RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali

6.7.2020 - (COM(2019)0623 – C9-0197/2019 – 2019/0273(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Marie-Pierre Vedrenne


Proċedura : 2019/0273(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0133/2020
Testi mressqa :
A9-0133/2020
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali

(COM(2019)0623 – C9-0197/2019 – 2019/0273(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0623),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0197/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar il-kriżi tal-Korp tal-Appell tad-WTO[2],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0133/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Konsiderazzjoni 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea pprovdiet ċarezza rigward il-kwistjoni tal-kompetenzi marbuta mal-ftehimiet kummerċjali komprensivi. Dik l-opinjoni tiċċara, inter alia, li d-dispożizzjonijiet koperti mill-kapitoli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni u li l-għan tal-iżvilupp sostenibbli jifforma parti integrali mill-politika kummerċjali komuni.

 

__________________

 

ECLI:UE:C:2017:376.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura l-applikazzjoni koerenti tal-mekkaniżmu ta' infurzar f'tilwim kummerċjali relatat ma' ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali. Id-dispożizzjonijiet għas-soluzzjoni tat-tilwim, inkluż fi ftehimiet kummerċjali reġjonali jew bilaterali, jistgħu ma jkunux speċifiċi jew espliċiti biżżejjed biex isolvu t-tilwim b'mod effettiv f'każ ta' ksur ċar tal-obbligi ta' ftehimiet kummerċjali. Jenħtieġ li l-proposta leġiżlattiva futura tal-Kummissjoni għal rieżami tar-Regolament (UE) Nru 654/2014 tkun akkumpanjata b'valutazzjoni sħiħa tal-impatt Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel proposti biex issaħħaħ l-infurzar ta' impenji tal-iżvilupp sostenibbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Unjoni tinsisti dwar il-preminenza tad-dritt internazzjonali tal-kummerċ, kif amministrat mid-WTO u infurzat skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim tad-WTO, u se tikkoopera fl-isforzi kollha li għandhom l-għan li jirriformaw il-Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO sabiex ikun żgurat il-funzjonament xieraq tal-Korp tal-Appell tad-WTO.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi li jkunu għaddejjin fil-qasam tas-soluzzjoni tat-tilwim kummerċjali internazzjonali u dwar l-azzjonijiet li tkun ħadet b'rabta mar-riforma tal-Korp tal-Appell tad-WTO.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) L-Unjoni għadha impenjata lejn approċċ multilaterali għal soluzzjoni tat-tilwim internazzjonali, kummerċ ibbażat fuq ir-regoli, u kooperazzjoni internazzjonali biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Is-servizzi u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom sehem importanti, u li qiegħed dejjem jikber, fil-kummerċ dinji u huma koperti mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali tal-Unjoni.
Għaldaqstant jenħtieġ li s-servizzi u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' politika kummerċjali disponibbli għall-Unjoni li bħalissa huma limitati għal prodotti u l-akkwist pubbliku. Jenħtieġ li l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-miżuri b'dak il-mod tagħmel tagħmel ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 aktar konsistenti u effikaċi.

Ġustifikazzjoni

Bħalissa, ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 huwa limitat għat-teħid ta' ċerti miżuri fl-oqsma tal-prodotti u tal-akkwist pubbliku.

Ma tista' tittieħed ebda azzjoni f'oqsma oħra bħas-servizzi u l-proprjetà intellettwali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Fid-dawl tal-eskalazzjoni fit-tensjonijiet kummerċjali internazzjonali u fil-kuntest tal-kriżi li qed tiffaċċa d-WTO, jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi malajr fil-każ li jittieħdu miżuri unilaterali u illegali kontriha. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' timponi miżuri fil-każ ta' ksur ċar tad-dritt internazzjonali jew ksur ċar tal-obbligi kummerċjali lejn l-Unjoni minn pajjiż terz, li jhedded jew ifixkel l-interessi kummerċjali tal-Unjoni jew jipperikola l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, dment li l-Unjoni tkun ikkontestat b'mod xieraq dawk il-miżuri illegali fid-WTO jew quddiem il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li tirreaġixxi f'każ ta' miżuri illegali meħuda kontriha. Dan għandu jsaħħaħ l-effett ta' deterrent tar-Regolament, filwaqt li jiżgura rispons immedjat mill-UE u salvagwardja tal-interessi tagħha. Madankollu, importanti li wieħed jiftakar li l-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u jittieħdu biss bħala l-aħħar rimedju.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Fl-aħħar nett, il-klawsola ta' rieżami tar-Regolament (UE) Nru 654/2014 għandha tiġġedded għal perjodu ieħor ta' ħames snin u għandha tkopri l-applikazzjoni tal-emenda proposta.

(9)  Fl-aħħar nett, il-klawsola ta' rieżami tar-Regolament (UE) Nru 654/2014 jenħtieġ li tkopri wkoll l-applikazzjoni tal-emenda proposta.

Ġustifikazzjoni

Id-data tal-1 ta' Marzu 2025 proposta mill-Kummissjoni hija wisq 'il bogħod. Ir-rieżami tar-Regolament irid isir qabel, matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew, biex jiġu kkonfermati r-riżultati tal-implimentazzjoni tiegħu u jkunu identifikati l-aġġustamenti li jeħtieġ isiru.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  fl-Artikolu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)  jiġu riekwilibrati l-konċessjonijiet jew obbligi oħra fir-relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, meta t-trattament tal-importazzjoni mogħti lill-merkanzija mill-Unjoni jinbidel b'mod li jaffettwa l-interessi tal-Unjoni.

(b)  jiġu riekwilibrati l-konċessjonijiet jew obbligi oħra fir-relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, meta t-trattament mogħti lill-merkanzija jew lis-servizzi mill-Unjoni jinbidel b'mod li jaffettwa l-interessi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

 Wieħed għandu jinnota li t-trattament tas-servizzi jista' wkoll jinbidel.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a) fl-Artikolu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)  "konċessjonijiet jew obbligi oħra" tfisser konċessjonijiet tariffarji jew kwalunkwe benefiċċju ieħor li l-Unjoni tkun impenjat ruħha li tapplika fil-kummerċ tagħha ma' pajjiżi terzi bis-saħħa ta' ftehimiet kummerċjali internazzjonali li għalihom hija parti;

(b)  "konċessjonijiet jew obbligi oħra" tfisser konċessjonijiet tariffarji, impenji fil-qasam tas-servizzi, obbligi li jikkonċernaw l-aspetti relatati mal-kummerċ tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, jew kwalunkwe benefiċċju ieħor li l-Unjoni tkun impenjat ruħha li tapplika fil-kummerċ tagħha ma' pajjiżi terzi bis-saħħa ta' ftehimiet kummerċjali internazzjonali li għalihom hija parti;

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-servizzi u tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fil-lista ta' miżuri ta' politika kummerċjali disponibbli għall-Unjoni se ssaħħaħ il-kredibbiltà u l-effett ta' deterrent tar-Regolament. Għalhekk id-definizzjoni għandha tinbidel kif xieraq.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 654/2014

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bb

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(bb) f'tilwim kummerċjali relatat ma' ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħra, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali, jekk l-aġġudikazzjoni ma tkunx possibbli minħabba li l-pajjiż terz ma jkunx qed jieħu l-passi li huma meħtieġa biex il-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim tkun tista' tiffunzjona;"

"(bb) f'tilwim kummerċjali relatat ma' ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħra, inklużi ftehimiet reġjonali jew bilaterali, jekk l-aġġudikazzjoni ma tkunx possibbli minħabba li l-pajjiż terz ikun qed idewwem il-proċedimenti jew ma jkunx qed jieħu l-passi li huma meħtieġa biex il-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim tkun tista' tiffunzjona;"

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)   fl-Artikolu 3, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d)  f'każijiet ta' modifika tal-konċessjonijiet minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, fejn l-ebda aġġustament ta' kumpens ma kien miftiehem.

(d)  f'każijiet ta' modifika tal-konċessjonijiet jew l-impenji minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 jew l-Artikolu XXI tal-GATS, meta ma jkun ġie miftiehem ebda aġġustament.

Ġustifikazzjoni

Wieħed għandu jinnota li jistgħu jsiru wkoll modifiki tal-konċessjonijiet jew l-impenji fil-qasam tas-servizzi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

 

(da)  fil-każ tal-adozzjoni minn pajjiż terz ta' miżuri ta' politika kummerċjali li jheddu jew ifixklu l-interessi kummerċjali tal-Unjoni jew jipperikolaw l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, u jikkostitwixxu ksur ċar tad-dritt internazzjonali jew ksur ċar tal-obbligi kummerċjali tiegħu lejn l-Unjoni, dment li l-Unjoni tkun ikkontestat b'mod xieraq dawn il-miżuri fid-WTO jew quddiem il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-UE trid issaħħaħ l-għodod tagħha biex tirreaġixxi għal kwalunkwe miżura unilaterali u illegali meħuda kontriha minn pajjiż terz li tagħmel ħsara lill-interessi tagħha. L-UE jrid ikollha l-possibbiltà li timponi l-miżuri ta' politika kummerċjali previsti fl-Artikolu 5 f'każ ta' ksur ċar tar-regoli tad-dritt internazzjonali minn pajjiż terz kontriha. Dawn il-miżuri għandhom ikunu temporanji u jiżguraw is-salvagwardja tad-drittijiet tal-Unjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1, paragrafu 1, punt 2

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt bb

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  fejn jittieħdu miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ ma' pajjiż terz f'sitwazzjonijiet taħt l-Artikolu 3(aa) jew l-Artikolu 3(bb), tali miżuri għandhom ikunu proporzjonati għall-annullament jew ħsara tal-interessi kummerċjali tal-Unjoni kkawżati mill-miżuri ta' dak il-pajjiż terz;"

(bb)  fejn jittieħdu miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ ma' pajjiż terz f'sitwazzjonijiet taħt l-Artikolu 3(aa), l-Artikolu 3(bb), jew l-Artikolu 3(e), tali miżuri għandhom ikunu proporzjonati għan-nullifikazzjoni jew ħsara tal-interessi kummerċjali tal-Unjoni kkawżati mill-miżuri ta' dak il-pajjiż terz u, safejn possibbli, jipprovdu għajnuna għas-setturi affettwati tal-Unjoni;"

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri jridu jkunu mmirati u proporzjonati u għandhom jintużaw biss bħala l-aħħar rimedju.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d)  fejn konċessjonijiet ikunu rtirati mill-kummerċ ma' pajjiż terz b'konnessjoni mal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim relatat5, huma għandhom ikunu sostanzjalment ekwivalenti għall-konċessjonijiet modifikati jew irtirati minn dak il-pajjiż terz, skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim relatat.

(d)  fejn konċessjonijiet jew impenji jkunu modifikati jew irtirati mill-kummerċ ma' pajjiż terz b'konnessjoni mal-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim relatat5, jew mal-Artikolu XXI tal-GATS u l-proċeduri ta' implimentazzjoni relatati, dawn għandhom ikunu sostanzjalment ekwivalenti għall-konċessjonijiet jew l-impenji modifikati jew irtirati minn dak il-pajjiż terz, skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim relatat jew fl-Artikolu XXI tal-GATS u l-proċeduri ta' implimentazzjoni relatati.

_______________

_____________

5 Ftehim "Interpretazzjoni u Applikazzjoni tal-Artikolu XXVIII".

5 Ftehim "Interpretazzjoni u Applikazzjoni tal-Artikolu XXVIII".

Ġustifikazzjoni

Wieħed għandu jinnota li jistgħu jsiru wkoll modifiki tal-konċessjonijiet jew l-impenji fil-qasam tas-servizzi.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

Artikolu 4a

 

Talba mill-Parlament Ewropew u/jew mill-Kunsill

 

1.  Il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tadotta jew tieħu passi xierqa biex tadotta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.

 

2.  Jekk il-Parlament Ewropew u/jew il-Kunsill jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe evidenza ta' każijiet kif imsemmi fl-Artikolu 3 li jannullaw jew ifixklu l-interessi kummerċjali tal-Unjoni.

 

3.  Wara li tirċievi talba, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif biħsiebha ssegwi t-talba.

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  fl-Artikolu 5(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

(ba)  is-sospensjoni tal-impenji jew ta' obbligi oħra fil-qasam tas-servizzi;

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-servizzi fil-lista ta' miżuri ta' politika kummerċjali disponibbli għall-Unjoni se ssaħħaħ il-kredibbiltà u l-effett ta' deterrent tar-Regolament.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d)  fl-Artikolu 5(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

(bb)  is-sospensjoni ta' obbligi li jikkonċernaw aspetti tad-drrittijiet ta' proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ;

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fil-lista ta' miżuri ta' politika kummerċjali disponibbli għall-Unjoni se ssaħħaħ il-kredibbiltà u l-effett ta' deterrent tar-Regolament.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2e)  fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  f'każijiet ta' modifika tal-konċessjonijiet minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjonat lill-Unjoni wara l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1).

(c)  f'każijiet ta' rtirar jew ta' modifika tal-konċessjonijiet jew tal-impenji minn membru tad-WTO skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 jew l-Artikolu XXI tal-GATS, meta l-pajjiż terz ikkonċernat jagħti kumpens adegwat u proporzjonat lill-Unjoni wara l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 4(1).

Ġustifikazzjoni

Wieħed għandu jinnota li jistgħu jsiru wkoll modifiki tal-konċessjonijiet jew l-impenji fil-qasam tas-servizzi.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2f (ġdid)

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 9 - paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2f) fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Il-Kummissjoni għandha tfittex tagħrif u fehmiet dwar l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni f'oġġetti jew servizzi speċifiċi jew f'setturi speċifiċi, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, permezz ta' avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni pubbliċi xierqa oħra, li jindika l-perijodu li fih għandu jiġi ppreżentat il-kontribut. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-kontribut irċevut.

1. Il-Kummissjoni għandha tfittex tagħrif u fehmiet dwar l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni f'oġġetti jew servizzi speċifiċi jew f'setturi speċifiċi, jew fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, permezz ta' avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni pubbliċi xierqa oħra, li jindika l-perjodu li fih għandu jiġi ppreżentat il-kontribut. Il-Kummissjoni għandha tqis il-kontribut li tkun irċeviet.

Ġustifikazzjoni

It-tfittxija għall-informazzjoni għandha tkopri wkoll id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2025, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ambitu ta' dan ir-Regolament, b'kont meħud b'mod partikolari tal-emendi għall-ambitu li għandhom effett minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], il-miżuri ta' politika kummerċjali li jistgħu jiġu adottati, kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha, u għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Mal-ewwel opportunità possibbli wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament emendatorju] iżda mhux aktar tard minn sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis b'mod partikolari l-miżuri ta' politika kummerċjali li jistgħu jiġu adottati, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu, u għandha tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rieżami għandu jinkludi proposti biex jissaħħaħ l-infurzar ta' impenji tal-iżvilupp sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

Id-data tar-rieżami proposta mill-Kummissjoni hija wisq 'il bogħod. Irid ikun possibbli li r-rieżami tar-Regolament isir qabel, matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (UE) Nru 654/2014

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

imħassar

(i) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-ewwel frażi hi ssostitwita bit-test li ġej: "Meta taġixxi skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami bl-għan li tipprevedi taħt dan ir-Regolament miżuri addizzjonali ta' politika kummerċjali li jissospendu konċessjonijiet jew obbligi oħra fil-qasam tal-kummerċ f'servizzi".

 

(ii) It-tieni subparagrafu huwa mħassar.

 

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu m'għadux rilevanti minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' politika kummerċjali ġie estiż bl-emendi għar-Regolament.

 


NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest u proposta tal-Kummissjoni Ewropea

Ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta lill-Unjoni Ewropea (UE) qafas leġiżlattiv orizzontali biex tinforza d-drittijiet tagħha skont il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħra. F'kuntest globali fejn l-għadd ta' azzjonijiet ta' ritaljazzjoni żdied, kien importanti li jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet kummerċjali tal-UE, tiġi kkonsolidata l-kredibbiltà tal-UE u essenzjalment li s-sħab kummerċjali tagħna jikkonvinċu ruħhom biex jirrispettaw ir-regoli kif stabbilit fil-ftehimiet kummerċjali.

 

L-iżviluppi reċenti fid-WTO u l-ibblukkar sistematiku tal-Korp tal-Appell tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim tagħha, sfurzaw lill-Unjoni Ewropea temenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014. Barra minn hekk, l-UE għandu jkollha l-possibbiltà li tħares l-interessi tagħha fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali f'sitwazzjonijiet fejn pajjiżi terzi jadottaw miżuri illegali u fl-istess ħin jibblukkaw il-proċess ta' soluzzjoni ta' tilwim. Ir-Regolament, oriġinarjament, ma ġiex imfassal biex jindirizza sitwazzjonijiet bħal dawn iżda l-iżviluppi attwali, b'mod partikolari l-fatt li l-Korp tal-Appell tas-soluzzjoni ta' tilwim fil-qafas tad-WTO qed jiġi bblukkat, ifisser li l-Unjoni trid taġixxi malajr kemm jista' jkun biex tipproteġi l-interessi tagħha.

 

Fit-12 ta' Diċembru 2019, jum wara l-ġurnata li fiha l-Korp tal-Appell tad-WTO waqaf jopera, il-Kummissjoni ppubblikat proposta ġdida li temenda r-Regolament oriġinali. L-għan ewlieni tal-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni huwa li tittratta dawk il-każijiet li l-proċess tagħhom ġie bblukkat wara li l-Unjoni kisbet deċiżjoni favorevoli mill-bord tas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO. Dan l-ibblukkar huwa l-konsegwenza ta' appell kontra deċiżjoni mill-parti l-oħra – appell li waqa' fuq widnejn torox – u r-rifjut tar-rikorrenza għall-arbitraġġ ta' appell proviżorju skont l-Artikolu 25 tal-Memorandum ta' Qbil tad-WTO dwar is-soluzzjoni ta' tilwim. F'każ bħal dan, il-proċess għas-soluzzjoni ta' tilwim ma jagħtix riżultat vinkolanti u l-proposta tal-Kummissjoni mbagħad tippermetti lill-UE tieħu l-miżuri meħtieġa meta jkollha d-dritt tieħu azzjoni bħala reazzjoni għal miżura li jkun ħa pajjiż terz.

 

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni tkopri każijiet simili li jistgħu jitfaċċaw fil-kuntest ta' ftehimiet kummerċjali internazzjonali oħra, b'mod partikolari ftehimiet reġjonali jew bilaterali, fejn pajjiż terz ma jikkooperax kif meħtieġ biex tiffunzjona s-soluzzjoni ta' tilwim, pereżempju meta l-pajjiż terz ma jaħtarx arbitru u ma jiġi previst ebda mekkaniżmu ta' arbitraġġ biex il-proċedura timxi kif dovut. 

 

Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni u hija tal-istess fehma dwar l-urġenza tas-sitwazzjoni billi hemm bżonn jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni attwali. Irridu niżguraw li l-Unjoni Ewropea kapaċi tipproteġi l-interessi tagħha fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali f'sitwazzjonijiet fejn pajjiżi terzi jadottaw miżuri illegali u fl-istess waqt jibblukkaw il-proċess ta' soluzzjoni ta' tilwim. Barra minn hekk, huwa importanti ħafna li ntennu l-appoġġ tagħna għal sistema kummerċjali multilaterali u bbażata fuq ir-regoli. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tilqa' l-ftehim ta' arbitraġġ proviżorju bejn diversi partijiet, stabbilit fis-27 ta' Marzu 2020 mill-UE u 15-il membru ieħor tad-WTO u li daħal fis-seħħ fit-30 ta' April 2020, li joffri rimedju kontra l-paraliżi temporanja tal-mekkaniżmu ta' appell tad-WTO għal tilwim kummerċjali.

 

 Inklużjoni tas-servizzi u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri ta' politika kummerċjali (Artikolu 5)

Madankollu, ir-rapporteur tqis ukoll li diversi argumenti li diġà tressqu mill-Parlament Ewropew meta kien ġie adottat ir-Regolament (UE) Nru 654/2014 għadhom validi u għalhekk tixtieq testendi l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. B'mod aktar speċifiku, dan jikkonċerna l-inklużjoni tas-servizzi u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI) fil-lista ta' miżuri ta' politika kummerċjali tal-UE.

 

Is-servizzi u d-DPI għandhom sehem importanti li qed jiżdied fil-kummerċ globali tagħna u huma koperti mill-ftehimiet kummerċjali tal-UE. Għaldaqstant, l-inklużjoni tas-servizzi u d-DPI se ssaħħaħ il-kredibbiltà u l-effett ta' deterrent tar-Regolament billi turi li l-UE kapaċi tiddefendi d-drittijiet kummerċjali tagħha b'mod effikaċi u komprensiv. Din l-inklużjoni hija meħtieġa biex jiġi stabbilit qafas leġiżlattiv konsistenti ħalli jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-Unjoni, u li l-UE tkun tista' tiddefendi d-drittijiet tagħha billi tieħu miżuri fil-qasam tas-servizzi u tad-DPI b'mod rapidu u effikaċi bħal fil-qasam tal-prodotti u l-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, se jkun possibbli għall-UE li tieħu kontromiżuri fl-oqsma fejn ikollhom l-akbar impatt u tadotta approċċ immirat u bbilanċjat b'impatt minimu fuq l-interessi tagħha.

 

 Possibbiltà li jittieħdu miżuri immedjati f'każ ta' miżura unilaterali imposta fuq l-UE minn pajjiż terz, li tirrappreżenta ksur ċar tad-dritt internazzjonali u li tkun ta' dannu għall-interessi tal-UE.

Ir-rapporteur tixtieq ukoll li, skont dan ir-Regolament, tissaħħaħ il-kapaċità ta' reazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex tirreaġixxi f'każ ta' miżuri illegali meħuda kontriha. Fil-kuntest attwali ta' tensjonijiet kummerċjali u l-kriżi fid-WTO, l-UE għandha ssaħħaħ l-għodod tagħha biex tirreaġixxi għal kwalunkwe miżura unilaterali u illegali meħuda kontriha minn pajjiż terz u li tagħmel ħsara lill-interessi tagħha.

B'hekk, u filwaqt li titlob li tiġi varata proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwim, l-UE għandu jkollha l-possibbiltà timponi l-miżuri ta' politika kummerċjali previsti fl-Artikolu 5 f'każ ta' ksur ċar tar-regoli tad-dritt internazzjonali minn pajjiż terz kontriha. B'dan il-mod, u bħala riżultat ta' dawn il-miżuri proviżorji, l-ekonomija tal-UE u l-atturi ekonomiċi tagħha ma jkollhomx isofru l-konsegwenzi immedjati ta' miżuri illegali, inkluż li m'għandhomx jistennew diversi xhur għal deċiżjoni fi ħdan il-proċess ta' soluzzjoni ta' tilwim biex ikunu jistgħu jirreaġixxu. Dan għandu jsaħħaħ l-effett ta' deterrent tar-Regolament, filwaqt li jiżgura rispons immedjat mill-UE u salvagwardja tal-interessi tagħha. Ir-rapporteur tinsisti fuq in-natura deterrenti ta' din l-azzjoni u tfakkar li l-kontromiżuri għandhom ikunu proporzjonati u jittieħdu biss bħala l-aħħar rimedju.

 

 Avvanz tad-data ta' rieżami tar-Regolament

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tixtieq tibdel id-data tar-rieżami tal-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni. Id-data tal-1 ta' Marzu 2025 proposta mill-Kummissjoni hija wisq 'il bogħod. Ir-rieżami tar-Regolament irid isir qabel, matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew, sabiex jiġu kkonfermati r-riżultati tal-implimentazzjoni tiegħu u jkunu identifikati l-aġġustamenti li jeħtieġ isiru.

 

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali

Referenzi

COM(2019)0623 – C9-0197/2019 – 2019/0273(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.12.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.12.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Marie-Pierre Vedrenne

20.1.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.2.2020

28.5.2020

25.6.2020

 

Data tal-adozzjoni

6.7.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Saskia Bricmont, Jordi Cañas, Anna Cavazzini, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Enikő Győri, Roman Haider, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Gabriel Mato, Emmanuel Maurel, Maxette Pirbakas, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Sven Simon, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer, Nicola Danti, Dino Giarrusso, Seán Kelly

Data tat-tressiq

6.7.2020

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ECR

Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos

GUE

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

ID

Roman Haider, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini

NI

Tiziana Beghin, Dino Giarrusso

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Seán Kelly, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler

Renew

Jordi Cañas, Nicola Danti, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Bernd Lange, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Miroslav Číž

 

3

-

Verts/ALE

Saskia Bricmont, Reinhard Bütikofer, Anna Cavazzini

 

3

0

ID

Herve Juvin, Maxette Pirbakas

Renew

Barry Andrews

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Lulju 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza