RAPPORT dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea

6.7.2020 - (C9-0080/2020 – 2020/0905(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Irene Tinagli

Proċedura : 2020/0905(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0132/2020
Testi mressqa :
A9-0132/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea

(C9-0080/2020 – 2020/0905(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea tal-5 ta' Marzu 2020 (C9-0080/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE[2],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku[3],

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea[4],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0132/2020),

A. billi d-Direttur Eżekuttiv preċedenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea rriżenja mill-kariga fil-31 ta’ Jannar 2020;

B. billi, fil-5 ta' Marzu 2020, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea, wara proċedura ta' selezzjoni miftuħa, ippropona li jaħtar lil François-Louis Michaud bħala Direttur Eżekuttiv għal mandat ta' ħames snin, f'konformità mal-Artikolu 51(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

C. billi, fid-29 ta' Ġunju 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' François-Louis Michaud, li fiha huwa għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1. Jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' François-Louis Michaud bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea u jitlob li tiġi rtirata l-proposta kif ukoll li tiġi preżentata waħda ġdida lill-Parlament;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)

Referenzi

N9-0010/2020 – C9-0080/2020 – 2020/0905(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

5.3.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.3.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Irene Tinagli

16.6.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.6.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.7.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

23

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Beck, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Gilles Boyer, Francesca Donato, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Valentino Grant, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Herve Juvin, Othmar Karas, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Georgios Kyrtsos, Aurore Lalucq, Aušra Maldeikienė, Pedro Marques, Costas Mavrides, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Dragoș Pîslaru, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Alfred Sant, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Niels Fuglsang, Eugen Jurzyca, Margarida Marques, Ville Niinistö, Andreas Schwab

Data tat-tressiq

6.7.2020

 

 

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Lulju 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza