut mat-tixrid tal-COVID19 kellu impatt kbir fuq l-universitajiet, ir-riċerkaturi, il-kumpaniji u partijiet ikkonċernati oħra tal-EIT. Huwa importanti li jiġu identifikati u indirizzati l-isfidi relatati, b'mod partikolari l-aċċess għall-finanzi, sabiex jiġi salvagwardjat it-triangolu tal-għarfien u tinbena mill-ġdid il-fiduċja fost l-atturi kollha. Fuq medda medja ta' żmien, il-KKI kollha jeħtiġilhom jadattaw ruħhom għall-impatti tax-xokk u jorjentaw mill-ġdid l-attenzjoni u l-attivitajiet tagħhom, għalhekk jeħtieġ li jkunu aġli u flessibbli sabiex ifittxu opportunitajiet ġodda. Jista' jkun hemm ukoll effetti fit-tul fuq is-soċjetà u l-ekonomija tagħna, bħall-ħtieġa li nsaħħu r-robustezza u nnaqqsu l-kumplessità tal-katini tal-provvista, biex nimmonitorjaw iċ-ċaqliq fid-domanda tal-konsumatur, biex insaħħu l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid u r-rilokalizzazzjoni tal-produzzjoni strateġika u biex nakkumpanjaw it-trasformazzjoni diġitali. |
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ewwel nett, l-ekonomiji tal-lum qegħdin ikunu mmexxija dejjem aktar mill-ħiliet u l-abbiltajiet tan-nies u tal-organizzazzjonijiet sabiex ibiddlu l-ideat fi prodotti u servizzi. Il-ħiliet fl-innovazzjoni u l-kultura intraprenditorjali jagħmlu d-differenza kollha llum il-ġurnata, b'mod partikolari fl-oqsma teknoloġiċi u xjentifiċi, iżda dejjem aktar ukoll f'dixxiplini oħrajn. Hemm ħtieġa qawwija li tissaħħaħ aktar il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa. L-EIT jinsab f'pożizzjoni unika li jwettaq dan fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. |
It-tieni, is-soċjetajiet u l-ekonomiji tal-lum qegħdin ikunu mmexxija dejjem aktar mill-ħiliet u l-abbiltajiet tan-nies u tal-organizzazzjonijiet li jbiddlu l-ideat fi prodotti, proċessi, servizzi, u mudelli ta' negozju u soċjetali ġodda. Jekk l-Unjoni trid li tirnexxi fit-tranżizzjoni tagħha lejn soċjetà kompetittiva, diġitali, dekarbonizzata u inklużiva, huma l-innovazzjoni, il-kultura intraprenditorjali, l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi u ż-żieda fl-investimenti fl-edukazzjoni u fir-R&I li se jagħmlu d-differenza kollha. Hemm ħtieġa qawwija li tissaħħaħ aktar il-kollaborazzjoni bejn id-dixxiplini u t-tagħlim interdixxiplinari kif ukoll il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u ta' organizzazzjonijiet oħra tar-riċerka fl-Ewropa. L-EIT jinsab f'pożizzjoni unika li jwettaq dan fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tieni nett, il-prossimità fiżika hija fattur abilitanti ewlieni għall-innovazzjoni. L-inizjattivi mmirati biex jiżviluppaw netwerks ta' innovazzjoni u jipprovdu servizzi li jappoġġjaw il-ħolqien, il-kondiviżjoni u t-trasferiment tal-għarfien, għandhom rwol ewlieni fit-trawwim tal-interazzjonijiet bejn in-negozji, l-akkademiċi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-gvernijiet u individwi. Madankollu, il-prestazzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-UE, kif riflessi fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea annwali, ivarjaw b'mod konsiderevoli. Huwa ta' importanza kruċjali li l-innovazzjoni tkun inklużiva u jkollha l-għeruq tagħha fit-territorji lokali. L-attivitajiet tal-EIT, grazzi għall-approċċ tagħhom "ibbażat fuq il-post", huma addattati sewwa biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali. |
It-tielet, il-prossimità hija fattur abilitanti ewlieni għall-innovazzjoni. L-inizjattivi mmirati biex jiżviluppaw netwerks ta' innovazzjoni u jipprovdu servizzi li jappoġġjaw il-ħolqien, il-kondiviżjoni u t-trasferiment tal-għarfien, għandhom rwol ewlieni fit-trawwim tal-interazzjonijiet bejn in-negozji, l-akkademiċi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-gvernijiet u individwi. Madankollu, il-prestazzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-UE, kif riflessi fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea annwali, ivarjaw b'mod konsiderevoli, kif ġie rikonoxxut fil-programm Orizzont Ewropa. Huwa ta' importanza kruċjali li l-innovazzjoni tkun inklużiva u jkollha l-għeruq tagħha fit-territorji lokali, b'attenzjoni partikolari fuq l-involviment akbar tal-SMEs u tal-organizzazzjonijiet tat-tielet settur. L-attivitajiet tal-EIT, bis-saħħa tal-approċċ tagħhom "ibbażat fuq il-post", huma addattati sewwa biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali u biex jipprovdu mudelli ġodda għal ekonomija sostenibbli. L-attivitajiet tal-EIT u l-KKI għad iridu jsiru marbuta aktar mal-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u reġjonali. |
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-raba', l-opportunitajiet għaċ-ċirkolazzjoni tat-talenti u r-R&I jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri. L-EIT għandu jadotta miżuri biex jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu fl-Unjoni, biex inaqqas il-konċentrazzjoni tad-distribuzzjoni finanzjarja tal-KKI, biex jindirizza l-eżodu tal-imħuħ b'mod partikolari mill-Istati Membri tal-Lvant u tan-Nofsinhar, u biex jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni tal-istudenti, ir-riċerkaturi u l-intraprendituri. |
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fl-aħħar nett, l-ekosistemi tal-innovazzjoni vibranti jeħtieġu taħlita ta' għarfien, infrastruttura u talent. Jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet ta' qafas għall-kooperazzjoni bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni Ewropej, flimkien ma' sinerġiji b'saħħithom sabiex jiżguraw l-investiment xieraq u effiċjenti ta' riżorsi skarsi fir-riċerka u l-innovazzjoni. L-approfondiment tal-integrazzjoni i tal-għarfien permezz tal-KKI eżistenti u dawk ġodda huwa mod ipprovat sabiex jitrawwem ambjent li jwassal għall-innovazzjoni u huwa għan ta' gwida għall-EIT. |
Fl-aħħar nett, l-ekosistemi tal-innovazzjoni vibranti jeħtieġu taħlita ta' għarfien, investiment, infrastruttura u talent. Jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet ta' qafas għall-kooperazzjoni bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni Ewropej, flimkien ma' sinerġiji b'saħħithom sabiex jiżguraw l-investiment xieraq u effiċjenti ta' riżorsi skarsi u biex jimmobilizzaw sorsi oħrajn ta' finanzjament bil-għan li jkun hemm sostenibbiltà finanzjarja. L-approfondiment tal-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien permezz tal-KKI eżistenti u dawk ġodda u l-ilħuq u l-integrazzjoni ta' sħab ġodda f'setturi oħra u f'reġjuni oħra, huwa mod ipprovat sabiex jitrawwem ambjent li jwassal għall-innovazzjoni u huwa għan ta' gwida għall-EIT. |
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT, bħala parti integrali mill-programm Orizzont Ewropa, se jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet predominanti tiegħu. Il-KKI se jkunu parti mis-Sħubiji Ewropej Istituzzjonalizzati, jiġifieri se jsegwu sett ta' prinċipji u kriterji taċ-ċiklu tal-ħajja biex jiżguraw approċċ aktar koerenti, miftuħ u mmexxi mill-impatt. Għalhekk, l-għanijiet ġenerali tal-EIT jirriflettu r-rwol ġenerali tal-EIT f'Orizzont Ewropa u l-post tiegħu fil-[Pilastru Ewropa Innovattiva]. |
L-EIT, bħala parti integrali mill-programm Orizzont Ewropa, se jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet predominanti tiegħu. Fi ħdan il-programm Orizzont Ewropa, il-KKI huma kkunsidrati bħala Sħubijiet Ewropej, jiġifieri se jsegwu l-prinċipji u l-kriterji taċ-ċiklu tal-ħajja kif stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Anness III għar-Regolament [xxx] [li jistabbilixxi l-programm Orizzont Ewropa]. Għalhekk, l-għanijiet ġenerali tal-EIT jirriflettu r-rwol ġenerali tal-EIT f'Orizzont Ewropa u l-post tiegħu fil-[Pilastru "Ewropa Innovattiva"]. Għalhekk l-EIT għandu jaħdem mill-qrib ma' korpi oħrajn ta' implimentazzjoni fil-qafas tal-Pilastru Ewropa Innovattiva tal-programm Orizzont Ewropa u juża l-aħjar sforzi biex jikkontribwixxi għal "punt uniku ta' servizz għall-innovazzjoni". |
|
|
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-EIT huwa mmexxi mill-eċċellenza. Huwa għandu jinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta' kwalità ogħla tat-triangolu tal-għarfien anki f'komunitajiet ġodda ta' innovazzjoni. Il-firxa ġeografika hija element ewlieni ieħor, u għal dan il-għan il-KKI għandhom ikunu miftuħa u trasparenti tul l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. |
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-oqsma predominanti ta' intervent għall-EIT huma definiti fil-[proposta għal Orizzont Ewropa]. L-EIT se jkompli jappoġġja lill-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tiegħu biex isaħħu l-ekosistemi tal-innovazzjoni li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi globali. Se jagħmel dan billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni, ir-riċerka u n-negozju, biex b'hekk joħloq ambjenti li jwasslu għall-innovazzjoni, kif ukoll billi jippromwovi u jappoġġja ġenerazzjoni ġdida ta' imprendituri u jistimola l-ħolqien ta' kumpaniji innovattivi f'sinerġija u komplementarjetà mill-qrib mal-KEI. B'mod partikolari, meta jagħmel dan, huwa: |
L-oqsma predominanti ta' intervent għall-EIT huma definiti fl-Annessi I u Ia tar-Regolament [xxx] li jistabbilixxi l-programm Orizzont Ewropa. L-EIT se jkompli jappoġġja lill-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tiegħu biex isaħħu l-ekosistemi tal-innovazzjoni li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi globali u soċjetali, f'allinjament sħiħ mal-programm Orizzont Ewropa. Se jagħmel dan billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozju, biex b'hekk joħloq ambjenti li jwasslu għall-innovazzjoni, kif ukoll billi jippromwovi u jappoġġja ġenerazzjoni ġdida ta' imprendituri, jindirizza wkoll id-dimensjoni tal-ġeneru u d-disparità imprenditorjali bejn il-ġeneri u jistimola l-ħolqien ta' kumpaniji innovattivi, b'attenzjoni speċjali għall-SMEs, f'sinerġija u komplementarjetà mill-qrib mal-KEI. B'mod partikolari, meta jagħmel dan, huwa għandu: |
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Se jrawwem l-innovazzjoni u l-imprenditorija permezz ta' edukazzjoni aħjar; |
(2) Se jrawwem l-innovazzjoni u l-imprenditorija u l-iżvilupp tal-ħiliet, u jappoġġja t-trasformazzjoni intraprenditorjali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, edukazzjoni u mentoraġġ aktar inklużivi u ta' kwalità għolja, f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, u programmi ta' skambju transfruntier fl-Unjoni; |
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Iġib soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali għas-suq. |
(3) Joħloq soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali u soċjetali. |
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'konformità mal-isfidi identifikati li qed jiffaċċja l-EIT (deskritti fil-kapitolu 1.3.) u biex jikkontribwixxi għall-għanijiet predominanti msemmija hawn fuq definiti għall-EIT fil-[proposta għal Orizzont Ewropa], l-għanijiet speċifiċi tal-EIT għall-perjodu 2021-2027 huma li: |
F'konformità mal-isfidi identifikati li qed jiffaċċja l-EIT (deskritti fil-kapitolu 1.3.) u biex jikkontribwixxi għall-għanijiet predominanti msemmija hawn fuq definiti għall-EIT fl-Annessi I u Ia tar-Regolament [xxx] li jistabbilixxi l-programm Orizzont Ewropa, l-għanijiet speċifiċi tal-EIT għall-perjodu 2021-2027 huma li: |
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Iżid l-impatt tal-KKI u l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien; |
(a) Iżid l-impatt u t-trasparenza tal-KKI u jagħti spinta lill-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien; |
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) Iżid il-ftuħ tal-KKI billi jinkludi medda usa' ta' partijiet ikkonċernati minn madwar l-Unjoni. |
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Iżid il-kapaċità tal-innovazzjoni tas-settur tal-edukazzjoni għolja billi jippromwovi t-tibdil istituzzjonali fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (HEIs); |
(b) Iżid il-kapaċità imprenditorjali u tal-innovazzjoni tas-settur tal-edukazzjoni għolja madwar l-Unjoni billi jiggwida u jissorvelja l-KKI fil-promozzjoni ta' integrazzjoni aħjar fl-ekosistemi tal-innovazzjoni u bidla istituzzjonali fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja (HEIs); |
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Iżid is-sensibilizzazzjoni reġjonali tal-EIT biex jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali fil-kapaċità tal-innovazzjoni fl-UE kollha. |
(c) Iżid is-sensibilizzazzjoni reġjonali tal-EIT u tal-KKI tiegħu, kif ukoll jiżgura li jkun hemm tixrid u sfruttament aħjar ir-riżultati, biex jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali fil-kapaċità tal-innovazzjoni fl-UE kollha u fl-Istati Membri individwali u jiġi żgurat li jkun hemm kopertura ġeografika bbilanċjata. |
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) Jimplimenta programm ta' rispons għall-kriżijiet ta' sentejn bil-flessibbiltà meħtieġa biex ikun jista' jikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ekosistemi tal-innovazzjoni attwali u biex jgħin lill-partijiet ikkonċernati tal-EIT jippreparaw għall-irkupru ekonomiku. |
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Billi jaħdem biex jilħaq dawn l-għanijiet, l-EIT se jikkontribwixxi għall-kisba ġenerali tal-impatti xjentifiċi, ekonomiċi/teknoloġiċi u soċjetali ta' Orizzont Ewropa. Se jkompli jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni, li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, billi jrawwem l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien fl-oqsma ta' attività tal-KKI. Il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa se jiżgura allinjament eqreb bejn l-attivitajiet tal-EIT u l-bqija ta' Orizzont Ewropa. Abbażi tar-rekord ipprovat tiegħu, l-EIT se jkollu rwol importanti fil-Pilastru Innovazzjoni Miftuħa. |
Billi jaħdem biex jilħaq dawn l-għanijiet, l-EIT se jikkontribwixxi għall-kisba ġenerali tal-impatti xjentifiċi, ekonomiċi/teknoloġiċi u soċjetali ta' Orizzont Ewropa. Il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa se jiżgura allinjament eqreb bejn l-attivitajiet tal-EIT u l-bqija ta' Orizzont Ewropa. L-EIT se jkollu rwol importanti fil-Pilastru Ewropa Innovattiva u fil-programm Orizzont Ewropa kollu. |
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Is-sinerġiji b'saħħithom bejn l-EIT u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni se jkunu fundamentali għall-impatt tal-Pilastru [Ewropa Innovattiva]. L-EIT u l-KEI se jmexxu attivitajiet komplementarji mmirati biex jissimplifikaw l-appoġġ ipprovdut lill-impriżi innovattivi. Abbażi tal-għarfien espert tal-KKI tiegħu, l-EIT se jipprovdi servizzi ta' aċċellerazzjoni tan-negozju u sessjonijiet ta' taħriġ lill-benefiċjarji mogħtija finanzjament mill-KEI. |
Jinħtieġu sinerġiji b'saħħithom bejn it-tliet korpi ta' implimentazzjoni tal-Pilastru [Ewropa Innovattiva]. Il-possibbiltà li jkun stabbilit punt uniku ta' kuntatt għall-innovazzjoni għandha tiġi vvalutata fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-EIT. Dak il-punt uniku ta' kuntatt jista' jkollu tal-anqas tliet linji ewlenin: l-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien; l-ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropea; iż-żieda ta' SMEs u negozji ġodda li jwettqu ħidma intensiva fir-R&I. B'mod partikolari, l-EIT u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni se jmexxu attivitajiet komplementarji mmirati biex jissimplifikaw l-appoġġ ipprovdut lill-kumpaniji innovattivi, inklużi servizzi ta' aċċellerazzjoni tan-negozju u taħriġ. |
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Barra minn hekk, l-EIT se jiffaċilita l-aċċess tal-benefiċjarji tal-KEI għall-ekosistemi tal-innovazzjoni tal-KKI u l-atturi rilevanti tat-triangolu tal-għarfien. B'dan il-mod, il-benefiċjarji tal-KEI jistgħu jsiru involuti b'mod attiv fl-attivitajiet tal-KKI u jibbenifikaw mis-servizzi tal-KKI. B'mod parallel, il-benefiċjarji tal-EIT se jkunu jistgħu japplikaw għall-istrumenti tal-KEI, meta l-appoġġ għall-KKI tal-EIT jista' ma jkunx disponibbli. Il-KEI jista' jgħin lin-negozji ġodda appoġġjati mill-KKI b'potenzjal għoli ta' tkabbir sabiex jikbru b'mod rapidu. B'mod partikolari, l-aktar impriżi innovattivi appoġġjati mill-KKI jistgħu, jekk jintgħażlu taħt Il-KEI, jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju mħallat offrut mill-Aċċelleratur tal-KEI u/jew mill-appoġġ finanzjarju offrut mill-istrumenti ta' InvestEU. |
Il-KKI għandhom jistimulaw il-ħolqien ta' kumpanniji innovattivi f'sinerġija u komplementarjetà mill-qrib mal-KEI. B'mod partikolari, l-EIT se jieħu sehem attiv fl-attivitajiet tal-Forum tal-KEI u se jistabbilixxi rabtiet bejn il-Komunità tal-EIT u l-attivitajiet rilevanti li jappoġġjaw l-ekosistemi tal-innovazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà tal-azzjonijiet. l-EIT se jiffaċilita l-aċċess tal-benefiċjarji tal-KEI għall-ekosistemi tal-innovazzjoni tal-KKI u l-atturi rilevanti tat-triangolu tal-għarfien. B'dan il-mod, il-benefiċjarji tal-KEI jistgħu jsiru involuti b'mod attiv fl-attivitajiet tal-KKI u jibbenifikaw mis-servizzi tal-KKI. B'mod parallel, il-benefiċjarji tal-EIT se jkunu jistgħu japplikaw għall-istrumenti tal-KEI għal appoġġ addizzjonali għas-servizzi pprovduti mill-KKI tal-EIT. Il-KEI jista' jgħin lin-negozji ġodda appoġġjati mill-KKI b'potenzjal għoli ta' tkabbir sabiex jikbru b'mod rapidu. B'mod partikolari, l-aktar impriżi innovattivi appoġġjati mill-KKI jistgħu jibbenefikaw minn aċċess rapidu għall-azzjonijiet tal-KEI, b'mod partikolari għall-appoġġ finanzjarju mħallat offrut mill-Aċċelleratur tal-KEI u/jew mill-appoġġ finanzjarju offrut mill-istrumenti ta' InvestEU. Barra minn hekk, il-KKI għandhom jidentifikaw l-SMEs u n-negozji ġodda fil-komunità tagħhom li jeħtieġu appoġġ biex jaċċessaw fondi u skemi finanzjarji nazzjonali u Ewropej sabiex jiżguraw is-sopravivenza tagħhom. Għal dan il-għan, il-KKI għandhom jaħdmu f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-EIT, l-EIC u l-awtoritajiet nazzjonali. |
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jiżgura sinerġiji aktar b'saħħithom ukoll ma' programmi u inizjattivi fil-Pilastru [Xjenza Eċċellenti], biex jitħaffef it-trasferiment tal-għarfien li jirriżulta mir-riċerka mingħajr għan preċiż (blue sky) f'applikazzjonijiet konkreti li minnhom tibbenifika s-soċjetà. B'mod partikolari, fir-rigward tal-Azzjonijiet Marie-Skłodowska-Curie (MSCA), l-EIT se jikkollabora fuq l-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-ħiliet intraprenditorjali tas-sħab tal-MSCA. |
L-EIT se jiżgura wkoll sinerġiji aktar b'saħħithom mal-missjonijiet kollha u mas-sħubiji rilevanti, pereżempju ma' PRIMA, IMI, EDCTP, FCH, ECSEL, u ma' programmi u inizjattivi fil-Pilastru [Xjenza Eċċellenti u Miftuħa], biex jitħaffef it-trasferiment tal-għarfien li jirriżulta mir-riċerka mingħajr għan preċiż (blue sky) f'applikazzjonijiet konkreti li minnhom tibbenifika s-soċjetà. B'mod partikolari, fir-rigward tal-Azzjonijiet Marie-Skłodowska-Curie (MSCA) u l-ERC, l-EIT se jikkollabora fuq l-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-ħiliet intraprenditorjali tas-sħab tal-MSCA u l-benefiċjarji tal-għotjiet tal-ERC. Dik il-kollaborazzjoni għandha tkun disponibbli fuq bażi volontarja u m'għandhiex iżżid il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji. |
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jikkontribwixxi għall-Pilastru [Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali] u jikkomplementa l-attivitajiet rilevanti maħsuba biex jindirizzaw l-isfidi globali u jżidu l-kompetittività tal-UE fuq skala globali. B'mod partikolari, permezz tal-KKI tiegħu, l-EIT se jfittex li jikkontribwixxi għall-missjonijiet u r-raggruppamenti tematiċi rilevanti u għal Sħubiji Ewropej oħrajn billi jappoġġja notevolment miżuri min-naħa tad-domanda u jipprovdi servizzi ta' sfruttament sabiex jagħti spinta lit-trasferiment tat-teknoloġija u jħaffef il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati miksuba. |
L-EIT se jikkontribwixxi għall-Pilastru [Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea] u jikkomplementa l-attivitajiet rilevanti maħsuba biex jindirizzaw l-isfidi globali u soċjetali u jżidu s-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-UE fuq skala globali. B'mod partikolari, permezz tal-KKI tiegħu, l-EIT se jfittex li jikkontribwixxi għall-missjonijiet u r-raggruppamenti tematiċi rilevanti u għal Sħubiji Ewropej oħrajn billi jappoġġja notevolment miżuri min-naħa tad-domanda u jipprovdi servizzi ta' sfruttament sabiex jagħti spinta lit-trasferiment tat-teknoloġija u jħaffef il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati miksuba. |
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Se jiġu esplorati wkoll opportunitajiet għal sinerġiji bejn il-parti tal-Kondiviżjoni tal-Eċċellenza ta' Orizzont Ewropa u l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni appoġġjati mill-EIT. B'mod partikolari, il-pajjiżi fil-mira tal-parti tal-Kondiviżjoni tal-Eċċellenza ta' Orizzont Ewropa se jkunu jistgħu jużaw l-għarfien espert tal-EIT u l-appoġġ għall-iżvilupp ta' attivitajiet downstream (jiġifieri qrib is-suq), bħala l-grupp fil-mira għall-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-EIT. |
Se jiġu esplorati wkoll opportunitajiet għal sinerġiji bejn il-parti tat-Twessigħ tal-Parteċipazzjoni u t-Tixrid tal-Eċċellenza ta' Orizzont Ewropa u l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-RIS u oħrajn appoġġjati mill-EIT. L-għan huwa li tintlaħaq rappreżentanza aktar bilanċjata tal-attivitajiet tal-EIT madwar l-Unjoni. L-EIT għandu jiggwida lill-KKI biex jgħinhom jagħmlu użu aħjar mill-RIS. B'mod partikolari, il-pajjiżi fil-mira tal-parti tat-Tixrid tal-Eċċellenza ta' Orizzont Ewropa se jkunu jistgħu jużaw l-għarfien espert tal-EIT u l-appoġġ għall-iżvilupp ta' attivitajiet downstream (jiġifieri qrib is-suq), bħala l-grupp fil-mira għall-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-EIT. Il-baġit tar-RIS għandu jintuża wkoll biex jiġu mmobilizzati fondi tal-SIE. Tali sinerġiji għandhom jintużaw mill-KKI biex joħolqu skemi ta' finanzjament li jkunu simili għall-azzjonijiet ta' twessigħ tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Ħolqien ta' Timijiet u Azzjonijiet ta' Ġemellaġġ) |
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Rwol imsaħħaħ tal-EIT, permezz ta' enfasi fuq l-azzjonijiet fejn se jżid il-valur fil-livell tal-UE u jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' Orizzont Ewropa, se jiggwida l-istrateġija tal-EIT għall-perjodu 2021-2027. L-ewwel nett, l-EIT se jkompli jappoġġja l-kapaċità għall-innovazzjoni u l-ekosistemi permezz tal-KKI, l-iżvilupp u l-espansjoni ulterjuri tagħhom u permezz tat-tnedija ta' KKI ġodda. It-tieni, billi jibni fuq l-esperjenza tiegħu bl-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien, l-EIT se jappoġġja direttament l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni u intraprenditorjali fis-settur tal-edukazzjoni għolja. Fl-aħħar nett, permezz ta' miżuri trażversali aktar effettivi, l-EIT se jiżgura li l-impatt tiegħu fil-livell tal-UE jiżdied. Barra minn hekk, l-EIT se jtejjeb ukoll l-operazzjonijiet tiegħu f'għadd ta' oqsma sabiex iżid l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tiegħu. |
Rwol imsaħħaħ tal-EIT, permezz ta' enfasi fuq l-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien immexxija mill-innovazzjoni, fuq valur miżjud għall-Unjoni u fuq il-kontribut sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' Orizzont Ewropa, se jiggwida l-istrateġija tal-EIT għall-perjodu 2021-2027. L-ewwel nett, l-EIT għandu jkompli jappoġġja l-kapaċità għall-innovazzjoni u l-ekosistemi permezz tal-KKI, l-iżvilupp, il-ftuħ, it-trasparenza msaħħa u l-governanza tajba u l-espansjoni ulterjuri tagħhom u permezz tat-tnedija ta' KKI ġodda. It-tieni, billi jibni fuq l-esperjenza tiegħu fl-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, l-EIT għandu jimmonitorja l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni u intraprenditorjali tal-attivitajiet tal-edukazzjoni għolja integrati fit-triangolu tal-għarfien u implimentati permezz tal-KKI. Fl-aħħar nett, permezz ta' miżuri trasversali aktar effettivi, l-EIT għandu jwettaq l-isforzi kollha meħtieġa biex jiżgura li l-viżibbiltà u l-impatt tiegħu fil-livell tal-UE jiżdiedu. Barra minn hekk, l-EIT se jtejjeb ukoll l-operazzjonijiet tiegħu f'għadd ta' oqsma, bħal li jiggwida lill-KKI lejn is-sostenibbiltà finanzjarja, il-ftuħ, it-trasparenza, il-kwalità u s-sotenibbiltà tal-attivitajiet tiegħu stess u tal-attivitajiet tal-KKI, l-involviment akbar tal-SMEs u tan-negozji ġodda, il-bilanċ bejn il-ġeneri u l-kopertura ġeografika, sabiex iżid l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tiegħu. |
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien mill-EIT u l-KKI fil-livelli tal-UE, tal-Istati Membri, reġjonali u lokali se tibqa' kompitu ewlieni biex issaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni u tagħmilhom sostenibbli, kif ukoll biex tiżviluppa soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali. L-EIT se jkompli jappoġġja portafoll ta' KKI (ara l-Figura 2) u se jsaħħaħ aktar il-pjattaforma ta' suċċess tiegħu għat-tnedija, it-tkabbir u l-ġestjoni tagħhom. Il-KKI se jkomplu joperaw permezz taċ-ċentri ta' kolokazzjoni (CLC). Il-KKI se jkomplu jsegwu s-sostenibbiltà finanzjarja sabiex jiksbu l-indipendenza finanzjarja mill-għotja tal-EIT fit-tul (wara mhux aktar tard minn 15-il sena) permezz tal-ingranaġġ tal-investiment pubbliku u privat. |
L-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien mill-EIT u l-KKI fil-livelli tal-UE, tal-Istati Membri, reġjonali u lokali se tibqa' kompitu ewlieni għat-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni u tagħmilhom sostenibbli, kif ukoll għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali u soċjetali. L-EIT se jkompli jappoġġja portafoll ta' KKI u se jsaħħaħ aktar il-pjattaforma ta' suċċess tiegħu għat-tnedija, it-tkabbir, u l-monitoraġġ tagħhom u jipprovdilhom superviżjoni strateġika u gwida. Il-KKI se jkomplu joperaw permezz ta' CLC magħżula wara sejħiet trasparenti għall-proposti. Il-KKI se jkomplu jsegwu s-sostenibbiltà finanzjarja sabiex jiksbu l-indipendenza finanzjarja mill-għotja tal-EIT fit-tul, bil-għan li jilħqu dan l-objettiv wara 15-il sena ta' operat permezz tal-mobilizzazzjoni tal-investiment pubbliku u privat. Wara li tintemm il-15-il sena ta' operazzjoni u abbażi tal-estensjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija, il-KKI għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw f'ċerti attivitajiet tal-EIT, relatati, b'mod partikolari, mal-edukazzjoni. Tali estensjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija għandha tiġi deċiża mill-Bord tat-Tmexxija abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni magħmula minn esperti esterni indipendenti tal-effikaċja tal-KKI u sakemm dawn ikunu laħqu livell suffiċjenti ta' impatt u sostenibbiltà finanzjarja. Dan se jiżgura li l-KKI jinżammu fil-Komunità EIT u li jkomplu jagħtu ċerti riżultati li inkella ma jistgħux jinkisbu b'mod kummerċjalment vijabbli. |
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jiddedika parti kbira mill-baġit tiegħu sabiex jappoġġja lill-KKI. Huwa se jissorvelja u janalizza l-prestazzjoni tagħhom u jiżgura li dawn jaħdmu sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-EIT u tal-Programm Orizzont Ewropa. Minbarra l-appoġġ finanzjarju, abbażi tal-lezzjonijiet meħuda, l-EIT se jipprovdi superviżjoni strateġika lill-KKI, kif ukoll gwida dwar kwistjonijiet orizzontali u speċifiċi, inkluż dwar l-istabbiliment ta' sinerġiji fi ħdan Orizzont Ewropa u ma' inizjattivi oħrajn tal-UE. B'mod partikolari, l-EIT se jappoġġja lill-KKI fl-istabbiliment ta' interkonnessjonijiet u fit-trawwim ta' attivitajiet konġunti mas-Sħubiji Ewropej rilevanti u ma' inizjattivi u programmi rilevanti oħrajn tal-Unjoni. |
L-EIT għandu jiddedika parti kbira mill-baġit tiegħu sabiex jappoġġja lill-KKI. Abbażi tal-indikaturi elenkati fl-Anness V għar-Regolament [xxx] li jistabbilixxi l-programm Orizzont Ewropa, l-EIT għandu jissorvelja u janalizza l-prestazzjoni, l-investimenti ta' mobilizzazzjoni u l-impatti kwalitattivi u kwantitattivi differenti. Minbarra l-appoġġ finanzjarju, abbażi tal-lezzjonijiet meħuda, l-EIT għandu jipprovdi superviżjoni strateġika lill-KKI, kif ukoll gwida dwar kwistjonijiet orizzontali u speċifiċi, inkluż dwar l-istabbiliment ta' sinerġiji fi ħdan Orizzont Ewropa, u ma' inizjattivi oħrajn tal-UE u internazzjonali. B'mod partikolari, l-EIT għandu jappoġġja lill-KKI fl-istabbiliment ta' interkonnessjonijiet u fit-trawwim ta' attivitajiet konġunti mas-Sħubiji Ewropej rilevanti, ma' missjonijiet ta' Orizzont Ewropa, mal-EIC u ma' inizjattivi u programmi rilevanti oħrajn tal-Unjoni, u għandu jissorvelja t-twaqqif ta' CLC barra l-Unjoni. L-EIT għandu jagħmel l-aħjar sforzi biex jissimplifika t-terminoloġija relatata mal-istruttura ta' kull KKI, bil-għan li jkompli jissimplifika, jiċċara u jsaħħaħ ir-rikonoxximent tal-EIT. |
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 1 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Huwa se jissorvelja wkoll l-għoti tat-Tikketta tal-EIT lill-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ tal-KKI u jesplora mekkaniżmu ta' assigurazzjoni tal-kwalità aktar effettiv, inklużi r-rikonoxximent u l-akkreditazzjoni esterni għat-Tikketta tal-EIT. |
Huwa għandu jissorvelja, itejjeb u jsaħħaħ ukoll it-Tikketta tal-EIT li tingħata lill-programmi ta' edukazzjoni, taħriġ, mentoraġġ u taħriġ mill-ġdid tal-KKI, inklużi dawk online, u jesplora mekkaniżmu ta' assigurazzjoni tal-kwalità aktar effettiv, inklużi r-rikonoxximent u l-viżibbiltà esterni għat-Tikketta tal-EIT. |
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 1 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jiffaċilita servizzi kondiviżi lejn il-KKI u skambji ta' esperjenzi u prattiki tajbin bejn il-KKI u jrawwem kollaborazzjoni bejniethom (attivitajiet trażversali tal-KKI) kemm fuq suġġetti tematiċi kif ukoll orizzontali. L-attivitajiet trażversali tal-KKI għandhom l-ogħla potenzjal, fejn bosta KKI diġà jindirizzaw il-prijoritajiet ta' politika komuni tal-UE fejn ma jeżistux KKI ddedikati. It-tlaqqigħ flimkien tal-komunitajiet differenti tal-KKI f'azzjonijiet konġunti ddedikati ta' benefiċċju reċiproku għandu potenzjal għoli għal sinerġiji. L-EIT se jagħti spinta lil dawn l-attivitajiet u jieħu sehem attiv fid-definizzjoni tal-kontenut u tal-istruttura tal-attivitajiet trażversali tal-KKI. Huwa se jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet trażversali tal-KKI, kif ukoll ir-riżultati miksuba, bl-għan li jagħmel dawk l-attivitajiet parti integrali mill-istrateġiji tal-KKI. |
L-EIT għandu jiffaċilita l-istabbiliment ta' servizzi u faċilitajiet kondiviżi tal-komunità tal-EIT, bil-għan li b'mod konġunt jittrattaw kompiti operazzjonali speċifiċi li huma komuni għal diversi KKI. L-EIT għandu jiffaċilita wkoll skambji ta' esperjenzi u prattiki tajbin bejn il-KKI u jrawwem kollaborazzjoni bejniethom (attivitajiet trażversali tal-KKI) kemm fuq suġġetti tematiċi kif ukoll orizzontali. L-iskambju tal-ideat bejn oqsma tematiċi differenti qed isir dejjem aktar importanti għall-kreattività, l-innovazzjoni u n-negozju. L-attivitajiet trasversali tal-KKI u l-azzjonijiet konġunti ddedikati għandhom l-ogħla potenzjal għas-sinerġiji u l-benefiċċji tat-tagħlim interdixxiplinari, speċjalment fejn bosta KKI diġà jindirizzaw il-prijoritajiet ta' politika komuni tal-UE u fejn ma jeżistux KKI ddedikati. L-EIT għandu jagħti spinta lil dawn l-attivitajiet u jieħu sehem attiv fid-definizzjoni tal-kontenut u tal-istruttura tal-attivitajiet trażversali tal-KKI. Huwa għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet trażversali tal-KKI, kif ukoll ir-riżultati miksuba, bl-għan li jiżgura s-sostenibbiltà fit-tul ta' dawk l-attivitajiet bħala parti integrali mill-istrateġiji pluriennali tal-EIT u tal-KKI. |
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jkompli jżid l-impatt reġjonali tiegħu permezz ta' ftuħ imtejjeb lejn is-sħab potenzjali u l-partijiet ikkonċernati u permezz ta' strateġija reġjonali artikolata aħjar tal-KKI, inkluż b'links għall-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti rilevanti. |
L-EIT għandu jkompli jżid l-impatt reġjonali tiegħu permezz ta' ftuħ imtejjeb tal-KKI lejn firxa wiesgħa ta' sħab u partijiet ikkonċernati potenzjali, kopertura ġeografika bbilanċjata, tixrid u sfruttar imsaħħa tar-riżultati u permezz ta' strateġija reġjonali artikolata aħjar tal-KKI. Kull KKI għandha telabora tali strateġija reġjonali bħala parti integrali tal-pjanijiet ta' negozju pluriennali tagħha maħsuba biex isaħħu r-relazzjoni mal-atturi ta' innovazzjoni reġjonali u lokali, inklużi l-SMEs. Fejn ikun rilevanti, il-KKI għandhom juru rabtiet ma' Strateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti u mal-attivitajiet ta' pjattaformi tematiċi u inizjattivi interreġjonali, inkluż mal-Awtoritajiet Maniġerjali tal-Fondi SIE. L-EIT għandu jimmonitorja kontinwament l-implimentazzjoni ta' dawk l-istrateġiji territorjali inkluż l-effett ta' mobilizzazzjoni fuq il-Fondi SIE. |
|
L-EIT għandu jissorvelja wkoll kif joperaw is-CLCs u kif dawn jintegraw fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali. Barra minn hekk, il-KKI għandhom isaħħu din l-integrazzjoni wkoll permezz tal-istabbiliment ta' Ċentri ta' Innovazzjoni, li għandhom iservu bħala punt ta' dħul għall-interazzjoni ma' atturi tat-triangolu tal-għarfien reġjonali u lokali. Iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni jistgħu jgħinu jistabbilixxu sinerġiji, jinternazzjonalizzaw in-networks lokali, jidentifikaw opportunitajiet ta' finanzjament u ta' kollaborazzjoni, jipprovdu pariri lill-awtoritajiet pubbliċi u jappoġġjaw lill-benefiċjarji. Iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni jistgħu jikbru wkoll f'CLCs. |
|
Filwaqt li l-eċċellenza tibqa' l-kriterju ewlieni fl-għażla tas-sħab, proġetti jew ta' ċentri ta' kolokazzjoni ġodda, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-bini ta' strutturi u ekosistemi ta' innovazzjoni sostenibbli f'reġjuni u pajjiżi innovaturi modesti u moderati, speċjalment jekk għadhom mhumiex parti mill-komunità tal-KKI. Meta jkun strettament meħtieġ biex issir għażla bejn proposti ta' riżultati ta' evalwazzjoni ugwali, il-KKI għandhom jagħtu prijorità lil dawk il-proposti li: |
|
(a) jinkludu għadd akbar ta' pajjiżi u reġjuni bi prestazzjoni baxxa fir-R&I jew li jkunu innovaturi modesti jew moderati, kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-EIT [xxx]; |
|
(b) jinkludu għadd akbar ta' reġjuni u pajjiżi li għadhom mhux jipparteċipaw fi-komunità tal-KKI; |
|
(c) jinvolvu reġjuni u pajjiżi li jimpenjaw ruħhom li jikkontribwixxu permezz tal-fondi SIE. |
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT, immexxija mill-EIT u implimentata mill-KKI, sa issa tmexxiet fuq bażi volontarja. Mill-2021 'il quddiem, l-RIS tal-EIT se ssir parti integrali mill-istrateġija pluriennali tal-KKI. L-EIT se jkompli jipprovdi gwida u appoġġ lill-KKI fit-tħejjija ta' strateġiji pluriennali tal-RIS tal-EIT u fl-implimentazzjoni tagħhom. L-attivitajiet ta' RIS tal-EIT se jkomplu b'appoġġ imtejjeb għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-pajjiżi u r-reġjuni li ma jagħtux ir-riżultati mistennija f'termini ta' innovazzjoni. Il-baġit tal-EIT iddedikat għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-RIS tal-EIT se jkun mill-inqas 10 % tal-finanzjament ta' appoġġ ġenerali mill-EIT lill-KKI, sabiex b'hekk jiżdied l-għadd ta' sħab tal-KKI minn reġjuni fil-mira. L-attivitajiet appoġġjati permezz tal-RIS se jkollhom l-għan li: |
L-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT, immexxija mill-EIT u implimentata mill-KKI, sa issa tmexxiet fuq bażi volontarja. Mill-2021 'il quddiem, l-RIS tal-EIT għandha ssir obbligatorja u parti integrali mill-istrateġiji pluriennali tal-KKI. L-EIT għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-RIS jintużaw bħala pont lejn it-twettiq ta' dawn li ġejjin: |
|
(i) strateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti tar-Riċerka u l-Innovazzjoni rilevanti biex b'hekk jikkatalizzaw investimenti oħra, speċjalment il-Fondi SIE; |
|
(ii) l-integrazzjoni ta' sħab ġodda potenzjali u b'hekk tiġi estiża l-kopertura ġeografika tal-KKI.. |
|
L-EIT għandu jkompli jipprovdi gwida u appoġġ lill-KKI fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta' strateġiji pluriennali tal-RIS tal-EIT. L-attivitajiet tar-RIS se jkomplu b'appoġġ imtejjeb għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-pajjiżi u r-reġjuni, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda, li għandhom prestazzjonijiet baxxi tar-R&I jew li huma innovaturi modesti jew moderati, kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-EIT [xxx], u li għandhom parteċipazzjoni limitata fl-attivitajiet tal-KKI. Il-baġit tal-EIT iddedikat għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' RIS tal-EIT għandu jkun mill-inqas 15 % tal-finanzjament ta' appoġġ ġenerali mill-EIT lill-KKI, sabiex b'hekk jiffaċilita għadd akbar ta' sħab tal-KKI minn reġjuni fil-mira. L-attivitajiet appoġġjati permezz tal-RIS għandu jkollhom l-għan li: |
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 2 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— itejbu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tal-ekosistema lokali, permezz ta' attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u interazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-atturi tal-innovazzjoni lokali (raggruppamenti, netwerks, awtoritajiet reġjonali, HEIs, organizzazzjonijiet tar-riċerka, istituzzjonijiet tal-ETV); |
— jikkontribwixxu biex itejbu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tal-ekosistema reġjonali u lokali madwar l-Unjoni, permezz ta' attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u interazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-atturi tal-innovazzjoni reġjonali u lokali (raggruppamenti, networks, awtoritajiet reġjonali, HEIs, organizzazzjonijiet tar-riċerka, istituzzjonijiet tal-ETV); |
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 2 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— jgħaqqdu l-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali mal-ekosistemi tal-innovazzjoni pan-Ewropej permezz ta' kooperazzjoni mal-KKI tal-EIT u ċ-ċentri ta' kolokazzjoni tagħhom. |
— jattiraw sħab ġodda fil-KKI tal-EIT, jestendu l-kopertura ġeografika tal-KKI tal-EIT anke permezz taċ-Ċentri ta' Innovazzjoni tal-EIT u jgħaqqdu l-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali mal-ekosistemi tal-innovazzjoni pan-Ewropej billi jiġu attirati sħab ġodda, tiġi estiża l-kopertura ġeografika u permezz ta' kooperazzjoni mal-KKI tal-EIT u ċ-ċentri ta' kolokazzjoni tagħhom. |
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- jimmobilizzaw finanzjament privat u pubbliku addizzjonali, b'attenzjoni partikolari għall-Fondi SIE. |
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni aktar profonda tal-KKI fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali, kull KKI se tkun meħtieġa li tiżviluppa u timplimenta strateġija li jkollha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjoni mal-atturi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali, u l-EIT se jissorvelja l-implimentazzjoni b'mod attiv. Għandu jiġi integrat approċċ ta' innovazzjoni "bbażat fuq il-post" fi ħdan l-istrateġija pluriennali u l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-KKI u dan għandu jibni fuq is-CLCs (u l-RIS) tal-KKI, sabiex b'hekk ir-rwol tagħhom jintuża bħala portal għall-aċċess għal komunità ta' KKI u għall-interazzjoni mas-sħab kolokati. Il-KKI għandhom juru rabtiet ma' Strateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti lokali u mal-attivitajiet ta' pjattaformi tematiċi rilevanti u inizjattivi interreġjonali, inklużi l-Awtoritajiet Maniġerjali tal-Fondi SIE. L-EIT se jissorvelja wkoll kif joperaw is-CLCs u kif dawn jintegraw fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali. |
imħassar |
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi globali ġodda u emerġenti, l-EIT se jniedi KKI ġodda f'oqsma ta' prijorità magħżula abbażi ta' kriterji li jivvalutaw, fost aspetti oħrajn, ir-rilevanza tagħhom għall-prijoritajiet tal-politika ta' Orizzont Ewropa, u l-valur potenzjali u miżjud tagħhom, li għandhom jiġu indirizzati permezz tal-mudell tal-EIT. It-tnedija ta' KKI ġodda se tqis l-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa u l-baġit allokat għall-EIT fil-perjodu 2021-2027. Il-kriterji tal-għażla rilevanti għas-Sħubiji Ewropej definiti fl-Anness III tar-[Regolament dwar Orizzont Ewropa] se jiġu inklużi fis-Sejħa għall-proposti tal-KKI u jiġu vvalutati matul l-evalwazzjoni. |
Sabiex jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi globali ġodda u emerġenti, l-EIT għandu jniedi sejħiet miftuħa u trasparenti għall-ħolqien ta' KKI ġodda f'oqsma ta' prijorità magħżula, fosthom oqsma tematiċi ta' importanza strateġika u abbażi ta' kriterji li jivvalutaw, fost aspetti oħrajn, ir-rilevanza tagħhom għall-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-indirizzar tal-isfidi globali u soċjetali, u l-valur potenzjali u miżjud tagħhom, li għandhom jiġu indirizzati permezz tal-mudell tal-EIT. It-tnedija ta' KKI ġodda għandha tqis l-Ippjanar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa u l-baġit allokat għall-EIT fil-perjodu 2021-2027. Il-kriterji tal-għażla rilevanti għas-Sħubiji Ewropej definiti fl-Anness III tar-[Regolament dwar Orizzont Ewropa] għandhom jiġu inklużi fis-Sejħa għall-proposti tal-KKI u għandhom jiġu vvalutati matul l-evalwazzjoni. |
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Abbażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija tal-EIT u analiżi tagħha, l-ewwel KKI fil-qasam tal-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCI) hija proposta li titnieda fl-2022 b'sejħa għall-proposti li għandha tiġi ppubblikata fl-2021. Dan il-qasam ta' prijorità għandu l-aktar komplementarjetà b'saħħitha mat-tmien KKI li diġà ġew imnedija mill-EIT, kif ukoll mal-oqsma ta' prijorità potenzjali għal Sħubiji Ewropej oħrajn li għandhom jitniedu fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. Is-CCI huma settur b'potenzjal għoli ta' tkabbir, ħafna inizjattivi elementari u appell qawwi miċ-ċittadini. Huma inkorporati sewwa fl-ekosistemi lokali u reġjonali tagħhom. Madankollu, is-CCI għadhom settur frammentat ħafna u l-innovaturi u dawk li joħolqu n-negozju ma għandhomx il-ħiliet intraprenditorjali u tal-innovazzjoni meħtieġa. Dawn il-konġestjonijiet jiġu indirizzati bl-aħjar mod minn KKI bis-saħħa tal-approċċ ta' integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien, il-perspettiva fit-tul u l-approċċ ibbażat fuq il-post tagħha. Skeda informattiva li tiġbor fil-qosor l-isfidi tal-qasam tas-CCI u l-impatt mistenni tal-KKI futura hija inkluża fl-Anness 1B għal din l-ASI. |
Abbażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija tal-EIT u analiżi tagħha, l-ewwel KKI fil-qasam tas-Setturi u l-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCSI) hija proposta li titnieda fl-2022 b'sejħa għall-proposti li għandha tiġi ppubblikata fl-2021. Madankollu, jekk il-Bord ta' Tmexxija tal-EIT jikkunsidra li jkun xieraq li jkun hemm aktar konsultazzjoni mal-partijiet interessati qabel ma titnieda s-sejħa għall-proposti, dan jista' jipposponi t-tnedija sal-2022 għall-fini li tiġi stabbilita l-KKI għas-CCSI fl-2023. |
|
Huwa propost li fl-2025 titnieda t-tieni KKI fil-qasam tas-Setturi u l-Ekosistemi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi (KKI Ilma), b'sejħa għal proposti li għandha tiġi ppubblikata fl-2024. Madankollu, il-Kummissjoni, bl-assistenza ta' esperti indipendenti, għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt biex tevalwa r-rilevanza tal-qasam tas-Setturi u l-Ekosistemi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi sal-2023. Jekk il-valutazzjoni jkollha riżultat negattiv, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għall-Anness 1A u għall-Anness 1B, filwaqt li tqis il-kontribut tal-Bord ta' Tmexxija tal-EIT u l-proċess ta' ppjanar strateġiku tal-programm Orizzont Ewropa. |
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-qasam ta' prijorità tas-Setturi u tal-Ekosistemi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi jkopri firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi tradizzjonali u emerġenti, li huma intrinsikament marbuta ma' kapital naturali ambjentali li jinsab taħt pressjoni. Dan il-qasam se jiżvolġi rwol kruċjali fit-twettiq ta' Unjoni newtrali għall-klima, sostenibbli u kompetittiva sal-2050, peress li t-teknoloġiji l-ġodda u l-ħtieġa li l-ekonomija tiġi dekarbonizzata qed iwasslu għal użu u sfruttament dejjem akbar tar-riżorsi tal-baħar u akkwatiċi. L-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni jiżvolġu rwol ċentrali fil-proċessi klimatiċi, fis-saħħa u l-benesseri tal-bniedem, fil-provvista tal-ikel, fil-preservazzjoni tal-bijodiversità, fis-servizzi kritiċi tal-ekosistemi, fl-enerġija rinnovabbli u f'riżorsi oħra. It-trattamenti tal-ilma mormi se jnaqqsu l-ammont ta' enerġija użata, il-batterji patoġeniċi matul id-deidratazzjoni tal-ħama tad-dranaġġ u b'mod ġenerali jżidu l-effiċjenza u l-kwalità tal-impjant. Dan il-qasam ta' prijorità huwa komplementari għat-tmien KKI eżistenti. Skeda informattiva li tiġbor fil-qosor l-isfidi ta' dan il-qasam u l-impatt mistenni tal-KKI futura hija inkluża fl-Anness 1Ba għal din l-ASI. |
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3 – paragrafu 3b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-qasam ta' prijorità tas-CCSI għandu komplementarjetà b'saħħitha mat-tmien KKI li diġà tniedu mill-EIT, kif ukoll mal-oqsma ta' prijorità potenzjali għal Sħubiji Ewropej oħra li għandhom jitniedu fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. Is-setturi kulturali u kreattivi għandhom potenzjal għoli ta' tkabbir, ħafna inizjattivi elementari u appell qawwi miċ-ċittadini. Dawn huma inkorporati sewwa fl-ekosistemi lokali u reġjonali tagħhom. Madankollu, l-industriji u s-setturi kulturali u kreattivi għadhom frammentati ħafna u l-innovaturi u dawk li joħolqu n-negozju ma għandhomx il-ħiliet imprenditorjali u ta' innovazzjoni meħtieġa. Dawn il-konġestjonijiet jiġu indirizzati bl-aħjar mod minn KKI bis-saħħa tal-approċċ ta' integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, il-perspettiva fit-tul u l-approċċ ibbażat fuq il-post tagħha. Fl-Anness 1Ba hemm inkluża skeda informattiva li tiġbor fil-qosor l-isfidi ta' dan il-qasam u l-impatt mistenni tal-KKI futura. |
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Abbażi tal-baġit propost għall-EIT, fl-2025 tista' titnieda t-tieni KKI ġdida b'sejħa li għandha tiġi ppubblikata fl-2024, wara emenda għall-Anness 1A sabiex jiżdiedu oqsma ta' prijorità ġodda. L-oqsma ta' prijorità se jintgħażlu fid-dawl tal-proposti tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT. Dawn il-proposti se jqisu l-oqsma ta' prijorità li għandhom jiġu identifikati fil-Pjan Strateġiku għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa u l-kriterji stabbiliti għall-għażla tas-Sħubiji Ewropej, b'mod partikolari l-ftuħ, it-trasparenza, il-valur miżjud tal-UE, il-koerenza u s-sinerġiji. Il-kriterji għall-għażla tal-KKI ġodda se jiġu allinjati ma' dawk fl-Orizzont Ewropa. Huma se jappoġġjaw ukoll it-twettiq tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE, bħal missjonijiet u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Jistgħu jintgħażlu KKI ġodda oħrajn jekk isir disponibbli baġit addizzjonali għal dak tal-EIT. |
KKI ġodda oħra jistgħu jintgħażlu jekk baġit addizzjonali għal dak tal-EIT isir disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-oqsma ta' prijorità fil-proposta tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT u fil-Pjan Strateġiku għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta' Orizzont Ewropa u l-kriterji stabbiliti għall-għażla tas-Sħubiji Ewropej, b'mod partikolari l-ftuħ, it-trasparenza, il-valur miżjud tal-UE, il-kontribut għall-SDGs, il-koerenza u s-sinerġiji. Jistgħu jintgħażlu KKI ġodda oħrajn jekk isir disponibbli baġit addizzjonali għal dak tal-EIT. |
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3 – tabella
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se: |
imħassar |
— Jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni billi jkompli jappoġġja l-KKI eżistenti fl-indirizzar tal-isfidi globali permezz tal-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien. |
|
— Jiddefinixxi l-oqsma ta' kollaborazzjoni trażversali tal-KKI aktar b'saħħitha fuq suġġetti ta' rilevanza strateġika u politika, u jippromwoviha. |
|
— Jiżgura li l-KKI jiżviluppaw u jimplimentaw strateġija sabiex joħolqu kollaborazzjoni u sinerġiji mas-Sħubiji Ewropej rilevanti u ma' inizjattivi u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. |
|
— Jiżgura li l-KKI jkollhom approċċ inklużiv li jkollu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjoni tagħhom mal-atturi tal-innovazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali. |
|
— Jiżgura li l-attivitajiet ta' RIS tal-EIT jiksbu impatt reġjonali akbar u li jkunu integrati b'mod sħiħ fl-istrateġiji pluriennali tal-KKI. |
|
— Iniedi KKI ġodda f'oqsma tematiċi magħżula ta' importanza strateġika, li jibdew b'KKI fil-qasam tal-Industriji Kulturali u Kreattivi fl-2022. |
|
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3.2. L-għoti ta' appoġġ għall-kapaċità tal-innovazzjoni tal-edukazzjoni għolja |
3.2. L-għoti ta' appoġġ għall-kapaċità tal-intraprenditorija u tal-innovazzjoni tal-edukazzjoni għolja |
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Permezz tal-mudell ta' integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien, l-EIT għen sabiex titnaqqas id-diskrepanza persistenti bejn l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni. B'mod partikolari, l-EIT huwa għodda ewlenija għall-iżvilupp tal-kapital uman permezz tal-enfasi distintiva tiegħu fuq l-edukazzjoni intraprenditorjali. Madankollu, l-impatt tal-EIT jibqa' limitat għas-sħab tal-KKI. |
Permezz tal-mudell ta' integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, l-EIT għen sabiex titnaqqas id-diskrepanza persistenti bejn l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni. B'mod partikolari, l-EIT u l-KKI huma għodod essenzjali għall-iżvilupp tal-kapital uman permezz tal-enfasi distintiva tagħhom fuq l-innovazzjoni u l-edukazzjoni intraprenditorjali. Madankollu, l-impatt tal-EIT m'għandux ikun limitat għas-sħab tal-KKI, u saħansitra għandu jiġi estiż. |
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex jappoġġjaw l-innovazzjoni b'mod aktar wiesa', l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jeħtieġ li jkunu innovattivi u intraprenditorjali fl-approċċ tagħhom għall-edukazzjoni, ir-riċerka u l-involviment man-negozji u l-ekosistema tal-innovazzjoni lokali usa', inkluża s-soċjetà ċivili. |
Sabiex jappoġġjaw l-innovazzjoni b'mod aktar wiesa', l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jeħtieġ li jkunu innovattivi u intraprenditorjali fl-approċċ tagħhom għall-edukazzjoni, ir-riċerka u l-involviment man-negozji u l-ekosistema tal-innovazzjoni lokali u reġjonali usa', inklużi s-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tat-tielet settur, bl-aktar mod inklużivu li jipprovdi bilanċ bejn il-ġeneri. Għalhekk, il-KKI għandhom issaħħu l-attivitajiet regolari ta' edukazzjoni għolja u jiżviluppaw aktar il-kapaċitajiet imprenditorjali u innovattivi tal-HEIs fl-attivitajiet tal-KKI. |
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-iżvilupp tal-HEIs f'organizzazzjonijiet aktar innovattivi u intraprenditorjali jeħtieġ strateġija ċara, qafas metodoloġiku u impenn ta' riżorsi. Abbażi tal-esperjenza tiegħu, l-EIT jinsab f'pożizzjoni unika sabiex jappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-HEIs taħt Orizzont Ewropa. |
B'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u abbażi tal-input minn KKI, l-EIT għandu jfassal u jniedi inizjattiva tal-edukazzjoni għolja sabiex jappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni u intraprenditorjali fit-triangolu tal-għarfien, li se tiġi implimentata mill-KKI u permezz tagħhom. Abbażi tar-riżultati ta' evalwazzjoni minn esperti indipendenti li għandha titwettaq fi tmiem l-ewwel tliet snin wara t-tnedija tal-inizjattiva ta' edukazzjoni ogħla, il-Bord ta' Tmexxija tal-EIT għandu jiddeċiedi jekk l-inizjattiva għandhiex titkompla, titkabbar jew titwaqqaf. |
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-attivitajiet se jiġu implimentati mill-EIT permezz tal-KKI b'mod miftuħ u mmirat bl-għan li tiżdied il-kapaċità tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja sabiex jiġi integrat għadd akbar ta' HEIs fil-ktajjen ta' valur tal-innovazzjoni u l-ekosistemi. Dawn l-attivitajiet se jikkomplementaw l-intervent tal-EIT fuq l-edukazzjoni bħala parti ewlenija mill-attivitajiet ta' Integrazzjoni tat-Triangolu tal-Għarfien tal-KKI, b'mod partikolari billi dawn isiru aktar miftuħa u aċċessibbli għal dawk li mhumiex sħab tal-KKI. L-impatt tal-EIT ikun jilħaq lil hinn mill-KKI u jikkontribwixxi għall-missjoni ewlenija tal-EIT li tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u lill-kompetittività billi tissaħħaħ il-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Istati Membri, f'konformità mal-miri ta' Orizzont Ewropa li jitrawmu ħiliet intraprenditorjali u innovattivi f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, inkluża ż-żieda tal-kapaċitajiet tal-HEIs madwar l-Ewropa. |
L-attivitajiet għandhom jiġu implimentati mill-KKI b'mod miftuħ, trasparenti u mmirat bl-għan li tiżdied il-kapaċità tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja sabiex jiġu integrati l-HEIs li għadhom mhumiex sħab tal-KKI fil-ktajjen ta' valur tal-innovazzjoni u l-ekosistemi. Dawn l-attivitajiet se jikkomplementaw l-intervent tal-EIT fuq l-edukazzjoni fit-Triangolu tal-Għarfien ta' kull KKI, b'mod partikolari billi dawn isiru aktar miftuħa u aċċessibbli għal dawk li mhumiex sħab tal-KKI. |
|
L-inizjattiva tal-edukazzjoni għolja implimentata mill-KKI għandha ttejjeb, fost l-oħrajn, l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar it-tagħlim organizzazzjonali, l-ikkowċjar u l-mentoraġġ, l-iżvilupp ta' korsijiet u t-taħriġ għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni biex jiġu rikonoxxuti l-ħtiġijiet f'oqsma identifikati bħall-ġestjoni tal-innovazzjoni, il-ħolqien ta' negozji ġodda, is-sostenibbiltà u n-newtralità tal-klima, it-trasferiment tat-teknoloġija, il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-integrazzjoni tal-approċċi tal-ġeneri fl-innovazzjoni, l-involviment mal-partijiet interessati lokali, u attivitajiet oħra ta' kapaċità ta' innovazzjoni. |
|
Il-KKI għandhom jintegraw l-attivitajiet tagħhom bl-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tal-HEIs fl-istrateġija pluriennali. L-attivitajiet għandhom jilħqu lil hinn mill-KKI u jikkontribwixxu għall-missjoni ewlenija tal-EIT li tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u lill-kompetittività Ewropej billi tissaħħaħ il-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Istati Membri, f'konformità mal-miri ta' Orizzont Ewropa li jitrawmu ħiliet intraprenditorjali u innovattivi f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, filwaqt li dejjem titqies id-dimensjoni tal-ġeneri. |
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-appoġġ tal-EIT se jibni fuq inizjattivi ta' politika bħall-oqfsa ta' HEInnovate24 u RIIA25 li wrew il-valur tagħhom f'għadd ta' HEIs u Stati Membri madwar l-UE. L-EIT se jfassal l-attivitajiet ta' appoġġ f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni sabiex jiżgura l-koerenza u l-komplementarjetà mal-attivitajiet rilevanti fi ħdan Orizzont Ewropa, Erasmus u programmi oħrajn. Id-dettalji speċifiċi tal-proċess tal-mekkaniżmu ta' implimentazzjoni u twassil se jiġu żviluppati aktar u rfinati fl-ewwel tliet snin u se jkunu soġġetti għal monitoraġġ u evalwazzjoni matul din il-fażi pilota qabel ma jiżdiedu aktar il-livelli. |
L-EIT u l-KKI se jibnu fuq inizjattivi ta' politika bħall-inizjattiva Universitajiet Ewropej u l-oqfsa HEInnovate24 u RIIA25 li wrew il-valur tagħhom f'għadd ta' HEIs u Stati Membri madwar l-UE. L-EIT għandu jappoġġja lill-KKI fit-tfassil ta' attivitajiet f'koerenza u f'komplementarjetà mal-attivitajiet rilevanti fi ħdan Orizzont Ewropa, Erasmus u programmi oħrajn. Id-dettalji speċifiċi tal-proċess tal-mekkaniżmu ta' implimentazzjoni u twassil se jiġu żviluppati aktar u rfinati fl-ewwel tliet snin tal-inizjattiva tal-edukazzjoni għolja u se jkunu soġġetti għal monitoraġġ. |
__________________ |
__________________ |
24 HEInnovate huwa qafas ta' politika żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-OECD. HEInnovate joffri lill-HEIs metodoloġija sabiex jidentifikaw l-oqsma ta' kapaċità tal-innovazzjoni għall-iżvilupp ulterjuri u sabiex ifasslu l-istrateġiji u l-azzjonijiet rilevanti bl-għan li jiksbu l-impatt mixtieq. HEInnovate huwa bbażat fuq evidenza metodoloġika soda bi tmien oqsma ta' żvilupp tal-kapaċità: It-Tmexxija u l-Governanza; It-Trasformazzjoni Diġitali; Il-Kapaċità Organizzattiva; It-Tagħlim u l-Apprendiment Intraprenditorjali; It-Tħejjija u l-Appoġġ lill-Imprendituri; L-Iskambju tal-Għarfien; L-Internalizzazzjoni; u l-Kejl tal-Impatt. L-OECD ippubblikat għadd ta' rapporti tal-pajjiżi bbażati fuq HEInnovate, ara s-serje tal-Istudji dwar il-Ħiliet tal-OECD fuq https://www.oecd-ilibrary.org/education/ |
24 HEInnovate huwa qafas ta' politika żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-OECD. HEInnovate joffri lill-HEIs metodoloġija sabiex jidentifikaw l-oqsma ta' kapaċità tal-innovazzjoni għall-iżvilupp ulterjuri u sabiex ifasslu l-istrateġiji u l-azzjonijiet rilevanti bl-għan li jiksbu l-impatt mixtieq. HEInnovate huwa bbażat fuq evidenza metodoloġika soda bi tmien oqsma ta' żvilupp tal-kapaċità: It-Tmexxija u l-Governanza; It-Trasformazzjoni Diġitali; Il-Kapaċità Organizzattiva; It-Tagħlim u l-Apprendiment Intraprenditorjali; It-Tħejjija u l-Appoġġ lill-Imprendituri; L-Iskambju tal-Għarfien; L-Internalizzazzjoni; u l-Kejl tal-Impatt. L-OECD ippubblikat għadd ta' rapporti tal-pajjiżi bbażati fuq HEInnovate, ara s-serje tal-Istudji dwar il-Ħiliet tal-OECD fuq https://www.oecd-ilibrary.org/education/ |
25 Il-qafas tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Innovazzjoni Reġjonali (RIIA) ġie żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea bħala l-ewwel pass fil-gwida għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-innovazzjoni tal-universitajiet permezz tal-elaborazzjoni ta' studji ta' każijiet ibbażati fuq il-metriċi. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-innovazzjoni, pereżempju, permezz tal-qafas tal-RIIA, tista' potenzjalment tintrabat mal-istrumenti ta' finanzjament ibbażati fuq il-prestazzjoni tal-innovazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali jew tal-UE. |
25 Il-qafas tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Innovazzjoni Reġjonali (RIIA) ġie żviluppat mill-Kummissjoni Ewropea bħala l-ewwel pass fil-gwida għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-innovazzjoni tal-universitajiet permezz tal-elaborazzjoni ta' studji ta' każijiet ibbażati fuq il-metriċi. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-innovazzjoni, pereżempju, permezz tal-qafas tal-RIIA, tista' potenzjalment tintrabat mal-istrumenti ta' finanzjament ibbażati fuq il-prestazzjoni tal-innovazzjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali jew tal-UE. |
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jkollu rwol ta' tmexxija u koordinazzjoni fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-attivitajiet li se jitmexxew mill-KKI. Se tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar ta': approċċ inklużiv sabiex jiġu attirati l-HEIs lil hinn mis-sħab tal-KKI; approċċ interdixxiplinari u intersettorjali; u rabta mal-Istrateġija ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti tal-Kummissjoni Ewropea, mal-pjattaformi tematiċi rilevanti u mar-RIS tal-EIT. |
Kull KKI għandha tagħti attenzjoni partikolari biex tiżgura li jkun hemm: approċċ miftuħ u inklużiv sabiex jiġu attirati l-HEIs lil hinn mis-sħab tal-KKI bil-għan li tiġi żgurata l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa possibbli; approċċ interdixxiplinari u intersettorjali; parteċipazzjoni usa' tan-nisa f'setturi fejn huma sottorappreżentati; u rabta mal-Istrateġija ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti tal-Kummissjoni Ewropea, mal-pjattaformi tematiċi rilevanti bħall-Faċilità ta' Appoġġ għall-Politiki, u mal-RIS tal-EIT. |
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jgħaqqad l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja mat-Tikketta tal-EIT, li bħalissa qed tingħata lill-programmi ta' edukazzjoni tal-KKI. B'mod partikolari, l-HEIs parteċipanti jistgħu jkunu involuti fl-użu tat-Tikketta tal-EIT. L-EIT se jestendi wkoll it-Tikketta tal-EIT għal attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja li jinvolvu u jilħqu grupp fil-mira usa' ta' studenti, studenti adulti u istituzzjonijiet (inklużi istituzzjonijiet tal-ETV) lil hinn mill-KKI. L-applikazzjoni tat-Tikketta lil hinn mill-komunità tal-EIT se jkollha effett aktar strutturat fil-livelli kollha (individwali, tal-programm u tal-istituzzjoni). |
L-EIT se jappoġġja lill-KKI fl-implimentazzjoni tat-Tikketta tal-EIT, li tingħata lill-programmi ta' edukazzjoni tal-KKI. L-HEIs parteċipanti se jiġu inċentivati biex jużaw it-Tikketta tal-EIT. Il-KKI tal-EIT għandhom jagħmlu użu aħjar tat-Tikketta tal-EIT u wkoll jestendu l-ambitu tagħha għal attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, mentoraġġ, taħriġ vokazzjonali, programmi ta' taħriġ u ta' taħriġ mill-ġdid, u MOOCs li jinvolvu u jilħqu grupp fil-mira usa' ta' studenti, studenti adulti u istituzzjonijiet (inklużi istituzzjonijiet tal-ETV) lil hinn mis-sħab tal-KKI. L-applikazzjoni tat-Tikketta lil hinn mill-komunitajiet tal-EIT hi mistennija li jkollha effett aktar strutturat fil-livelli kollha (individwali, tal-programm u tal-istituzzjoni). L-EIT għandu jimmonitorja l-effettività tal-espansjoni tal-ambitu tat-Tikketta tal-EIT tal-programmi edukattivi u ta' taħriġ tal-KKI. |
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jkollu fil-mira tiegħu b'mod partikolari l-HEIs minn pajjiżi li huma innovaturi moderati u modesti u minn reġjuni oħrajn bi prestazzjoni baxxa li jixtiequ jsaħħu l-impronta tal-innovazzjoni tagħhom u l-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti. Għal din il-miżura, l-EIT se jalloka mill-inqas 25 % tal-baġit ġenerali allokat għal dawn l-attivitajiet. |
Il-KKI għandhom jimplimentaw l-inizjattivi ta' Edukazzjoni Għolja tagħhom permezz ta' sejħiet għal proposti miftuħa u trasparenti. Il-KKI għandu jkollhom fil-mira tagħhom l-HEIs madwar l-Unjoni, iżda b'mod partikolari dawk minn pajjiżi u reġjuni li huma innovaturi moderati u modesti u minn reġjuni oħrajn bi prestazzjoni baxxa li jixtiequ jsaħħu l-impronta tal-innovazzjoni tagħhom u l-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti. Il-KKI tal-EIT għandhom jallokaw baġit adegwat għal dawn l-attivitajiet, u l-kriterji ta' eliġibbiltà li għandhom jiġu inklużi fis-sejħiet għandhom jiżguraw li għadd sinifikanti mill-HEIs involuti fil-proġetti jiġu minn barra l-KKI. |
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – tabella
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se: |
imħassar |
— B'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, ifassal u jniedi attivitajiet maħsuba sabiex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-kapaċità tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni għolja, li se jiġu implimentati permezz tal-KKI, u li jibdew fl-2021. |
|
— Jintroduċi skema ta' sensibilizzazzjoni sabiex jinċentivizza lill-HEIs minn pajjiżi innovaturi modesti u moderati sabiex jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-innovazzjoni tagħhom. |
|
— Jipprovdi gwida, għarfien espert u taħriġ speċifiċi lill-HEIs parteċipanti. |
|
— Isaħħaħ u jwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tat-Tikketta tal-EIT lil hinn mill-KKI biex jinkludi l-HEIs li jipparteċipaw fl-azzjoni. |
|
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Komunikazzjoni |
(1) Komunikazzjoni u tixrid |
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jsaħħaħ il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tiegħu. B'għadd dejjem jikber ta' KKI u azzjoni ġdida li tappoġġja l-iżvilupp intraprenditorjali tal-HEIs, l-EIT se jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex iżid ir-rikonoxximent tiegħu bħala marka ta' kwalità għall-innovazzjoni. Din il-ġestjoni tal-marka u l-komunikazzjoni mtejba huma kruċjali, speċjalment għaċ-ċittadini, billi l-innovazzjonijiet li joħorġu mill-EIT jikkontribwixxu biex juru l-impatt konkret tal-investimenti tal-UE permezz tal-Programm Qafas Ewropew għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. L-EIT se japplika strateġija ta' markar imtejba għall-partijiet ikkonċernati ewlenin tiegħu (HEIs, organizzazzjoni tar-riċerka, negozji, eċċ.) fl-Istati Membri kollha u lil hinn, f'konformità mal-approċċ ta' komunikazzjoni ta' Orizzont Ewropa. |
L-EIT u l-KKI għandhom isaħħu u jtejbu l-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tagħhom u japplikaw strateġija ta' markar korporattiv imtejba fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati ewlenin tagħhom (HEIs, organizzazzjonijiet tar-riċerka, negozji ġodda u SMEs, organizzazzjonijiet tat-tielet settur, eċċ.), fl-Istati Membri kollha u lil hinn, f'konformità mal-approċċ ta' komunikazzjoni ta' Orizzont Ewropa. B'għadd dejjem jikber ta' KKI u inizjattivi ġodda li jappoġġjaw il-kapaċità ta' innovazzjoni u intraprenditorjali tal-HEIs, l-EIT se jsaħħaħ l-isforzi tiegħu biex iżid ir-rikonoxximent tal-appoġġ tal-Unjoni bħala marka ta' kwalità għall-innovazzjoni. Din il-ġestjoni tal-marka u l-komunikazzjoni mtejba huma kruċjali, speċjalment għaċ-ċittadini u għall-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali billi l-innovazzjonijiet li joħorġu mill-EIT u l-EIC jikkontribwixxu flimkien biex juru l-impatt konkret tal-investimenti tal-UE permezz tal-programm Qafas Ewropew għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. |
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex jiżgura tixrid usa' u fehim aħjar tal-opportunitajiet offruti mill-EIT, l-EIT se jesplora l-possibbiltà li jsaħħaħ il-gwida u l-assistenza dwar aspetti relatati mal-parteċipazzjoni fil-KKI tal-EIT madwar l-Ewropa billi jibni fuq in-netwerks ta' informazzjoni eżistenti madwar l-Ewropa. |
Sabiex jiżgura tixrid usa' u fehim aħjar tal-opportunitajiet offruti mill-EIT, l-EIT għandu jsaħħaħ il-gwida u l-assistenza dwar aspetti relatati mal-parteċipazzjoni fil-KKI tal-EIT madwar l-Ewropa. In-network dedikat tal-uffiċjali ta' kollegament tal-pajjiżi tal-EIT, bħala parti mill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali ta' Orizzont Ewropa, għandu jibni fuq in-networks eżistenti ta' informazzjoni madwar l-Ewropa li jikkontribwixxu biex jiżdiedu l-attivitajiet ta' viżibbiltà u ta' komunikazzjoni tal-EIT u tal-KKI. Barra minn hekk, huma għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-identifikazzjoni tas-sinerġiji meħtieġa mal-programmi pluriennali tal-KKI. |
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 1 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jorganizza laqgħat regolari tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri, kif ukoll servizzi relatati mal-Kummissjoni, mill-inqas darbtejn fis-sena, biex jiżgura komunikazzjoni xierqa u fluss ta' informazzjoni mal-Istati Membri u fil-livell tal-UE, filwaqt li jżommhom infurmati bil-prestazzjonijiet u l-kisbiet tal-attivitajiet iffinanzjati mill-EIT. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri għandu jiżgura wkoll appoġġ xieraq biex jikkoordina l-attivitajiet appoġġjati mill-EIT mal-programmi u l-inizjattivi nazzjonali, inkluż il-kofinanzjament nazzjonali potenzjali ta' dawk l-attivitajiet. |
L-EIT se jorganizza laqgħat regolari mal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri, kif ukoll mas-servizzi relatati mal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, biex jiżgura komunikazzjoni xierqa u fluss ta' informazzjoni mal-Istati Membri u fil-livell tal-UE, filwaqt li jżommhom infurmati bil-prestazzjonijiet u l-kisbiet tal-attivitajiet iffinanzjati mill-EIT. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri għandu jiżgura wkoll appoġġ xieraq biex jikkoordina l-attivitajiet appoġġjati mill-EIT mal-programmi u l-inizjattivi nazzjonali, inkluż il-kofinanzjament nazzjonali potenzjali ta' dawk l-attivitajiet. |
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 1 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jkompli jmexxi l-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati tal-EIT u l-premjijiet tal-EIT biex jippromwovi l-interazzjonijiet ma' atturi Ewropej tat-trijangolu tal-għarfien u jirrikonoxxi l-aktar imprendituri u innovaturi promettenti fl-Ewropa. |
L-EIT għandu jkompli jmexxi l-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati tal-EIT u l-premjijiet tal-EIT biex jippromwovi l-interazzjonijiet ma' atturi Ewropej tat-triangolu tal-għarfien u jirrikonoxxi l-aktar imprendituri u innovaturi promettenti fl-Ewropa. |
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT għandu rwol ewlieni fit-tixrid ta' prattiki tajbin u t-tagħlimiet meħuda. Il-KKI u l-proġetti li jappoġġjaw l-innovazzjoni u l-kapaċità intraprenditorjali tal-HEI huma sors siewi ta' evidenza u tagħlim sperimentali għal dawk li jfasslu l-politika, billi jipprovdu eżempji ta' prattiki tajbin u appoġġ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fl-oqsma tematiċi tagħhom. |
L-EIT għandu rwol ewlieni fl-identifikazzjoni, fit-tifrix u fit-tixrid ta' prattiki tajbin u t-tagħlimiet meħuda. L-EIT u l-KKI, ukoll permezz tal-uffiċjali ta' kollegament tal-pajjiżi, għandhom jinvolvu ruħhom mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri, mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, partikolarment mal-Bord tax-Xjenza u t-Teknoloġija (STOA), biex jistabbilixxu djalogu strutturat, sabiex jidentifikaw, jikkondividu u jxerrdu l-prattiki tajba, it-tagħlimiet u l-opportunitajiet. Il-KKI u l-proġetti li jappoġġjaw l-innovazzjoni u l-kapaċità intraprenditorjali tal-HEI huma sors siewi ta' evidenza u tagħlim sperimentali għal dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet ikkonċernati tar-RŻI, billi jipprovdu eżempji ta' prattiki tajbin u appoġġ fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fl-oqsma tematiċi tagħhom. |
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sa issa, il-prattiki tajbin u t-tagħlimiet li joħorġu mill-KKI għadhom ma ġewx ikkodifikati biżżejjed u mxerrda b'mod effettiv. Fil-funzjoni ta' appoġġ tiegħu bħala sieħeb tal-għarfien għal dawk li jfasslu l-politika u għall-komunità kollha tal-innovazzjoni, l-EIT se jkompli jiżviluppa r-rwol tiegħu bħala istitut tal-innovazzjoni li jista' jiskopri, janalizza, jikkodifika, jikkondividi u jiżgura l-adozzjoni ta' prattiki innovattivi, lezzjonijiet u riżultati mill-attivitajiet iffinanzjati mill-EIT (l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-appoġġ għall-intraprenditorija) fuq skala usa'. Din l-attività se tibni fuq ir-rabtiet u s-sinerġiji mal-inizjattivi l-oħrajn fi ħdan il-[Pilastru Ewropa Innovattiva] tal-[proposta għal Orizzont Ewropa]. |
Sa issa, il-prattiki tajbin u t-tagħlimiet li joħorġu mill-KKI għadhom ma ġewx miġbura, ikkodifikati u mxerrda b'mod effettiv biżżejjed. Fil-funzjoni ta' appoġġ tiegħu bħala sieħeb tal-għarfien għal dawk li jfasslu l-politika u għall-komunità kollha tal-RŻI, l-EIT għandu jkompli jiżviluppa r-rwol tiegħu bħala istitut tal-RŻI li jista' jiskopri, janalizza, jikkodifika, jikkondividi u jiżgura l-adozzjoni ta' prattiki innovattivi, lezzjonijiet u riżultati mill-attivitajiet iffinanzjati mill-EIT (l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-appoġġ għall-intraprenditorija) fuq skala usa'. Din l-attività għandha tibni fuq ir-rabtiet u s-sinerġiji mal-inizjattivi l-oħrajn fi ħdan il-Pilastru Ewropa Innovattiva ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, il-Missjonijiet u s-Sħubiji Ewropej. |
Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 3 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Kooperazzjoni internazzjonali |
(3) Kooperazzjoni internazzjonali u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni globali |
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-EIT, l-EIT se jfittex impatt akbar tal-attivitajiet tiegħu permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali u se jikkoordina l-attivitajiet internazzjonali ffinanzjati mill-EIT mill-KKI. L-enfasi tiegħu se tallinja mill-qrib mal-għanijiet tal-politika industrijali rilevanti tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha u tiżgura l-valur miżjud Ewropew. |
Fil-kamp ta' applikazzjoni ta'... [ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151/COD)], l-EIT ser ifittex li jiżgura li l-attivitajiet tiegħu jkollhom impatt akbar permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali u attivitajiet internazzjonali ffinanzjati mill-EIT mill-KKI. |
Emenda 90
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 3 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-kooperazzjoni internazzjonali tiegħu, l-EIT, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, se jiffoka fuq l-indirizzar effettiv tal-isfidi soċjetali globali, billi jikkontribwixxi għall-inizjattivi internazzjonali rilevanti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, jiżgura l-aċċess għat-talent u provvista u domanda mtejba ta' soluzzjonijiet innovattivi. L-EIT u l-KKI se jippjanaw u jwettqu l-attivitajiet internazzjonali tagħhom f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, f'konformità mal-approċċ ta' Orizzont Ewropa u politiki rilevanti oħra tal-UE, u taħt is-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT. |
L-EIT u l-KKI se jippjanaw u jwettqu l-attivitajiet internazzjonali tagħhom f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, f'konformità mal-approċċ ta' Orizzont Ewropa u politiki rilevanti oħra tal-UE, u taħt is-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT. Fil-kooperazzjoni internazzjonali tagħhom u fl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni globali l-KKI, f'konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT u mal-Kummissjoni, għandhom jiffokaw fuq l-indirizzar effettiv tal-isfidi globali u soċjetali, billi jikkontribwixxu għall-inizjattivi internazzjonali rilevanti u l-SDGs, u jiżguraw l-aċċess għat-talent u provvista u domanda mtejba ta' soluzzjonijiet innovattivi. |
Emenda 91
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 3 – tabella
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se: |
imħassar |
— Jtejjeb il-viżibbiltà tiegħu permezz ta' strateġija aktar b'saħħitha ta' markar lejn il-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-Istati Membri. |
|
— Jiżgura l-viżibbiltà tal-appoġġ tal-Unjoni Ewropea. |
|
— Jesplora l-fattibbiltà għall-użu tan-netwerks ta' informazzjoni tal-UE eżistenti u jipprovdi koordinazzjoni għall-attivitajiet tagħhom sabiex jiżgura pariri u gwida aħjar lis-sħab potenzjali tal-KKI tal-EIT. |
|
— Jorganizza laqgħat regolari tal-Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati Membri sabiex jiżgura komunikazzjoni effettiva u fluss ta' informazzjoni mal-Istati Membri. |
|
— Iżid il-viżibbiltà tal-azzjoni tiegħu lejn iċ-ċittadini u l-komunità ta' partijiet ikkonċernati permezz tal-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati, il-Premjijiet tal-EIT u l-Alumni tal-EIT. |
|
— Jidentifika, jikkodifika u jikkondividi b'mod effettiv it-tagħlimiet u l-prattiki tajbin li joħorġu mill-attivitajiet iffinanzjati mill-EIT; jinvolvi ruħu mal-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f'dak nazzjonali, jistabbilixxi djalogu strutturat u jikkoordina l-isforzi, sabiex jidentifika, jikkondividi u jxerred il-prattiki tajbin u l-lezzjonijiet. |
|
— Jiżviluppa linji wesgħin ta' kooperazzjoni internazzjonali tal-EIT u tal-KKI taħt is-superviżjoni tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT, f'konformità mal-istrateġija tal-Kummissjoni għall-kooperazzjoni internazzjonali fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni u wara konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni rispettivi. |
|
Emenda 92
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din it-taqsima tinkludi għadd ta' miżuri li għandhom l-għan li jadattaw u jtejbu l-funzjonament attwali tal-EIT u tal-KKI. Bord tat-Tmexxija tal-EIT effettiv u strateġiku se jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri fil-livell tal-EIT u se jipprovdi l-inċentivi u l-kontroll meħtieġa, inkluż permezz tal-proċess tal-allokazzjoni ta' finanzjament, sabiex jiġi żgurat li l-KKI jimplimentawhom. |
Din it-taqsima tinkludi għadd ta' miżuri li għandhom l-għan li jadattaw u jtejbu l-funzjonament attwali tal-EIT u tal-KKI. Bord tat-Tmexxija tal-EIT effettiv u strateġiku għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri fil-livell tal-EIT u għandu jipprovdi l-inċentivi u l-kontroll meħtieġa, inkluż permezz tal-proċess tal-allokazzjoni ta' finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-KKI jimplimentawhom. |
Emenda 93
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jipprovdi gwida operattiva lill-KKI u se jissorveljahom fir-rigward tal-konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni tajba, il-prinċipji u l-kriterji stabbiliti għas-Sħubiji Ewropej fir-regolament dwar Orizzont Ewropa u l-allinjament mal-prijoritajiet ta' Orizzont Ewropa sabiex jimmassimizza l-prestazzjoni u l-impatt tagħhom. |
L-EIT se jipprovdi gwida operattiva lill-KKI u se jissorveljahom kontinwament sabiex jiżgura l-konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni tajba u ta' governanza tajba, il-prinċipji u l-kriterji stabbiliti għas-Sħubiji Ewropej fir-regolament dwar Orizzont Ewropa u l-allinjament mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-programm Orizzont Ewropa u mal-prijoritajiet tiegħu sabiex jimmassimizza l-prestazzjoni u l-impatt tagħhom, abbażi ta' strateġija ta' kollaborazzjoni fuq terminu twil bejn l-EIT u l-KKI. Jistgħu jittieħdu miżuri xierqa meta KKI trendi inqas jew tonqos milli tilħaq ir-riżultati u l-impatt mistennija. |
(sabiex tiġi allinjata n-numerazzjoni tal-punti fl-Anness, il-punti taħt l-Anness I – punt 3– punt 3.4 se jiġu nnumerati mill-ġdid fi stadju aktar tard fil-proċedura.)
Emenda 94
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-miżuri li jiżguraw il-ftuħ kontinwu tal-KKI u t-trasparenza matul l-implimentazzjoni se jittejbu, b'mod partikolari billi jiġu inklużi dispożizzjonijiet komuni għal membri ġodda li jżidu l-valur għas-sħubiji. Huma se jmexxu wkoll l-attivitajiet tagħhom b'mod kompletament trasparenti. Il-KKI se jibqgħu sħubiji dinamiċi li s-sħab ġodda, inkluż sehem dejjem jikber ta' SMEs, jistgħu jissieħbu fihom abbażi tal-eċċellenza u l-kapaċità strateġika. Sabiex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tal-finanzjament u jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-KKI jibbenifikaw minn netwerk wiesa' ta' sħab, il-proċedura għat-tħejjija tal-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju (inkluża l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet, l-għażla tal-attivitajiet u l-allokazzjoni tal-fondi) se ssir aktar trasparenti u inklużiva. Fl-aħħar nett, il-KKI se jżidu s-sehem ta' sejħiet, b'mod partikolari għal proġetti ta' innovazzjoni li huma miftuħa għal partijiet terzi. Dawn il-miżuri kollha se jżidu l-għadd ta' entitajiet parteċipanti involuti fl-attivitajiet tal-KKI. Fl-aħħar nett, il-KKI jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-involviment ta' sħab ġodda fir-rapportar regolari tagħhom. |
L-EIT għandu jiżgura li l-miżuri li jiżguraw il-ftuħ kontinwu tal-KKI għal membri ġodda kif ukoll it-trasparenza matul l-implimentazzjoni se jittejbu b'mod partikolari billi jiġu adottati u applikati kriterji ta' adeżjoni u ta' ħruġ trasparenti, ċari u konsistenti għal membri ġodda li jżidu l-valur għas-sħubiji, permezz ta' monitoraġġ kontinwu tal-effettività tal-miżuri. Huma għandhom imexxu wkoll l-attivitajiet tagħhom b'mod kompletament trasparenti, inkluż permezz ta' użu sistematiku ta' sejħiet miftuħa għal proġetti, għal sħab u għall-istabbiliment ta' CLCs ġodda. |
Emenda 95
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Filwaqt li l-eċċellenza tibqa' l-kriterju ewlieni għall-għażla tas-sħab, il-proġetti jew iċ-ċentri ta' kolokazzjoni ġodda, meta jkun strettament meħtieġ li ssir għażla bejn proposti ta' riżultati ta' evalwazzjoni ugwali, il-KKI għandhom jagħtu prijorità lil dawk il-proposti li: |
|
(a) jinkludu għadd akbar ta' reġjuni u pajjiżi bi prestazzjoni baxxa fir-R&I jew li jkunu innovaturi modesti jew moderati, kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-EIT [xxx]; |
|
(b) jinkludu għadd akbar ta' reġjuni u pajjiżi li għadhom mhux jipparteċipaw fi-komunità tal-KKI; |
|
(c) jinvolvu reġjuni u pajjiżi li jimpenjaw ruħhom li jikkontribwixxu permezz tal-fondi SIE; |
|
(d) jinkludu għadd akbar ta' SMEs; |
|
(e) jiżguraw bilanċ aħjar bejn il-ġeneri. |
Emenda 96
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – paragrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-KKI jibqgħu sħubijiet miftuħa u dinamiċi b'mod li sħab ġodda fl-Unjoni kollha, inkluż sehem akbar ta' SMEs u negozji ġodda, jistgħu jingħaqdu abbażi tal-eċċellenza, valur miżjud u l-abbiltà tagħhom li jikkontribwixxu għal ekosistemi ta' innovazzjoni u l-kapaċità strateġika. Sabiex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tal-finanzjament u jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-KKI jibbenifikaw minn kopertura ġeografika wiesgħa u network estensiv ta' sħab, il-proċedura għat-tħejjija tal-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju (inkluża l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet, l-għażla tal-attivitajiet u l-allokazzjoni tal-fondi) u l-għażla taċ-ċentri ta' kollokament ġodda u d-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament għandhom isiru aktar trasparenti, miftuħa u inklużivi. Fl-aħħar nett, il-KKI għandhom jirrapportaw dwar l-involviment ta' sħab u benefiċjarji ġodda fir-rapportar regolari tagħhom. |
Emenda 97
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Hekk kif il-KKI joperaw tul il-katina tal-valur kollha tal-innovazzjoni, huma se jiżguraw bilanċ xieraq tal-attivitajiet tal-edukazzjoni, l-intraprenditorija u l-innovazzjoni fil-portafoll tal-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju tagħhom. L-operazzjonijiet tal-KKI se jiġu implimentati permezz ta' struttura modesta, effiċjenti u kosteffettiva li żżomm għal minimu l-kostijiet amministrattivi u l-kostijiet ġenerali. L-EIT se jiżgura li l-KKI jiksbu l-impatti mistennija tagħhom permezz ta' firxa wiesgħa ta' attivitajiet, identifikati fil-Pjanijiet ta' Direzzjoni tan-Negozju tal-KKI, li jappoġġjaw b'mod effettiv l-issodisfar tal-għanijiet tagħhom. |
Hekk kif il-KKI joperaw tul il-katina tal-valur kollha tal-innovazzjoni, huma għandhom jiżguraw bilanċ xieraq u kontinwu tal-attivitajiet tal-edukazzjoni, tar-riċerka, tal-intraprenditorija u tal-innovazzjoni fil-portafoll tal-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju tagħhom. L-EIT għandu jimmonitorja l-operazzjonijiet tal-KKI biex jiżgura li dawn jiġu implimentati permezz ta' struttura modesta, effiċjenti u kosteffettiva li żżomm għal minimu raġonevoli l-kostijiet amministrattivi, ta' ġestjoni u l-kostijiet ġenerali. L-EIT se jiżgura li l-KKI jiksbu l-impatti mistennija tagħhom permezz ta' firxa wiesgħa ta' attivitajiet, identifikati fil-Pjanijiet ta' Direzzjoni tan-Negozju tal-KKI, li jappoġġjaw b'mod effettiv l-issodisfar tal-għanijiet tagħhom. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-Pjanijiet ta' Direzzjoni tan-Negozju tal-KKI u l-għotjiet tal-EIT għall-KKI għandhom ikopru perjodu ta' mill-anqas tliet snin, filwaqt li l-attivitajiet tal-KKI għandhom ikomplu jiġu rrappurtati kull sena. |
Emenda 98
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-impenji mis-sieħeb ta' kull KKI matul il-perjodu kuntrattwali tal-inizjattiva se jiġu żgurati permezz tal-monitoraġġ regolari tal-kontribuzzjonijiet tas-sieħeb attwali kontra l-impenji oriġinali. L-EIT se jiżgura li l-KKI jkollhom sistema ta' ġestjoni tar-riskji fis-seħħ għal każijiet fejn xi sħab ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-impenji oriġinali tagħhom. |
L-impenji mis-sieħeb ta' kull KKI matul il-perjodu kuntrattwali tal-inizjattiva għandhom jiġu żgurati permezz tal-monitoraġġ regolari tal-kontribuzzjonijiet tas-sieħeb attwali mal-impenji oriġinali. L-EIT għandu jiżgura li l-KKI jkollhom sistema ta' ġestjoni tar-riskji fis-seħħ għal każijiet fejn xi sħab ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-impenji oriġinali tagħhom. Fit-tfittxija ta' sostenibbiltà finanzjarja tal-attivitajiet tagħhom, il-KKI għandhom iħarsu lejn firxa wiesgħa ta' sorsi ta' dħul u ta' investiment. Kwalunkwe sforz imwettaq għall-kisba tas-sostenibbiltà finanzjarja m'għandux iwassal għal żiedet fil-miżati għat-tagħlim jew fil-miżati ta' sħubija għas-sħab, u lanqas għal żvantaġġ għal entitajiet żgħar, bħall-SMEs u negozji ġodda, f'termini ta' miżati tas-sħubija jew għat-tagħlim jew tnaqqis fl-għoti ta' grants. |
Emenda 99
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – tabella
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se: |
imħassar |
— Jiżgura li l-KKI japplikaw prinċipji stretti ta' ftuħ u trasparenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla ta' sħab ġodda u l-proċedura għat-tħejjija tal-Pjanijiet ta' Direzzjoni tan-Negozju. |
|
— Jiżgura li l-implimentazzjoni tal-KKI tkun f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti rispettivi li joħorġu mir-regolament dwar Orizzont Ewropa. |
|
— Jiżgura bilanċ xieraq fil-Pjanijiet ta' Direzzjoni tan-Negozju bejn l-attivitajiet tat-trijangolu tal-għarfien. |
|
— Jiżgura li l-KKI jżommu għal minimu l-kostijiet amministrattivi tagħhom. |
|
— Jiżgura t-tranżizzjoni tat-tmien KKI eżistenti lejn it-twettiq tal-kriterji ta' implimentazzjoni ġodda ta' Orizzont Ewropa għas-Sħubiji Ewropej. |
|
Emenda 100
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Permezz ta' mudell ta' finanzjament effiċjenti u ssimplifikat, l-EIT se jtejjeb l-impatt u l-kontribut tal-KKI lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Programm Orizzont Ewropa. Sabiex iżid il-valur miżjud tal-appoġġ tiegħu, l-EIT se jadatta l-mudell ta' finanzjament tiegħu. Hemm erba' oqsma ewlenin fejn l-EIT se jimplimenta titjib. |
Permezz ta' mudell ta' finanzjament effiċjenti u ssimplifikat, l-EIT se jtejjeb l-impatt u l-kontribut tal-KKI lejn il-kisba tal-għanijiet tal-programm Orizzont Ewropa. Sabiex iżid il-valur miżjud bis-saħħa tal-appoġġ tiegħu, l-EIT għandu jadatta l-mudell ta' finanzjament tiegħu sabiex maż-żmien iżid l-impenji mis-sħab tal-KKI jew minn sorsi oħra privati u pubbliċi. L-EIT għandu jiżgura distribuzzjoni bilanċjata tal-baġit matul kemm idum il-perjodu, u tranżizzjoni bla xkiel mill-perjodu attwali għall-perjodu li jmiss tal-QFP, partikolarment għall-attivitajiet li għaddejjin. Hemm erba' oqsma ewlenin fejn l-EIT se jimplimenta titjib. |
Emenda 101
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ewwel nett, l-EIT se jintroduċi rata ta' kofinanzjament sabiex iżid il-livelli tal-investimenti pubbliċi u privati. L-adattament tal-mudell ta' finanzjament se jiffaċilita lill-KKI fit-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà finanzjarja. Se jinċentivahom biex inaqqsu gradwalment, matul il-perjodu tal-ftehimiet qafas ta' sħubija, is-sehem tal-finanzjament tal-EIT fil-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju tagħhom, filwaqt li jżidu l-livell ta' investiment konġunt minn sorsi mhux tal-EIT. Se jkunu applikabbli rati fissi ta' kofinanzjament imnaqqas tul il-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-KKI (il-bidu, iż-żieda, il-maturità, il-ħruġ mill-għotja tal-EIT) kif ippreżentat hawn taħt. |
L-ewwel nett, l-EIT se japplika r-rati ta' kofinanzjament xierqa u li jonqsu gradwalment għal 50 % sa mit-12-il sena ta' operat ta' KKI sabiex iżid il-livelli tal-investimenti pubbliċi u privati, minbarra d-dħul mis-sħab tagħhom, u b'hekk jiffaċilita lill-KKI fil-mobilizzazzjoni ta' aktar dħul u investimenti pubbliċi u privati addizzjonali, sabiex tinkiseb sostenibbiltà finanzjarja. L-EIT għandu jadotta s-sehem tal-finanzjament skont il-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju tal-KKI, filwaqt li jżid il-livell ta' investiment konġunt minn sorsi mhux tal-EIT. Il-finanzjament tal-EIT għandu jkun ibbażat fuq il-prestazzjoni, għandu jinċentiva s-suċċess tal-impatt u tal-premju, għandu jkun marbut direttament mal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi tal-KKI u jista' jitwaqqaf fil-każ ta' nuqqas persistenti ta' riżultati. |
Emenda 102
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
[…] |
imħassar |
Emenda 103
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tieni, il-proċess tal-allokazzjoni ta' għotjiet użati bħalissa se jkun immirat b'mod aktar qawwi lejn il-prestazzjoni u r-riżultati kompetittivi u l-użu ta' għotjiet pluriennali. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT se jipprovdi inċentivi aktar b'saħħithom lill-KKI, b'mod partikolari abbażi tal-prestazzjoni individwali tagħhom biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' impatt. Għalhekk, l-EIT se jemenda d-dispożizzjonijiet tal-finanzjament kompetittiv tiegħu sabiex itejjeb l-impatt tiegħu bħala parti minn Orizzont Ewropa. |
It-tieni, l-EIT se jiżgura li l-proċess tal-allokazzjoni ta' għotjiet ikun ibbażat fuq il-prestazzjoni kompetittiva u l-użu ta' għotjiet pluriennali. Il-finanzjament tal-EIT għandu jkun marbut mal-progress skont l-Artikolu 11 ta'...[ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151(COD)]. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT se jipprovdi inċentivi aktar b'saħħithom lill-KKI, b'mod partikolari abbażi tal-prestazzjoni individwali tagħhom biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' impatt. Għalhekk, l-EIT se jemenda d-dispożizzjonijiet tal-finanzjament kompetittiv tiegħu sabiex itejjeb l-impatt tiegħu bħala parti minn Orizzont Ewropa. |
Emenda 104
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tielet, l-EIT se japplika regoli stretti għat-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’ rieżami qabel l-iskadenza tal-ewwel perjodu inizjali ta’ 7 snin ta’ operazzjonijiet tal-KKI. Dan ir-rieżami ta' nofs it-terminu, li jrid jitwettaq bl-għajnuna ta' esperti esterni, jenħtieġ li jkun konformi mal-aħjar prattika internazzjonali, skont il-kriterji ta' Orizzont Ewropa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-Sħubiji Ewropej, u jseħħ qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta' seba' snin. Bħala riżultat tar-rieżami, il-Bord tat-Tmexxija se jiddeċiedi li jew ikompli l-kontribuzzjoni finanzjarja lil KKI, jew inkella jwaqqafha (b'hekk ma jiġix estiż il-ftehim qafas ta' sħubija ma' dik il-KKI) u jerġa' jalloka r-riżorsi għal attivitajiet bi prestazzjoni aħjar. |
It-tielet, l-EIT se japplika regoli stretti għat-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta' rieżami qabel l-iskadenza tal-ewwel perjodu inizjali ta' 7 snin ta' operazzjonijiet tal-KKI. Ir-rieżami ta' nofs it-terminu għandu jitwettaq minn esperti esterni u indipendenti u għandu jkun konformi mal-aħjar prattika internazzjonali, skont il-kriterji ta' Orizzont Ewropa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-Sħubiji Ewropej u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11 ta'...[ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151(COD)] Ir-rieżami għandu jseħħ qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta' seba' snin. B'riżultat tar-rieżami, u bi qbil mal-Artikolu 11 ta'...[ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151(COD)], il-Bord tat-Tmexxija se jiddeċiedi li jnaqqas, jimmodifika jew ikompli l-kontribuzzjoni finanzjarja lil KKI, jew inkella jwaqqafha (b'hekk ma jiġix estiż il-ftehim qafas ta' sħubija ma' dik il-KKI). |
Emenda 105
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) It-tnaqqis tal-piż amministrattiv; |
(Għandu jitqiegħed qabel: Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5 – paragrafu 5
Emenda 106
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fl-aħħar nett, l-EIT se jkompli bl-isforzi tiegħu lejn is-simplifikazzjoni sabiex itaffi l-piż amministrattiv27 bla bżonn tal-KKI, billi jippermetti l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju annwali u tal-istrateġija pluriennali tagħhom b'aġilità u b'mod effiċjenti. Dan se jinkludi l-użu ta' somma f'daqqa jew kostijiet unitarji għall-attivitajiet tal-KKI rilevanti. Barra minn hekk, sabiex jipprovdi ppjanar aħjar tar-riżorsi, b'mod partikolari tal-attivitajiet ta' innovazzjoni, kif ukoll sabiex jiffaċilita impenn aktar b'saħħtu u investiment fit-tul mis-sħab li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-KKI, l-EIT se jiffirma ftehimiet ta' għotja pluriennali mal-KKI, meta jkun xieraq, taħt il-ftehimiet qafas ta' sħubija rispettivi. Dawn il-ftehimiet ta' għotja pluriennali jenħtieġ li ma jaqbżux it-tliet snin. |
L-EIT għandu jsaħħaħ l-isforzi tiegħu lejn is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv27 għall-KKI, billi jippermetti l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Direzzjoni tan-Negozju pluriennali tagħhom b'aġilità u b'mod effiċjenti. Dan se jinkludi l-użu ta' somma f'daqqa jew kostijiet unitarji għall-attivitajiet tal-KKI rilevanti. Barra minn hekk, sabiex jipprovdi ppjanar aħjar tar-riżorsi, b'mod partikolari tal-attivitajiet ta' innovazzjoni, kif ukoll sabiex jiffaċilita impenn aktar b'saħħtu u investiment fit-tul mis-sħab li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-KKI, l-EIT se jiffirma ftehimiet ta' għotja pluriennali mal-KKI taħt il-ftehimiet qafas ta' sħubija rispettivi. Dawn il-ftehimiet ta' għotja pluriennali għandhom ikopru perjodu ta' mill-inqas ta' tliet snin. L-EIT għandu jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' fiduċja mal-KKI u jikkonċentra l-evalwazzjoni tiegħu fuq ir-riżultati u l-impatti tagħhom. |
__________________ |
__________________ |
27 B'mod partikolari, ir-rapportar annwali dwar l-attivitajiet komplementarji tal-KKI għandu jitwaqqaf, kif irrakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha tal-2016 (Rakkomandazzjoni 1, p. 51). |
27 B'mod partikolari, ir-rapportar annwali dwar l-attivitajiet komplementarji tal-KKI għandu jitwaqqaf, kif irrakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha tal-2016 (Rakkomandazzjoni 1, p. 51). |
Emenda 107
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 5 – tabella 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se: |
imħassar |
— Jimplimenta mudell ta' finanzjament ġdid imfassal sabiex jinċentiva l-impenn mis-sħab tal-KKI. |
|
— Itejjeb kontinwament il-mudell ta' finanzjament billi jissimplifika l-prattiki ta' rapportar tal-KKI u, meta jitqies bħala xieraq, jiffirma ftehimiet ta' għotja pluriennali mal-KKI taħt il-ftehimiet qafas ta' sħubija rispettivi. |
|
— Jadatta l-proċess kompetittiv tal-allokazzjoni ta' għotjiet sabiex jippremja l-prestazzjoni u r-riżultati. |
|
— Isaħħaħ ir-rieżami komprensiv tal-prestazzjoni ta' kull KKI qabel l-iskadenza tas-seba' sena ta' attività tagħhom sabiex jappoġġja deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-kontinwazzjoni jew it-terminazzjoni tal-appoġġ finanzjarju tagħhom, f'konformità mal-qafas ta' Orizzont Ewropa għas-Sħubiji Ewropej. |
|
Emenda 108
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Soġġett għal studju indipendenti fil-fond b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, sal-aħħar tal-2023, l-EIT se jiddefinixxi r-relazzjonijiet tiegħu mal-KKI li se jieqfu jirċievu għotjiet ta' appoġġ matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027. Soġġett għal eżitu pożittiv ta' rieżami finali, l-EIT jista' jikkonkludi "Memorandum ta' Kooperazzjoni" ma' kull KKI, bl-għan li jżomm kooperazzjoni mal-KKI wara t-terminazzjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija. Dan il-Memorandum jenħtieġ li jinkludi, inter alia, drittijiet u obbligi marbuta ma': |
L-EIT għandu jiżviluppa l-prinċipji ġenerali għar-relazzjoni mal-KKI wara t-terminazzjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija, f'konformità mal-qafas ta' Orizzont Ewropa għas-Sħubiji Ewropej. Soġġett għal studju indipendenti fil-fond b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, sal-aħħar tal-2023, l-EIT għandu jivvaluta l-impatt u r-riżultati tat-tliet KKI li Ftehim Qafas ta' Sħubija tagħhom se jintemmu matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027 u għandu jiddefinixxi r-relazzjonijiet tagħhom wara dan. |
– l-użu tal-marka tal-EIT, il-parteċipazzjoni fil-Premjijiet tal-EIT u f'inizjattivi oħra organizzati mill-EIT; |
|
– l-użu tat-Tikketta tal-EIT għall-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ; |
|
– il-parteċipazzjoni f'sejħiet kompetittivi tal-EIT għal attivitajiet trażversali tal-KKI u servizzi kondiviżi; |
|
– ir-relazzjonijiet mal-Komunità tal-Alumni tal-EIT. |
|
Emenda 109
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 6 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Soġġett għal eżitu pożittiv ta' rieżami fil-fond mill-esperti esterni indipendenti u ta' deċiżjoni pożittiva mill-Bord tat-Tmexxija tiegħu, l-EIT jista', skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-EIT, jiddeċiedi li jestendi l-ftehim qafas ta' sħubija sa tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni attwali, jekk l-evalwazzjoni turi li ċerti attivitajiet mill-KKI ma jistgħux għalissa jkunu sostenibbli, imma jkunu għadhom kruċjali għat-twettiq tal-kompiti, l-attivitajiet u l-kapaċitajiet tiegħu biex jirrispondi għal sfidi soċjetali u għalhekk ikunu għadhom jeħtieġu appoġġ finanzjarju mill-EIT biex il-KKI tkun tista' ssir finanzjarjament sostenibbli. Bi qbil mal-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-EIT, tali estensjoni għandha tkun soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet u tkun limitata fil-kamp ta' applikazzjoni, fil-baġit u fiż-żmien. |
Emenda 110
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 6 – tabella
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se: |
imħassar |
— Jiżviluppa l-prinċipji ġenerali għar-relazzjoni mal-KKI wara t-terminazzjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija, f'konformità mal-qafas ta' Orizzont Ewropa għas-Sħubiji Ewropej; |
|
— Jikkonkludi, soġġett għal rieżami finali pożittiv u deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-EIT, Memoranda ta' Kooperazzjoni mal-KKI sabiex jinżammu bħala membri attivi tal-Komunità tal-EIT. |
|
Emenda 111
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.5 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Billi jibni fuq l-ambitu wiesa' tal-azzjoni u r-rwol distintiv tiegħu, l-EIT jinsab f'pożizzjoni tajba sabiex joħloq sinerġiji u jipprovdi komplementarjetajiet ma' programmi jew strumenti oħrajn tal-UE, inkluż billi jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu lill-KKI fl-attivitajiet ta' ppjanar u implimentazzjoni tagħhom. Il-lista ta' hawn taħt toffri eżempji konkreti fejn l-EIT se jikkontribwixxi għal sinerġiji għal żmien medju sa twil lil hinn minn Orizzont Ewropa. |
Billi jibni fuq l-ambitu wiesa' tal-azzjoni u r-rwol distintiv tiegħu bħala parti integrali ta' Orizzont Ewropa, l-EIT jinsab f'pożizzjoni tajba sabiex joħloq sinerġiji u jipprovdi komplementarjetajiet ma' programmi jew strumenti oħrajn tal-UE, inkluż billi jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu lill-KKI fl-attivitajiet ta' ppjanar u implimentazzjoni tagħhom. Il-lista ta' hawn taħt toffri eżempji konkreti fejn l-EIT se jikkontribwixxi għal sinerġiji għal żmien medju sa twil lil hinn minn Orizzont Ewropa. |
Emenda 112
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.5 – paragrafu 4 – inċiż 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- Minħabba d-dimensjoni territorjali tal-KKI u l-ekosistemi tal-innovazzjoni, għandhom jinstabu sinerġiji mal-fondi SIE. Għandhom isiru l-aħjar sforzi għall-inklużjoni tal-attivitajiet tal-KKI fil-programmi operattivi tal-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-fondi ta' koeżjoni. Dan għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet ta' aċċess miftuħ, bilanċ ġeografiku u sostenibbiltà finanzjarja tal-KKI u jżid l-impatt globali tal-EIT. |
Emenda 113
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.5 – paragrafu 4 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Il-KKI tal-EIT se jippromwovu l-kollaborazzjoni mal-Pjattaformi ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, b'mod partikolari l-proġetti li għandhom esperjenza fil-ħidma mal-Awtoritajiet Maniġerjali tal-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, sabiex jiffaċilitaw is-sinerġiji bejn ir-riżorsi tal-EIT, il-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni u programmi reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropej oħrajn. |
— Il-KKI tal-EIT se jippromwovu l-kollaborazzjoni bejn il-KKI u l-Pjattaformi ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, sabiex jiffaċilitaw is-sinerġiji bejn ir-riżorsi tal-EIT, il-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni u programmi reġjonali, nazzjonali u/jew Ewropej oħrajn. |
Emenda 114
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-kriżi li tirriżulta mit-tifqigħa tal-COVID-19 |
|
(1) Kooperazzjoni bejn l-EIT u l-KKI |
|
It-tibdiliet ewlenin soċjali, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi li jirriżultaw mit-tifqigħa tal-COVID-19 se jirrikjedu l-kollaborazzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kollha u l-EIT għandu jikkontribwixxi għall-isforzi tal-innovazzjoni li jkunu meħtieġa biex jipprovdi rispons koerenti għall-kriżi. L-EIT għandu jiżgura li l-KKI jgħinu biex jitwasslu soluzzjonijiet innovattivi f'oqsma differenti ta' azzjoni, bi qbil mal-prijoritajiet tal-pjan ta' rkupru tal-Unjoni, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-Istrateġija Industrijali tal-Unjoni u l-SDGs, sabiex jagħtu kontribut għall-irkupru tas-soċjetajiet u l-ekonomija tagħna u għat-tisħiħ tal-sostenibbiltà u r-reżiljenza tagħhom. Kull KKI għandha tiżviluppa pjan strateġiku ta' sentejn biex tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tal-effetti tal-kriżi fuq l-ekonomija, partikolarment it-taqlib tas-soċjetà, u r-reċessjoni tal-investiment. Għandha tingħata attenzjoni speċifika għal azzjonijiet li għandhom l-għan li jżidu r-reżiljenza tal-ekosistemi tal-innovazzjoni tagħhom u b'mod partikolari tal-mikrointrapriżi, tal-SMEs u tan-negozji ġodda, imma wkoll ta' studenti, riċerkaturi, intraprendituri u impjegati li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi. |
|
L-EIT għandu jiżgura li l-KKI ikunu jistgħu joperaw bi flessibbiltà meħtieġa biex jadattaw għal talbiet li qed jiżdiedu li jirriżultaw mill-kriżi tal-COVID-19 u sabiex jirrispondu għall-pjan ta' rkupru Ewropew. Il-KKI, f'sinerġija ma' oqsma u aġenziji ta' innovazzjoni, jistgħu jipproponu inizjattivi li jkollhom l-għan li jappoġġjaw l-ekosistema ta' innovazzjoni attwali abbażi tat-triangolu tal-għarfien. Huma jistgħu jippubblikaw sejħiet għal proposti, jippromwovu inizjattivi li jutilizzaw sħubijiet, ekosistemi u komunitajiet, jelaboraw proġetti individwali jew fost KKI differenti biex jappoġġjaw ristrutturar tan-negozju sostenibbli, jidentifaw SMEs, negozji ġodda u partijiet ikkonċernati li jeħtieġu appoġġ. Huma għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex joħolqu miżuri ta' appoġġ "adatti għall-iskop" għas-sħab u l-benefiċjarji tagħhom kif ukoll lil hinn mill-komunitajiet eżistenti tagħhom. Huma jeħtieġ li jadattaw għal perjodu ta' metodi ta' ħidma aktar deċentralizzati u remoti, inqas vjaġġar, aktar inċertezza u distanzjament fiżiku kontinwu. Huma jridu jgħinu lis-sħab, lill-benefiċjarji u l-istudenti tagħhom b'għodda, strumenti, informazzjoni u servizzi ta' appoġġ innovattivi u kollaborattivi. |
|
Lejn tmiem l-2023, il-Bord tat-Tmexxija tal-EIT, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jivvaluta jekk jestendix it-tul ta' żmien tal-programm ta' rispons għall-kriżi ta' kull KKI. |
|
(2) EIT Saħħa |
|
Mingħajr ma ssir duplikazzjoni tal-bażijiet ta' data u tal-inizjattivi eżistenti, l-EIT Saħħa għandu jikkontribwixxi biex jinġabar għarfien espert u data u informazzjoni għall-iżvilupp ta' vaċċini, metodi ta' ttestjar u trattament mediku għall-COVID-19. L-EIT Saħħa għandu jikkontribwixxi għat-twaqqif ta' pjattaformi orizzontali li jistgħu jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp f'inizjattivi relatati mal-vaċċini mill-akkademja, l-industrija, partikolarment l-SMEs, u minn organizzjazzjonijiet oħra li jkollhom esperjenza ta' għarfien espert prekliniku, provi ta' vaċċini u l-produzzjoni ta' materjal ta' provi kliniċi. |
Emenda 115
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-ħtiġijiet tal-baġit tal-EIT fil-perjodu 2021-2027 huma ta' EUR [3 000] miljun u huma bbażati fuq tliet komponenti ewlenin: 1) in-nefqa għat-tmien KKI eżistenti (li tirrifletti li, għal tlieta minnhom, il-ftehimiet qafas ta' sħubija se jiġu fi tmiemhom sal-2024) u t-tnedija ta' żewġ KKI ġodda (fl-2022 u fl-2025); 2) it-tnedija ta' azzjoni ġdida ta' appoġġ u koordinazzjoni tal-EIT;u 3) in-nefqa amministrattiva. |
Il-ħtiġijiet tal-baġit tal-EIT fil-perjodu 2021-2027 huma ta' 4 % tal-baġit totali tal-programm Orizzont Ewropa u huma bbażati fuq żewġ komponenti ewlenin: 1) in-nefqa għat-tmien KKI eżistenti (li tirrifletti li, għal tlieta minnhom, il-ftehimiet qafas ta' sħubija se jiġu fi tmiemhom sal-2024) u t-tnedija ta' żewġ KKI ġodda (fl-2022 jew fl-2023 u fl-2025); u 2) in-nefqa amministrattiva. |
Emenda 116
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Madwar EUR [2 500] miljun (83,3 % tal-baġit totali tal-EIT) huma previsti biex jiffinanzjaw il-KKI eżistenti u ġodda u jinkludu EUR [200] miljun għall-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali. Permezz tal-introduzzjoni ta' rata ta' kofinanzjament, il-KKI huma mistennija li jimmobilizzaw EUR [1 500] miljun oħra minn sorsi pubbliċi u privati oħrajn. Il-baġit għat-tnedija ta' żewġ KKI ġodda (li jridu jitnedew fl-2022 u fl-2025, rispettivament) se jkun ta' madwar EUR [300] miljun. Jekk ikun disponibbli baġit addizzjonali għal dak tal-EIT, l-EIT jista' jniedi wkoll KKI addizzjonali. |
Madwar 96,7 % huma previsti biex jiffinanzjaw il-KKI eżistenti u ġodda li minnhom: |
|
(a) tal-inqas 15 % għall-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali; |
|
(b) massimu ta' 3 % għall-inizjattiva tal-edukazzjoni li għandha l-għan li tiżviluppa l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni u ta' intraprenditorija fit-triangolu tal-għarfien; |
|
(c) madwar |
|
10% għat-tnedija ta' żewġ KKI ġodda (li jridu jitnedew fl-2022 u fl-2025, rispettivament). Jekk ikun disponibbli baġit addizzjonali għal dak tal-EIT, l-EIT jista’ jniedi wkoll KKI addizzjonali. |
Emenda 117
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jniedi azzjoni ġdida ta' appoġġ sabiex tgħin fl-iżvilupp tal-kapaċità intraprenditorjali u ta' innovazzjoni tal-HEIs. Din l-azzjoni se tirrikjedi servizzi orizzontali ta' ġestjoni u monitoraġġ tal-proġetti. Madwar EUR [400] miljun mill-baġit tal-EIT (massimu ta' 14 %) huma meħtieġa biex jiġu implimentati dawn l-attivitajiet, b'EUR [120] miljun iddedikati għall-fażi tal-bidu (l-ewwel tliet snin) u l-bqija għall-fażi taż-żieda (l-aħħar erba' snin) |
imħassar |
Emenda 118
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jkompli jkun organizzazzjoni effiċjenti u dinamika. Il-kostijiet tan-nefqa amministrattiva, li jkopru l-kostijiet neċessarji tal-persunal, amministrattivi, tal-infrastruttura u operazzjonali, se jiżdiedu, iżda bħala medja, ma jaqbżux it-3 % tal-baġit tal-EIT. Parti min-nefqa amministrattiva hija koperta mill-Ungerija permezz tal-forniment ta' spazju għal uffiċini mingħajr ħlas sal-aħħar tal-2029. Għalhekk, fuq din il-bażi, in-nefqa amministrattiva se tkun ta' madwar EUR 73 miljun għall-perjodu 2021-2027. It-tqassim tal-baġit huwa ppreżentat hawn taħt: |
L-EIT se jkompli jkun organizzazzjoni effiċjenti u dinamika. Il-kostijiet tan-nefqa amministrattiva tal-EIT, li jkopru l-kostijiet neċessarji tal-persunal, amministrattivi, tal-infrastruttura u operazzjonali, se jiżdiedu, iżda bħala medja, ikunu madwar 3 % tal-baġit tal-EIT. Parti min-nefqa amministrattiva hija koperta mill-Ungerija permezz tal-forniment ta' spazju għal uffiċini mingħajr ħlas sal-aħħar tal-2029. Barra minn hekk, se jsir sforz kbir biex jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi tal-KKI li, fi kwalunkwe każ, għandhom jinżammu baxxi kemm jista' jkun. |
Emenda 119
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 4 - figura
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
[…] |
imħassar |
Emenda 120
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kejl tal-impatt tal-EIT se jittejjeb kontinwament matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss billi jitqiesu l-lezzjonijiet meħuda u l-esperjenzi miksuba sa issa. L-EIT se japplika qafas ta' evalwazzjoni, rapportar u monitoraġġ li jiżgura l-koerenza mal-approċċ ġenerali meħud għal Orizzont Ewropa, filwaqt li jaħseb għall-flessibbiltà. B’mod partikolari, iċ-ċrieki vizzjużi bejn il-Kummissjoni, l-EIT u l-KKI se jittejbu biex l-għanijiet jiġu indirizzati b’mod konsistenti, koerenti u effiċjenti. |
Il-kejl tal-impatt tal-EIT se jittejjeb kontinwament matul il-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss billi jitqiesu l-lezzjonijiet meħuda, l-esperjenzi miksuba sa issa u l-ħtieġa li jiġu simplifikati l-prattiki tiegħu ma' dawk ta' Orizzont Ewropa. L-EIT se japplika l-qafas ta' evalwazzjoni, rapportar u monitoraġġ stabbilit f'Orizzont Ewropa, filwaqt li juża l-indikaturi elenkati fl-Anness V għar-Regolament [xxx] li jistabblixxi Orizzont Ewropa. |
Emenda 121
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4.2.1. Rieżami ta' nofs it-terminu tal-EIT |
|
L-EIT għandu jkun soġġett għal rieżami fid-dettal ta' nofs it-terminu mill-Kummissjoni, abbażi tal-evalwazzjonijiet perjodiċi stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament [xxx] tal-EIT. Għandha ssir bl-assistenza ta' esperti indipendenti u għandha titwettaq sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-perjodu finanzjarju li jmiss. Fost elementi oħra, dak ir-rieżami ta' nofs it-terminu għandu jivvaluta wkoll: |
|
(a) ir-riżultati u l-impatti tal-inizjattiva tal-edukazzjoni u l-kontinwazzjoni potenzjali tagħha; |
|
(b) l-effikaċja tal-istrateġiji dwar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-KKI; |
|
(c) l-implimentazzjoni u l-impatt tal-RIS; |
|
(d) il-fattibbiltà ta' żieda ulterjuri tal-kollaborazzjoni tal-EIT u l-korpi kollha ta' implimentazzjoni tal-Pilastru III ta' Orizzont Ewropa sabiex ikun eżaminat jekk l-EIT jistax jiżvolġi rwol aktar orizzontali fil-pilastri kollha u/jew jiġi stabbilit punt uniku ta' servizz għall-innovazzjoni b'sett ta' attivitajiet komplementari differenti. |
Emenda 122
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Evalwazzjoni |
4.2.2. Evalwazzjoni u rieżami tal-KKI |
Emenda 123
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-evalwazzjonijiet perjodiċi tal-attivitajiet tal-EIT, inklużi dawk ġestiti permezz tal-KKI, se jitwettqu mill-Kummissjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-EIT u r-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Dawn l-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-attivitajiet tal-EIT, inklużi l-KKI. Se jkunu bbażati fuq evalwazzjonijiet esterni indipendenti u se jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet ġenerali ta' nofs it-terminu u ex-post ta' Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, kull KKI se tkun soġġetta għal rieżami bir-reqqa mill-EIT qabel tmiem is-7 u l-14-il sena tal-operat taħt il-Ftehimiet ta' Sħubija Qafas. |
L-evalwazzjonijiet perjodiċi tal-attivitajiet tal-EIT, inklużi dawk ġestiti permezz tal-KKI, se jitwettqu mill-Kummissjoni f'konformità ma'... [ir-Regolament dwar l-EIT (2019/0151/COD)] u r-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Dawn l-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tal-attivitajiet tal-EIT, inklużi l-KKI. Se jkunu bbażati fuq evalwazzjonijiet esterni indipendenti u se jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet ġenerali ta' nofs it-terminu u ex-post ta' Orizzont Ewropa. |
|
Kull KKI se tkun soġġetta għal rieżami bir-reqqa mill-EIT qabel tmiem ir-4, is-7, il-11 u l-14-il sena tal-operat taħt il-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija. Tali rieżami għandu jitwettaq minn esperti esterni indipendenti u l-kontinwazzjoni tal-KKI għandha tkun souġġetta għal deżiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija. |
Emenda 124
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Rapportar u Monitoraġġ |
4.2.3 Rapportar u Monitoraġġ |
Emenda 125
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapportar u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni operattiva tal-KKI u r-riżultati tagħhom se jkunu kompitu primarju tal-EIT u se jiġu implimentati b'kooperazzjoni mas-servizzi korporattivi komuni ta' Orizzont Ewropa. Is-sistema ta' rapportar u monitoraġġ għall-KKI se tkun inkorporata fis-sistema ta' monitoraġġ ġenerali ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' mudelli ta' data komuni, inkluż il-ġbir tad-data. Il-Kummissjoni se tieħu sehem fit-tfassil konġunt tal-indikaturi u l-għodod tal-impatt u tal-monitoraġġ rilevanti kollha żviluppati jew applikati mill-EIT sabiex tiżgura l-kompatibbiltà u l-konsistenza mas-sistema ta' monitoraġġ ġenerali ta' Orizzont Ewropa, inklużi l-mogħdijiet tal-impatt ewlenin, il-qafas tal-kriterji għas-Sħubiji Ewropej u l-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku. Barra minn hekk, l-EIT se jqis l-iskjerament tal-metodoloġija tar-Radar tal-Innovazzjoni f’Orizzont Ewropa, u se jesplora kif ir-Radar tal-Innovazzjoni jista’ jintuża mill-KKI għat-titjib tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tiegħu. |
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-EIT bi qbil mal-Artikolu 45 tar-Regolament [xxx] li jistabbilixxi Orizzont Ewropa. Id-data minn proġetti ffinanzjati taħt l-EIT għandhom ikunu inklużi fil-bażi tad-data ta' Orizzont Ewropa. Il-Kummissjoni se tieħu sehem fit-tfassil konġunt tal-indikaturi u l-għodod tal-impatt u tal-monitoraġġ rilevanti kollha żviluppati jew applikati mill-EIT sabiex tiżgura l-kompatibbiltà u l-konsistenza mas-sistema ta' monitoraġġ ġenerali ta' Orizzont Ewropa, inklużi l-mogħdijiet tal-impatt ewlenin, il-qafas tal-kriterji għas-Sħubiji Ewropej u l-Proċess tal-Ippjanar Strateġiku. Barra minn hekk, l-EIT se jqis id-dħul fl-użu tal-metodoloġija tar-Radar tal-Innovazzjoni f'Orizzont Ewropa, u se jesplora kif ir-Radar tal-Innovazzjoni jista' jintuża mill-KKI għat-titjib tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tiegħu. |
Emenda 126
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'mod ġenerali, se tkun ir-responsabbiltà tal-EIT li jissorvelja regolarment il-prestazzjoni operattiva tal-KKI u li jadatta kontinwament is-sistemi ta' monitoraġġ tiegħu f'konformità mal-qafas ta' monitoraġġ u rapportar ta' Orizzont Ewropa għas-Sħubiji Ewropej u b'kooperazzjoni mas-servizzi korporattivi komuni ta' Orizzont Ewropa. Ir-riżultati ta' tali monitoraġġ se jiġu inkorporati fil-proċessi tal-ippjanar tan-negozju tal-KKI u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-EIT dwar l-allokazzjoni tal-baġit u t-tħejjija tal-ftehimiet ta' sħubija qafas mal-KKI bħala benefiċjarji. |
B'mod ġenerali, se tkun ir-responsabbiltà tal-EIT li jissorvelja regolarment il-prestazzjoni operattiva tal-KKI, inkluża n-nefqa amministrattiva tagħhom, u li jadatta kontinwament is-sistemi ta' monitoraġġ tiegħu f'konformità mal-qafas ta' monitoraġġ u rapportar ta' Orizzont Ewropa għas-Sħubiji Ewropej u b'kooperazzjoni mas-servizzi korporattivi komuni ta' Orizzont Ewropa. Ir-riżultati ta' tali monitoraġġ se jiġu inkorporati fil-proċessi tal-ippjanar pluriennali tan-negozju tal-KKI u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-EIT dwar l-allokazzjoni tal-baġit u t-tħejjija tal-ftehimiet ta' sħubija qafas mal-KKI bħala benefiċjarji. |
Emenda 127
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 7 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) impatt ekonomiku/ta' innovazzjoni billi jinfluwenzaw il-ħolqien u t-tkabbir tal-kumpaniji, kif ukoll il-ħolqien ta' soluzzjonijiet innovattivi ġodda sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali, jinħolqu impjiegi diretti u indiretti u jiġu mmobilizzati investimenti pubbliċi u privati oħrajn; |
(1) impatt ekonomiku/ta' innovazzjoni billi jinfluwenzaw il-ħolqien u t-tkabbir tal-kumpaniji, kif ukoll il-ħolqien ta' soluzzjonijiet innovattivi ġodda sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali, jinħolqu impjiegi diretti u indiretti u jiġu mmobilizzati investimenti pubbliċi u privati addizzjonali; |
Emenda 128
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 7 – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) impatt xjentifiku u edukattiv billi jsaħħu l-kapital uman fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jtejbu l-ħiliet innovattivi u intraprenditorjali kemm fil-livell individwali kif ukoll f'dak organizzazzjonali, kif ukoll billi jrawmu t-tixrid tal-għarfien u l-innovazzjoni b'mod miftuħ fis-soċjetà; |
(2) impatt xjentifiku u edukattiv billi joħolqu għarfien ġdid, isaħħu l-kapital uman fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jtejbu l-ħiliet innovattivi u intraprenditorjali kemm fil-livell individwali kif ukoll f'dak organizzazzjonali, kif ukoll billi jrawmu t-tixrid tal-għarfien u l-innovazzjoni b'mod miftuħ fis-soċjetà; |
Emenda 129
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 7 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) impatt soċjetali billi jindirizzaw il-prijoritajiet tal-politika tal-UE fl-oqsma tat-tibdil fil-klima, l-enerġija, il-materja prima, is-saħħa jew l-ikel permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi, involviment maċ-ċittadini u mal-utenti finali u billi jsaħħu l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi f'dawn l-oqsma fis-soċjetà. |
(3) impatt soċjetali billi jindirizzaw il-prijoritajiet tal-politika tal-UE fl-oqsma tat-tibdil fil-klima (adattament, reżiljenza u mitigazzjoni), l-enerġija, il-materja prima, is-saħħa, il-manifattura b'valur miżjud, il-mobbiltà urbana jew l-ikel permezz ta' soluzzjonijiet innovattivi, involviment maċ-ċittadini u mal-utenti finali u billi jsaħħu l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi f'dawn l-oqsma fis-soċjetà; |
Emenda 130
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 7 – punt 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) impatt sistemiku, billi jiġu indirizzati problemi kumplessi u interkonnessi, jinħolqu soluzzjonijiet innovattivi komprensivi, jingħataw applikazzjonijiet trasformattivi b'valur miżjud integrat fuq setturi multipli, filwaqt li jingħata kontribut biex jitfasslu l-politiki tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-isfidi globali u soċjetali, fil-komunità tal-KKI u speċjalment fir-relazzjoni fost il-KKI; |
Emenda 131
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-impatti msemmija fit-tielet paragrafu għandhom jitkejlu skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness V għar-Regolament [xxx] li jistabbilixxi Orizzont Ewropa. |
Emenda 132
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tabella ta' hawn taħt tipprovdi l-lista mhux eżawrjenti ta' indikaturi tal-ġestjoni u l-miri tagħhom li jiġu ssorveljati mill-EIT fil-perjodu 2021-2027. Dawn l-indikaturi jipprovdu l-orjentazzjonijiet ewlenin tal-input u tal-output għall-monitoraġġ tal-kisba tal-għanijiet ewlenin tal-EIT għall-perjodu 2021-2027, bħalma huma t-trawwim tal-innovazzjoni u l-intraprenditorija permezz ta' edukazzjoni aħjar, iż-żieda tal-impatt reġjonali u l-ftuħ tiegħu lejn is-sħab potenzjali u l-partijiet ikkonċernati, u jinġiebu soluzzjonijiet innovattivi ġodda għall-isfidi globali għas-suq. |
Barra minn hekk, it-tabella ta' hawn taħt tipprovdi l-lista mhux eżawrjenti ta' indikaturi tal-ġestjoni u l-miri tagħhom li jiġu ssorveljati mill-EIT fil-perjodu 2021-2027. Dawn l-indikaturi jipprovdu l-orjentazzjonijiet ewlenin tal-input u tal-output għall-monitoraġġ tal-kisba tal-għanijiet ewlenin tal-EIT għall-perjodu 2021-2027, bħalma huma t-trawwim tal-innovazzjoni u l-intraprenditorija permezz ta' edukazzjoni aħjar, iż-żieda tal-impatt reġjonali u l-ftuħ tiegħu lejn is-sħab potenzjali u l-partijiet ikkonċernati, u jinġiebu soluzzjonijiet innovattivi ġodda għall-isfidi globali għas-suq. |
Emenda 133
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Se jiġu żviluppati indikaturi addizzjonali, inklużi indikaturi tal-impatt soċjetali fl-oqsma ta' attività tal-KKI, mill-EIT flimkien mal-Kummissjoni f'konformità mal-iżvilupp tal-qafas tal-indikaturi tal-programm Orizzont Ewropa u se jirriflettu l-approċċ ġenerali għas-Sħubiji Ewropej sabiex jikkontribwixxu għall-impatt xjentifiku, ekonomiku u soċjetali. B'mod ġenerali, l-allinjament tal-indikaturi tal-impatt ma' Orizzont Ewropa se jkollu l-għan li jissorvelja l-progress lejn l-għanijiet stabbiliti matul iż-żmien. Dan se jiżgura bażi ta' evidenza komparattiva dwar ir-riżultati u l-impatti ġġenerati mill-KKI vis-à-vis il-bqija tal-programm. Barra minn hekk, l-EIT se jiżgura li s-sistema ta' monitoraġġ tiġbor il-progress fir-rigward tal-attivitajiet speċifiċi għall-mudell tal-KKI, bħall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien u l-ħiliet intraprenditorjali. Dawn l-indikaturi addizzjonali ser ikollha l-għan li jimmonitorjaw il-progress u l-impatt matul iż-żmien. Pereżempju, l-indikaturi dwar l-attivitajiet relatati mal-edukazzjoni tal-EIT (inklużi dawk li jappoġġjaw il-kapaċitajiet tal-HEIs) għandhom jimmonitorjaw l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet tal-kapital uman (għal żmien qasir), il-karriera (għal żmien medju) u l-kundizzjonijiet tax-xogħol (għal żmien twil), l-involviment tal-HEIs u t-titjib tal-kapaċità (għal żmien qasir) jew ir-rwol u l-prestazzjoni tal-HEIs fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali (għal żmien medju u twil). |
Se jiġu żviluppati indikaturi addizzjonali, inklużi indikaturi tal-impatt soċjetali fl-oqsma ta' attività tal-KKI, mill-EIT flimkien mal-Kummissjoni f'konformità mal-iżvilupp tal-qafas tal-indikaturi tal-programm Orizzont Ewropa u se jirriflettu l-approċċ ġenerali għas-Sħubiji Ewropej sabiex jikkontribwixxu għall-impatt xjentifiku, ekonomiku u soċjetali. B'mod ġenerali, l-allinjament tal-indikaturi tal-impatt ma' Orizzont Ewropa se jkollu l-għan li jimmonitorja l-progress lejn l-għanijiet stabbiliti matul iż-żmien. Dan se jiżgura bażi ta' evidenza komparattiva dwar ir-riżultati u l-impatti ġġenerati mill-KKI vis-à-vis il-bqija tal-programm. Barra minn hekk, l-EIT se jiżgura li s-sistema ta' monitoraġġ tiġbor il-progress fir-rigward tal-attivitajiet speċifiċi għall-mudell tal-KKI, bħall-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien u l-ħiliet intraprenditorjali. Dawn l-indikaturi addizzjonali ser ikollha l-għan li jimmonitorjaw il-progress u l-impatt matul iż-żmien. Pereżempju, l-indikaturi dwar l-attivitajiet relatati mal-edukazzjoni tal-EIT (inklużi dawk li jappoġġjaw il-kapaċitajiet tal-HEIs) għandhom jimmonitorjaw l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet tal-kapital uman (għal żmien qasir), il-karriera (għal żmien medju) u l-kundizzjonijiet tax-xogħol (għal żmien twil), l-involviment tal-HEIs u t-titjib tal-kapaċità (għal żmien qasir) jew ir-rwol u l-prestazzjoni tal-HEIs fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali (għal żmien medju u twil). |
Emenda 134
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jiżgura li d-data li jiġbor permezz tas-sistema ta' monitoraġġ intern tiegħu, inklużi r-riżultati mill-KKI, ikunu integrati bis-sħiħ fis-sistema ġenerali tal-ġestjoni tad-data tal-programm Orizzont Ewropa. L-EIT se jiżgura li l-informazzjoni dettaljata li tirriżulta mill-proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tiegħu tiġi magħmula disponibbli fil-ħin u tkun aċċessibbli f'bażi ta' data elettronika komuni dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, l-EIT se jiżgura rapportar iddedikat dwar l-impatti kwantitattivi u kwalitattivi, inkluż dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji impenjati u effettivament ipprovduti. |
Sabiex itejjeb it-trasparenza u l-ftuħ, l-EIT għandu jiżgura li d-data li jiġbor permezz tas-sistema ta' monitoraġġ intern tiegħu, inklużi r-riżultati mill-KKI, tkun aċċessibbli u integrata bis-sħiħ fis-sistema ġenerali tal-ġestjoni tad-data tal-programm Orizzont Ewropa. L-EIT għandu jiżgura li l-informazzjoni dettaljata li tirriżulta mill-proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tiegħu tiġi magħmula disponibbli fil-ħin u tkun aċċessibbli fil-bażi ta' data elettronika komuni dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, l-EIT se jiżgura rapportar iddedikat dwar l-impatti kwantitattivi u kwalitattivi, inkluż dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji impenjati u effettivament ipprovduti. |
Emenda 135
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – tabella 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se: |
imħassar |
— Jtejjeb is-sistemi ta' monitoraġġ attwali tiegħu u jintroduċi qafas ta' rapportar u monitoraġġ, inklużi indikaturi tal-impatt, allinjati mal-Mogħdijiet Ewlenin tal-Impatt tal-[programm Orizzont Ewropa]. |
|
— Jimmonitorja regolarment il-prestazzjoni operattiva tal-KKI u l-outputs, ir-riżultati u l-progress tagħhom lejn l-impatt f'konformità mal-[qafas ta' Orizzont Ewropa]. |
|
— Jiżgura l-iżvilupp tal-indikaturi soċjetali speċifiċi fl-oqsma ta' attività tal-KKI u l-monitoraġġ regolari tiegħu f'konformità mal-qafas ta' Orizzont Ewropa għall-impatt soċjetali. |
|
— Jiżgura r-rapportar dwar l-impatti kwantitattivi u kwalitattivi, inkluż dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji. |
|
— Jiżgura l-aċċess għar-riżultati u għad-data tal-proġett mill-KKI u jintegrahom fis-sistema ġenerali tar-rapportar u l-ġestjoni tad-data tal-programm Orizzont Ewropa. |
|
Emenda 136
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 5 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Is-Setturi u l-Ekosistemi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi |
Emenda 137
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCI) jistgħu jġibu soluzzjoni orizzontali għal firxa ta' sfidi li qegħdin jiżdiedu, li huma ta' natura permanenti, u jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni. Dawn l-isfidi jistgħu jinġabru f'erba' pilastri: 1Il-kreattività, id-diversità kulturali u l-valuri tal-Ewropej; 2) L-identità u l-koeżjoni Ewropej; L-impjiegi, ir-reżiljenza ekonomika u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa; u 4) l-Ewropa bħala attur globali. |
Is-Setturi u l-industriji Kulturali u Kreattivi (CCSI)1a jistgħu jġibu soluzzjoni orizzontali għal firxa ta' sfidi li qegħdin jiżdiedu, li huma ta' natura permanenti, u jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' attivitajiet ta' edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni. Dawn l-isfidi jistgħu jinġabru f'erba' pilastri: 1il-kreattività, id-diversità kulturali u lingwistika u l-valuri tal-Ewropej; 2) l-identità u l-koeżjoni Ewropej; l-impjiegi, ir-reżiljenza ekonomika u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa; u 4) l-Ewropa bħala attur globali. |
|
__________________ |
|
1a Is-Setturi u l-Industriji Kulturali u Kreattivi jinkludu s-setturi u l-industriji kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali, diversità kulturali u espressjonijiet artistiċi u espressjonijiet kreattivi oħra individwali u/jew kollettivi, kemm jekk dawn l-attivitajiet huma orjentati lejn is-suq u kemm jekk mhumiex, hu x'inhu t-tip ta' struttura li twettaqhom u irrispettivament minn kif dik l-istruttura tiġi ffinanzjata. Dawk l-attivitajiet jinkludu l-iżvilupp ta' ħiliet u ta' talent b'potenzjal li jiġġeneraw l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-ġid u tal-impjiegi permezz tal-produzzjoni ta' valur soċjali u ekonomiku, inkluż mill-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali. Dawn jikkonċernaw ukoll l-iżvilupp, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preservazzjoni ta' prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew espressjonijiet kreattivi oħra, kif ukoll funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni u l-ġestjoni. Is-setturi kulturali u kreattivi jinkludu, fost l-oħrajn, l-arkitettura, l-arkivji, l-arti, il-libreriji u l-mużewijiet, is-snajja' artistiċi, il-midja awdjo u l-midja viżiva (inklużi l-films, it-televiżjoni, il-logħob tal-vidjo, il-multimidja u l-mużika rrekordjata), il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, id-disinn, l-industriji u l-moda ta' livell għoli xprunati mill-kreattività, il-festivals, il-mużika, il-letteratura, l-arti tal-ispettaklu, il-kotba u l-pubblikazzjonijiet (gazzetti u rivisti), ir-radju u l-arti viżiva, u r-reklamar. |
: (sabiex tiġi allinjata n-numerazzjoni tal-punti fl-Anness, il-punti taħt l-Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punti 7, 8 u 9 se jiġu nnumerati mill-ġdid fi stadju aktar tard fil-proċedura.)
Emenda 138
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kreattività u d-diversità kulturali tal-Ewropej jiddependu fuq setturi kulturali u kreattivi reżiljenti u robusti. Madankollu, dawk is-setturi, partikolarment is-settur awdjoviżiv jew tal-mużika, qed jiffaċċjaw għadd ta' sfidi bħala riżultat taż-żieda fil-kompetizzjoni mill-parteċipanti globali u l-bidla diġitali. |
Il-kreattività u d-diversità kulturali tal-Ewropej jiddependu fuq setturi u industriji kulturali u kreattivi reżiljenti u robusti. Madankollu, dawk is-setturi qed jiffaċċjaw għadd ta' sfidi bħala riżultat taż-żieda fil-kompetizzjoni mill-parteċipanti globali u l-bidla diġitali. |
Emenda 139
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 2 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Il-produtturi, id-distributuri, ix-xandara, it-teatri taċ-ċinema u t-tipi kollha ta' organizzazzjonijiet kulturali jeħtieġ li jinnovaw sabiex jattiraw ġenerazzjonijiet ġodda ta' udjenzi. |
— Il-produtturi, il-ħallieqa, id-distributuri, ix-xandara, it-teatri taċ-ċinema u t-tipi kollha ta' organizzazzjonijiet u negozji kulturali jeħtieġ li jinnovaw sabiex jattiraw u jespandu udjenzi ġodda u jiżviluppaw proċessi, servizzi, kontenut u prattiki ġodda li jġibu magħhom valur għas-soċjetà. |
Emenda 140
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 2 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— In-nuqqas ta' ħiliet intraprenditorjali u trażversali fis-CCS28 jikkonċerna kemm is-subsetturi emerġenti kif ukoll dawk maturi ħafna li jgħaddu minn trasformazzjoni diġitali profonda. Dawn il-ħiliet huma meħtieġa għall-innovazzjoni u kruċjali fid-dawl tal-bidliet fis-suq tax-xogħol li qed jiffaċċja s-settur. |
— In-nuqqas ta' ħiliet intraprenditorjali u trażversali fis-setturi kulturali u kreattivi28 jikkonċerna kemm is-subsetturi emerġenti kif ukoll dawk maturi ħafna li jgħaddu minn trasformazzjoni diġitali profonda. Dawn il-ħiliet huma meħtieġa għall-innovazzjoni u kruċjali fid-dawl tal-bidliet fis-suq tax-xogħol li qed jiffaċċja s-settur. |
__________________ |
__________________ |
28 L-istudji kulturali u kreattivi fl-universitajiet Ewropej huma ffokati l-aktar fuq il-"parti kreattiva" u l-gradwati tagħhom mhux dejjem ikunu lesti biex jidħlu fis-suq tax-xogħol modern, minħabba li ma jkollhomx ħiliet transsettorjali (intraprenditorjali, diġitali, tal-ġestjoni finanzjarja). Fir-rigward tal-HEIs, l-UE għadha wara l-Istati Uniti tal-Amerika fl-istudji tal-Komunikazzjoni u l-Midja (filwaqt li l-universitajiet tal-UE qegħdin jaħdmu aħjar f'dixxiplini aktar tradizzjonali bħall-Arti u d-Disinn jew l-Arti tal-Ispettaklu). |
28 L-istudji kulturali u kreattivi fl-universitajiet Ewropej huma ffokati l-aktar fuq il-"parti kreattiva" u l-gradwati tagħhom mhux dejjem ikunu lesti biex jidħlu fis-suq tax-xogħol modern, minħabba li ma jkollhomx ħiliet transsettorjali (intraprenditorjali, diġitali, tal-ġestjoni finanzjarja). Fir-rigward tal-HEIs, l-UE għadha wara l-Istati Uniti tal-Amerika fl-istudji tal-Komunikazzjoni u l-Midja (filwaqt li l-universitajiet tal-UE qegħdin jaħdmu aħjar f'dixxiplini aktar tradizzjonali bħall-Arti u d-Disinn jew l-Arti tal-Ispettaklu). Cultural heritage is an important source of innovation, providing good return on investment and significant. |
Emenda 141
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 2 – inċiż 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- Il-wirt kulturali hu sors importanti ta' innovazzjoni, li jipprovdi redditu fuq l-investiment u dħul ekonomiku sinifikanti, imma l-potenzjal tiegħu għadu mhux sfruttat biżżejjed. Peress li hu katalist għal riġenerazzjoni sostenibbli mmexxija mill-wirt u stimulu essenzjali għal edukazzjoni u taħriġ tul il-ħajja, it-tħeġġiġ għal kooperazzjoni u l-koeżjoni soċjali, hu jista' jibbenefika sew minn KKI dwar is-CCSI. |
Emenda 142
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 3 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-isfidi tas-soċjetà relatati mal-identità u l-koeżjoni Ewropej ġeneralment jistgħu jiġu deskritti f'termini ta' nuqqas ta' "pontijiet" li jgħaqqdu partijiet differenti tas-soċjetà, inklużi territorji differenti. Dawn jinkludu kwistjonijiet relatati mal-esklużjoni soċjali, il-ħtieġa li jinbnew konnessjonijiet interkulturali aktar mill-qrib u li jiġi żviluppat sens ta' appartenenza komuni abbażi tad-diversità kulturali u l-wirt komuni tagħna, li jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' aktar parteċipazzjoni tal-komunità, innovazzjonijiet fid-disinn, arkitettura u l-użu ta' spazji pubbliċi, kif ukoll innovazzjoni soċjali mmexxija mill-kultura. B'mod partikolari: |
L-isfidi tas-soċjetà relatati mal-identità u l-koeżjoni Ewropej ġeneralment jistgħu jiġu deskritti f'termini ta' nuqqas ta' "pontijiet" li jgħaqqdu partijiet differenti tas-soċjetà, inklużi territorji differenti. Dawn jinkludu kwistjonijiet relatati mal-esklużjoni soċjali, il-ħtieġa li jinbnew konnessjonijiet interkulturali aktar mill-qrib, li tiġi protetta d-diversità lingwistika, inklużi l-lingwi minoritarji, u li jiġi żviluppat sens ta' appartenenza komuni abbażi tad-diversità kulturali u l-wirt komuni tagħna, li jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' aktar parteċipazzjoni tal-komunità, innovazzjonijiet fid-disinn, arkitettura u l-użu ta' spazji pubbliċi, kif ukoll innovazzjoni soċjetali mmexxija mill-kultura. B'mod partikolari: |
Emenda 143
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 3 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Hemm kooperazzjoni limitata bejn ir-riċerkaturi u bejn ir-riċerka u l-industrija, kif ukoll koordinazzjoni insuffiċjenti tal-isforzi fir-riċerka u l-iżvilupp, il-kondiviżjoni tal-metodi, ir-riżultati u l-aħjar prattiki. Barra minn hekk, ħafna mir-riċerka fis-CCI ma ġietx tradotta, li twassal għal repetizzjoni, billi r-riċerkaturi ta' spiss ma jkunux jafu bi proġetti simili. |
— Hemm kooperazzjoni limitata bejn ir-riċerkaturi u bejn ir-riċerka u l-industrija, l-organizzazzjonijiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tat-tielet settur, kif ukoll koordinazzjoni insuffiċjenti tal-isforzi fir-riċerka u l-iżvilupp, il-kondiviżjoni tal-metodi, ir-riżultati u l-aħjar prattiki. Barra minn hekk, ħafna mir-riċerka fis-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi ma ġietx tradotta, u dan iwassal għal ripetizzjoni, billi r-riċerkaturi ta' spiss ma jkunux jafu bi proġetti simili. |
Emenda 144
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 3 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Sehem sinifikanti tal-prijoritajiet reġjonali ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fl-Ewropa jirreferi għall-kultura taħt angoli differenti (eż. il-wirt kulturali, l-industriji kreattivi, eċċ.). Minħabba r-rwol importanti tal-kultura u tal-kreattività għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-bliet u r-reġjuni u l-abbiltà tagħhom li jgħinu aktar sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta' disparità madwar l-Ewropa, il-potenzjal tal-KKI fis-CCI huwa għoli. |
— Sehem sinifikanti tal-prijoritajiet reġjonali ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fl-Ewropa jirreferi għall-kultura taħt angoli differenti (eż. il-wirt kulturali, l-industriji kreattivi, eċċ.). Minħabba r-rwol importanti tal-kultura u tal-kreattività għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-bliet u r-reġjuni u l-abbiltà tagħhom li jgħinu aktar sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta' disparità madwar l-Ewropa, il-potenzjal ta' din il-KKI huwa għoli. |
Emenda 145
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-isfidi relatati mal-impjiegi, ir-reżiljenza ekonomika u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa jinkludu kwistjonijiet ekonomiċi bħall-qgħad (speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ) u l-kompetizzjoni globali. |
L-isfidi attwali relatati mal-impjiegi, ir-reżiljenza ekonomika u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa jinkludu kwistjonijiet soċjoekonomiċi bħall-indirizzar tal-qgħad (speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ), it-titjib tal-ħiliet u tal-ambjenti tax-xogħol u l-iffaċċjar tal-kompetizzjoni globali. |
Emenda 146
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— L-industriji Ewropej iridu jaffaċjaw l-isfidi tad-diġitizzazzjoni u tal-globalizzazzjoni kif ukoll tal-impatt qawwi tagħhom fuq il-mod kif l-artisti jipproduċu u jqassmu x-xogħlijiet tagħhom u jirrelataw mal-udjenzi tagħhom. Il-kollass tas-swieq tad-DVDs, l-aspettattivi ġodda tal-konsumaturi u s-saħħa kontinwa tal-istudjows tal-Istati Uniti, flimkien maż-żieda ta' ġganti diġitali globali bħal Amazon, ITunes, Google u Netflix kellhom impatt fuq il-katina tal-valur tradizzjonali. |
— L-industriji Ewropej jintlaqtu b'mod qawwi mill-globalizzazzjoni, mid-diġitalizzazzjoni u mill-innovazzjoni teknoloġika. Dawn l-iżviluppi biddlu l-mod kif l-artisti jipproduċu u jqassmu x-xogħlijiet tagħhom u jirrelataw mal-udjenzi tagħhom. Dawn qed ibiddlu l-mudelli kummerċjali tradizzjonali tal-industriji kulturali u kreattivi, u b'mod fundamentali bidlu l-aspettattivi u l-imġiba tal-konsumaturi. Il-kollass tas-swieq li jbigħu oġġetti fiżiċi bħal CDs u DVDs, flimkien mat-tkabbir ta' fornituri tal-kontenut diġitali globali bħal Amazon, Alibaba, ITunes, Google u Netflix, kif ukoll is-saħħa dejjem akbar ta' kumpaniji ta' produzzjoni tal-kontenut mhux Ewropej, kellu impatt enormi fuq il-katina tal-valur tradizzjonali. |
Emenda 147
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 7 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fl-aħħar nett, ir-rwol tal-Ewropa bħala attur globali jinkludi l-ħtieġa li jittejjeb it-tixrid tal-kontenut kulturali maħluq fl-Ewropa. L-Ewropa trid tibqa' kompetittiva fit-tellieqa diġitali globali għall-ħolqien ta' teknoloġiji ġodda (eż. AI, IoT, blockchain) li għalihom is-CCI huma ġeneraturi importanti ta' kontenut, prodotti u servizzi globalment. Barra minn hekk, fuq skala globali, is-CCI (eż. id-disinn, l-arkitettura, eċċ.) jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp sostenibbli u jixprunaw l-innovazzjoni ekoloġika, filwaqt li l-kontenut kulturali (il-letteratura, il-films u l-arti) jista' jqajjem kuxjenza dwar problemi ekoloġiċi u jinforma l-opinjoni pubblika. |
Fl-aħħar nett, ir-rwol tal-UE bħala attur globali jinkludi l-ħtieġa li jittejjeb it-tixrid tal-kontenut kulturali Ewropew. L-Ewropa jeħtiġilha tibqa' kompetittiva fit-tellieqa diġitali globali għall-ħolqien ta' teknoloġiji ġodda (eż. AI, IoT, blockchain) li għalihom is-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi huma ġeneraturi importanti ta' kontenut, prodotti u servizzi globalment. Barra minn hekk, fuq skala globali, is-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi (eż. id-disinn, l-arkitettura, eċċ.) jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp sostenibbli u jixprunaw l-innovazzjoni ekoloġika, filwaqt li l-kontenut kulturali (il-letteratura, il-films u l-arti) jista' jqajjem kuxjenza dwar problemi ekoloġiċi u jinforma l-opinjoni pubblika. |
Emenda 148
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 8 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
KKI tal-EIT dwar is-CCI – bl-approċċ olistiku u integrat tagħha – se tgħin sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kollha definiti hawn fuq. Billi tkopri kważi s-setturi kollha ta' ħajjitna, tas-soċjetà u tal-ekonomija, tali KKI se tkun rilevanti ħafna f'termini tal-impatt ekonomiku u soċjetali, filwaqt li tisfrutta opportunitajiet strateġiċi għall-innovazzjoni ekonomika, teknoloġika kif ukoll soċjali. |
KKI tal-EIT dwar is-CCSI – bl-approċċ olistiku u integrat tagħha – se tgħin sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kollha definiti hawn fuq. Billi tkopri kważi s-setturi kollha ta' ħajjitna, tas-soċjetà u tal-ekonomija, tali KKI se tkun rilevanti ħafna f'termini tal-impatt ekonomiku u soċjetali, filwaqt li tisfrutta opportunitajiet strateġiċi għall-innovazzjoni ekonomika, teknoloġika kif ukoll soċjali. Hija se tkun ukoll strumentali biex jissaħħu l-għarfien u t-tagħlim kontinwu, filwaqt li tippermetti l-istituzzjonijiet edukattivi tal-arti għolja jiżvolġu rwol sinifikanti biex jiġu żviluppati kompetenzi ibridi u dispożizzjoni mentali intrapenditorjali li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-industrija. |
Emenda 149
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-innovazzjonijiet ibbażati fuq il-kultura u xprunati mill-kreattività jagħtu spinta lill-kompetittività Ewropea direttament billi joħolqu intrapriżi u impjiegi ġodda jew indirettament billi joħolqu benefiċċji transsettorjali għall-ekonomija usa', itejbu l-kwalità tal-ħajja u jżidu l-attraenza tal-Ewropa. Is-CCIs huma dejjem aktar meqjusa bħala sorsi ġodda ta' tkabbir u impjiegi intelliġenti, sostenibbli u inklużivi, li diġà qegħdin jimpjegaw aktar minn 12-il miljun persuna fl-UE, li jammontaw għal 7,5 % tal-persuni kollha impjegati fl-UE. |
L-innovazzjonijiet ibbażati fuq il-kultura u xprunati mill-kreattività jagħtu spinta lill-kompetittività Ewropea direttament billi joħolqu intrapriżi u impjiegi ġodda jew indirettament billi joħolqu benefiċċji transsettorjali għall-ekonomija usa', itejbu l-kwalità tal-ħajja u jżidu l-attraenza tal-Ewropa. Is-setturi kulturali u kreattivi (eż. il-wirt kulturali u l-arti) huma dejjem aktar meqjusa bħala sorsi ġodda ta' tkabbir u impjiegi intelliġenti, sostenibbli u inklużivi. Dawk is-setturi qegħdin jimpjegaw aktar minn 12-il miljun persuna fl-Unjoni, li jammontaw għal aktar minn 7,5 % tal-persuni kollha impjegati fl-UE. Il-wirt kulturali hu komponent ewlieni tas-setturi kulturali u kreattivi u kontributur ferm importanti biex ir-reġjuni, il-bliet u ż-żoni rurali tal-Ewropa jkunu attraenti. Hu instigatur ta' investimenti tas-settur privat, bil-ħsieb li jattira t-talent, jiġġenera negozji mingħajr xkiel u joħloq impjiegi diretti u indiretti. |
Emenda 150
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 8 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kontribut tal-kultura u tal-kreattività għall-innovazzjoni mhuwiex limitat għall-impatt dirett tas-CCS, minħabba li l-innovazzjoni b'mod estensiv qed tiġi xprunata dejjem aktar minn fatturi mhux teknoloġiċi bħall-kreattività, id-disinn u proċessi organizzattivi jew mudelli ta' negozju ġodda. B'mod partikolari, is-CCI bi ktajjen ta' valur distinti (jiġifieri l-mużika, id-disinn, il-moda, l-awdjoviżiv, il-logħob tal-kompjuter, l-arkitettura ...) għandhom kapaċità ta' innovazzjoni b'saħħitha f'termini ekonomiċi u huma kapaċi jmexxu l-innovazzjoni f'setturi oħrajn tal-ekonomija. |
Il-kontribut tal-kultura u tal-kreattività għall-innovazzjoni qed jiġi xprunat dejjem aktar minn fatturi mhux teknoloġiċi bħall-kreattività, id-disinn u proċessi organizzattivi jew mudelli ta' negozju ġodda. B'mod partikolari, is-setturi bi ktajjen ta' valur distinti (jiġifieri l-mużika, id-disinn, il-moda, l-awdjoviżiv, il-logħob tal-kompjuter, l-arkitettura...) għandhom kapaċità ta' innovazzjoni b'saħħitha f'termini ekonomiċi u huma kapaċi jmexxu l-innovazzjoni f'setturi oħrajn tal-ekonomija. |
Emenda 151
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 8 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kultura u l-parteċipazzjoni f'attivitajiet kulturali għandhom impatt dirett fuq il-benesseri taċ-ċittadini. Is-CCI jtejbu l-valuri soċjetali tal-identità, id-demokrazija u l-parteċipazzjoni fil-komunità. Il-kultura għandha potenzjal kbir li ssaħħaħ s-sens ta' appartenenza Ewropew, fejn id-diversità tirrappreżenta vantaġġ. Dan huwa ta' importanza fundamentali biex ikunu permessi r-reżiljenza, l-aċċess soċjali, il-koeżjoni tas-soċjetà, il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi politiċi tal-Ewropa u l-ħtieġa ta' unità. |
Il-kultura u l-parteċipazzjoni f'attivitajiet kulturali għandhom impatt dirett fuq il-benesseri taċ-ċittadini. Il-kultura għandha potenzjal kbir li ssaħħaħ s-sens ta' appartenenza Ewropew, fejn id-diversità tirrappreżenta vantaġġ. Dan huwa ta' importanza fundamentali biex ikunu permessi r-reżiljenza, l-aċċess soċjali, il-koeżjoni tas-soċjetà, il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. |
Emenda 152
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 8 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kontribut tal-kultura u tal-kreattività għall-innovazzjoni mhuwiex limitat għall-impatt dirett tas-CCS, minħabba li l-innovazzjoni b'mod estensiv qed tiġi xprunata dejjem aktar minn fatturi mhux teknoloġiċi bħall-kreattività, id-disinn u proċessi organizzattivi jew mudelli ta' negozju ġodda. B'mod partikolari, is-CCI bi ktajjen ta' valur distinti (jiġifieri l-mużika, id-disinn, il-moda, l-awdjoviżiv, il-logħob tal-kompjuter, l-arkitettura ...) għandhom kapaċità ta' innovazzjoni b'saħħitha f'termini ekonomiċi u huma kapaċi jmexxu l-innovazzjoni f'setturi oħrajn tal-ekonomija. |
Il-kontribut tal-kultura u tal-kreattività għall-innovazzjoni qed jiġi xprunat dejjem aktar minn fatturi mhux teknoloġiċi bħall-kreattività, id-disinn u proċessi organizzattivi jew mudelli ta' negozju ġodda. B'mod partikolari, is-setturi bi ktajjen ta' valur distinti (jiġifieri l-mużika, id-disinn, il-moda, l-awdjoviżiv, il-logħob tal-kompjuter, l-arkitettura...) għandhom kapaċità ta' innovazzjoni b'saħħitha f'termini ekonomiċi u huma kapaċi jmexxu l-innovazzjoni f'setturi oħrajn tal-ekonomija. |
Emenda 153
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 8 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kultura u l-parteċipazzjoni f'attivitajiet kulturali għandhom impatt dirett fuq il-benesseri taċ-ċittadini. Is-CCI jtejbu l-valuri soċjetali tal-identità, id-demokrazija u l-parteċipazzjoni fil-komunità. Il-kultura għandha potenzjal kbir li ssaħħaħ s-sens ta' appartenenza Ewropew, fejn id-diversità tirrappreżenta vantaġġ. Dan huwa ta' importanza fundamentali biex ikunu permessi r-reżiljenza, l-aċċess soċjali, il-koeżjoni tas-soċjetà, il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi politiċi tal-Ewropa u l-ħtieġa ta' unità. |
Il-kultura u l-parteċipazzjoni f'attivitajiet kulturali għandhom impatt dirett fuq il-benesseri taċ-ċittadini. Il-kultura għandha potenzjal kbir li ssaħħaħ s-sens ta' appartenenza Ewropew, fejn id-diversità tirrappreżenta vantaġġ. Dan huwa ta' importanza fundamentali biex ikunu permessi r-reżiljenza, l-aċċess soċjali, il-koeżjoni tas-soċjetà, il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. |
Emenda 154
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 8 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
KKI tal-EIT dwar is-CCI tagħti s-setgħa lill-opportunitajiet tan-netwerk, il-kollaborazzjoni, il-ħolqien konġunt u t-trasferiment tal-għarfien bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u n-negozju, fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi u ma' setturi oħrajn tas-soċjetà u l-ekonomija. Din se tikkatalizza inizjattivi minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel fil-livelli reġjonali, nazzjonali u tal-UE. Se tiżviluppa l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa għall-ħolqien u ż-żieda ta' impriżi ġodda f'ekosistemi innovattivi. Se tipprovdi lir-riċerkaturi u lill-istudenti f'ħafna dixxiplini (inklużi l-arti, l-umanistika, in-negozju, ix-xjenzi soċjali u x-xjenza pura applikata) u lill-imprendituri tas-CCI u setturi oħrajn bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa sabiex iwasslu soluzzjonijiet innovattivi u jbiddluhom f'opportunitajiet ta' negozju ġodda. Din se tippermetti aktar krossfertilizzazzjoni ma' setturi ekonomiċi u industrijali oħra, filwaqt li taġixxi bħala aċċelleratur għall-innovazzjoni. |
KKI tal-EIT dwar is-CCSI tiftaħ opportunitajiet ta' networking, kollaborazzjoni, ħolqien konġunt u trasferiment tal-għarfien bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka, in-negozju, l-organizzazzjonijiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet tat-tielet settur, fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi u ma' setturi oħrajn tas-soċjetà u l-ekonomija. Din se tikkatalizza inizjattivi minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel fil-livelli reġjonali, nazzjonali u tal-UE. Se tiżviluppa l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa għall-ħolqien u ż-żieda ta' impriżi ġodda f'ekosistemi innovattivi. Se tipprovdi lir-riċerkaturi u lill-istudenti f'ħafna dixxiplini (inklużi l-arti, l-umanistika, in-negozju, ix-xjenzi soċjali u x-xjenza pura applikata) u lill-imprendituri tal-industriji kulturali u kreattivi u setturi oħrajn bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa sabiex iwasslu soluzzjonijiet innovattivi u jbiddluhom f'opportunitajiet kulturali, soċjetali u ta' negozju ġodda.. Din se tippermetti aktar krossfertilizzazzjoni ma' setturi ekonomiċi u industrijali oħra, filwaqt li taġixxi bħala aċċelleratur għall-innovazzjoni. |
Emenda 155
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 9 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
KKI fis-CCI tkun komplementarja għal għadd ta' inizjattivi tal-Unjoni oħrajn, kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri. Is-sinerġiji ewlenin mistennija fil-livell tal-UE huma ppreżentati hawn taħt. |
KKI dwar is-CCSI tkun komplementarja għal għadd ta' inizjattivi tal-Unjoni oħrajn, kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri. Is-sinerġiji ewlenin mistennija fil-livell tal-UE huma ppreżentati hawn taħt. |
Emenda 156
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 9 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
KKI dwar is-CCI mistennija tistabbilixxi sinerġiji b'saħħithom ma' inizjattivi ta' politika rilevanti taħt il-Programm Orizzont Ewropa u, b'mod partikolari, taħt il-Pilastru II mar-raggruppament [Soċjetà Inklużiva u Sigura] u l-oqsma ta' intervent tagħha fuq il-Patrimonju Kulturali u d-Demokrazija. KKI futura tista' tipprovdi wkoll inputs orizzontali siewja f'diversi attivitajiet li jridu jitwettqu fir-raggruppament [Diġitali u Industrija], b'mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġiji tal-manifattura li fihom il-ħtieġa li jiġu żviluppati prodotti ġodda tiddependi ħafna fuq is-CCI Barra minn hekk, din tista' tikkomplementa b'mod effiċjenti partijiet oħrajn tal-Programm Orizzont Ewropa, l-intervent tal-EIT Diġitali eżistenti u l-azzjonijiet previsti taħt programmi tal-UE oħrajn bħal InvestEU, Ewropa Diġitali jew il-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni. |
KKI dwar is-setturi u l-industriji kreattivi u kulturali mistennija tistabbilixxi sinerġiji b'saħħithom ma' inizjattivi ta' politika rilevanti taħt il-programm Orizzont Ewropa u, b'mod partikolari, taħt il-Pilastru II mar-raggruppament [Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva] u l-oqsma ta' intervent tagħha fuq il-Patrimonju Kulturali u d-Demokrazija. KKI futura tista' tipprovdi wkoll inputs orizzontali siewja f'diversi attivitajiet li jridu jitwettqu fir-raggruppament [Diġitali, Industrija u Spazju], b'mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġiji tal-manifattura li fihom il-ħtieġa li jiġu żviluppati prodotti ġodda tiddependi ħafna fuq is-setturi u l-industriji kreattivi u kulturali. Barra minn hekk, din tista' tikkomplementa b'mod effiċjenti partijiet oħrajn tal-programm Orizzont Ewropa, l-intervent tal-EIT Diġitali eżistenti u l-azzjonijiet previsti taħt programmi tal-UE oħrajn bħal InvestEU, Erasmus, Ewropa Kreattiva, Ewropa Diġitali jew il-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni. |
Emenda 157
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 9 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Programm ġdid Ewropa Kreattiva se jkun rilevanti ħafna għall-attivitajiet tal-KKI dwar is-CCS. Il-Programm jeleġġi linji u sejħiet speċjali li jirriflettu wħud mill-isfidi diġà msemmija li qed jiffaċċja s-settur (eż. il-ħiliet u l-impjiegi tal-kreattivi, il-mudelli tan-negozju, eċċ.) u għandhom jiġu żviluppati sinerġiji u komplementarjetajiet b'saħħithom. Taħt il-Programm Ewropa Kreattiva, u fil-kuntest ta' aċċess limitat għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi, jistgħu jkunu mistennija sinerġiji mal-Faċilità ta' Garanzija tas-Settur Kulturali u Kreattiv, mekkaniżmu finanzjarju maħsub biex jgħin fiż-żieda tal-proġetti kulturali u kreattivi billi jipprovdi assigurazzjoni lill-intermedjarji finanzjarji. |
Il-Programm ġdid Ewropa Kreattiva se jkun rilevanti ħafna għall-attivitajiet ta' din il-KKI. Il-Programm jeleġġi linji u sejħiet speċjali li jirriflettu wħud mill-isfidi diġà msemmija li qed jiffaċċja s-settur (eż. il-ħiliet u l-impjiegi tal-kreattivi, il-mudelli tan-negozju, eċċ.) u għandhom jiġu żviluppati sinerġiji u komplementarjetajiet b'saħħithom. Taħt il-Programm Ewropa Kreattiva, u fil-kuntest ta' aċċess limitat għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi, jistgħu jkunu mistennija sinerġiji mal-Faċilità ta' Garanzija tas-Settur Kulturali u Kreattiv, mekkaniżmu finanzjarju maħsub biex jgħin fiż-żieda tal-proġetti kulturali u kreattivi billi jipprovdi assigurazzjoni lill-intermedjarji finanzjarji. |
Emenda 158
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 1 – punt 9 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-pjattaforma tal-Istrateġija ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3) dwar il-Modernizzazzjoni Industrijali identifikat għadd ta' strateġiji R&I li jiffokaw fuq is-CCS u tesplora rabtiet ġodda bejn l-assi lokali, is-swieq potenzjali u l-isfidi tas-soċjetà permezz tal-involviment ta' sett kbir ta' atturi intraprenditorjali. B'mod partikolari, il-promozzjoni ta' sħubiji ġodda bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi hija tħassib ewlieni tal-istrateġiji S3, li jitolbu l-istabbiliment ta' pjattaformi kollaborattivi ġodda. |
Il-pjattaforma tal-Istrateġija ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3) dwar il-Modernizzazzjoni Industrijali identifikat għadd ta' strateġiji R&I li jiffokaw fuq is-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi u tesplora rabtiet ġodda bejn l-assi lokali, is-swieq potenzjali u l-isfidi tas-soċjetà permezz tal-involviment ta' sett kbir ta' atturi intraprenditorjali. B'mod partikolari, il-promozzjoni ta' sħubiji ġodda bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi hija tħassib ewlieni tal-istrateġiji S3, li jitolbu l-istabbiliment ta' pjattaformi kollaborattivi ġodda. |
Emenda 159
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
KKI tal-EIT dwar is-CCI hija l-aktar addattata biex tindirizza l-isfidi ekonomiċi u soċjetali ewlenin deskritti hawn fuq. Il-kreattività hija xprunatur ewlieni tal-innovazzjoni u KKI dwar is-CCI għandha l-kapaċità li tisfrutta l-potenzjal tal-kreattività bbażata fuq il-kultura u tgħin biex jissaħħu l-kompetittività u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa. |
KKI tal-EIT dwar is-CCSI hija l-aktar addattata biex tindirizza l-isfidi ekonomiċi u soċjetali ewlenin deskritti hawn fuq. Il-kreattività hija xprunatur ewlieni tal-innovazzjoni u KKI dwar is-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi għandha l-kapaċità li tisfrutta l-potenzjal tal-kreattività artistika u bbażata fuq il-kultura u li tgħin biex issaħħaħ il-kompetittività, is-sostenibbiltà, il-prosperità u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa. |
Emenda 160
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – tabella
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
KKI tal-EIT dwar is-CCI se: |
imħassar |
— Tnaqqas il-frammentazzjoni tax-xenarju tal-innovazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi billi trawwem il-ħolqien ta' ekosistemi tal-innovazzjoni li jgħaqqdu l-atturi u n-netwerks mis-setturi u d-dixxiplini kollha fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE. |
|
— Tħarreġ lill-ġenerazzjoni li jmiss ta' innovaturi fis-setturi tas-CCI billi tgħammarhom bil-ħiliet tekniċi u intraprenditorjali neċessarji li huma meħtieġa biex jirnexxu f'ambjent li qed jinbidel malajr. |
|
— Tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kundizzjonijiet ta' qafas xierqa biex tittrasforma l-ideat fi żviluppi teknoloġiċi ġodda u innovazzjoni soċjali li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u li minnhom jibbenifikaw iċ-ċittadini tal-UE. |
|
— Trawwem il-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi ġodda fis-setturi kulturali u kreattivi billi timmobilizza l-investiment u l-impenn fit-tul mis-settur tan-negozju. |
|
— Toħloq sinerġija mal-KKI eżistenti, kif ukoll ma' sħubiji, programmi u inizjattivi Ewropej oħrajn biex tmexxi l-innovazzjoni lil hinn mill-industriji kulturali u kreattivi f'setturi oħrajn tal-ekonomija. |
|
— Issaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE bħala attur globali fis-CCI billi tisfrutta l-kreattività u d-diversità kulturali tal-Ewropej. |
|
Emenda 161
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Anness 1B.a. |
|
Skeda informattiva dwar il-Komunità tal-Konoxxenza u l-Innovazzjoni "Is-Setturi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi u l-Ekosistemi" ("KKI Ilma") |
|
(1) Approċċ integrat |
|
Approċċ integrat għall-isfida ekonomika, ambjentali u soċjali kruċjali għas-Setturi u l-Ekosistemi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi tal-Unjoni ikopri firxa wiesa' ta' setturi ekonomiċi tradizzjonali u emerġenti, li jkunu intrinsikament marbuta mal-ekosistemi naturali li jkunu taħt pressjoni. Dak il-qasam se jkollu rwol kruċjali biex iwassal Ewropa newtrali għall-klima, sostenibbli u kompetittiva sal-2050, hekk kif teknoloġiji ġodda u l-ħtieġa li tkun dekarbonizzata l-ekonomija m'għandhomx iwasslu għal użu u sfruttament akbar tar-riżorsi tal-baħar u dawk akkwatiċi u għad-deterjorazzjoni tal-ekosistemi. L-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni għandhom rwol ċentrali fil-proċessi klimatiċi, fis-saħħa u l-benessri tal-bniedem, fil-provvista tal-ikel, fis-servizzi kritiċi tal-ekosistema, fl-enerġija rinnovabbli u f'riżorsi oħra, kif ukoll fil-preservazzjoni tal-bijodiversità. |
|
L-isfida tal-"KKI Ilma" se tkun li l-ilma tax-xorb u d-degredazzjoni tal-ekosistema tal-baħar jinbidlu f'opportunità għal ekonomija ċirkolari blu kompetittiva u sostenibbli. Dik l-isfida tista' tiġi indirizzata biss permezz ta' approċċ multidixxiplinarju u integrat li jħares lejn l-interkonnessjonijiet bejn l-ilma fuq naħa l-waħda u l-klima, il-ħarsien u r-restawr tal-ekosistemi, l-ikel, l-art, is-soċjetà, l-enerġija u oħrajn, fuq in-naħa l-oħra. Il-"KKI Ilma" tista' tkun allinjata mal-pilastri li ġejjin li huma kompletament konformi mal-orjentamenti lejn l-ewwel Pjan Strateġiku għal Orizzont Ewropa1a: |
|
(a) il-preservazzjoni u r-restawr tal-bijodiversità tal-baħar u l-ekosistemi akkwatiċi; |
|
(b) disponibbiltà, kwalità u sigurtà suffiċjenti tal-ilma; |
|
(c) ippjanar u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilmijiet interni, kostali u tal-baħar; |
|
(d) il-kontribut għall-ikel u s-sigurtà tan-nutrizzjoni; |
|
(e) l-iżvilupp tal-Ekonomija Blu. |
|
(2) Rilevanza u Impatt |
|
Il-"KKI Ilma" – bl-approċċ olistiku integrat tagħha – se tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi stabbiliti fil-punt 1, taħdem fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni u tgħin lill-Unjoni tilħaq l-SDGs. Bil-motto "ix-xjenza li għandna bżonn għall-oċean li rridu", in-NU se tniedi "deċennju ta' xjenza tal-oċean għal żvilupp sostenibbli" bejn l-2021 u l-20301d. Il-"KKI Ilma" għandha tkun parti minn din il-Komunità dinjija tan-NU. Barra minn hekk, il-"KKI Ilma" għandha l-potenzjali li tappoġġja diversi SDGs, partikolarment l-SDG 6 "Ilma Nadif u Sanità", l-SDG 11 "Bliet u Komunitajiet Sostenibbli", l-SDG 13 "Azzjoni Klimatika" u SDG 14 "Il-Ħajja taħt l-ilma". Ir-Rapport tal-IPCC dwar l-Oċeani u l-Krijosfera (2019)1e jipprovdi evidenza solida dwar żviluppi gravi li ġejjin filwaqt li jitlob azzjoni urġenti: hemm bżonn li l-ekosistemi jsiru aktar reżiljenti billi jitnaqqsu l-impatti u l-fatturi ta' stress eżistenti u ġodda u jsir adattament għall-avvenimenti estremi tal-livell tal-baħar u l-perikli kostali, malajr kemm jista' jkun. |
|
Skont l-aktar ċifri reċenti mill-2017, is-setturi stabbiliti tal-Ekonomija Blu kienu jimpjegaw 'il fuq minn erba' miljun persuna fl-Unjoni, jiġġeneraw fatturat ta' EUR 658 biljun u valur miżjud gross ta' EUR 180 biljun1f. Dan ma jinkludix is-setturi emerġenti tal-Ekonomija Blu bħall-enerġija blu, il-bijoekonomija blu u l-bijoteknoloġija, li joffru potenzjal sinifikanti għat-tkabbir u l-impjiegi, speċjalment fl-enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, hemm evidenza soda li turi li r-riċerka u l-edukazzjoni dwar il-baħar għandhom impatt ekonomiku pożittiv fuq l-ekonomiji kostali lokali. Il-fatt li kwazi 45 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni (214-il miljun persuna) jgħixu f'reġjuni kostali juri fih innifsu r-relevanza u l-potenzjal tal-impatt tal-"KKI Ilma". |
|
Il-"KKI Ilma" hija kompletament stabbilita fl-objettivi tal-politika l-ġdida tal-Unjoni, kif deskritt fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għalhekk hemm ħtieġa kbira li l-Unjoni tiżviluppa r-riċerkaturi, l-innovaturi u l-imprendituri tal-ġenerazzjoni li jmiss f'dan il-qasam. L-integrazzjoni unika tal-edukazzjoni flimkien mat-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-mudell tat-triangolu tal-għarfien tal-EIT se tikkontribwixxi lejn dawn l-għanijiet globali u ambizzjużi tal-Unjoni. Din se tikkontribwixxi biex jiġi żgurat li sal-2030 il-potenzjal tal-oċeani, tal-ibħra u tal-ilmijiet interni, u tal-ekosistemi u l-ekonomiji tagħhom li jixprunaw pjaneta fi stat tajjeb ta' saħħa, ikun mifhum, żblukkat u utilizzat kompletament, partikolarment permezz tal-bini tal-kapaċità umana u R&I msaħħa għall-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi. Kif muri fil-valutazzjoni tal-impatt għall-proposta tal-EIT, il-"KKI Ilma" mhijiex limitata għal settur ekonomiku speċifiku, iżda hi meħtieġa għal ħafna setturi u l-ekosistema ambjentali kollha biex dawn ikollhom prosperità sostenibbli1g. |
|
Din se tikkontribwixxi wkoll għall-prijoritajiet imniżżla fil-komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew1h minn Jannar 2020, b'mod partikolari: |
|
- l-"Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt" |
|
- il-"pjan ta' azzjoni ta' żero tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija" |
|
- l-"inizjattivi biex tiżdied, u biex tiġi mmaniġġata aħjar il-kapaċità tal-passaġġi interni fuq l-ilma". |
|
- l-"istrateġija tal-UE għall-bijodiversità" |
|
(3) Sinerġiji u Komplementarjetajiet ma' inizjattivi eżistenti |
|
Il-"KKI Ilma" mhux biss se tistabbilixxi l-aktar sinerġiji b'saħħithom possibbli mal-inizjattivi tal-politika rilevanti tal-Unjoni kif ukoll fi ħdan il-programm Orizzont Ewropa, iżda se tinteraġixxi wkoll fuq livell internazzjonali mal-inizjattivi rilevanti tan-NU u l-azzjonijiet tal-SDGs. |
|
F'termini ta' inizjattivi tal-politika tal-Unjoni, il-"KKI Ilma" mhux biss se tkun allinjata mal-prijoritajiet definiti fid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija tal-Baħar u d-Direttiva għall-ippjanar tal-ispazju marittimu. Hija se tikkontribwixxu wkoll għall-prijoritajiet imniżżla fil-komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew1i, partikolarment l-"Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt", il-"pjan ta' azzjoni ta' żero tniġġis tal-arja, tal-ilma u l-ħamrija" u l-"inizjattivi biex tiżdied, u biex tiġi mmaniġġata aħjar il-kapaċità tal-passaġġi interni fuq l-ilma" u l-istrateġija tal-Unjoni għall-bijodiversità. |
|
Xi Strateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3) reġjonali identifikaw għadd ta' strateġiji tar-Riċerka u l-Innovazzjoni li jiffukaw fuq industriji tal-baħar u akkwatiċi u jesploraw rabtiet ġodda bejn l-assi lokali, is-swieq potenzjali u l-isfidi soċjetali permezz tal-involviment ta' sett kbir ta' atturi intraprenditorjali. Dan għandu jkun meqjus bħala assi mill-"KKI Ilma" meta jintgħażlu l-applikazzjonijiet għaċ-ċentri ta' kollokament u ċ-ċentri tal-innovazzjoni, u se jkunu previsti interazzjonijiet massimali mal-awtoritajiet reġjonali relevanti. |
|
Safejn huma kkonċernati s-sottopartijiet tal-programm Orizzont Ewropa, għandhom ikunu assigurati komplementarjetajiet b'saħħithom, u jiġu evitati duplikazzjonijiet, partikolarment: |
|
- mal-qasam ta' missjoni "oċeani, ibħra, ilmijiet kostali u interni f'saħħithom"; |
|
- mas-sħubija ġenerali dwar "Ekonomija Blu newtrali għall-klima, sostenibbli u produttiva"; |
|
- ma' raggruppamenti tal-pilastru II; |
|
- ma' inizjattivi ta' pprogrammar konġunti (JPI), partikolarment "JPI Ilma" u "JPI Oċeani"; |
|
- ma' infrastrutturi tar-riċerka; |
|
- mal-EIC u l-BEI għall-użu ta' innovazzjonijiet promettenti. |
|
Tabilħaqq fis-snin li għaddew, il-BEI kellu rwol importanti fl-għajnuna lis-setturi pubbliċi u privati biex jibnu Ekonomija Blu sostenibbli. Il-BEI żied is-self għal proġetti tal-R&I fl-Ekonomija Blu. Pereżempju, il-BEI kien wieħed mill-ewwel selliefa għall-proġetti tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta u għen biex tiġi ffinanzjata madwar 40 % tal-kapaċità kollha tas-settur tal-enerġija mir-riħ fl-Unjoni1j. |
|
(4) Konklużjoni |
|
Il-"KKI Ilma" hi l-aktar adatta biex tindirizza l-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjetali ewlenin imniżżla f'dan l-Anness. Din il-KKI Ilma hi meħtieġa partikolarment biex tinbena l-kapaċità umana, jinstabu soluzzjoniet innovattivi għall-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi u biex dan kollu jissarraf f'azzjonijiet. |
|
Il-"KKI Ilma" se: |
|
- tippromwovi approċċ integrat u miltidixxiplinarju permezz ta' kollaborazzjoni fost istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja, organizzazzjoni tar-riċerka, kumpaniji innovattivi, organizzazzjonijiet pubbliċi u organizzazzjonijiet tat-tielet settur, biex tiżgura li l-Unjoni ssir newtrali għall-klima, sostenibbli u kompetittiva sal-2050; |
|
- tgħaqqad atturi u networks minn fost setturi u dixxiplini fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, partikolarment billi tidentifika l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tal-R&I rilevanti (RIS3) u strateġiji reġjonali ulterjuri li jinkludu setturi tal-ekonomija blu; |
|
- tħarreġ u tiżviluppa lill-ġenerazzjoni li jmiss ta' riċerkaturi u innovaturi fis-setturi tal-ekonomija blu billi tgħammarhom bil-ħiliet teknoloġiċi u intraprenditorjali neċessarji li huma meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli u kompetittiv. Dan se jinkludi moduli edukattivi rikonoxxuti b'mod konġunt u tuition-free, kif ukoll pjan fuq terminu twil għall-iżvilupp tar-riżorsi umani; |
|
- tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kundizzjonijiet qafas xierqa biex tittrasforma l-ideat fi żviluppi teknoloġiċi ġodda u f'innovazzjoni soċjali u għat-tqegħid tagħhom fis-suq fid-dawl tat-titjib fil-kwalità tal-ħajja u li minnhom jibbenifikaw iċ-ċittadini tal-Unjoni; |
|
- tissinerġizza mas-sħab eżistenti l-oħra tal-Unjoni, il-missjonijiet ta' Orizzont Ewropa, l-inizjattivi ta' programmar konġunti, l-EIC u l-BEI biex jiġu żviluppati innovazzjonijiet, setturi oħra jkunu jistgħu jikbru b'mod sostenibbli u jiżdiedu t-tqegħid fis-suq u l-aċċettazzjoni mis-soċjetà ta' soluzzjonijiet innovattivi; |
|
- issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala attur globali fix-xjenza tal-oċeani u fis-sigurtà mattittima, fil-ġestjoni tal-pasaġġi interni fuq l-ilma u fil-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi. |
|
__________________ |
|
1a https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/research_and_innovation/strategy_on_research_and_innovation/documents/ec_rtd_orientations-he-strategic-plan_122019.pdf |
|
1b Fi: Ir-rapport dwar l-ekonomija blu 2019, p.28. |
|
1c Bi qbil mal-qasam ta' intervent 4.4. kif deskritt fl-Orjentazzjonijiet lejn il-Pjan Strateġiku għal Orizzont Ewropa. |
|
1d https://www.oceandecade.org/ |
|
1e https://www.ipcc.ch/srocc/ |
|
1f Fi: Ir-rapport dwar l-ekonomija blu 2019, p.7. |
|
1g https://ec.europa.eu/education/sites/education/files/document-library-docs/impact-assessment-swd-330-final.pdf |
|
1h https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/european-green-deal-communication_en.pdf |
|
1i https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/european-green-deal-communication_en.pdf |
|
1j Fi: Ir-rapport dwar l-ekonomija blu 2019 https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/676bbd4a-7dd9-11e9-9f05-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-98228766 |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Sa mill-ħolqien tagħhom fl-2008, l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) żvolġew rwol importanti fit-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni, fit-taħriġ ta' eluf ta' riċerkaturi, fil-ħolqien ta' negozji ġodda, u fit-titjib ta' kooperazzjoni u trasferiment ta' teknoloġija bejn universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka u s-settur privat.
L-EIT hu strumentali biex jindirizza ostakli ewlenin għall-innovazzjoni fl-Unjoni, imma għad irid jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu. Din ir-reviżjoni għandha tibni fuq il-kisbiet filwaqt li tikkoreġi aspetti u tadatta għall-kuntest il-ġdid. Bid-diġitilizzazzjoni u l-kompetizzjoni minn reġjuni oħra, l-Unjoni teħtieġ pass ġdid biex tilħaq l-għanijiet tagħha kollha, inkluż il-"Patt Ekoloġiku Ewropew", filwaqt li ssir teknoloġikament sovrana.
L-enfasi tematika tal-KKI tal-futur jistħoqqilha attenzjoni b'reqqa. Il-prijoritajiet tal-EIT għandhom jirriflettu l-isfidi ta' żminijiethom. Aħna nemmnu li l-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCI), il-KKI il-ġdida proposta mill-Kummissjoni, hi ferm promettenti, imma aħna nixtiequ nissuġġerixxu wkoll waħda ġdida, dwar l-Ilma, li għandha titnieda fl-2025.
Prinċipji
Dan l-abbozz ta' rapport jibni fuq tliet prinċipji prinċipali, appoġġjati minn miżuri differenti. Dawn il-prinċipji huma Bilanċ, Sostenibbiltà u Simplifikazzjoni.
Il-Bilanċ hu dimensjoni kruċjali u komprensiva. Id-distribuzzjoni ġeografika attwali tal-KKI u ta' għotjiet hi konċentrata b'mod eċċessiv u hemm inugwaljanzi prinċipali bejn il-pajjiżi u anke bejn reġjuni differenti fl-istess pajjiż. Għalkemm l-eċċellenza trid tibqa' kriterju ta' prijorità meta jiġu attribwiti l-fondi, jeżistu żoni ta' eċċellenza madwar l-Ewropa kollha u mhux biss fl-aktar reġjuni sinjuri ta' nofs l-Istati Membri. L-EIT irid jibqa' strument għall-bini tal-kapaċità tar-RŻI u mezz għal ċirkolazzjoni aktar ugwali tal-imħuħ fi ħdan l-Unjoni. Il-bilanċ bejn il-Ġeneri jrid wkoll jibqa' r-regola. In-nisa jeħtieġu attenzjoni speċjali fl-EIT u fil-proġetti u l-istrutturi tal-KKI, hekk kif dawn jirrapreżentaw talent mhux sfruttat, li hu ewlieni għat-trasformazzjoni tal-ekonomija tagħna. Dan iwassal għal telf ta' talent għas-soċjetà Ewropea, nuqqas ta' diversità fil-post tax-xogħol, sottorappreżentazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet ewlenin u theddida potenzjali għat-tiftix tal-eċċellenza xjentifika, u l-ħolqien ta' intraprenditorija u negozji innovattivi. Fl-aħħar nett, irridu bilanċ aħjar bejn it-tliet pilastri tat-Triangolu tal-Għarfien – Edukazzjoni, Innovazzjoni u Riċerka. Il-KKI joperaw matul il-katina ta' valur kollha b'għan speċifiku: li jippromwovu l-intraprenditorija f'oqsma differenti tal-għarfien espert. Madankollu, mingħajr integrazzjoni vera bejn l-Edukazzjoni, l-Innovazzjoni u r-Riċerka, dan il-kompitu jibqa' dejjem inkomplut. L-edukazzjoni, b'mod partikolari, jeħtieġ li tkun aktar valorizzata jekk irridu li l-EIT jissodisfa r-rwol tiegħu, li jwassal għal trasformazzjonijiet istituzzjonali f'Istituzzjonijiet ta' Edukazzjoni Għolja, filwaqt li joħloq intraprenditorija innovattiva, negozji u servizzi ġodda.
Is-Sostenibbiltà hi multi dimensjonali, b'aspetti finanzjarji, soċjali, territorjali u ambjentali. Il-KKI jridu jimmobilizzaw investimenti esterni u jsiru finanzjarjament sostenibbli wara 15-il sena ta' fondi istituzzjonali mill-Unjoni. Dan għadu sfida għall-KKI eżistenti u ċerta flessibbiltà għal din l-iskeda ta' żmien tista' tkun ta' benefiċċju. L-indirizzar tad-disparitajiet u l-inugwaljanzi ġeografiċi, mhux biss bejn l-Istati Membri imma wkoll fi ħdan it-territorji tagħhom, li jiffunzjona fil-livell reġjonali u lokali, iħeġġeġ is-sostenibbiltà territorjali tal-Unjoni. Ir-riflessjoni tal-prijoritajiet attwali tal-UE fl-attivitajiet tal-KKI fosthom it-tħassib ambjentali, hi ġustifikazzjoni għall-eżistenza tagħhom. Hu għal din ir-raġuni li qed tiġi proposta KKI ġdida dwar l-Ilma.
Il-prinċipju tas-Simplifikazzjoni jikkonsisti fl-adozzjoni tal-aktar soluzzjoni favur l-utent fid-dimensjonijiet kollha: amministrattivi, finanzjarji u fl-istruttura tal-EIT fih nnifisu u l-KKI tiegħu. L-interess tal-benefiċjarji tal-għotjiet u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv tagħhom iridu jkunu l-ewwel tħassib tagħna. L-għan tagħna hu li titnaqqas il-kumplessità, jiġu nkoraġġuti r-riżultati u l-outputs innovattivi u jiġu allinjati r-regoli tal-EIT u tal-KKI ma' dawk ta' Orizzont Ewropa.
Il-Miżuri ewlenin
1) Edukazzjoni Għolja msaħħa
Biex il-kultura intraprenditorjali tkun inkorporata fis-soċjetà kollha, hu meħtieġ bilanċ aħjar fit-Triangolu tal-Għarfien għall-EIT, partikolarment iż-żieda tal-kapaċitajiet ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja biex jinħolqu t-talent u kompetenzi ġodda. Dan jista' jintlaħaq b'mod bilanċjat, sostenibbli u sempliċi permezz ta':
i. L-estensjoni tal-attivitajiet regolari tal-Edukazzjoni Għolja tal-KKI. Dan jimplika titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tar-riżorsi umani f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, ta' taħriġ vokazzjonali, ta' attivitajiet ta' mentoraġġ u l-użu sistematiku ta' MOOC tuition-free għad-disseminazzjoni l-aktar wiesa' ta' ouputs edukattivi tal-KKI. Il-kooperazzjoni mas-settur privat se jkun ewlieni biex jissaħħu sew in-negozju u l-ekosistema ta' innovazzjoni tagħna.
ii. L-inizjattiva ġdida proposta taħt il-forma ta' Azzjoni ta' Appoġġ biex titħeġġeġ il-kapaċità innovattiva ta' istituzzjonijiet ta' Edukazzjoni Għolja għandha tkun parti integrali tal-pjanijiet ta' negozju u tal-baġit tal-KKI. Din l-Inizjattiva ta' Edukazzjoni Għolja se tkun implimentata direttament mill-KKI settorjali permezz ta' sejħiet miftuħa u trasparenti; ma għandhiex tkun azzjoni ta' appoġġ separata fil-livell tal-EIT.
2) Ftuħ, trasparenza u viżibbiltà akbar
L-EIT u l-KKI tiegħu għandhom sistematikament iniedu sejħiet miftuħa u trasparenti biex jintgħażlu sħab ġodda, proġetti ġodda u biex jiġu stabbiliti ċentri ta' kollokazzjoni ġodda. Hija meħtieġa disseminazzjoni wiesa' ta' dawn is-sejħiet u tal-kriterji tal-għażla. Aħna nipproponu wkoll l-istabbiliment ta' network ta' uffiċjali ta' kollokament li jiffunzjonaw fl-EIT ta' kull Stat Membru fi ħdan il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għal Orizzont Ewropa.
Finalment, biex tiżdied il-kwalità tajba li tinftiehem tal-fondi tal-UE għall-innovazzjoni, il-korpi implimentattivi kollha tal-pilastru "Ewropa Innovattiva" ta' Orizzont Ewropa għandhom jaħdmu dejjem aktar qrib xulxin. Il-fattibbiltà li jkun stabbilit punt uniku ta' kuntatt għall-innovazzjoni fil-livell tal-UE għandu jkun valutat matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-EIT.
3) Distribuzzjoni ġeografika estiża
L-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali (RIS) kienet għodda privileġġata biex titwessa' l-bażi ġeografika tal-attivitajiet tal-EIT u tal-KKI. Iżda l-potenzjal tiegħu jibqa' b'mod ġenerali mhux sfruttat, l-aktar minħabba n-nuqqas ta' sinerġiji u regoli diverġenti bejn il-fondi strutturali u ta' investiment tal-Unjoni (il-Fondi SIE) u l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Għall-perjodu finanzjarju li jmiss, l-RIS u n-network il-ġdid ta' uffiċjali ta' kollokament tal-pajjiż jistgħu jippromwovu ċirkulazzjoni u distribuzzjoni ġeografika aktar bilanċjati fi ħdan l-Unjoni, l-aktar billi:
- jagħmlu l-użu tal-RIS obbligatorju;
- jużaw sinerġiji mal-fondi SIE biex joħolqu fl-EIT skemi ta' finanzjament li jkunu simili għall-azzjonijiet wiesa' tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Presidenti għal-ħolqien ta' timijiet, ġemellaġġ u ERA);
- jinkoraġġixxu r-ritorn ta' persuni b'livell għoli ta' ħiliet lejn pajjiżhom, partikolarment lejn dawk il-pajjiżi li jsofru minn flussi ta' ħruġ ogħla minn flussi ta' dħul (brain drain); is-sinerġiji mal-ERC, mal-azzjonijiet Maries S. Curie, kif ukoll peress li programmi nazzjonali għall-għotjiet ta' ritorn jistgħu ikunu strumentali;
- il-mobilizzazzjoni ta' fondi SIE għall-ħolqien ta' ċentri ta' kollokazzjoni ġodda u/jew infrastrutturi ta' riċerka;
- l-iżgurar li l-attivitajiet tal-KKI jkunu stabbiliti fi Strateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti. Barra minn hekk, meta jiġu ttrattati proposti ex-aequo, l-EIT u l-KKI għandhom jagħtu prijorità lill-proposti li jilħqu l-aktar mill-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
- li jkun possibbli li jimmobilizzaw kontribuzzjonijiet mill-fondi SIE;
- li jinkludu għadd akbar ta' reġjuni li jkollhom prestazzjoni baxxa fl-R&I;
- li jkunu sottorappreżentati fil-komunità tal-EIT;
- li jinkludu għadd akbar ta' SMEs;
- li jkollhom bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fit-timijiet tal-proġett.
Dan kollu filwaqt li jitqies li l-eċċellenza tibqa' l-kriterju ewlieni.
4) Il-mudell ta' finanzjament rivedut u simplifikat
Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jiġu simplifikati r-regoli ma' dawk ta' "Orizzont Ewropa" u biex il-KKI jiġu inkoraġġiti jsiru finanzjarjament sostenibbli aktar malajr, aħna qed nipproponi li:
i. Japplikaw tliet rati ta' kofinanzjament minflok erbgħa tul il-ħajja ta' KKI, li jitqarrbu aktar lejn il-prattiki skont Orizzont Ewropa;
ii. Kif rakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-2016, l-EIT għandu jalloka biss għotjiet pluriennali lill-KKI (sentejn jew preferibbilment tliet snin) u li t-tul tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju tal-KKI jkunu allinjati mat-tul ta' żmien tal-għotjiet;
iii. Id-derogi mill-mudell tal-ftehim tal-għotja ta' Orizzont Ewropa għandu jkun limitat għal każijiet ġustifikati kif dovut u soġġetti għal att delegat;
iv. Bi qbil ma' Orizzont Ewropa, l-ispejjeż amministrattivi kemm tal-EIT kif ukoll tal-KKI ma għandhomx jaqbżu l-5 %;
v. Jista' jiġi kkunsidrat Ftehim Qafas ta' Sħubija tal-KKI għal tliet snin, deċiż mill-bord tat-tmexxija wara valutazzjoni indipendenti, sabiex jiżgura fondi għal attivitajiet essenzjali li ma jkunux kummerċjalment vijabbli.
Barra minn hekk, hu kruċjali li l-KKI jagħti spinta lis-sorsi differenti ta' fondi privati u pubbliċi. Madankollu, dawk għandhom ikunu sorsi ta' fondi esterni (reġjoni, kumpaniji, fundazzjonijiet). L-isforzi lejn is-sostenibbiltà finanzjarja ma' tistax twassal għal żieda fil-miżati għat-tagħlim, miżati għal sħubija li l-KKI jitolbu mis-sħab. Bl-istess mod, l-isforzi lejn is-sostenibbiltà finanzjarja ma għandux iwassal għal tnaqqis tal-finanzjament tal-għotja u bidla lejn strumenti finanzjarji (self jew finanzjament imħallat), minbarra għal attivitajiet aktar qrib tas-suq. Dawn l-aspetti huma ta' importanza partikolari għal entitajiet iżgħar, bħall-SMEs.
5) Żewġ KKI ġodda mnedija f'oqsma ta' prijorità definiti sew
Il-KKI ġdida proposta dwar is-CCI hi ferm promettenti, u l-attenzjoni tagħha għandha tqis il-preservazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-arti u l-wirt kulturali Ewropew. Dan l-abbozz ta' rapport jappoġġja bis-sħiħ l-iskeda ta' żmien proposta biex titnieda sejħa għal din il-KKI ġdida fl-ewwel sena tal-perjodu finanzjarju li jmiss.
Sabiex tkun possibbli tħejjija bir-reqqa tal-partijiet ikkonċernati u l-koordinazzjoni mal-proċess ta' ppjanar strateġiku għal Orizzont Ewropa, hu importanti li tkun indikata t-tema tat-tieni KKI proposta. Aħna konvinti li fost l-oqsma ta' prijorità identifikati fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-EIT, dak dwar l-ilma tippreżenta l-ogħla benefiċċju fil-livell tal-UE. Hu kompletament konformi mal-prijoritajiet il-ġodda tal-UE fil-"Patt Ekoloġiku Ewropew" kif ukoll mal-inizjattivi internazzjonali għad-Deċennju tan-Nazzjonijiet Uniti għax-Xjenza dwar l-Oċeani għall-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-2021 u l-2030. Għalhekk żdied anness ġdid li jipproponi KKI għas-"Setturi tal-Ilma, tal-Baħar u Marittimi u l-Ekosistemi" ("KKI Ilma").
6) Id-dimensjoni tal-ġeneru inkorporata fl-aspetti kollha
In-nisa gradwati bid-dottorat huma ferm sottorappreżentati fl-oqsma tal-ICT (21 %), fl-inġinerija, il-manifattura u l-kostruzzjoni (29 %). L-attivitajiet tal-KKI fl-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jagħtu aktar attenzjoni għall-ħtieġa li jagħmlu bidla kompleta f'dawn ix-xejriet. Meta ffaċċjati minn żewġ proġetti tal-istess importanza, dak bl-akbar bilanċ bejn il-ġeneri għandu jintgħażel. L-EIT għandu rwol ta' monitoraġġ speċifiku fuq l-attivitajiet imwettqa għal dan il-għan.
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
Sa mill-ħatra tiegħi bħala rapporteur għall-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-EIT, jien kelli l-possibbiltà li nikkonfronta l-pożizzjonijiet tiegħi ma' għadd ta' partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati li kienu qed jitolbu li jiddiskutu l-proposta tal-Kummissjoni u li joffru l-ideat tagħhom dwar kif titjib skont ħtiġijiet varji.
L-iskeda ta' żmien hi sommarju tal-laqgħat u t-telefonati kollha li kelli f'dawn l-aħħar xhur ma' impriżi privati li kienu attivi f'forom differenti fl-attivitajiet tal-KKI u tal-EIT.
Organizzazzjoni |
Data u ħin |
Suġġetti diskussi |
Bord tat-Tmexxija tal-EIT |
21.10.2019 - 18.30 |
Funzjonament tal-EIT, relazzjonijiet mal-Bord tat-Tmexxija u l-KKI, importanza tar-rimarki tal-Qorti tal-Awdituri, riżultati tal-EIT s'issa. |
KKI dwar il-Materja Prima u s-Saħħa |
24.10.2019 - 08.30-09.30 |
Attivitajiet tal-KKI, funzjonament u riżultati miksuba s'issa, titjib tal-proposta tal-Kummissjoni, baġit, kurva tal-finanzjament, ftuħ u bilanċ ġeografiku, sostenibbiltà finanzjarja, edukazzjoni, KKI ġodda. |
Hewlett Packard (HP) |
06.11.2019 - 11.30-12 |
Parteċipazzjoni tal-HP fl-attivitajiet tal-KKI Diġitali. |
KKI InnoEnerġija |
23.10.2019 |
Attivitajiet tal-KKI, funzjonament u riżultati miksuba s'issa, titjib tal-proposta tal-Kummissjoni, baġit, kurva tal-finanzjament, ftuħ u bilanċ ġeografiku, sostenibbiltà finanzjarja, edukazzjoni, KKI ġodda. |
KKI Ikel |
21.01.2020 |
Attivitajiet tal-KKI, funzjonament u riżultati miksuba s'issa, titjib tal-proposta tal-Kummissjoni, baġit, kurva tal-finanzjament, ftuħ u bilanċ ġeografiku, sostenibbiltà finanzjarja, attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, KKI ġodda. |
Pjattaforma għal Aċċess għal Fruntieri Miftuħa |
06.02.2020 |
Xjenza miftuħa, aċċess miftuħ u interazzjonijiet bejn pjattaforma editorjali u disseminazzjoni tal-EIT u riżultati tal-KKI. |
Minbarra l-laqgħat bilaterali, ir-rapporteur ikkoorganizzat u pparteċipat f'xi attivitajiet pubblċi li matulhom kien possibbli li tiġbor aktar opinjonijiet u tistaqsi mistoqsijiet lill-atturi rilevanti. Dawn kienu:
- missjoni uffiċjali organizzata mill-Kumaitat ITRE f'Budapest u Vienna fil-Kwartieri Ġenerali tal-EIT u xi ċentri oħra mit-28 sat-30 ta' Ottubru 2019 – ir-rapport dwar il-missjoni b'aktar dettalji u sommarju tad-diskussjonijiet hu disponibbli fuq talba;
- avveniment ta' kolazzjoni pubbliku organizzat flimkien man-Netwerk għall-Għarfien u l-Innovazzjoni fil-Parlament Ewropew fit-13 ta' Novembru 2019, dwar il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, bil-parteċipazzjoni ta' xi rappreżentanti ta' KKI u ħafna parteċipanti kkonċernati oħra. Fost kwistjonijiet oħra, kienu diskussi wkoll ir-relazzjonijiet bejn l-EIC u l-EIT;
- konferenza pubblika organizzata flimkien man-Netwerk għall-Konnoxxenza u l-Innovazzjoni fil-Parlament Ewropew fl-4 ta' Frar 2020, bil-parteċipazzjoni tad-Direttur EIT, xi rappreżentanti tal-KKI, ix-shadow rapporteurs tal-PE u partijiet ikkonċernati oħra.
Ir-rapporteur irċieva inputs f'forma ta' emails u dokumenti ta' pożizzjoni wkoll mill-entitajiet li ġejjin: KIC Klima; The Guild; Missjoni tal-UE għan-Norveġja; YERUN; ECIU; Open University ta' Catalonia; Grupp Coimbra; Business Bridge Europe; ELIA.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI (9.6.2020)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa
(COM(2019)0330 – C9-0043/2019 – 2019/0152(COD))
Rapporteur for opinion: Vlad-Marius Botoş
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-Rapporteur jitlob li jiġi definit standard għoli ta' innovazzjoni fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-EIT fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI) ġdida tiegħu għall-2021-2027.
Filwaqt li l-edukazzjoni intraperenditorjali u tan-negozju hija kritika, l-EIT huwa wkoll istitut teknoloġiku. L-invenzjoni xjentifika u teknoloġika hija wkoll il-bażi għall-aħjar innovazzjoni li tibqa' għal żmien twil. Għaldaqstant, l-edukazzjoni teknika ghandha wkoll tkun punt fokali prinċipali għall-KKI u l-HEIs kollha involuti mal-Istitut.
1. L-ASI tistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u l-prijoritajiet tal-EIT għall-perjodu 2021-2027 u tiddefinixxi l-azzjonijiet ewlenin tiegħu, ir-riżultati mixtieqa u r-riżorsi meħtieġa għal dak il-perjodu.
2. Tiżgura l-allinjament tal-EIT ma' Orizzont Ewropa.
3. Tiggarantixxi kooperazzjoni u azzjonijiet komplementarji ma' programmi, prijoritajiet u impenji rilevanti oħra tal-Unjoni.
4. Tintroduċi wkoll l-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali (SIR), li tikkontribwixxi għal aktar bilanċ ġeografiku.
Ir-Rapporteur jilqa' l-Proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-EIT fil-promozzjoni tal-kompetittività tal-UE permezz tal-appoġġ tiegħu għall-ekosistema tal-innovazzjoni, billi l-Istitut ikkontribwixxa b'suċċess għat-tkabbir tat-"triangolu tal-għarfien".
L-EIT jirrappreżenta wieħed mill-muturi ewlenin għall-innovazzjoni ffukata fuq il-miri, li kapaċi jilħaq l-isfidi għas-soċjetà f'oqsma bħal: l-innovazzjoni sostenibbli; il-ħiliet ta' innovazzjoni u ta' negozju bil-għan li jkun hemm tagħlim tul il-ħajja; standards għoljin ta' edukazzjoni għolja teknika u intraprenditorjali; soluzzjonijiet ġodda orjentati lejn is-suq biex jiġu ffaċċjati l-isfidi globali; sinerġiji u valur miżjud matul il-programm Orizzont Ewropa.
Ir-Rapporteur jinnota xi suċċessi sinifikanti, b'mod partikolari fir-rigward ta':
- KKI InnoEnergy – Ħażna tal-enerġija – "Grafen ikkurvat" ultracapacitors għas-setturi tal-karozzi u ajruspazjali li jiċċarġjaw f'inqas minn żewġ sekondi u b'ħajja ta' aktar minn miljun użu,
- KKI ClimateChange – Użu tal-enerġija – Apparat ta' kontroll awtomatiku tal-klima – attwalment il-kompetitur ewlieni għal Google Nest fl-Ewropa,
- KKI Health – Apparat mobbli li jippermetti t-tbassir ta' kundizzjonijiet mediċi fit-tul bħall-Alzheimers u l-fibrillazzjoni atrijali.
Ir-rapporteur jirrikonoxxi s-suċċessi tal-KKIs eżistenti u jappella lill-EIT biex ikompli jrawwem it-tkabbir u l-impatt tagħhom, u jakkumpanja t-tranżizzjoni tagħhom lejn is-sostenibbiltà finanzjarja, meta jaslu fi tmiemhom il-ftehimiet qafas ta' sħubija.
Ir-rapporteur jilqa' t-tnedija proposta ta' KKI ġdida fil-qasam tal-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCI) fl-2021 biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta' kreattività bbażata fuq il-kultura, b'mod partikolari l-iżvilupp diġitali u teknoloġiku, u biex jgħin fit-tisħiħ tal-kompetittività u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jikkunsidra l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1 a |
|
Objettivi ġenerali |
|
L-objettivi ġenerali tal-EIT għandhom ikunu: |
|
(a) li jsaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni bbażati fuq sfidi sostenibbli fl-Ewropa kollha li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi globali; |
|
(b) li jrawwem l-iżvilupp tal-ħiliet intraprenditorjali u ta' innovazzjoni f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, inkluż li jżid il-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla fl-Unjoni kollha, u biex jappoġġja t-trasformazzjoni intraprenditorjali tagħhom; and |
|
(c) li jġib soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali u tas-soċjetà fis-suq. |
|
L-EIT għandu jiżviluppa sinerġiji ma' programmi oħra tal-Unjoni u għandu jġib valur miżjud fi ħdan Orizzont Ewropa. L-implimentazzjoni għandha ssir permezz ta' appoġġ għall-KKI u l-attivitajiet ikkoordinati mill-EIT. |
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1 b |
|
Objettivi speċifiċi |
|
L-għanijiet speċifiċi tal-EIT għandhom ikunu: |
|
(a) li jżid l-impatt tal-KKI u tal-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien; |
|
(b) li jżid il-kapaċità tal-innovazzjoni tas-settur tal-edukazzjoni ogħla billi jippromwovi l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla (HEIs); |
|
(c) li jżid is-sensibilizzazzjoni reġjonali tal-EIT ħalli jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali fil-kapaċità tal-innovazzjoni fl-UE kollha. |
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1 c |
|
Tnedija ta' KKI ġdida fil-qasam tal-Industriji Kulturali u Kreattivi |
|
1. Matuli il-perjodu 2021-2027 għandha tiġi mnedija KKI ġdida fil-qasam tal-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCI), biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta' kreattività bbażata fuq il-kultura u tgħin biex jissaħħu l-kompetittività u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa u biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà. |
|
2. Il-KKI dwar l-Industriji Kulturali u Kreattivi (Cultural and creative Industry – CCI) għandha: |
|
(a) trawwem l-innovazzjoni teknika billi tikkollega n-negozju u r-riċerka bejn is-setturi u d-dixxiplini fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni; |
|
(b) tħarreġ lill-ġenerazzjoni li jmiss ta' innovaturi fis-setturi tas-CCI billi tgħammarhom bil-ħiliet tekniċi u intraprenditorjali meħtieġa biex jirnexxu f'ambjent li qed jinbidel malajr. |
|
(c) tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kundizzjonijiet ta' qafas xierqa biex jittrasformaw l-ideat fi żviluppi teknoloġiċi ġodda u innovazzjoni soċjali li jtejbu l-kwalità tal-ħajja għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
|
(d) tipprovdi l-ambjent biex tiżgura li jiġi żviluppat qafas għaċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi u l-istudji artistiċi, kulturali u kreattivi kif ukoll ir-rikonoxximent konkomitanti tat-titoli u ħiliet oħra bejn l-Istati Membri li jrawmu l-mobbiltà, il-viżibbiltà u l-aċċess għal opportunitajiet mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadini Ewropej li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiċċaqilqu liberament; |
|
(e) trawwem il-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi ġodda fis-settur tas-CCI billi timmobilizza l-investiment, ir-riżorsi meħtieġa u l-impenn fit-tul mis-settur tan-negozju b'mod komplementarju ma' għodod oħra; |
|
(f) tistabbilixxi sinerġiji mal-KKI eżistenti, kif ukoll ma' sħubiji, programmi u inizjattivi Ewropej oħrajn biex tmexxi l-innovazzjoni f'setturi oħrajn tal-ekonomija lil hinn mill-industriji kulturali u kreattivi. u |
|
(g) issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala attur globali fis-CCI billi tisfrutta l-kreattività u d-diversità kulturali taċ-ċittadini Ewropej u billi trawwem il-viżibbiltà u l-promozzjoni tal-kultura u l-innovazzjoni Ewropej globalment. |
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT kien stabbilit fl-2008 bl-għan li jikkontribwixxi għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. Huwa kien minn tal-ewwel li integra l-edukazzjoni, in-negozju u r-riċerka (it-trijangolu tal-għarfien) b'enfasi qawwija fuq it-talent intraprenditorjali u l-ħiliet fl-innovazzjoni. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-EIT fl-2018 ikkonfermat li l-loġika predominanti tal-EIT tibqa' valida u l-mudell tal-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien immexxi mill-innovazzjoni jibqa' rilevanti. |
L-EIT kien stabbilit fl-2008 bl-għan li jikkontribwixxi għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. Huwa kien minn tal-ewwel li integra l-edukazzjoni, in-negozju u r-riċerka (it-trijangolu tal-għarfien) b'enfasi qawwija fuq it-talent intraprenditorjali u l-ħiliet fl-innovazzjoni. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-EIT fl-2018 ikkonfermat li l-loġika predominanti tal-EIT tibqa' valida u l-mudell tal-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien immexxi mill-innovazzjoni għadu rilevanti. Il-valur miżjud tal-EIT jinsab fil-mudell uniku ta' innovazzjoni tiegħu li għandu jiġi ppreservat u mrawwem b'din l-ASI. |
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Deċennju wara l-istabbiliment tal-EIT, ir-ritmu tal-innovazzjoni aċċellera b'mod drammatiku. L-innovazzjoni qed tfassal mill-ġdid is-setturi ekonomiċi, tfixkel in-negozji eżistenti u toħloq opportunitajiet bla preċedent. B'ordni ekonomika globali li qed tinbidel u kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied, id-dipendenza tal-UE fuq it-talent u l-kapaċità tagħha li tagħmel innovazzjoni qed tikber. Id-disinn konġunt, il-kollaborazzjoni u l-ħolqien konġunt fid-dixxiplini kollha u bejn l-edukazzjoni, in-negozju u r-riċerka qatt ma kienu importanti daqs illum biex jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi globali relatati mat-tibdil fil-klima u l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali, it-trasformazzjoni diġitali, il-bidliet demografiċi jew il-futur tal-kura tas-saħħa u l-ikel. |
Deċennju wara l-istabbiliment tal-EIT, ir-ritmu tal-innovazzjoni aċċellera b'mod drammatiku. L-innovazzjoni qed tfassal mill-ġdid is-setturi ekonomiċi, tfixkel in-negozji eżistenti u toħloq opportunitajiet bla preċedent. B'ordni ekonomika globali li qed jinbidel u kompetizzjoni internazzjonali li qed tiżdied, id-dipendenza tal-UE fuq it-talent u l-kapaċità tagħha li tagħmel innovazzjoni qed tikber. Id-disinn konġunt, il-kollaborazzjoni u l-ħolqien konġunt fid-dixxiplini kollha u bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka, in-negozju, l-organizzazzjonijiet pubbliċi u tat-tielet settur, u s-soċjetà ċivili qatt ma kienu importanti daqs illum biex jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi globali relatati mat-tibdil fil-klima u l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi naturali, it-trasformazzjoni diġitali, il-bidliet kulturali u demografiċi jew il-futur tal-kura tas-saħħa u l-ikel. |
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bil-[proposta ta' Orizzont Ewropa] għal Programm Qafas ġdid li jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha bis-sħiħ sabiex iżżid aktar il-potenzjal ta' innovazzjoni tal-Ewropa sabiex tkun tista' tirrispondi għall-isfidi tal-ġejjieni. Ir-rwol distintiv tal-EIT fit-trawwim tal-innovazzjoni billi jlaqqa' flimkien in-negozju, l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili huwa msaħħaħ mill-pożizzjonament tiegħu fil-[Pilastru Ewropa Innovattiva] tal-[proposta ta' Orizzont Ewropa]. Il-[proposta ta' Orizzont Ewropa] tirrifletti l-ambizzjoni dejjem tikber tal-UE fir-rigward tal-innovazzjoni u l-ħtieġa li twettaqha. |
Permezz ta' Orizzont Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha bis-sħiħ li żżid aktar il-potenzjal ta' innovazzjoni tal-Ewropa sabiex tkun tista' tirrispondi għall-isfidi tal-ġejjieni. Ir-rwol distintiv tal-EIT fit-trawwim tal-innovazzjoni billi jlaqqa' flimkien in-negozju, l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili huwa msaħħaħ mill-pożizzjonament tiegħu fil-[Pilastru Ewropa Innovattiva] ta' Orizzont Ewropa. Orizzont Ewropa jirrifletti l-ambizzjoni xjentifika u teknika tal-UE li qed tikber. L-EIT għandu jipprovdi l-eċċellenza meħtieġa fl-intraprenditorija tal-edukazzjoni u l-innovazzjoni teknika. |
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull KKI hija organizzata madwar ħames sa għaxar ċentri ta' kolokazzjoni (CLCs22) li huma maħsuba sabiex jaġixxu bħala ċentri ġeografiċi għall-integrazzjoni prattika tat-trijangolu tal-għarfien. Huma organizzati u strutturati skont il-kuntest ta' innovazzjoni reġjonali u nazzjonali rispettiv tagħhom u jibnu fuq netwerk pan-Ewropew ta' laboratorji, uffiċċji jew kampusijiet eżistenti tas-sħab ewlenin ta' KKI. |
Kull KKI hija organizzata madwar ċentri ta' kolokazzjoni (CLCs22) li huma maħsuba sabiex jaġixxu bħala ċentri ġeografiċi għall-integrazzjoni prattika tat-trijangolu tal-għarfien. Huma organizzati u strutturati skont il-kuntest ta' innovazzjoni reġjonali u nazzjonali rispettiv tagħhom u jibnu fuq network pan-Ewropew ta' laboratorji, uffiċċji jew kampusijiet eżistenti tas-sħab ewlenin ta' KKI. |
__________________ |
__________________ |
22 "Ċentru ta' kolokazzjoni" huwa żona ġeografika fejn huma bbażati s-sħab ewlenin tat-trijangolu tal-għarfien tal-KKI u fejn jistgħu jinteraġġixxu faċilment, u jipprovdi l-punt fokali għall-attività tal-KKI f'dik iż-żona. |
22 "Ċentru ta' kolokazzjoni" huwa żona ġeografika fejn huma bbażati s-sħab ewlenin tat-trijangolu tal-għarfien tal-KKI u fejn jistgħu jinteraġġixxu faċilment, u jipprovdi l-punt fokali għall-attività tal-KKI f'dik iż-żona. |
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 3 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ b'komponenti intraprenditorjali b'saħħithom biex iħarrġu l-ġenerazzjoni li jmiss ta' talenti, inklużi t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' programmi mogħtija t-Tikketta tal-EIT23, b'mod partikolari fil-livelli ta' masters u dottorat; |
— Attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ b'komponenti intraprenditorjali b'saħħithom biex iħarrġu l-ġenerazzjoni li jmiss ta' talenti, inklużi t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' programmi mogħtija t-Tikketta tal-EIT23, b'mod partikolari fil-livelli ta' masters u dottorat, fid-dominji kollha ta' STEAM; |
__________________ |
__________________ |
23 It-Tikketta tal-EIT hija siġill ta' kwalità mogħti mill-EIT lil programm edukattiv ta' KKI li jikkonforma ma' kriterji ta' kwalità speċifiċi relatati, inter alia, mal-edukazzjoni intraprenditorjali u l-kurrikuli innovattivi ta' “tagħlim bil-prattika”. |
23 It-Tikketta tal-EIT hija siġill ta' kwalità mogħti mill-EIT lil programm edukattiv ta' KKI li jikkonforma ma' kriterji ta' kwalità speċifiċi relatati, inter alia, mal-edukazzjoni intraprenditorjali u l-kurrikuli innovattivi ta' “tagħlim bil-prattika”. |
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 3 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Attivitajiet li jappoġġjaw l-innovazzjoni biex jiżviluppaw prodotti, proċessi u servizzi innovattivi li jindirizzaw opportunità speċifika ta' negozju; |
— Attivitajiet intraprenditorjali u ta' innovazzjoni biex jiżviluppaw prodotti, proċessi u servizzi innovattivi li jindirizzaw opportunità speċifika ta' negozju u jippreżentaw valur miżjud għas-soċjetà; |
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-approċċ tal-EIT jikkontribwixxi sabiex iseħħu kemm innovazzjonijiet inkrementali kif ukoll distruttivi, jindirizza b'mod effettiv il-fallimenti tas-suq u jgħin fit-trasformazzjoni tal-industriji. Dan jippermetti l-ħolqien ta' strateġiji tan-negozju fit-tul biex jiġu indirizzati l-isfidi globali u jgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' qafas li huma essenzjali biex l-ekosistema ta' innovazzjoni li tiffunzjona sewwa tkompli tikber u l-innovazzjoni tirnexxi. |
L-approċċ tal-EIT jikkontribwixxi għall-innovazzjonijiet kemm inkrementali kif ukoll distruttivi, sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-fallimenti tas-suq u tingħata għajnuna fit-trasformazzjoni tal-industriji. Dan jippermetti l-ħolqien ta' strateġiji tan-negozju fit-tul biex jiġu indirizzati l-isfidi globali u jgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' qafas li huma essenzjali biex l-ekosistema ta' innovazzjoni li tiffunzjona sewwa tkompli tikber u l-innovazzjoni tirnexxi. |
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-ewwel nett, l-ekonomiji tal-lum qegħdin ikunu mmexxija dejjem aktar mill-ħiliet u l-abbiltajiet tan-nies u tal-organizzazzjonijiet sabiex ibiddlu l-ideat fi prodotti u servizzi. Il-ħiliet fl-innovazzjoni u l-kultura intraprenditorjali jagħmlu d-differenza kollha llum il-ġurnata, b'mod partikolari fl-oqsma teknoloġiċi u xjentifiċi, iżda dejjem aktar ukoll f'dixxiplini oħrajn. Hemm ħtieġa qawwija li tissaħħaħ aktar il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa. L-EIT jinsab f'pożizzjoni unika li jwettaq dan fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. |
L-ewwel nett, is-soċjetajiet u l-ekonomiji tal-lum qegħdin ikunu mmexxija dejjem aktar mill-ħiliet u l-abbiltajiet tan-nies u tal-organizzazzjonijiet li jbiddlu l-ideat fi prodotti, servizzi u proċessi. Il-ħiliet fl-innovazzjoni u l-kultura intraprenditorjali jagħmlu d-differenza kollha llum il-ġurnata, b'mod partikolari fl-oqsma teknoloġiċi u xjentifiċi, iżda dejjem aktar ukoll f'dixxiplini oħrajn, bħall-arti u l-istudji umanistiċi. Hemm ħtieġa qawwija li tissaħħaħ aktar il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa. L-EIT jinsab f'pożizzjoni unika li jwettaq dan fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 1 – punt 1.3 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tieni nett, il-prossimità fiżika hija fattur abilitanti ewlieni għall-innovazzjoni. L-inizjattivi mmirati biex jiżviluppaw netwerks ta' innovazzjoni u jipprovdu servizzi li jappoġġjaw il-ħolqien, il-kondiviżjoni u t-trasferiment tal-għarfien, għandhom rwol ewlieni fit-trawwim tal-interazzjonijiet bejn in-negozji, l-akkademiċi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-gvernijiet u individwi. Madankollu, il-prestazzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-UE, kif riflessi fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea annwali, ivarjaw b'mod konsiderevoli. Huwa ta' importanza kruċjali li l-innovazzjoni tkun inklużiva u jkollha l-għeruq tagħha fit-territorji lokali. L-attivitajiet tal-EIT, grazzi għall-approċċ tagħhom "ibbażat fuq il-post", huma addattati sewwa biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali. |
It-tieni, il-prossimità fiżika hija fattur abilitanti ewlieni għall-innovazzjoni u s-sostenibbiltà. L-inizjattivi mmirati biex jiżviluppaw networks ta' innovazzjoni u jipprovdu servizzi li jappoġġjaw il-ħolqien, il-kondiviżjoni u t-trasferiment tal-għarfien, għandhom rwol ewlieni fit-trawwim tal-interazzjonijiet bejn in-negozji, l-akkademiċi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-gvernijiet u individwi fid-dominji kollha. Madankollu, il-prestazzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-UE, kif riflessi fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea annwali, ivarjaw b'mod konsiderevoli. Huwa ta' importanza kruċjali li l-innovazzjoni tkun inklużiva u jkollha l-għeruq tagħha fit-territorji lokali u reġjonali. L-attivitajiet tal-EIT, bis-saħħa tal-approċċ tagħhom "ibbażat fuq il-post", huma addattati sewwa biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali u biex jipprovdu mudelli ġodda għal ekonomija sostenibbli. |
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT, bħala parti integrali mill-programm Orizzont Ewropa, se jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet predominanti tiegħu. Il-KKI se jkunu parti mis-Sħubiji Ewropej Istituzzjonalizzati, jiġifieri se jsegwu sett ta' prinċipji u kriterji taċ-ċiklu tal-ħajja biex jiżguraw approċċ aktar koerenti, miftuħ u mmexxi mill-impatt. Għalhekk, l-għanijiet ġenerali tal-EIT jirriflettu r-rwol ġenerali tal-EIT f'Orizzont Ewropa u l-post tiegħu fil-[Pilastru Ewropa Innovattiva]. |
L-eċċellenza hija l-ixprun ewlieni għall-EIT. Dan ifittex li jestendi l-ambizzjoni tal-KKI eżistenti u jinkoraġġixxi l-ogħla kwalità ta' riċerka u innovazzjoni f'komunitajiet ta' innovazzjoni. Is-sensibilizzazzjoni dwar it-tqassim ġeografiku u l-kontirbut fl-indirizzar tal-lakuni fl-innovazzjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi assoċjalti hija parti importanti mill-aġenda strateġika tal-EIT għall-perjodu 2021 – 2027 u testendi l-opportunitajiet ta' edukazzjoni għolja ta' kwalità għall-pajjiżi, b'mod speċjali għall-pajjiżi u r-reġjuni innovaturi modesti u moderati, imsemmija fl-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali ("RIS"). L-EIT, bħala parti integrali mill-programm Orizzont Ewropa, se jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni fl-Unjoni u biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet predominanti tiegħu. Il-KKI se jsiru parti mis-Sħubiji Ewropej Istituzzjonalizzati, jiġifieri se jsegwu sett ta' prinċipji u kriterji taċ-ċiklu tal-ħajja, kif stabbilit f'Orizzont Ewropa, biex jiżguraw approċċ aktar koerenti, trasparenti, miftuħ u mmexxi mill-impatt. L-għanijiet ġenerali tal-EIT jirriflettu r-rwol ġenerali tal-EIT f'Orizzont Ewropa u l-post tiegħu fil-[Pilastru Ewropa Innovattiva]. |
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-oqsma predominanti ta' intervent għall-EIT huma definiti fil-[proposta għal Orizzont Ewropa]. L-EIT se jkompli jappoġġja lill-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tiegħu biex isaħħu l-ekosistemi tal-innovazzjoni li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi globali. Se jagħmel dan billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni, ir-riċerka u n-negozju, biex b'hekk joħloq ambjenti li jwasslu għall-innovazzjoni, kif ukoll billi jippromwovi u jappoġġja ġenerazzjoni ġdida ta' imprendituri u jistimola l-ħolqien ta' kumpaniji innovattivi f'sinerġija u komplementarjetà mill-qrib mal-KEI. B'mod partikolari, meta jagħmel dan, huwa: |
L-oqsma predominanti ta' intervent għall-EIT huma definiti f'Orizzont Ewropa. L-EIT se jkompli jappoġġja lill-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) tiegħu biex isaħħu l-kwalità tal-komunitajiet tal-innovazzjoni tal-Unjoni li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi globali. Se jagħmel dan billi jrawwem l-integrazzjoni tal-edukazzjoni teknika ta' livell għoli, ir-riċerka u n-negozju, biex b'hekk joħloq ambjenti li jwasslu għall-innovazzjoni, kif ukoll billi jippromwovi u jappoġġja ġenerazzjoni ġdida ta' imprendituri u jistimola l-ħolqien ta' kumpaniji innovattivi f'sinerġija u komplementarjetà mill-qrib mal-KEI. B'mod partikolari, meta jagħmel dan, huwa: |
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1) Se jħeġġeġ l-edukazzjoni xjentifika u teknika ta' livell għoli li tkun ibbilanċjata bejn il-ġeneri fl-Istati Membri kollha; |
Emenda 16Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1a) Se jaħdem favur il-bilanċ bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni teknika u intraprenditorjali fl-Istati Membri kollha; |
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Se jsaħħaħ l-ekosistemi ta' innovazzjoni sostenibbli madwar l-Ewropa; |
(1) Se jsaħħaħ l-ekosistemi ta' innovazzjoni sostenibbli madwar l-Unjoni; |
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Se jrawwem l-innovazzjoni u l-imprenditorija permezz ta' edukazzjoni aħjar; |
(2) Se jrawwem l-iżvilupp tal-ħiliet intraprenditorjali u ta' innovazzjoni f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja, inkluż li jżid il-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla madwar l-Unjoni, u se jappoġġja t-trasformazzjoni intraprenditorjali tagħhom, inkluż fil-qasam tal-intraprenditorija soċjali; |
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Se jiġu esplorati wkoll opportunitajiet għal sinerġiji bejn il-parti tal-Kondiviżjoni tal-Eċċellenza ta' Orizzont Ewropa u l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni appoġġjati mill-EIT. B'mod partikolari, il-pajjiżi fil-mira tal-parti tal-Kondiviżjoni tal-Eċċellenza ta' Orizzont Ewropa se jkunu jistgħu jużaw l-għarfien espert tal-EIT u l-appoġġ għall-iżvilupp ta' attivitajiet downstream (jiġifieri qrib is-suq), bħala l-grupp fil-mira għall-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-EIT. |
Ma taffettwax il-verżjoni Maltija |
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien mill-EIT u l-KKI fil-livelli tal-UE, tal-Istati Membri, reġjonali u lokali se tibqa' kompitu ewlieni biex issaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni u tagħmilhom sostenibbli, kif ukoll biex tiżviluppa soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali. L-EIT se jkompli jappoġġja portafoll tal-KKI (ara l-Figura 2) u se jsaħħaħ aktar il-pjattaforma ta' suċċess tiegħu għat-tnedija, it-tkabbir u l-ġestjoni tagħhom. Il-KKI se jkomplu joperaw permezz taċ-ċentri ta' kolokazzjoni (CLC). Il-KKI se jkomplu jsegwu s-sostenibbiltà finanzjarja sabiex jiksbu l-indipendenza finanzjarja mill-għotja tal-EIT fit-tul (wara mhux aktar tard minn 15-il sena) permezz tal-ingranaġġ tal-investiment pubbliku u privat. |
L-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien mill-EIT u l-KKI fil-livelli tal-UE, tal-Istati Membri, reġjonali u lokali se tibqa' kompitu ewlieni biex issaħħaħ l-ekosistemi tal-innovazzjoni u tagħmilhom sostenibbli, kif ukoll biex tiżviluppa soluzzjonijiet ġodda għall-isfidi globali. L-EIT se jkompli jappoġġja portafoll tal-KKI (ara l-Figura 2) u se jsaħħaħ aktar il-pjattaforma ta' suċċess tiegħu għat-tnedija, it-tkabbir u l-ġestjoni tagħhom. Il-KKI se jkomplu joperaw permezz taċ-ċentri ta' kolokazzjoni (CLC). Il-KKI se jkomplu jsegwu s-sostenibbiltà finanzjarja sabiex jiksbu l-indipendenza finanzjarja mill-għotja tal-EIT fit-tul (wara mhux aktar minn 15-il sena) permezz tal-ingranaġġ tal-investiment pubbliku u privat. |
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT għandu jkompli jżid l-impatt reġjonali tiegħu permezz ta' ftuħ imtejjeb lejn is-sħab potenzjali u l-partijiet ikkonċernati u permezz ta' strateġija reġjonali artikolata aħjar tal-KKI, inkluż b'links għall-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti rilevanti. |
Biex jittejjeb il-bilanċ ġeografiku, l-EIT se jkompli jżid l-impatt reġjonali tiegħu permezz ta' ftuħ imtejjeb lejn is-sħab potenzjali u l-partijiet ikkonċernati u permezz ta' strateġija reġjonali artikolata aħjar tal-KKI, inkluż b'links għall-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti rilevanti. |
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-baġit tal-EIT iddedikat għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-RIS tal-EIT se jkun mill-inqas 10 % tal-finanzjament ta' appoġġ ġenerali għall-KKI, sabiex b'hekk jiżdied l-għadd ta' sħab tal-KKI minn reġjuni fil-mira li jkunu eleġibbli għall-RIS. L-appoġġ mill-RIS għandu jinkoraġġixxi l-bilanċ bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha. |
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT, immexxija mill-EIT u implimentata mill-KKI, sa issa tmexxiet fuq bażi volontarja. Mill-2021 'il quddiem, l-RIS tal-EIT se ssir parti integrali mill-istrateġija pluriennali tal-KKI. L-EIT se jkompli jipprovdi gwida u appoġġ lill-KKI fit-tħejjija ta' strateġiji pluriennali tal-RIS tal-EIT u fl-implimentazzjoni tagħhom. L-attivitajiet ta' RIS tal-EIT se jkomplu b'appoġġ imtejjeb għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-pajjiżi u r-reġjuni li ma jagħtux ir-riżultati mistennija f'termini ta' innovazzjoni. Il-baġit tal-EIT iddedikat għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-RIS tal-EIT se jkun mill-inqas 10 % tal-finanzjament ta' appoġġ ġenerali mill-EIT lill-KKI, sabiex b'hekk jiżdied l-għadd ta' sħab tal-KKI minn reġjuni fil-mira. L-attivitajiet appoġġjati permezz tal-RIS se jkollhom l-għan li: |
L-EIT għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-RIS tal-EIT jintużaw biex jattiraw u jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta' sħab potenzjali ġodda li jżidu l-valur lill-KKI, biex b'hekk tiġi estiża l-kopertura pan-Ewropea tal-EIT, u jkunu integrati b'mod sħiħ fl-istrateġiji pluriennali tal-KKI. L-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT, immexxija mill-EIT u implimentata mill-KKI, sa issa tmexxiet fuq bażi volontarja. Mill-2021 'il quddiem, l-RIS tal-EIT se ssir parti integrali mill-istrateġija pluriennali tal-KKI, biex b'hekk tespandi l-firxa pan-Ewropea tal-EIT. L-EIT se jkompli jipprovdi gwida u appoġġ lill-KKI fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta' strateġiji pluriennali tal-RIS tal-EIT. L-attivitajiet tal-RIS tal-EIT se jkomplu b'appoġġ imtejjeb għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-pajjiżi tal-UE-13 kif ukoll ta' pajjiżi moderati u modesti, li ma jagħtux ir-riżultati mistennija f'termini ta' innovazzjoni. L-attivitajiet appoġġjati permezz tal-RIS se jkollhom l-għan li: |
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 1 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— itejbu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tal-ekosistema lokali, permezz ta' attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u interazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-atturi tal-innovazzjoni lokali (raggruppamenti, netwerks, awtoritajiet reġjonali, HEIs, organizzazzjonijiet tar-riċerka, istituzzjonijiet tal-ETV); |
— itejbu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tal-ekosistema lokali, permezz ta' attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u interazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-atturi tal-innovazzjoni lokali (SMEs, raggruppamenti, networks, awtoritajiet reġjonali, HEIs, organizzazzjonijiet tar-riċerka, istituzzjonijiet tal-ETV); |
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 2 – inċiż 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
— jappoġġaw l-objettiv li jiġu attirati sħab ġodda lejn il-KKI billi jiġu stabbiliti CLCs ġodda biex jittejjeb il-bilanċ ġeografiku; |
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 2 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— jgħaqqdu l-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali mal-ekosistemi tal-innovazzjoni pan-Ewropej permezz ta' kooperazzjoni mal-KKI tal-EIT u ċ-ċentri ta' kolokazzjoni tagħhom. |
— jgħaqqdu l-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali mal-ekosistemi tal-innovazzjoni pan-Ewropej permezz ta' kooperazzjoni mal-KKI tal-EIT u maċ-ċentri ta' kolokazzjoni tagħhom. |
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 2 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni aktar profonda tal-KKI fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali, kull KKI se tkun meħtieġa li tiżviluppa u timplimenta strateġija li jkollha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjoni mal-atturi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali, u l-EIT se jissorvelja l-implimentazzjoni b'mod attiv. Għandu jiġi integrat approċċ ta' innovazzjoni "bbażat fuq il-post" fi ħdan l-istrateġija pluriennali u l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-KKI u dan għandu jibni fuq is-CLCs (u l-RIS) tal-KKI, sabiex b'hekk ir-rwol tagħhom jintuża bħala portal għall-aċċess għal komunità ta' KKI u għall-interazzjoni mas-sħab kolokati. Il-KKI għandhom juru rabtiet ma' Strateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti lokali u mal-attivitajiet ta' pjattaformi tematiċi rilevanti u inizjattivi interreġjonali, inklużi l-Awtoritajiet Maniġerjali tal-Fondi SIE. L-EIT se jissorvelja wkoll kif joperaw is-CLCs u kif dawn jintegraw fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali. |
Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni aktar profonda tal-KKI fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali, kull KKI se tkun meħtieġa li tiżviluppa u timplimenta strateġija li jkollha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjoni mal-atturi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali, b'mod speċjali dawk mill-pajjiżi tal-UE-13, u l-EIT se jissorvelja l-implimentazzjoni b'mod attiv. Għandu jiġi integrat approċċ ta' innovazzjoni "bbażat fuq il-post" fi ħdan l-istrateġija pluriennali u l-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-KKI u dan għandu jibni fuq is-CLCs (u l-RIS) tal-KKI, sabiex b'hekk ir-rwol tagħhom jintuża bħala portal għall-aċċess għal komunità ta' KKI u għall-interazzjoni mas-sħab kolokati. Il-KKI għandhom juru rabtiet ma' Strateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti lokali u mal-attivitajiet ta' pjattaformi tematiċi rilevanti u inizjattivi interreġjonali, inklużi l-Awtoritajiet Maniġerjali tal-Fondi SIE. L-EIT se jissorvelja wkoll kif joperaw il-benefiċċjarji tas-CLCs u tal-RIS u kif dawn jintegraw fl-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali. |
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Abbażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija tal-EIT u analiżi tagħha, l-ewwel KKI fil-qasam tal-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCI) hija proposta li titnieda fl-2022 b'sejħa għall-proposti li għandha tiġi ppubblikata fl-2021. Dan il-qasam ta' prijorità għandu l-aktar komplementarjetà b'saħħitha mat-tmien KKI li diġà ġew imnedija mill-EIT, kif ukoll mal-oqsma ta' prijorità potenzjali għal Sħubiji Ewropej oħrajn li għandhom jitniedu fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. Is-CCI huma settur b'potenzjal għoli ta' tkabbir, ħafna inizjattivi elementari u appell qawwi miċ-ċittadini. Huma inkorporati sewwa fl-ekosistemi lokali u reġjonali tagħhom. Madankollu, is-CCI għadhom settur frammentat ħafna u l-innovaturi u dawk li joħolqu n-negozju ma għandhomx il-ħiliet intraprenditorjali u tal-innovazzjoni meħtieġa. Dawn il-konġestjonijiet jiġu indirizzati bl-aħjar mod minn KKI bis-saħħa tal-approċċ ta' integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien, il-perspettiva fit-tul u l-approċċ ibbażat fuq il-post tagħha. Skeda informattiva li tiġbor fil-qosor l-isfidi tal-qasam tas-CCI u l-impatt mistenni tal-KKI futura hija inkluża fl-Anness 1B għal din l-ASI. |
Abbażi ta' proposta mill-Bord tat-Tmexxija tal-EIT u analiżi tagħha, l-ewwel KKI fil-qasam tal-Industriji Kulturali u Kreattivi (CCI) hija proposta li titnieda fl-2022 b'sejħa trasparenti u miftuħa għall-proposti li għandha tiġi ppubblikata fl-2021. Dan il-qasam ta' prijorità għandu l-aktar komplementarjetà b'saħħitha mat-tmien KKI li diġà ġew imnedija mill-EIT, kif ukoll mal-oqsma ta' prijorità potenzjali għal Sħubiji Ewropej oħrajn li għandhom jitniedu fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. Is-CCI huwa settur b'potenzjal għoli ta' tkabbir, ħafna inizjattivi elementari u appell qawwi miċ-ċittadini. Huma inkorporati sewwa fil-komunitajiet lokali u reġjonali tagħhom. Dan huwa wkoll settur b'potenzjal kbir għall-innovazzjoni teknika kummerċjali bħal kull mudell tal-EIT. Madankollu, is-CCI għadhom settur frammentat ħafna u l-innovaturi u dawk li joħolqu n-negozju ma għandhomx il-ħiliet intraprenditorjali u tal-innovazzjoni meħtieġa. Dawn il-konġestjonijiet jiġu indirizzati bl-aħjar mod minn KKI bis-saħħa tal-approċċ ta' integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien, il-perspettiva fit-tul u l-approċċ ibbażat fuq il-post tagħha. Skeda informattiva li tiġbor fil-qosor l-isfidi tal-qasam tas-CCI u l-impatt mistenni tal-KKI futura hija inkluża fl-Anness 1B għal din l-ASI. |
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3.2. L-għoti ta' appoġġ għall-kapaċità tal-innovazzjoni tal-edukazzjoni għolja |
3.2. Appoġġ għall-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-edukazzjoni għolja |
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Permezz tal-mudell ta' integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, l-EIT għen sabiex titnaqqas id-diskrepanza persistenti bejn l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni. B'mod partikolari, l-EIT huwa għodda ewlenija għall-iżvilupp tal-kapital uman permezz tal-enfasi distintiva tiegħu fuq l-edukazzjoni intraprenditorjali. Madankollu, l-impatt tal-EIT jibqa' limitat għas-sħab tal-KKI. |
Permezz tal-mudell ta' integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien, l-EIT għen sabiex titnaqqas id-diskrepanza persistenti bejn l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni. B'mod partikolari, l-EIT huwa għodda ewlenija għall-iżvilupp tal-kapital uman permezz tal-enfasi distintiva tiegħu fuq l-edukazzjoni intraprenditorjali. Madankollu, l-impatt tal-EIT jibqa' limitat u għandu jiġi estiż lil hinn mis-sħab tal-KKI. |
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-appoġġ u t-tisħiħ tal-edukazzjoni kulturali u artistika filwaqt li jiġi promoss ir-rikonoxximent transfruntier ta' kompetenzi u ħiliet artistiċi. |
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex jappoġġjaw l-innovazzjoni b'mod aktar wiesa', l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jeħtieġ li jkunu innovattivi u intraprenditorjali fl-approċċ tagħhom għall-edukazzjoni, ir-riċerka u l-involviment man-negozji u l-ekosistema tal-innovazzjoni lokali usa', inkluża s-soċjetà ċivili. |
Sabiex jappoġġjaw l-innovazzjoni b'mod aktar wiesa', l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa jeħtieġ li jkunu innovattivi u intraprenditorjali fl-approċċ tagħhom għall-edukazzjoni, ir-riċerka u l-involviment man-negozji u l-komunitajiet lokali tal-innovazzjoni, inklużi s-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra b'attenzjoni partikolari għall-bilanċ bejn il-ġeneri u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabbiltà. |
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-iżvilupp tal-HEIs f'organizzazzjonijiet aktar innovattivi u intraprenditorjali jeħtieġ strateġija ċara, qafas metodoloġiku u impenn ta' riżorsi. Abbażi tal-esperjenza tiegħu, l-EIT jinsab f'pożizzjoni unika sabiex jappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-HEIs taħt Orizzont Ewropa. |
L-EIT se jkollu fil-mira tiegħu b'mod partikolari l-HEIs minn pajjiżi li huma innovaturi moderati u modesti u minn reġjuni oħrajn bi prestazzjoni baxxa li jixtiequ jsaħħu l-impronta tal-innovazzjoni tagħhom u l-Istrateġiji ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti. Għal din il-miżura, l-EIT se jalloka mill-inqas 25 % tal-baġit ġenerali allokat għal dawn l-attivitajiet. L-iżvilupp tal-HEIs f'organizzazzjonijiet aktar innovattivi u intraprenditorjali jeħtieġ strateġija ċara u ambizzjuża, qafas metodoloġiku u impenn ta' riżorsi. Abbażi tal-esperjenza tiegħu, l-EIT jinsab f'pożizzjoni unika sabiex jappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċità intraprenditorjali u tal-innovazzjoni tal-HEIs taħt Orizzont Ewropa. |
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex jiżgura tixrid usa' u fehim aħjar tal-opportunitajiet offruti mill-EIT, l-EIT se jesplora l-possibbiltà li jsaħħaħ il-gwida u l-assistenza dwar aspetti relatati mal-parteċipazzjoni fil-KKI tal-EIT madwar l-Ewropa billi jibni fuq in-netwerks ta' informazzjoni eżistenti madwar l-Ewropa. |
Sabiex jiżgura tixrid usa' u fehim aħjar tal-opportunitajiet offruti mill-Istitut, l-EIT se jsaħħaħ il-gwida u l-assistenza lil sħab potenzjali ġodda dwar aspetti relatati mal-parteċipazzjoni fil-KKI tal-EIT madwar l-Ewropa billi jibni fuq in-networks ta' informazzjoni eżistenti madwar l-Ewropa u fejn meħtieġ jistabbilixxi oħrajn ġodda. |
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 1 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jorganizza laqgħat regolari tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri, kif ukoll servizzi relatati mal-Kummissjoni, mill-inqas darbtejn fis-sena, biex jiżgura komunikazzjoni xierqa u fluss ta' informazzjoni mal-Istati Membri u fil-livell tal-UE, filwaqt li jżommhom infurmati bil-prestazzjonijiet u l-kisbiet tal-attivitajiet iffinanzjati mill-EIT. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri għandu jiżgura wkoll appoġġ xieraq biex jikkoordina l-attivitajiet appoġġjati mill-EIT mal-programmi u l-inizjattivi nazzjonali, inkluż il-kofinanzjament nazzjonali potenzjali ta' dawk l-attivitajiet. |
L-EIT se jorganizza laqgħat annwali tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri kif ukoll tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni, bħall-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, biex jiġu żgurati komunikazzjoni u fluss ta' informazzjoni kif xieraq mal-Istati Membri u fil-livell tal-UE. Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri għandu jiżgura wkoll appoġġ xieraq biex jikkoordina l-attivitajiet appoġġjati mill-EIT mal-programmi u l-inizjattivi nazzjonali, inkluż il-kofinanzjament nazzjonali potenzjali ta' dawk l-attivitajiet. |
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 1 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jkompli jmexxi u jipprovdi gwida strateġika lill-Komunità ta' Alumni26 tal-EIT (b'kollaborazzjoni mal-Bord tal-Alumni tal-EIT) sabiex jimmassimizza l-impatt intraprenditorjali u tas-soċjetà tiegħu u l-involviment kontinwu tal-membri tiegħu fl-attivitajiet appoġġjati mill-EIT. Matul il-perjodu 2021-2027, il-Komunità se tkompli tikber u tinkludi wkoll l-alumni li jieħdu sehem fl-azzjonijiet li jappoġġjaw il-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tal-HEIs. |
L-EIT se jkompli jmexxi u jipprovdi gwida strateġika lill-Komunità ta' Alumni tal-EIT (b'kollaborazzjoni mal-Bord tal-Alumni tal-EIT) biex jimmassimizza l-impatt intraprenditorjali u tas-soċjetà tiegħu u l-involviment kontinwu tal-membri tiegħu fl-attivitajiet appoġġjati mill-EIT. L-IET se janalizza u jaqsam l-aħjar prattika biex ikompli jiżviluppa l-Komunitajiet ta' Alumni. L-Alumni għandhom ikunu involuti fil-ġbir ta' fondi għall-KKI u l-aktar importanti għandhom jappoġġjaw il-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tal-HEIs permezz tal-mentoring ta' studenti u riċerkaturi ġodda. |
__________________ |
__________________ |
26 Il-Komunità ta' Alumni tal-EIT tlaqqa' flimkien imprendituri u aġenti tal-bidla li pparteċipaw fi programm ta' edukazzjoni jew intraprenditorija mwassal minn KKI. Il-Komunità tirrappreżenta netwerk ta' aktar minn 5000 membru. |
26 Il-Komunità ta' Alumni tal-EIT tlaqqa' flimkien imprendituri u aġenti tal-bidla li pparteċipaw fi programm ta' edukazzjoni jew intraprenditorija mwassal minn KKI. Il-Komunità tirrappreżenta network ta' aktar minn 5000 membru. |
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.3 – punt 2 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sa issa, il-prattiki tajbin u t-tagħlimiet li joħorġu mill-KKI għadhom ma ġewx ikkodifikati biżżejjed u mxerrda b'mod effettiv. Fil-funzjoni ta' appoġġ tiegħu bħala sieħeb tal-għarfien għal dawk li jfasslu l-politika u għall-komunità kollha tal-innovazzjoni, l-EIT se jkompli jiżviluppa r-rwol tiegħu bħala istitut tal-innovazzjoni li jista' jiskopri, janalizza, jikkodifika, jikkondividi u jiżgura l-adozzjoni ta' prattiki innovattivi, lezzjonijiet u riżultati mill-attivitajiet iffinanzjati mill-EIT (l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-appoġġ għall-intraprenditorija) fuq skala usa'. Din l-attività se tibni fuq ir-rabtiet u s-sinerġiji mal-inizjattivi l-oħrajn fi ħdan il-[Pilastru Ewropa Innovattiva] tal-[proposta għal Orizzont Ewropa]. |
Sa issa, il-prattiki tajbin u t-tagħlimiet li joħorġu mill-KKI għadhom ma ġewx ikkodifikati biżżejjed u mxerrda b'mod effettiv. Fil-funzjoni ta' appoġġ tiegħu bħala sieħeb tal-għarfien għal dawk li jfasslu l-politika u għall-komunità kollha tal-innovazzjoni, l-EIT se jkompli jiżviluppa r-rwol tiegħu bħala istitut tal-innovazzjoni u ċentru ta' eċċellenza li kapaċi jiskopri, janalizza, jikkodifika, jikkondividi u jiżgura l-adozzjoni ta' prattiki innovattivi, lezzjonijiet u riżultati mill-attivitajiet iffinanzjati mill-EIT (l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-appoġġ għall-intraprenditorija) fuq skala usa'. Din l-attività se tibni fuq ir-rabtiet u s-sinerġiji mal-inizjattivi l-oħrajn fi ħdan il-[Pilastru Ewropa Innovattiva] ta' Orizzont Ewropa. Biex ikompli jirċievi appoġġ mill-UE u mill-Parlament Ewropew, l-IET għandu jipprovdi sessjonijiet ta' informazzjoni b'mod regolari għall-Membri tal-PE. Dawn is-sessjonijiet ta' informazzjoni għandhom jinvolvu riċerkaturi u sħab kummerċjali kif ukoll mexxejja u maniġers u jipprovdu opportunitajiet għall-iskrutinju u l-iskambju ta' ideat. |
Ġustifikazzjoni
Ħafna Membri tal-Parlament Ewropew ftit għandhom għarfien dwar l-EIT, is-suċċessi tiegħu u l-mod kif jopera. Din is-sitwazzjoni jeħtieġ titranġa.
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din it-taqsima tinkludi għadd ta' miżuri li għandhom l-għan li jadattaw u jtejbu l-funzjonament attwali tal-EIT u tal-KKI. Bord tat-Tmexxija tal-EIT effettiv u strateġiku se jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri fil-livell tal-EIT u se jipprovdi l-inċentivi u l-kontroll meħtieġa, inkluż permezz tal-proċess tal-allokazzjoni ta' finanzjament, sabiex jiġi żgurat li l-KKI jimplimentawhom. |
Din it-taqsima tinkludi għadd ta' miżuri li għandhom l-għan li jadattaw u jtejbu l-funzjonament attwali tal-EIT u tal-KKI. Bord tat-Tmexxija tal-EIT effettiv u strateġiku se jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri fil-livell tal-EIT u se jipprovdi l-inċentivi u l-kontroll meħtieġa, inkluż permezz ta' proċess tal-allokazzjoni ta' finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni, biex jiġi żgurat li l-KKI jimplimentaw il-bidliet, u jibqgħu jżommu l-ogħla standards. |
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jipprovdi gwida operattiva lill-KKI u se jissorveljahom fir-rigward tal-konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni tajba, il-prinċipji u l-kriterji stabbiliti għas-Sħubiji Ewropej fir-regolament dwar Orizzont Ewropa u l-allinjament mal-prijoritajiet ta' Orizzont Ewropa sabiex jimmassimizza l-prestazzjoni u l-impatt tagħhom. |
L-EIT se jipprovdi gwida operattiva lill-KKI u se jissorveljahom kontinwament fir-rigward tal-konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni tajba stabbiliti fir-Regolament dwar l-EIT, il-prinċipji u l-kriterji stabbiliti għas-Sħubiji Ewropej fir-regolament dwar Orizzont Ewropa kif ukoll l-allinjament mal-prijoritajiet ta' Orizzont Ewropa biex jimmassimizza l-prestazzjoni u l-impatt tagħhom. Se jittieħdu miżuri korrettivi xierqa f'każ li KKI trendi inqas jew twassal għal riżultati inadegwati skont l-indikaturi ta' prestazzjoni. |
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-miżuri li jiżguraw il-ftuħ kontinwu tal-KKI u t-trasparenza matul l-implimentazzjoni se jittejbu, b'mod partikolari billi jiġu inklużi dispożizzjonijiet komuni għal membri ġodda li jżidu l-valur għas-sħubiji. Huma se jmexxu wkoll l-attivitajiet tagħhom b'mod kompletament trasparenti. Il-KKI se jibqgħu sħubiji dinamiċi li s-sħab ġodda, inkluż sehem dejjem jikber ta' SMEs, jistgħu jissieħbu fihom abbażi tal-eċċellenza u l-kapaċità strateġika. Sabiex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tal-finanzjament u jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-KKI jibbenifikaw minn network wiesa' ta' sħab, il-proċedura għat-tħejjija tal-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju (inkluża l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet, l-għażla tal-attivitajiet u l-allokazzjoni tal-fondi) se ssir aktar trasparenti u inklużiva. Fl-aħħar nett, il-KKI se jżidu s-sehem ta' sejħiet, b'mod partikolari għal proġetti ta' innovazzjoni li huma miftuħa għal partijiet terzi. Dawn il-miżuri kollha se jżidu l-għadd ta' entitajiet parteċipanti involuti fl-attivitajiet tal-KKI. Fl-aħħar nett, il-KKI jenħtieġ li jirrapportaw dwar l-involviment ta' sħab ġodda fir-rapportar regolari tagħhom. |
L-EIT għandu jiżgura t-trasparenza matul l-implimentazzjoni u l-KKI għandhom jibqgħu miftuħa għal membri ġodda b'mod partikolari permezz ta' finanzjament allokat għall-istabbiliment ta' CLCs ġodda. Dan jinkiseb billi jiġu applikati kriterji ta' adeżjoni ċari u konsistenti għal membri ġodda li jżidu l-valur għas-sħubijiet. L-attivitajiet għandhom jitmexxew b'mod kompletament trasparenti. Il-KKI jibqgħu sħubijiet dinamiċi li sħab ġodda, inkluż sehem akbar ta' SMEs, jistgħu jingħaqdu magħhom abbażi tal-eċċellenza u l-abbiltà tagħhom li jikkontribwixxu għal ekosistemi ta' innovazzjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni. Sabiex jiġi rrispettat il-bilanċ ġeografiku u tiġi limitata l-konċentrazzjoni tal-finanzjament lill-pajjiżi tal-UE-15 u wkoll jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-KKI jibbenifikaw minn network wiesa' ta' sħab, il-proċedura għat-tħejjija tal-Pjan ta' Direzzjoni tan-Negozju (inkluża l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet, l-għażla tal-attivitajiet u l-allokazzjoni tal-fondi) se ssir aktar trasparenti u inklużiva, biex b'hekk tippromwovi l-parteċipazzjoni mill-pajjiżi tal-UE-13. Il-KKI se jżidu s-sehem ta' sejħiet, b'mod partikolari għal proġetti ta' innovazzjoni li huma miftuħa għal partijiet terzi. Dawn il-miżuri kollha se jgħinu biex jiżdied l-għadd ta' entitajiet parteċipanti involuti fl-attivitajiet tal-KKI. Fl-aħħar nett, il-KKI għandha tirrapporta dwar l-involviment ta' sħab ġodda fir-rapportar regolari tagħha. |
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) L-arrikkiment reċiproku fuq skala dinjija Il-ħiliet futuri se jkunu jeħtieġu l-ħsieb kritiku, il-flessibbiltà mentali, il-kreattività u l-ħsieb interdixxiplinari. L-IET se jappoġġa s-suċċess tal-Ewropa permezz tal-arrikkiment reċiproku'ambizzjuż bejn oqsma tematiċi, b'mod partikolari bil-promozzjoni ta' interazzjoni bejn ir-riċerkaturi u l-mexxejja tal-innovazzjoni f'KKI differenti. Dan jista' jinkiseb permezz ta' konferenzi annwali jew biannwali bejn KKI f'żewġ oqsma jew aktar (anke bl-involviment ta' studenti u riċerkaturi — ara l-punt 3.1 Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni – Appoġġ għall-KKI eżistenti). |
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 4b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) L-involviment tal-SMEs u ta' negozji ġodda |
|
Billi 99 % tan-negozji kollha fl-Unjoni huma SMEs u, f'dawn l-aħħar ħames snin, dawn ħolqu madwar 85 % tal-impjiegi l-ġodda, l-EIT jeħtieġlu jiżgura l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji ("SMEs") u tan-negozji ġodda fost is-sħab kummerċjali tal-KKI. It-tariffi ta' sħubija huma sors importanti ta' finanzjament għall-KKI kollha, iżda l-involviment ibbilanċjat tal-SMEs u n-negozji ġodda huwa essenzjali għat-tixrid tal-innovazzjoni u l-edukazzjoni intraprenditorjali. B'mod partikolari, l-involviment tal-SMEs u n-negozji ġodda fil-pajjiżi tal-RIS huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tal-KKI. Skont id-dikjarazzjoni inizjali tal-missjoni tal-EIT, dan ser: |
|
(1) jgħin biex jiġu identifikati problemi soċjetali fl-Istati Membri; |
|
(2) joħloq it-tkabbir lokali; and |
|
(3) jifrex opportunatajiet ta' impjiegi b'ħiliet madwar l-Unjoni. |
|
Bil-ħsieb ta' dan kollu, l-EIT għandu japplika prinċipji stretti ta' ftuħ u trasparenza fl-għażla ta' sħab kummerċjali ġodda u fil-proċedura tat-tħejjija tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju. L-SMEs involuti fl-iżvilupp ta' invenzjonijiet ġodda u innovazzjonijiet ġodda għandu jkollhom ftehimiet ta' xiri minn kumpaniji kbar involuti fil-KKI rilevanti. |
Ġustifikazzjoni
Billi 99 % tan-negozji kollha fl-UE huma SMEs u, f'dawn l-aħħar ħames snin, dawn ħolqu madwar 85 % tal-impjiegi l-ġodda, l-EIT għandu jiżgura l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji ("SMEs") u tan-negozji ġodda fost is-sħab kummerċjali tal-KKI. Ftehimiet ta' xiri miftiehma minn qabel huma mod wieħed kif l-SMEs jiġu involuti fil-KKI mingħajr il-ħtieġa li jiffinanzjaw tariffi ta' sħubija li ma jifilħux iħallsu.
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Soġġett għal studju indipendenti fil-fond b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, sal-aħħar tal-2023, l-EIT se jiddefinixxi r-relazzjonijiet tiegħu mal-KKI li se jieqfu jirċievu għotjiet ta' appoġġ matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027. Soġġett għal eżitu pożittiv ta' rieżami finali, l-EIT jista' jikkonkludi “Memorandum ta' Kooperazzjoni” ma' kull KKI, bl-għan li jżomm kooperazzjoni mal-KKI wara t-terminazzjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija. Dan il-Memorandum jenħtieġ li jinkludi, inter alia, drittijiet u obbligi marbuta ma': |
L-EIT għandu jiżviluppa l-prinċipji ġenerali għar-relazzjoni mal-KKI wara t-terminazzjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija, f'konformità mal-qafas ta' Orizzont Ewropa għas-Sħubiji Ewropej. Soġġett għal studju indipendenti fil-fond b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, sal-aħħar tal-2023, l-EIT se jiddefinixxi r-relazzjonijiet tiegħu mal-KKI li se jieqfu jirċievu għotjiet ta' appoġġ matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027. Soġġett għal eżitu pożittiv ta' rieżami finali, l-EIT jista' jikkonkludi "Memorandum ta' Kooperazzjoni" ma' kull KKI, bl-għan li jżomm kooperazzjoni mal-KKI wara t-terminazzjoni tal-ftehim qafas ta' sħubija. Dan il-Memorandum jenħtieġ li jinkludi, inter alia, drittijiet u obbligi marbuta ma': |
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.4 – punt 6 – paragrafu 1 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— l-użu tal-marka tal-EIT, il-parteċipazzjoni fil-Premjijiet tal-EIT u f'inizjattivi oħra organizzati mill-EIT; |
— Ma taffettwax il-verżjoni Maltija |
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.5 – paragrafu 2 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Erasmus u l-EIT se jistabbilixxu sinerġiji bejn il-komunitajiet rispettivi tagħhom. Il-koperazzjoni se tkun immirata biex tiżgura l-aċċess għall-istudenti tal-Erasmus li jkunu qed jieħdu sehem fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ li huma sħab tal-KKI, għall-iskejjel tas-sajf tal-KICs jew għal attivitajiet ta' taħriġ rilevanti oħrajn (pereżempju, dwar l-intraprenditorija u l-ġestjoni tal-innovazzjoni) u biex tibni kuntatti man-network tal-alumni tal-KKI. |
— Erasmus u l-EIT se jistabbilixxu sinerġiji bejn il-komunitajiet rispettivi tagħhom. Il-koperazzjoni se tkun immirata biex tiżgura l-aċċess għall-istudenti tal-Erasmus li jkunu qed jieħdu sehem fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ li huma sħab tal-KKI, għall-iskejjel tas-sajf tal-KICs jew għal attivitajiet ta' taħriġ rilevanti oħrajn (pereżempju, dwar l-intraprenditorija u l-ġestjoni tal-innovazzjoni) u biex tibni kuntatti man-network tal-alumni tal-KKI. Dan għandu jinkludi studenti involuti fl-apprendistati u t-taħriġ vokazzjonali bħala parti mill-Erasmus PRO. |
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.5 – paragrafu 2 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Fejn hu possibbli, se jkunu żgurati sinerġiji mal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej li tista' tgħin biex jiġu integrati l-attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-EIT ħalli jitħalla impatt sistemiku. |
— Se jiġu żgurati sinerġiji mal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej biex ikun żgurat li l-attivitajiet edukattivi tal-EIT ikunu parti mis-sistema ġenerali u għaldaqstant ikollhom impatt pożittiv fuq l-edukazzjoni fl-Istati Membri. |
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 3 – punt 3.5 – paragrafu 6 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Il-Programm ġdid Ewropa Kreattiva se jkun speċifikament rilevanti għall-attivitajiet ta' KKI futura dwar is-CCI. Se jiġu żviluppati sinerġiji sodi u kumplimentarjetajiet mal-programm f'oqsma bħall-ħiliet kreattivi, l-impjiegi u l-mudelli tan-negozju. |
— Il-Programm ġdid Ewropa Kreattiva se jkun speċifikament rilevanti għall-attivitajiet ta' KKI futura dwar is-CCI. Se jiġu żviluppati sinerġiji u komplementarjetajiet b'saħħithom mal-programm f'oqsma bħall-ħiliet kreattivi u r-rikonoxximent u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom b'fokus fuq l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, kif ukoll l-impjiegi, il-mobbiltà transfruntiera, approċċi intersettorjali fil-kreattività u l-iżvilupp ta' mudelli tan-negozju. |
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.1 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-EIT se jniedi azzjoni ġdida ta' appoġġ biex jiffaċilita l-istabbiliment ta' CLCs ġodda fi Stati Membri li mhumiex rappreżentati jew li għadhom sottorappreżentati fil-KKI attwali. |
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu -1 (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. standards ambizzjużi tal-KKI għandhom jiffaċilitaw u jappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni li jkunu l-aħjar u l-aktar ambizzjużi; |
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 4 – punt 4.2 – paragrafu 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-EIT se jiżgura li d-data li jiġbor permezz tas-sistema ta' monitoraġġ intern tiegħu, inklużi r-riżultati mill-KKI, ikunu integrati bis-sħiħ fis-sistema ġenerali tal-ġestjoni tad-data tal-programm Orizzont Ewropa. L-EIT se jiżgura li l-informazzjoni dettaljata li tirriżulta mill-proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tiegħu tiġi magħmula disponibbli fil-ħin u tkun aċċessibbli f'bażi ta' data elettronika komuni dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, l-EIT se jiżgura rapportar iddedikat dwar l-impatti kwantitattivi u kwalitattivi, inkluż dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji impenjati u effettivament ipprovduti. |
Biex ikun hemm aktar trasparenza u aċċess miftuħ, l-EIT se jiżgura li d-data li jiġbor permezz tas-sistema ta' monitoraġġ intern tiegħu, inklużi r-riżultati mill-KKI, ikunu kompletament aċċessibbli u integrati fis-sistema ġenerali tal-ġestjoni tad-data tal-programm Orizzont Ewropa. L-EIT se jiżgura li l-informazzjoni dettaljata li tirriżulta mill-proċess ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tiegħu tiġi magħmula disponibbli fil-ħin u tkun aċċessibbli f'bażi ta' data elettronika komuni dwar l-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, l-EIT se jiżgura rapportar iddedikat dwar l-impatti kwantitattivi u kwalitattivi, inkluż dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji impenjati u effettivament ipprovduti. |
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 7 – paragrafu 2 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Il-produtturi, id-distributuri, ix-xandara, it-teatri taċ-ċinema u t-tipi kollha ta' organizzazzjonijiet kulturali jeħtieġ li jinnovaw sabiex jattiraw ġenerazzjonijiet ġodda ta' udjenzi. |
— L-artisti, il-ħallieqa, il-produtturi, id-distributuri, ix-xandara, it-teatri taċ-ċinema u t-tipi kollha ta' organizzazzjonijiet kulturali jeħtieġ jinnovaw sabiex jippromwovu parteċipazzjoni attiva fis-setturi kreattivi, jappoġġjaw l-involviment u l-iżvilupp ta' udjenzi ta' kull età, b'mod partikolari l-udjenzi żgħażagħ, madwar l-Ewropa u lil hinn, jiżviluppaw proċessi, servizzi, kontenut kulturali u forom ġodda ta' prattiki kreattivi ġodda li jipprovdu valur għas-soċjetà. |
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 7 – paragrafu 2 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— In-nuqqas ta' ħiliet intraprenditorjali u trażversali fis-CCI28 jikkonċerna kemm is-subsetturi emerġenti kif ukoll dawk maturi ħafna li jgħaddu minn trasformazzjoni diġitali profonda. Dawn il-ħiliet huma meħtieġa għall-innovazzjoni u kruċjali fid-dawl tal-bidliet fis-suq tax-xogħol li qed jiffaċċja s-settur. |
— In-nuqqas ta' ħiliet intraprenditorjali u trażversali fis-CCI jikkonċerna kemm is-subsetturi emerġenti kif ukoll dawk maturi li għaddejjin minn trasformazzjoni diġitali profonda. Dawn il-ħiliet huma meħtieġa għall-innovazzjoni u kruċjali fid-dawl tal-bidliet fis-suq tax-xogħol li qed jiffaċċja s-settur. |
__________________ |
__________________ |
28 L-istudji kulturali u kreattivi fl-universitajiet Ewropej huma ffokati l-aktar fuq il-"parti kreattiva" u l-gradwati tagħhom mhux dejjem ikunu lesti biex jidħlu fis-suq tax-xogħol modern, minħabba li ma jkollhomx ħiliet transsettorjali (intraprenditorjali, diġitali, tal-ġestjoni finanzjarja). Fir-rigward tal-HEIs, l-UE għadha wara l-Istati Uniti tal-Amerika fl-istudji tal-Komunikazzjoni u l-Midja (filwaqt li l-universitajiet tal-UE qegħdin jaħdmu aħjar f'dixxiplini aktar tradizzjonali bħall-Arti u d-Disinn jew l-Arti tal-Ispettaklu). |
28 L-istudji kulturali u kreattivi fl-universitajiet Ewropej huma ffokati l-aktar fuq il-"parti kreattiva" u l-gradwati tagħhom mhux dejjem ikunu lesti biex jidħlu fis-suq tax-xogħol modern, minħabba li ma jkollhomx ħiliet transsettorjali (intraprenditorjali, diġitali, tal-ġestjoni finanzjarja). Fir-rigward tal-HEIs, l-UE għadha wara l-Istati Uniti tal-Amerika fl-istudji tal-Komunikazzjoni u l-Midja (filwaqt li l-universitajiet tal-UE qegħdin jaħdmu aħjar f'dixxiplini aktar tradizzjonali bħall-Arti u d-Disinn jew l-Arti tal-Ispettaklu). |
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 7 – paragrafu 3 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Hemm kooperazzjoni limitata bejn ir-riċerkaturi u bejn ir-riċerka u l-industrija, kif ukoll koordinazzjoni insuffiċjenti tal-isforzi fir-riċerka u l-iżvilupp, il-kondiviżjoni tal-metodi, ir-riżultati u l-aħjar prattiki. Barra minn hekk, ħafna mir-riċerka fis-CCI ma ġietx tradotta, li twassal għal repetizzjoni, billi r-riċerkaturi ta' spiss ma jkunux jafu bi proġetti simili. |
— Hemm kooperazzjoni limitata bejn ir-riċerkaturi u bejn ir-riċerka u l-industrija, is-settur pubbliku u l-organizzazzjonijiet tat-tielet settur, kif ukoll koordinazzjoni insuffiċjenti tal-isforzi fir-riċerka u l-iżvilupp, il-kondiviżjoni tal-metodi, ir-riżultati u l-aħjar prattiki. Il-parti l-kbira tar-riċerka fis-CCI ma ġietx tradotta għall-parti l-kbira tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, ħaġa li twassal għal repetizzjoni, billi r-riċerkaturi ħafna drabi ma jkunux jafu bi proġetti simili. |
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 7 – paragrafu 3 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— Sehem sinifikanti tal-prijoritajiet reġjonali ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fl-Ewropa jirreferi għall-kultura taħt angoli differenti (eż. il-wirt kulturali, l-industriji kreattivi, eċċ.). Minħabba r-rwol importanti tal-kultura u tal-kreattività għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-bliet u r-reġjuni u l-abbiltà tagħhom li jgħinu aktar sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta' disparità madwar l-Ewropa, il-potenzjal tal-KKI fis-CCI huwa għoli. |
— Sehem sinifikanti tal-prijoritajiet reġjonali ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fl-Ewropa jirreferi għall-kultura taħt angoli differenti (eż. il-wirt kulturali, il-logħob tal-kompjuter, il-produzzjoni tal-midja, id-disinn, l-arkitettura, eċċ.). Minħabba r-rwol importanti tal-kultura u tal-kreattività għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-bliet u r-reġjuni u l-abbiltà tagħhom li jgħinu aktar sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta' disparità madwar l-Ewropa, il-potenzjal tal-KKI fis-CCI huwa għoli. |
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 7 – paragrafu 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-isfidi relatati mal-impjiegi, ir-reżiljenza ekonomika u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa jinkludu kwistjonijiet ekonomiċi bħall-qgħad (speċjalment il-qgħad fost iż-żgħażagħ) u l-kompetizzjoni globali. |
Is-CCI huma kapaċi jixprunaw l-innovazzjoni f'setturi oħra tal-ekonomija. L-isfidi attwali relatati mar-reżiljenza ekonomika Ewropea u t-tkabbir intelliġenti jinkludu n-nuqqas ta' innovazzjoni, ħiliet (speċjalment ħiliet diġitali), il-qgħad ( b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ), is-sottoimpjieg, kif ukoll kompetizzjoni globali li qed tiżdied. |
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 7 – paragrafu 4 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— L-industriji Ewropej iridu jaffaċjaw l-isfidi tad-diġitizzazzjoni u tal-globalizzazzjoni kif ukoll tal-impatt qawwi tagħhom fuq il-mod kif l-artisti jipproduċu u jqassmu x-xogħlijiet tagħhom u jirrelataw mal-udjenzi tagħhom. Il-kollass tas-swieq tad-DVDs, l-aspettattivi ġodda tal-konsumaturi u s-saħħa kontinwa tal-istudjows tal-Istati Uniti, flimkien maż-żieda ta' ġganti diġitali globali bħal Amazon, ITunes, Google u Netflix kellhom impatt fuq il-katina tal-valur tradizzjonali. |
— L-industriji kulturali u kreattivi Ewropej iridu jaffaċjaw l-isfidi tad-diġitizzazzjoni u tal-globalizzazzjoni u l-impatt qawwi tagħhom fuq il-mod kif l-artisti jipproduċu u jqassmu x-xogħlijiet tagħhom u jirrelataw mal-udjenzi tagħhom. Il-kollass tal-formati tradizzjonali, l-aspettattivi ġodda tal-konsumaturi u l-konċentrazzjoni fis-swieq li qed tiżdied minħabba għadd żgħir ta' impriżi mhux Ewropej, flimkien maż-żieda ta' ġganti diġitali globali bħal Amazon, ITunes, Google u Netflix kellhom impatt fuq il-katina tal-valur tradizzjonali. |
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 7 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fl-aħħar nett, ir-rwol tal-Ewropa bħala attur globali jinkludi l-ħtieġa li jittejjeb it-tixrid tal-kontenut kulturali maħluq fl-Ewropa. L-Ewropa trid tibqa' kompetittiva fit-tellieqa diġitali globali għall-ħolqien ta' teknoloġiji ġodda (eż. AI, IoT, blockchain) li għalihom is-CCI huma ġeneraturi importanti ta' kontenut, prodotti u servizzi globalment. Barra minn hekk, fuq skala globali, is-CCI (eż. id-disinn, l-arkitettura, eċċ.) jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp sostenibbli u jixprunaw l-innovazzjoni ekoloġika, filwaqt li l-kontenut kulturali (il-letteratura, il-films u l-arti) jista' jqajjem kuxjenza dwar problemi ekoloġiċi u jinforma l-opinjoni pubblika. |
Fl-aħħar nett, ir-rwol tal-Ewropa bħala attur globali jinkludi l-ħtieġa li jittejjeb it-tixrid tal-kontenut kulturali maħluq fl-Ewropa. L-Ewropa trid tibqa' kompetittiva fit-tellieqa diġitali globali għall-ħolqien u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda (eż. it-tagħlim tal-magni, l-AI, l-IoT, il-blockchain) li għalihom is-CCI huma ġeneraturi importanti ta' kontenut, prodotti u servizzi globalment. Barra minn hekk, fuq skala globali, is-CCI (eż. id-disinn, l-arkitettura, eċċ.) jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp sostenibbli u jixprunaw l-innovazzjoni ekoloġika, filwaqt li l-kontenut kulturali (il-letteratura, il-films u l-arti) jista' jqajjem kuxjenza dwar problemi ekoloġiċi u jinforma l-opinjoni pubblika. |
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 8 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
KKI tal-EIT dwar is-CCI – bl-approċċ olistiku u integrat tagħha – se tgħin sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kollha definiti hawn fuq. Billi tkopri kważi s-setturi kollha ta' ħajjitna, tas-soċjetà u tal-ekonomija, tali KKI se tkun rilevanti ħafna f'termini tal-impatt ekonomiku u soċjetali, filwaqt li tisfrutta opportunitajiet strateġiċi għall-innovazzjoni ekonomika, teknoloġika kif ukoll soċjali. |
KKI tal-EIT dwar is-CCI – bl-approċċ olistiku u integrat tagħha – se taħdem sabiex jiġu indirizzati l-isfidi msemmija hawn fuq. Billi tkopri kważi s-setturi kollha ta' ħajjitna, tas-soċjetà u tal-ekonomija, tali KKI se tkun rilevanti ħafna f'termini tal-impatt ekonomiku u soċjetali, filwaqt li tisfrutta opportunitajiet strateġiċi għall-innovazzjoni ekonomika, teknoloġika kif ukoll soċjali. |
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-innovazzjonijiet ibbażati fuq il-kultura u xprunati mill-kreattività jagħtu spinta lill-kompetittività Ewropea direttament billi joħolqu intrapriżi u impjiegi ġodda jew indirettament billi joħolqu benefiċċji transsettorjali għall-ekonomija usa', itejbu l-kwalità tal-ħajja u jżidu l-attraenza tal-Ewropa. Is-CCIs huma dejjem aktar meqjusa bħala sorsi ġodda ta' tkabbir u impjiegi intelliġenti, sostenibbli u inklużivi, li diġà qegħdin jimpjegaw aktar minn 12-il miljun persuna fl-UE, li jammontaw għal 7,5 % tal-persuni kollha impjegati fl-UE. |
L-innovazzjonijiet ibbażati fuq il-kultura u xprunati mill-kreattività jindirizzaw l-isfidi soċjetali u jagħtu spinta lill-kompetittività Ewropea jew direttament billi joħolqu intrapriżi, organizzazzjonijiet u impjiegi ġodda jew indirettament billi joħolqu benefiċċji transsettorjali għall-ekonomija usa', itejbu l-kwalità tal-ħajja u jżidu l-attraenza tal-Ewropa. Is-CCIs huma dejjem aktar meqjusa bħala sorsi ġodda ta' tkabbir u impjiegi intelliġenti, sostenibbli u inklużivi, li diġà qegħdin jimpjegaw aktar minn 12-il miljun persuna fl-UE, li jammontaw għal 7,5 % tal-persuni kollha impjegati fl-UE. |
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – punt 6 – punt 9 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
KKI tal-EIT dwar is-CCI hija l-aktar addattata biex tindirizza l-isfidi ekonomiċi u soċjetali ewlenin deskritti hawn fuq. Il-kreattività hija xprunatur ewlieni tal-innovazzjoni u KKI dwar is-CCI għandha l-kapaċità li tisfrutta l-potenzjal tal-kreattività bbażata fuq il-kultura u tgħin biex jissaħħu l-kompetittività u t-tkabbir intelliġenti tal-Ewropa. |
KKI tal-EIT dwar is-CCI hija l-aktar addattata biex tindirizza l-isfidi ekonomiċi, soċjali u soċjetali ewlenin deskritti hawn fuq. Il-kreattività hija xprunatur ewlieni tal-innovazzjoni u KKI dwar is-CCI għandha l-kapaċità li tisfrutta l-potenzjal artistiku tal-kreattività bbażata fuq il-kultura u tgħin biex jissaħħu l-mudell soċjali, il-kompetittività globali u t-tkabbir intelliġenti u sostenibbli tal-Ewropa. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa |
|||
Referenzi |
COM(2019)0330 – C9-0043/2019 – 2019/0152(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 18.7.2019 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CULT 18.7.2019 |
|||
Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
19.12.2019 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Vlad-Marius Botoş 11.2.2020 |
|||
Eżami fil-kumitat |
21.1.2020 |
28.5.2020 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
2.6.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 8 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Asim Ademov, Isabella Adinolfi, Christine Anderson, Vlad-Marius Botoş, Ilana Cicurel, Gilbert Collard, Gianantonio Da Re, Laurence Farreng, Tomasz Frankowski, Alexis Georgoulis, Irena Joveva, Niyazi Kizilyürek, Predrag Fred Matić, Dace Melbārde, Victor Negrescu, Niklas Nienaß, Peter Pollák, Marcos Ros Sempere, Domènec Ruiz Devesa, Andrey Slabakov, Massimiliano Smeriglio, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Salima Yenbou, Milan Zver |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Isabel Benjumea Benjumea, Christian Ehler, Łukasz Kohut |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Angel Dzhambazki |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
21 |
+ |
PPE |
Asim Ademov, Isabel Benjumea Benjumea, Christian Ehler, Tomasz Frankowski, Peter Pollák, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Milan Zver |
S&D |
Łukasz Kohut, Predrag Fred Matić, Victor Negrescu |
RENEW |
Vlad-Marius Botoş, Ilana Cicurel, Laurence Farreng, Irena Joveva |
VERTS/ALE |
Niklas Nienaß, Salima Yenbou |
ECR |
Angel Dzhambazki, Dace Melbārde, Andrey Slabakov |
NI |
Isabella Adinolfi |
0 |
- |
|
|
8 |
0 |
S&D |
Domènec Ruiz Devesa, Marcos Ros Sempere, Massimiliano Smeriglio |
ID |
Christine Anderson, Gilbert Collard, Gianantonio Da Re |
GUE/NGL |
Alexis Georgoulis, Niyazi Kizilyürek |
It-tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta’ Innovazzjoni fl-Ewropa |
|||
Referenzi |
COM(2019)0330 – C9-0043/2019 – 2019/0152(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
11.7.2019 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 18.7.2019 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 18.7.2019 |
CULT 18.7.2019 |
JURI 18.7.2019 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 23.7.2019 |
JURI 3.9.2019 |
|
|
Kumitati assoċjati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CULT 19.12.2019 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Maria da Graça Carvalho 18.9.2019 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
4.12.2019 |
28.4.2020 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
16.6.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
63 0 6 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Klaus Buchner, Jerzy Buzek, Carlo Calenda, Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Nicolás González Casares, Bart Groothuis, András Gyürk, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Eva Kaili, Seán Kelly, Izabela-Helena Kloc, Łukasz Kohut, Zdzisław Krasnodębski, Andrius Kubilius, Thierry Mariani, Marisa Matias, Eva Maydell, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Robert Roos, Sara Skyttedal, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Rasmus Andresen, Damien Carême, Susana Solís Pérez, Viola Von Cramon-Taubadel |
|||
Data tat-tressiq |
24.6.2020 |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
63 |
+ |
EPP |
François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, VasileBlaga, Jerzy Buzek, Maria Da Graça Carvalho, Pilar Del Castillo Vera, Christian Ehler, András Gyürk, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss |
S&D |
Carlo Calenda, Josianne Cutajar, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Nicolás González Casares, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho |
RENEW |
Nicola Beer, NicolaDanti, Valter Flego, Claudia Gamon, Bart Groothuis, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen, Susana Solís Pérez |
ID |
Paolo Borchia, Markus Buchheit, Andrea Caroppo, Thierry Mariani, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Isabella Tovaglieri |
Greens |
Rasmus Andresen, Klaus Buchner, Damien Carême, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Marie Toussaint, Viola Von Cramon-Taubadel |
GUE |
Manuel Bompard, Marc Botenga, Marisa Matias |
NI |
Ignazio Corrao, Clara Ponsatí Obiols |
0 |
- |
|
|
6 |
0 |
ECR |
Izabela-Helena Kloc, Zdzisław Krasnodębski, Robert Roos, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni