RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f'dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19

24.6.2020 - (COM(2020)0198 – C9-0137/2020 – 2020/0082(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Ondřej Kovařík
(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(2) tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2020/0082(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0122/2020
Testi mressqa :
A9-0122/2020
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f'dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19

(COM(2020)0198 – C9-0137/2020 – 2020/0082(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0198),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0137/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0122/2020),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3a (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Minkejja li t-tifqigħa tal-COVID-19 toħloq diffikultajiet ġenwini għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li din ma tintużax bħala skuża għal dewmien ulterjuri fl-implimentazzjoni ta' regoli maqbula komunement. Qabel it-tifqigħa, ċerti Stati Membri kienu indikaw li kien se jkollhom dewmien fl-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida. Lil hinn mid-diffikultajiet immedjati marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, jenħtieġ li l-gvernijiet jagħmlu kull sforz possibbli biex jimplimentaw is-sistema l-ġdida. Jenħtieġ li l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw kwistjonijiet li jistgħu jikkawżaw dewmien fl-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli jużaw l-assistenza teknika pprovduta mill-Kummissjoni biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta u sħiħa tal-pakkett tal-kummerċ elettroniku. L-għanijiet tal-pakkett tal-kummerċ elettroniku li tiġi ffaċilitata l-kompetittività globali tal-SMEs Ewropej, li tittaffa l-pressjoni amministrattiva fuq il-bejjiegħa tal-Unjoni u li jiġi żgurat li l-pjattaformi online jikkontribwixxu għal sistema ta' ġbir tal-VAT aktar ġusta filwaqt li tiġi miġġielda l-frodi tat-taxxa huma aspetti ewlenin ta' kundizzjonijiet ekwi għan-negozji kollha, li huwa partikolarment importanti fil-kuntest tal-irkupru ta' wara l-COVID-19.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Meta wieħed iqis l-isfidi li qegħdin jiffaċċaw l-Istati Membri biex jiġġieldu l-kriżi tal-COVID-19, u l-fatt li d-dispożizzjonijiet il-ġodda huma bbażati fuq il-prinċipju li l-Istati Membri kollha jridu jaġġornaw is-sistemi tal-IT tagħhom biex ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995, biex b'hekk jiżguraw il-ġbir u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-pagamenti skont l-iskemi modifikati, jeħtieġ li d-dati tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta' dawk id-Direttivi jiġu posposti b'sitt xhur. Il-posponiment ta' sitt xhur huwa xieraq għaliex jenħtieġ li d-dewmien jinżamm qasir kemm jista' jkun biex jitnaqqas kemm jista' jkun aktar telf mill-baġits tal-Istati Membri.

(4) Meta wieħed iqis l-isfidi l-ġodda ffaċċjati mill-Istati Membri b'riżultat tat-tifqigħa tal-COVID-19, u l-fatt li d-dispożizzjonijiet il-ġodda huma bbażati fuq il-prinċipju li l-Istati Membri kollha jridu jaġġornaw is-sistemi tal-IT tagħhom sabiex ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995, biex b'hekk jiżguraw il-ġbir u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-pagamenti skont l-iskemi modifikati, jaf ikun meħtieġ li d-dati tal-applikazzjoni ta' dawk id-Direttivi jiġu posposti bi tliet xhur. Il-posponiment mhuwiex mixtieq, peress li jwassal għal telf ta' dħul u żieda fid-diskrepanza tal-VAT, filwaqt li jestendi l-kompetizzjoni inġusta bejn il-bejjiegħa mhux tal-UE u dawk tal-Unjoni. Madankollu, posponiment ta' tliet xhur jaf ikun xieraq peress li jallinja mal-perjodu ta' lockdown fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Jekk ikun hemm posponiment saħansitra itwal, dan jestendi r-riskju ta' frodi tal-VAT fi żmien meta l-finanzi pubbliċi jenħtieġ li jiġu riforniti sabiex tiġi miġġielda l-pandemija u l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tagħha. Dewmien itwal ta' sitt xhur jista' jwassal għal telf ta' dħul ta' bejn EUR 2,5 biljun u EUR 3,5 biljun għall-Istati Membri. Fid-dawl tal-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19, huwa tal-akbar importanza li jiġi evitat telf ulterjuri ta' dħul.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva (UE) 2017/2455

Artikolu 2 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' Lulju 2021

Emendi għad-Direttiva 2006/112/KE b'effett mill-1 ta' April 2021

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva (UE) 2017/2455

Artikolu 2 – paragrafu 1 – sentenza introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'effett mill-1 ta' Lulju 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

B'effett mill-1 ta' April 2021, id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva (UE) 2017/2455

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'effett mill-1 ta' Lulju 2021, jitħassar it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE.

B'effett mill-1 ta' April 2021, it-Titolu IV tad-Direttiva 2009/132/KE huwa mħassar.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva (UE) 2017/2455

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-30 ta' Ġunju 2021, , il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Marzu 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva (UE) 2017/2455

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Lulju 2021.

Għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 2 u 3 ta' din id-Direttiva mill-1 ta' April 2021.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Direttiva (UE) 2019/1995

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji, sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2021, sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 2021, sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Direttiva (UE) 2019/1995

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Lulju 2021.

Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' April 2021.


NOTA SPJEGATTIVA

Fil-5 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Direttiva (UE) 2017/2455 ("id-Direttiva dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku") u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 ("ir-Regolament dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku") bħala parti mill-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku. Fil-21 ta' Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Direttiva (UE) 2019/1995 ("it-tieni Direttiva dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku").

Is-sistema l-ġdida tal-VAT għall-kummerċ elettroniku se tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi u għan-negozji, b'mod partikolari n-negozji l-ġodda u l-SMEs, biex jixtru u jbigħu oġġetti online lil hinn mill-fruntieri. Din se tgħin ukoll lill-Istati Membri jirkupraw l-istima attwali ta' EUR 5 biljun f'VAT mitlufa fuq il-bejgħ online kull sena, billi tiżgura li n-negozji ta' pajjiżi terzi ma jingħatawx trattament preferenzjali meta jbigħu lill-konsumaturi tal-UE – kemm direttament kif ukoll permezz ta' swieq online.

Id-data tal-applikazzjoni tal-parti l-kbira tal-pakkett tal-VAT għall-kummerċ elettroniku ġiet ivvutata b'mod unanimu biex tkun l-1 ta' Jannar 2021, u dan jagħti lill-Istati Membri żmien suffiċjenti biex jadattaw il-leġiżlazzjoni u s-sistemi tal-IT tagħhom.

Fl-14 ta' Frar 2020 il-Kummissjoni ppreżentat is-sitwazzjoni attwali tal-livell ta' tħejjija tal-Istati Membri, fejn il-maġġoranza tal-Istati Membri kkonfermaw li jkunu f'pożizzjoni li japplikaw ir-regoli sal-iskadenza. Żewġ Stati Membri ressqu t-tħassib tagħhom u talbu posponiment ta' sena jew iżjed tad-data tad-dħul fis-seħħ. Minħabba t-tifqigħa tal-kriżi tal-COVID-19, Stati Membri oħra qajmu tħassib fir-rigward tal-finalizzazzjoni tal-ħidma preparatorja tagħhom u konsegwentement fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda sal-1 ta' Jannar 2021. Tħassib simili tqajjem ukoll minn operaturi ekonomiċi ewlenin, speċjalment mill-operaturi postali u tal-kurrieri.

B'konsegwenza ta' dan, fit-8 ta' Mejju 2020 il-Kummissjoni ddeċidiet li tipposponi d-data tal-applikazzjoni tal-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku b'6 xhur (mill-1 ta' Jannar 2021 għall-1 ta' Lulju 2021).

Minkejja li jappoġġa l-posponiment tad-data tal-applikazzjoni tal-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, ir-rapporteur ma jaqbilx mal-perjodu ta' 6 xhur propost mill-Kummissjoni. Minflok, jekk ikun hemm bżonn ta' xi dewmien, jista' jiġi kkunsidrat posponiment li jirrifletti t-tul ta' żmien taħt lockdown, biex l-awtoritajiet u l-operaturi l-oħra jingħataw żmien addizzjonali biex jikkumpensaw għall-perjodu ta' lockdown. Madankollu, minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi, jekk fattibbli, l-aħjar soluzzjoni tkun li ma jkun hemm l-ebda dewmien.

Skont il-Kummissjoni, huwa stmat li t-telf baġitarju tal-Istati Membri jkun ta' madwar EUR 5-7 biljun fis-sena jekk il-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku ma jiġix implimentat fil-ħin. Għalhekk, dewmien ta' 6 xhur ikun jammonta għal mill-inqas bejn EUR 2,5 biljun u EUR 3,5 biljun fi dħul mitluf għall-Istati Membri, peress li dawn l-istimi ma jikkunsidrawx iż-żieda enormi fil-kummerċ elettroniku waqt il-kriżi tal-COVID-19. L-Istati Membri għandhom ikunu konxji mill-konsegwenzi ta' tali dewmien u r-riperkussjonijiet tiegħu fuq il-finanzi pubbliċi ġewwa l-UE kif ukoll fuq il-kompetittività tas-suq tal-UE.

Ir-rapporteur iqis li d-dewmien għandu jinżamm qasir kemm jista' jkun u għandu jirrifletti t-tul tal-kriżi (3 xhur), filwaqt li jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji u l-ispejjeż li ġew rimarkati fl-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta' Frar 2020.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Direttivi (UE) 2017/2455 u (UE) 2019/1995 f'dak li jirrigwarda d-dati tat-traspożizzjoni u tal-applikazzjoni minħabba l-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19

Referenzi

COM(2020)0198 – C9-0137/2020 – 2020/0082(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

15.5.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

27.5.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Ondřej Kovařík

28.5.2020

 

 

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

9.6.2020

Eżami fil-kumitat

9.6.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.6.2020

 

 

 

Data tat-tressiq

24.6.2020

 

 

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Lulju 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza