RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
15.7.2020 - (COM(2020)0022 – C9‑0007/2020 – 2020/0006(COD)) - ***I
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Manolis Kefalogiannis
Rapporteurs għal opinjoni (*):
Siegfried Mureşan, Kumitat għall-Baġits
Henrike Hahn, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Mounir Satouri, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Alexandr Vondra, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Jerzy Buzek, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
(COM(2020)0022 – C9-0007/2020 – 2020/0006(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2020)0022) u l-proposta emendata (COM(2020)0460),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 322(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0007/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri,
– wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0135/2020),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew") u huwa parti mill-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u newtrali għall-klima, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti. |
(1) Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, billi jillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal taħt il-1,5°C, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew") u huwa parti mill-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u ċirkolari, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti, filwaqt li jitqies l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. |
__________________ |
__________________ |
11 COM(2019) 640 final, 11.12.2019 |
11 COM(2019) 640 final, 11.12.2019 |
12 COM(2020) 21, 14.1.2020. |
12 COM(2020) 21, 14.1.2020. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u l-ekonomija ċirkolari tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi ta' politika l-aktar importanti għall-Unjoni. Fit-12 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Filwaqt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali se tkun ta' benefiċċju għal kulħadd fuq terminu twil u tipprovdi opportunitajiet u sfidi għal kulħadd fuq terminu medju, mhux ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha se jibdew it-tranżizzjoni tagħhom mill-istess punt jew għandhom l-istess kapaċità ta' rispons. Xi wħud huma aktar avvanzati minn oħrajn, filwaqt li t-tranżizzjoni tinvolvi impatt soċjali u ekonomiku usa' għal dawk ir-reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili - speċjalment il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż - jew fuq industriji b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Sitwazzjoni bħal din mhux biss toħloq ir-riskju ta' tranżizzjoni b'pass varjabbli fl-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll ta' disparitajiet dejjem akbar bejn ir-reġjuni, li huwa ta' detriment għall-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. |
(2) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u l-ekonomija ċirkolari tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi ta' politika l-aktar importanti għall-Unjoni. Fit-12 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Filwaqt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali se tkun ta' benefiċċju għal kulħadd fuq terminu twil u tipprovdi opportunitajiet u sfidi għal kulħadd fuq terminu medju, mhux ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha se jibdew it-tranżizzjoni tagħhom mill-istess punt jew għandhom l-istess kapaċità ta' rispons. Xi wħud huma aktar avvanzati minn oħrajn, filwaqt li t-tranżizzjoni tinvolvi impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali usa' għal dawk ir-reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili - speċjalment il-faħam, il-linjite, il-pit għall-użu tal-enerġija u x-shale bituminuż - jew fuq industriji b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Sitwazzjoni bħal din mhux biss toħloq ir-riskju ta' tranżizzjoni b'pass varjabbli fl-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll ta' disparitajiet dejjem akbar bejn ir-reġjuni, speċjalment għar-reġjuni ultraperiferiċi, iż-żoni remoti, insulari u ġeografikament żvantaġġjati u għaż-żoni bi problemi ta' depopolazzjoni, li huwa ta' detriment għall-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd. Għalhekk, kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f'dan ir-rigward. |
(3) Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta, inklużiva u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd. Għalhekk, l-Unjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom jeħtiġilhom iqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f'dan ir-rigward biex jiżgura li ħadd ma jitħalla lura. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jkun jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027. Dan ikun jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta' tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi ma' dawk soċjali fil-livell reġjonali. |
(4) Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jenħtieġ li jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali, b'mod partikolari għall-ħaddiema milquta fil-proċess ta' tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi u soċjali fil-livell reġjonali, filwaqt li jippromwovi ekonomija sostenibbli, impjiegi ekoloġiċi u s-saħħa pubblika. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ust Transition Fund, "JTF") li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta' koeżjoni. L-għan tal-JTF huwa li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati u l-aktar ħaddiema kkonċernati. F'konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jeħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid]. |
(5) Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta' koeżjoni. L-għan tal-JTF huwa li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika u jikkumpensa għalihom billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati u l-aktar ħaddiema kkonċernati u li jippromwovi tranżizzjoni soċjoekonomika bbilanċjata li tiġġieled il-prekarjetà soċjali u ambjent ta' negozju instabbli. F'konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jenħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali billi jirriġeneraw l-assi naturali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi u fuq l-istandards tal-għajxien. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid]. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti mill-FEŻR u l-FSE+ se jikkontribwixxu kompletament biex tintlaħaq din il-mira. |
(6) Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li l-JTF jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi u ambjentali jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti fuq bażi volontarja mill-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jikkontribwixxu kompletament biex tintlaħaq din il-mira. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Jeħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni. |
(7) Jenħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni. Jenħtieġ li l-istabbiliment tal-JTF ma jwassalx għal tnaqqis fil-fondi l-oħra ta' koeżjoni, jew għal trasferimenti obbligatorji minnhom. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra li se jiġu eliminati b'mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant il-JTF jeħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji jeħtieġ li tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. |
(8) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida għall-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment impenjattiv għal dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna, jew li sa ftit żmien ilu kienu qed jiddependu ħafna, mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra li hemm bżonn li jiġu eliminati b'mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant, il-JTF jenħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji tiegħu jenħtieġ li tiffoka fuq dawk it-territorji l-aktar milquta, u tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, b'attenzjoni partikolari għar-reġjuni l-anqas żviluppati, ir-reġjuni ultraperiferiċi, muntanjużi, il-gżejjer, iż-żoni skarsament popolati, rurali, remoti u ġeografikament żvantaġġjati li l-popolazzjoni żgħira tagħhom tagħmel it-tranżizzjoni fl-enerġija lejn in-newtralità klimatika aktar diffiċli biex tiġi implimentata, u filwaqt li titqies il-pożizzjoni tat-tluq ta' kull Stat Membru. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal- Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, abbażi ta' kriterji oġġettivi. |
(9) Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal- Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, abbażi ta' kriterji oġġettivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-muniċipalitajiet u l-bliet ikollhom aċċess dirett għar-riżorsi tal-JTF li jiġu magħmula disponibbli għalihom skont il-ħtiġijiet oġġettivi tagħhom. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta' investimenti li għalihom in-nefqa tista' tiġi appoġġata mill-JTF. Jeħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Jeħtieġ li l-lista ta' investimenti tinkludi dawk li jappoġġaw l-ekonomiji lokali u li jkunu sostenibbli fit-tul, filwaqt li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku. Jeħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija li hija newtrali għall-klima u ċirkolari. Għas-setturi li qed inaqqsu, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jeħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, jeħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u sal-2050 iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f'konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE 203013 u n-newtralità klimatika, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jeħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f'teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-konnettività, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha. |
(10) Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta' investimenti li għalihom in-nefqa tista' tiġi appoġġata mill-JTF. Jenħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b'rispett sħiħ tal-impenji u l-prijoritajiet klimatiċi, ambjentali u soċjali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-lista ta' investimenti tinkludi dawk li jappoġġaw lill-persuni, lill-komunitajiet u lill-ekonomiji lokali u li jkunu sostenibbli fit-tul, filwaqt li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni gradwali u sħiħa lejn ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima, ħielsa mit-tniġġis u ċirkolari. Għas-setturi li qed inaqqsu, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, jenħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u dan iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f'konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE għall-203013 u n-newtralità klimatika sal-2050, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi b'ħiliet u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f'teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, il-konnettività u l-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u tal-enerġija ta' kull Stat Membru. L-importanza tal-kultura, l-edukazzjoni u l-bini tal-komunità għall-proċess ta' transizzjoni jenħtieġ li tiġi ssodisfata wkoll billi jiġu appoġġati attivitajiet li jindirizzaw il-patrimonju tal-minjieri. |
__________________ |
__________________ |
13 Kif stipulat fi "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (COM (2018) 773 final). |
13 Kif stipulat fi "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (COM (2018) 773 final). |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini li huma l-jeħtieġ li l-JTF ikopri wkoll it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema milquta, bil-għan li jgħinhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda ta' impjieg, kif ukoll jipprovdi għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg fit-tiftix ta' opportunitajiet ġodda ta'impjieg kif ukoll l-inklużjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(11) Sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini li huma l-aktar vulnerabbli għat-tranżizzjoni klimatika, jenħtieġ li l-JTF ikopri wkoll it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ tal-ħaddiema milquta u ta' dawk li qed ifittxu impjieg, partikolarment in-nisa, bil-għan li jgħinhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda ta' impjieg u jakkwistaw kwalifiki ġodda li jkunu adattati għall-ekonomija ekoloġika, kif ukoll jipprovdi għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg fit-tiftix ta' opportunitajiet ġodda ta' impjieg kif ukoll l-inklużjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali tkun prinċipju gwida biex jiġi pprovdut appoġġ taħt il-JTF. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi appoġġ għal investimenti produttivi fl-SMEs. Investiment produttiv jeħtieġ li jkun jinftiehem bħala investiment f'kapital fiss jew f'assi immaterjali ta' intrapriżi bil-ħsieb li jiġu prodotti oġġetti u servizzi u b'hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' kapital gross u għall-impjiegi. Għal intrapriżi li mhumiex SMEs, jeħtieġ li l-investimenti produttivi jiġu appoġġati biss jekk ikunu meħtieġa biex itaffu t-telf ta' impjiegi li jirriżulta mit-tranżizzjoni, billi joħolqu jew jipproteġu għadd sinifikanti ta' impjiegi u ma jwasslux għal rilokazzjoni jew jirriżultaw minnha. Jeħtieġ li jitħallew isiru investimenti f'faċilitajiet industrijali eżistenti, inklużi dawk koperti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, jekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u jmorru sew taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 u jekk jirriżultaw fil-protezzjoni ta' għadd sinifikanti ta' impjiegi. Kull investiment bħal dan jeħtieġ li jiġi ġġustifikat skont il-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u l-politika ta' koeżjoni, l-appoġġ lill-impriżi li joperaw jeħtieġ li jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikoli 107 u 108 TFUE u, b'mod partikolari, l-appoġġ għal investimenti produttivi minn intrapriżi għajr l-SMEs jeħtieġ li jkunu limitati għal intrapriżi li jinsabu f'żoni nnominati bħala żoni megħjuna għall-finijiet tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE. |
(12) Sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, jenħtieġ li l-JTF jipprovdi appoġġ għal investimenti produttivi fl-SMEs. Investiment produttiv jenħtieġ li jkun jinftiehem bħala investiment f'kapital fiss jew f'assi immaterjali ta' intrapriżi bil-ħsieb li jiġu prodotti oġġetti u servizzi u b'hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' kapital gross u għall-impjiegi. Għal intrapriżi li mhumiex SMEs, jenħtieġ li l-investimenti produttivi jiġu appoġġati biss jekk ikunu meħtieġa biex itaffu t-telf ta' impjiegi li jirriżulta mit-tranżizzjoni, billi joħolqu jew jipproteġu għadd sinifikanti ta' impjiegi u ma jwasslux għal rilokazzjoni jew jirriżultaw minnha. Jenħtieġ li jitħallew isiru investimenti f'faċilitajiet industrijali eżistenti, inklużi dawk koperti mill-Iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, jekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u jmorru sew taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 u jekk jirriżultaw fil-ħolqien u ż-żamma ta' għadd sinifikanti ta' impjiegi. Jenħtieġ li kwalunkwe investiment bħal dan jiġi ġġustifikat kif xieraq fil-pjan għal tranżizzjoni ġusta territorjali rilevanti, ikun sostenibbli u, fejn applikabbli, ikun konsistenti mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u l-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel". Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u l-politika ta' koeżjoni, l-appoġġ lill-impriżi li joperaw jenħtieġ li jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikoli 107 u 108 TFUE. |
__________________ |
__________________ |
14 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32). |
14 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32). |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Appoġġ għal investiment produttiv f'intrapriżi permezz tal-JTF, minbarra l-SMEs, jenħtieġ li jkun limitat għal reġjuni anqas żviluppati u dawk fi tranżizzjoni kif stipulat fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament Nru .../... [RDK]. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, jeħtieġ li jkun possibbli li jitħejja programm JTF awtonomu jew li jiġu pprogrammati riżorsi JTF fi prijorità speċifika waħda jew aktar fi programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+") jew mill-Fond ta' Koeżjoni. Skont l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi tal-JTF għandhom jissaħħu b'finanzjament komplementari mill-FEŻR u l-FSE+. L-ammonti rispettivi ttrasferiti mill-FEŻR u mill-FSE+ jeħtieġ li jkunu konsistenti mat-tip ta' operazzjonijiet stipulati fil-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
(13) Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħejja programm JTF awtonomu jew li jiġu pprogrammati riżorsi JTF fi prijorità speċifika waħda jew aktar fi programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+") jew mill-Fond ta' Koeżjoni. Skont l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi tal-JTF jistgħu jissaħħu fuq bażi volontarja b'finanzjament komplementari mill-FEŻR u l-FSE+. L-ammonti rispettivi ttrasferiti mill-FEŻR u mill-FSE+ jenħtieġ li jkunu konsistenti mat-tip ta' operazzjonijiet stipulati fil-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Jeħtieġ li l-appoġġ tal-JTF ikun jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' proċess ta' tranżizzjoni f'territorju speċifiku sabiex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, iħejju pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta' tranżizzjoni, b'mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta' Tranżizzjoni Ġusta sabiex tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni biex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati. |
(14) Jenħtieġ li l-appoġġ tal-JTF ikun jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva u li titkejjel ta' proċess ta' tranżizzjoni f'territorju speċifiku sabiex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li, fi djalogu soċjali u f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti skont il-prinċipju ta' sħubija stabbilit mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid] u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, iħejju pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta' tranżizzjoni, b'mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima, u possibbilment li jmorru lil hinn minnhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta' Tranżizzjoni Ġusta sabiex tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni biex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Jeħtieġ li l-pjanijiet ta' tranżizzjoni jidentifikaw it-territorji l-aktar milquta ħażin, fejn l-appoġġ tal-JTF jeħtieġ li jkun ikkonċentrat u jiddeskrivu azzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu biex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima, b'mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni jew l-għeluq ta' faċilitajiet li jinvolvu l-produzzjoni ta' fjuwils fossili jew attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Jeħtieġ li dawn it-territorji jiġu ddefiniti b'mod preċiż u jkunu jikkorrispondu mar-reġjuni tan-NUTS livell 3 jew ikunu partijiet minnha. Jeħtieġ li l-pjanijiet jiddeskrivu fid-dettall l-isfidi u l-ħtiġijiet ta' dawn it-territorji u jidentifikaw it-tip ta' operazzjonijiet meħtieġa b'mod li jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti ta' attivitajiet ekonomiċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jkunu wkoll konsistenti mat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Huma biss l-investimenti skont il-pjanijiet ta' tranżizzjoni li jeħtieġ jirċievu appoġġ finanzjarju mill-JTF. Jeħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzji ġusta jkunu parti mill-programmi (appoġġati mill-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta' Koeżjoni jew il-JTF) li huma approvati mill-Kummissjoni. |
(15) Jenħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta jidentifikaw it-territorji l-aktar milquta ħażin, fejn l-appoġġ tal-JTF jenħtieġ li jkun ikkonċentrat u jiddeskrivu azzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu biex jinkisbu l-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u ekonomija newtrali għall-klima sal-2050, b'mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni jew l-għeluq ta' faċilitajiet li jinvolvu l-produzzjoni ta' fjuwils fossili jew attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-opportunitajiet ta' impjiegi fit-territorji milquta sabiex tiġi evitata l-esklużjoni soċjali. Jenħtieġ li jitqiesu fatturi aggravanti bħar-rati tal-qgħad u t-tendenzi tad-depopolazzjoni. Jenħtieġ li dawn it-territorji jiġu ddefiniti b'mod preċiż u jkunu jikkorrispondu mar-reġjuni tan-NUTS livell 3 jew ikunu partijiet minnha. Jenħtieġ li l-pjanijiet jiddeskrivu fid-dettall l-isfidi, il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet ta' dawk it-territorji u jidentifikaw it-tip ta' operazzjonijiet meħtieġa b'mod li jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti ta' attivitajiet ekonomiċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jkunu wkoll konsistenti mat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huma biss l-investimenti skont il-pjanijiet ta' tranżizzjoni li jenħtieġ li jirċievu appoġġ finanzjarju mill-JTF. Jenħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta jkunu parti mill-programmi (appoġġati mill-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta' Koeżjoni jew il-JTF, skont il-każ) li huma approvati mill-Kummissjoni. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu appoġġati territorji li jkunu qed jiffaċċjaw trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija newtrali għall-klima, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. Ir-raġunijiet ewlenin f'dan ir-rigward huma, minn naħa waħda, id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tat-territorji differenti u r-ritard ta' dawk it-territorji li huma anqas favoriti, kif ukoll il-limitu fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tat-territorji u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa għal qafas ta' implimentazzjoni koerenti li jkopri diversi fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. |
(19) L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu appoġġati n-nies, l-ekonomija u l-ambjent ta' territorji li jkunu qed jiffaċċjaw trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija newtrali għall-klima, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. Ir-raġunijiet ewlenin f'dan ir-rigward huma, minn naħa waħda, id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tat-territorji differenti u r-ritard ta' dawk it-territorji li huma anqas favoriti, kif ukoll il-limitu fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tat-territorji u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa għal qafas ta' implimentazzjoni koerenti li jkopri diversi fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża u li jiżgura l-konformità mal-istandards soċjali u ambjentali għoljin u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Billi dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") biex jipprovdi appoġġ lit-territorji li qed jaffaċċaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta' tranżizzjoni lejn ekonomija tal-UE newtrali għall-klima sal-2050. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") biex jipprovdi appoġġ lin-nies, l-ekonomija u l-ambjent ta' territorji li qed jaffaċċaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta' tranżizzjoni lejn l-ilħuq tal-miri tal-2030 tal-Unjoni għall-enerġija u l-klima, u lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [4 (1)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku uniku li "jippermetti lir-reġjuni u n-nies jindirizzaw l-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima". |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku uniku li "jippermetti lir-reġjuni, in-nies, l-intrapriżi u partijiet ikkonċernati oħra jindirizzaw l-impatti soċjali, tal-impjieg, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima" sal-2050 u l-miri intermedjarji għall-2030, f'konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-riżorsi għall-FTĠ fil-kuntest tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi li huma disponibbli bħala impenn baġitarju għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandhom ilaħħqu l-EUR 11 270 459 000 fi prezzijiet attwali, ammont li jista' jiżdied, skont il-każ, b'riżorsi addizzjonali allokati fil-baġit tal-Unjoni, u b'riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli. |
2. Ir-riżorsi għall-JTF fil-kuntest tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi li huma disponibbli bħala impenn baġitarju għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandhom ilaħħqu l-EUR 25 358 532 750 fi prezzijiet tal-2018 ("ammont prinċipali"), u m'għandhomx jirriżultaw mit-trasferiment ta' riżorsi minn Fondi oħra koperti mir-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid]. L-ammont prinċipali jista' jiżdied, skont il-każ, b'riżorsi addizzjonali allokati fil-baġit tal-Unjoni, u b'riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-tqassim annwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 mill-Istati Membri għandu jiġi inkluż fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) skont il-metodoloġija stipulata fl-Anness I. |
3. Fuq it-talba ta' Stat Membru, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun disponibbli wkoll għas-snin 2025-2027. Għal kull perjodu, it-tqassimiet annwali rispettivi tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mill-Istati Membri għandu jiġi inkluż fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) skont il-metodoloġija stipulata fl-Anness I. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3b |
|
Mekkaniżmu ta' Premjar Ekoloġiku |
|
18 % tat-total tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3a(1) għandhom jiġu allokati skont kemm l-Istati Membri jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra malajr, diviżi bl-aħħar ING medju tagħhom. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3c |
|
Allokazzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer |
|
1 % tat-total tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3a(1) għandu jkun allokazzjoni speċifika għall-gżejjer, u 1 % għandu jkun allokazzjoni speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE, mogħtija lill-Istati Membri kkonċernati. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) investimenti produttivi fl-SMEs, inklużi negozji ġodda, li jwasslu għal diversifikazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi; |
(a) investimenti produttivi u sostenibbli fil-mikrointrapriżi u fl-SMEs, inklużi negozji ġodda u turiżmu sostenibbli, li jwasslu għal ħolqien tal-impjiegi, modernizzazzjoni, diversifikazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi; |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) investimenti fil-ħolqien ta' ditti ġodda, inkluż permezz ta' inkubaturi tan-negozju u servizzi ta' konsulenza; |
(b) investimenti fil-ħolqien ta' ditti ġodda u fl-iżvilupp ta' dawk eżistenti, inkluż permezz ta' inkubaturi tan-negozju u servizzi ta' konsulenza, li jwasslu għall-ħolqien tal-impjiegi; |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) investimenti fl-infrastrutturi soċjali, li jwasslu għall-ħolqien tal-impjiegi u diversifikazzjoni ekonomika; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) investimenti f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u t-trawwim ta' trasferiment ta' teknoloġiji avvanzati; |
(c) investimenti f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, inkluż fl-universitajiet u fl-istituti pubbliċi ta' riċerka u t-trawwim tat-trasferiment ta' teknoloġiji avvanzati u lesti għas-suq; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) investimenti fl-użu ta' teknoloġija u infrastrutturi għal enerġija nadifa u affordabbli, fi tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli; |
(d) investimenti fl-użu ta' teknoloġija u infrastrutturi għal enerġija nadifa u affordabbli u s-sistemi tagħhom, fit-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, l-effiċjenza enerġetika, it-teknoloġiji għall-ħżin tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli u sostenibbli, meta tali investimenti jwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi u ż-żamma ta' impjiegi sostenibbli fuq skala kbira; |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) investimenti f'mobbiltà intelliġenti u sostenibbli u infrastruttura tat-trasport li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt db (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) investimenti fi proġetti li jiġġieldu l-faqar enerġetiku, b'mod partikolari fl-akkomodazzjoni soċjali, u li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, approċċ newtrali għall-klima u tisħin distrettwali b'emissjonijiet baxxi fir-reġjuni l-aktar milquta; |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) investimenti fid-diġitalizzazzjoni u l-konnettività diġitali; |
(e) investimenti fid-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni diġitali u l-konnettività diġitali, inklużi l-agrikoltura diġitali u dik ta' preċiżjoni; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta' siti, restawr ta' art u proġetti ta' adattament; |
(f) investimenti fl-infrastruttura ekoloġika kif ukoll fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta' siti, artijiet abbandunati (brownfields) u proġetti ta' adattament, kull meta ma jkunx jista' jiġi applikat il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas"; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ga) ħolqien u żvilupp ta' servizzi soċjali u pubbliċi ta' interess ġenerali; |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt gb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(gb) investimenti fil-kultura, l-edukazzjoni u l-bini tal-komunità, inkluża l-valorizzazzjoni tal-wirt tanġibbli u intanġibbli tal-minjieri u ċ-ċentri tal-komunità; |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema; |
(h) it-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u t-taħriġ tal-ħaddiema u ta' min ikun qed ifittex impjieg; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg; |
(i) għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg, appoġġ għal tixjiħ attiv u appoġġ għall-introjtu għal ħaddiema fi tranżizzjoni minn impjieg għal ieħor; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) l-inklużjoni attiva ta' min ikun qed ifittxu impjieg; |
(j) l-inklużjoni attiva ta' min ikun qed ifittex impjieg, partikolarment in-nisa, il-persuni b'diżabbiltà u l-gruppi vulnerabbli; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Barra minn hekk, il-JTF jista' jappoġġa, f'żoni magħżula bħala żoni megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE, investimenti produttivi f'intrapriżi li mhumiex SMEs, sakemm dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (h) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Barra minn hekk, il-JTF jista' jappoġġa, f'reġjuni inqas żviluppati u fi tranżizzjoni kif stipulat fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament Nru. .../... [RDK ġdid], investimenti produttivi f'intrapriżi li mhumiex SMEs, dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (h) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, biex jinħolqu impjiegi ġodda, u meta dawn jikkonformaw ma' miri soċjali għall-ħolqien tal-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-pagi ugwali u l-miri ambjentali, u fejn dawn jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima mingħajr ma jappoġġaw ir-rilokazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nru ../... [RDK ġdid]. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-JTF jista' jappoġġa investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan ta' tranżizzjoni territorjali bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Il-JTF jista' jappoġġa investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan ta' tranżizzjoni territorjali bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament u li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet l-oħra stabbiliti fis-subparagrafu 2 ta' dan il-paragrafu. Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) impriżi f'diffikultà, kif definiti fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/201416; |
(c) impriżi f'diffikultà, kif definiti fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/201416, ħlief f'każijiet fejn id-diffikultajiet jirriżultaw mill-proċess ta' tranżizzjoni tal-enerġija jew fejn id-diffikultajiet ikunu bdew wara l-15 ta' Frar 2020 u jirriżultaw mill-kriżi tal-COVID-19; |
__________________ |
__________________ |
16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1). |
16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1). |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) investiment relatat mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħażin jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili; |
(d) investiment relatat mal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, dment li jkunu kompatibbli mal-paragrafu 1a; |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) investiment fl-infrastruttura tal-broadband f'żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta' kategorija ekwivalenti. |
(e) investiment fl-infrastruttura tal-broadband f'żoni fejn soluzzjonijiet ekwivalenti huma pprovduti mis-suq f'kundizzjonijiet kompetittivi lill-klijenti; |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) investiment f'intrapriżi li mhumiex SMEs, li jinvolvu t-trasferiment tal-impjiegi u tal-proċessi ta' produzzjoni minn Stat Membru għall-ieħor jew għal pajjiż terz; |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(eb) operazzjonijiet f'reġjun NUTS 2 fejn il-ftuħ ta' minjiera ġdida tal-faħam, tal-linjite jew taż-żejt tax-shale jew għalqa għall-estrazzjoni tal-pit, jew il-ftuħ mill-ġdid ta' minjiera dekummissjonata b'mod temporanju tal-faħam, tal-linjite jew taż-żejt tax-shale jew ta' għalqa għall-estrazzjoni tal-pit, ikun skedat għal matul id-durata tal-programm. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, għar-reġjuni li jiddependu ħafna fuq l-estrazzjoni u l-kombustjoni tal-faħam, il-linjite, ix-xejl taż-żejt jew il-pit, il-Kummissjoni tista' tapprova pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta li jinkludu investimenti f'attivitajiet relatati mal-gass naturali, dment li tali attivitajiet jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru .../2020 [Tassonomija] u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: |
|
(a) jintużaw bħala teknoloġija li sservi ta' pont li tieħu post il-faħam, il-linjite, il-pit jew ix-xejl taż-żejt; |
|
(b) ikunu fil-limiti tad-disponibbiltà sostenibbli jew kompatibbli mal-użu tal-idroġenu nadif, il-bijogass u l-bijometanu; |
|
(c) jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, permezz tal-aċċelerazzjoni tal-eliminazzjoni gradwali sħiħa tal-faħam, il-linjite, il-pit jew iż-żejt bituminuż; |
|
(d) iwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja u jżidu l-effiċjenza enerġetika; |
|
(e) jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku; |
|
(f) ma jfixklux l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-territorji kkonċernati u jkunu kompatibbli u f'sinerġija ma' użu futur ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli. |
|
F'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' wkoll tapprova investimenti f'attivitajiet li ma jikkwalifikawx skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru .../2020 [Tassonomija], jekk jikkonformaw mal-kundizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, u jekk l-Istat Membru jkun jista' jiġġustifika, fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, il-ħtieġa li jiġu appoġġati dawk l-attivitajiet u juri l-konsistenza ta' dawk l-attivitajiet mal-objettivi u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima, kif ukoll il-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tiegħu. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji kkonċernati, fuq il-bażi tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta' programm. Ir-riżorsi programmati għandhom jieħdu l-forma ta' programm speċifiku wieħed jew aktar jew ta' prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta' programm. |
Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji jew l-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati, fuq il-bażi tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta' programm. Ir-riżorsi programmati għandhom jieħdu l-forma ta' programm speċifiku wieħed jew aktar jew ta' prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta' programm. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tapprova programm biss fejn l-identifikazzjoni tat-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti, tkun debitament iġġustifikata u l-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat. |
Dment li ma tiġġustifikax b'mod debitu r-raġuni għar-rfjut tal-approvazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tapprova programm fejn it-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti, ikunu debitament iġġustifikati u l-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat, l-objettiv ta' newtralità klimatika sal-2050, il-passi intermedji sal-2030 u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-prijorità jew prijoritajiet tal-JTF għandhom jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF għall-Istati Membri u r-riżorsi trasferiti skont l-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ ittrasferit lill-prijorità tal-JTF għandu jkun mill-inqas ugwali għal darba u nofs l-ammont ta' sostenn mill-JTF għal dik il-prijorità iżda ma għandux jaqbeż tliet darbiet dak l-ammont. |
2. Il-prijorità jew prijoritajiet tal-JTF għandhom jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF għall-Istati Membri. Dawk ir-riżorsi jistgħu jiġu komplementati bir-riżorsi trasferiti fuq bażi volontarja skont l-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ li jrid jiġi ttrasferit lill-prijorità tal-JTF m'għandux jaqbeż darba u nofs l-ammont ta' sostenn mill-JTF għal dik il-prijorità. Ir-riżorsi trasferiti mill-FEŻR u l-FSE+ għandhom iżommu l-objettivi oriġinali tagħhom u jiġu inklużi fil-livelli ta' konċentrazzjoni tematika tal-FEŻR u l-FSE+ . |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-JTF huwa mfassal għall-komunitajiet l-aktar vulnerabbli f'kull reġjun, u għalhekk proġetti eliġibbli ffinanzjati taħt il-JTF li jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku fl-Artikolu 2 għandhom jibbenefikaw minn kofinanzjament sa 85 % tal-ispejjeż rilevanti. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għanhom iħejju, flimkien mal-awtoritajiet rilevanti tat-territorji kkonċernati, pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju wieħed effettwat jew aktar li jikkorrispondu għal-livell 3 tal-klassifika komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 3") kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014 tal-Kummissjoni17, jew minn partijiet minnu, f'konformità mal-mudell li jinsab fl-Anness II. Dawn it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-telf mistenni ta' impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwil fossili u l-ħtiġijiet ta' trasformazzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni ta' faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta' gassijiet serra. |
1. L-Istati Membri għandhom iħejju, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti tat-territorji kkonċernati u skont il-prinċipju tas-sħubija stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid], u fejn rilevanti, bl-assistenza tal-BEI u l-FEI, pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju affettwat wieħed jew aktar li jikkorrispondu għal-livell 3 tal-klassifika komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 3") kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2066 tal-Kummissjoni17, jew minn partijiet minnu, f'konformità mal-mudell li jinsab fl-Anness II. Dawn it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-telf mistenni ta' impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwil fossili u l-ħtiġijiet ta' trasformazzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni ta' faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta' gassijiet serra. |
__________________ |
__________________ |
17 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1). |
17 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1). |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) deskrizzjoni tal-proċess ta' tranżizzjoni fil-livell nazzjonali lejn ekonomija newtrali għall-klima, inkluż skeda ta' żmien għall-passi ewlenin ta' tranżizzjoni li jkunu konsistenti mal-aktar verżjoni reċenti tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima (“NECP”); |
(a) deskrizzjoni tal-proċess ta' tranżizzjoni fil-livell nazzjonali lejn l-ilħuq tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni tal-2030, u ekonomija klimatikament newtrali sal-2050, inkluż skeda ta' żmien għall-passi ewlenin ta' tranżizzjoni li jkunu konsistenti mal-aktar verżjoni reċenti tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima ("NECP") |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tat-territorji bħala l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni imsemmija fil-punt (a) u li għandhom jiġu appoġġati mill-JTF, skont il-paragrafu 1; |
(b) ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tat-territorji bħala l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni imsemmija fil-punt (a) u li għandhom jiġu appoġġati mill-JTF, skont il-paragrafu 1, inklużi indikaturi bħar-rata tal-qgħad u r-rata tad-depopolazzjoni; |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) valutazzjoni tal-isfidi ta' tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, li tidentifika l-għadd potenzjali ta' impjiegi milquta u t-telf ta' impjiegi, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta' żvilupp li jridu jinkisbu sal-2030 marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta' attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra f'dawn it-territorji; |
(c) valutazzjoni tal-impatt tal-isfidi ta' tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, li tidentifika l-għadd potenzjali ta' impjiegi milquta u t-telf ta' impjiegi, l-impatt potenzjali fuq id-dħul tal-gvern, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta' żvilupp marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta' attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra f'dawn it-territorji, u l-isfidi rigward il-faqar enerġetiku; |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima; |
(d) deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, demografiċi, ekonomiċi, tas-saħħa u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima; |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu ma' strateġiji u pjanijiet nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra; |
(e) valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu ma' strateġiji u pjanijiet nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra, fejn rilevanti; |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) fejn jingħata appoġġ lil investimenti produttivi lil intrapriżi li mhumiex SMEs, lista eżawrjenti ta' dawn l-operazzjonijiet u intrapriżi u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta' tali appoġġ permezz ta' analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta' impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta' impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment; |
(h) fejn jingħata appoġġ lil investimenti produttivi lil intrapriżi li mhumiex SMEs, lista indikattiva ta' dawn l-operazzjonijiet u intrapriżi u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta' tali appoġġ permezz ta' analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta' impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta' impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment; |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lill-imsieħba rilevanti f'konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. |
3. It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lis-sħab rilevanti f'konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], u fejn rilevanti, il-BEI u l-FEI. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Il-miri ma għandhomx jiġu riveduti wara li t-talba għal emenda tal-programm ippreżentata skont l-Artikolu [14(2)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni. |
2. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-eżami tar-rapport tal-prestazzjoni finali tal-programm, li ma nkisibx mill-inqas 65 % tal-mira stabbilita għal indikatur ta' output jew riżultat wieħed jew aktar għar-riżorsi tal-JTF, hija tista' tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu [98] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] billi tnaqqas is-sostenn mill-JTF għall-prijorità kkonċernata b'mod proporzjonali għall-kisbiet. |
Abbażi tar-rapport tal-prestazzjoni finali tal-programm, il-Kummissjoni tista' tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji skont ir-Regolament (UE) [RDK ġdid]. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10a |
|
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
|
L-Istati Membri għandhom jibbenefikaw minn perjodu ta' transizzjoni sa... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għat-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu kompletament eliġibbli għal finanzjament skont dan ir-Regolament matul dak il-perjodu ta' tranżizzjoni, li ma għandux jitqies mill-Kummissjoni meta tkun qed tikkunsidra deċiżjoni dwar diżimpenn jew telf ta' finanzjament. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 10b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10b |
|
Rieżami |
|
Sa mhux aktar tard minn tmiem ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni tal-JTF u tivvaluta jekk huwiex adegwat li jiġi emendat il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu skont il-bidliet possibbli fir-Regolament 2020/... [ir-Regolament dwar it-Tassonomija], l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni kif stipulati fir-Regolament (UE) 2020/... [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima] u l-evoluzzjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jiġi akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi. |
NOTA SPJEGATTIVA
A. Introduzzjoni
Fil-proposti leġiżlattivi li jirregolaw l-użu tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2021-2027, wieħed mill-objettivi ewlenin li se jixpruna l-investimenti tal-UE se jkun "Ewropa aktar ekoloġika, b'livell baxx ta' karbonju, billi jiġu promossi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, l-investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Dan iservi biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi. Barra minn hekk, 25 % tan-nefqa totali tal-QFP għandha tintefaq fuq attivitajiet relatati mal-klima.
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew isaħħaħ aktar l-impenn tal-UE favur futur aktar ekoloġiku, billi jistabbilixxi politika ġdida dwar it-tkabbir għall-Ewropa, bl-għan ambizzjuż li tinkiseb newtralità tal-klima sal-2050, għan li kien approvat mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2019.
Madankollu, fit-triq lejn ekonomija ekoloġika u n-newtralità klimatika, hemm diffikultajiet partikolari li għandna nindirizzaw b'urġenza. Pereżempju, hemm għadd kbir ta' reġjuni li għadhom dipendenti fuq fjuwils fossili jew proċessi industrijali intensivi f'termini ta' gassijiet serra. It-tranżizzjoni ta' dawn ir-reġjuni lejn ekonomija b'impatt newtrali fuq il-klima hija għalhekk sfida enormi. Inevitabbilment, l-attivitajiet ekonomiċi b'livelli għoljin ta' intensità tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, jew ibbażati fuq il-produzzjoni u l-użu ta' fjuwils fossili, bħall-faħam u l-linjite, se jkollhom jonqsu kemm f'termini ta' output ekonomiku kif ukoll f'termini ta' livelli ta' impjiegi. Setturi oħra b'livelli għoljin ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra se jkollhom bżonn jabbandunaw il-proċessi b'intensità qawwija ta' karbonju, jiġifieri se jkollhom bżonn jittrasformaw ruħhom. Barra minn hekk, għadd ta' impjiegi, li jiddependu indirettament mill-attivitajiet imsemmija hawn fuq, issa se jkollhom bżonn jinbidlu wkoll, jew inkella jistgħu jieqfu milli jeżistu. Dawn il-bidliet kollha se jkollhom impatt dirett fuq ħajjet in-nies u inevitabbilment se joħolqu firxa wiesgħa ta' sfidi soċjali.
Ir-rapporteur għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-fatt li, permezz tal-preżentazzjoni ta' abbozz ta' regolament ġdid u separat għall-istabbiliment ta' Fond għal Tranżizzjoni Ġusta għall-perjodu ta' finanzjament ta' wara l-2020, il-Kummissjoni tat l-attenzjoni tagħha lil dawn l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali, u wriet l-importanza ta' rispons komuni tal-UE għall-bżonn ta' tranżizzjoni ġusta.
Madankollu, fil-fehma tar-rapporteur, din il-proposta, li tikkostitwixxi l-ewwel proposta leġiżlattiva li timplimenta l-prijoritajiet stabbiliti fil-Ftehim Ekoloġiku Ewropew u li tagħmel parti mill-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa Sostenibbli, xorta teħtieġ xi modifiki, żidiet u aġġustamenti. Ir-rapporteur huwa partikolarment imħasseb dwar l-impatt soċjoekonomiku tal-proċess ta' tranżizzjoni lejn ekonomija b'impatt newtrali fuq il-klima, u jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha bżonn tikseb din it-tranżizzjoni mingħajr ma tħalli d-disparitajiet bejn ir-reġjuni jkomplu jikbru, u mingħajr ma tinjora ċ-ċittadini.
B. L-istruttura tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta
Ir-rapporteur jilqa' l-istruttura bi tliet pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, li tikkonsisti mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, l-iskema ddedikata taħt l-InvestEU u l-faċilità ta' self tas-settur pubbliku mal-Grupp tal-BEI. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jintuża primarjament biex jipprovdi għotjiet, u l-attenzjoni tiegħu se tkun fuq id-diversifikazzjoni ekonomika u t-taħriġ mill-ġdid u l-inklużjoni attiva tal-ħaddiema u ta' min ikun qed ifittex l-impjieg, filwaqt li ż-żewġ pilastri l-oħra se jġibu l-investimenti privati u se jingranaw il-finanzjament pubbliku rispettivament.
Ir-rapporteur jindika wkoll il-fatt li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta huwa implimentat taħt ġestjoni kondiviża, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u mal-partijiet interessati, peress li din tiżgura s-sjieda tal-istrateġija ta' tranżizzjoni. Il-konformità mal-prinċipju tas-sħubija hija wkoll ta' importanza ewlenija, peress li din tiżgura li s-sħab ekonomiċi u soċjali jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet ta' programmar u implimentazzjoni.
C. Il-kamp ta' applikazzjoni
Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-JTF propost se jappoġġa attivitajiet fl-oqsma tad-diversifikazzjoni ekonomika, it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u r-riabilitazzjoni ambjentali. Dan huwa kamp ta' applikazzjoni wiesa' ta' attivitajiet, inkluż investimenti fi: SMEs, R&I, teknoloġija u infrastrutturi relatati mal-enerġija, diġitalizzazzjoni, riġenerazzjoni, ekonomija ċirkolari, titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema, u assistenza u inklużjoni ta' min ikun qed ifittex l-impjieg. Madankollu, il-lista ta' attivitajiet għandu jkollha kamp ta' applikazzjoni usa' sabiex ir-reġjuni, in-nies, l-intrapriżi u partijiet interessati oħra jkunu jistgħu jiffaċċjaw b'mod effettiv il-konsegwenzi soċjali, tal-impjiegi, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima.
Ir-rapporteur jixtieq jeskludi investimenti ta' finanzjament mill-JTF f'intrapriżi li mhumiex SMEs meta l-impjiegi u l-proċessi ta' produzzjoni jiġu trasferiti minn Stat Membru għal ieħor jew lejn pajjiż terz. Barra minn hekk, ir-rapporteur jaqbel li jiġu esklużi mill-finanzjament investimenti relatati mal-karburanti fossili, iżda jqis li l-investimenti f'attivitajiet relatati mal-gass naturali, b'mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt ċerti kundizzjonijiet stretti.
D. Baġit
Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-JTF propost se jippromwovi t-tranżizzjoni tal-enerġija u se jappoġġa firxa ferm usa' ta' attivitajiet taħt tliet kategoriji wiesgħa: appoġġ soċjali, rivitalizzazzjoni ekonomika u restawr ta' art. Ir-rapporteur jilqa' wkoll il-proposta emendata tal-Kummissjoni, li tipproponi baġit sostanzjalment ogħla u riżorsi addizzjonali mill-Istrument Ewropew ta' Rkupru. Madankollu, peress li l-objettivi ta' politika ambizzjużi tal-UE jistgħu jinkisbu biss permezz ta' baġit ambizzjuż, hemm bżonn ta' aktar riżorsi u dawn m'għandhomx jipperikolaw il-finanzjament ta' fondi oħra ta' koeżjoni. Barra minn hekk, ir-riżorsi tal-JTF jistgħu jiġu kkomplementati minn trasferimenti mill-FEŻR u l-FSE+ fuq bażi volontarja.
Barra minn hekk, ir-rapporteur jemmen li għandhom jiġu ppremjati l-isforzi addizzjonali li jsiru mill-Istati Membri u li jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet li jmur lil hinn mill-mira. Ir-rapporteur għalhekk jappoġġa l-introduzzjoni ta' inċentivi bħall-Mekkaniżmu ta' Premjar Ekoloġiku, li jippremjaw b'allokazzjonijiet addizzjonali dawk l-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra b'veloċità akbar. Fil-fehma tar-rapporteur, għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari lill-gżejjer u lir-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li tiġi żgurata allokazzjoni speċjali favur tagħhom.
E. Konklużjoni
Dan ir-rapport huwa r-riżultat ta' diskussjoni intensa u ta' kompromess. B'mod partikolari, ir-rapporteur jixtieq jirringrazzja lix-shadow rapporteurs mill-gruppi politiċi l-oħra, kif ukoll lir-rapporteurs għal opinjoni mill-ħames kumitati assoċjati u żewġ kumitati oħra għal opinjoni. Ir-rapporteur issa qed jistenna bil-ħerqa negozjati interistituzzjonali intensi wara l-waqfa tas-sajf.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (26.6.2020)
għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
(COM(2020)0022 – C9‑0007/2020 – 2020/0006(COD))
Rapporteur for opinion (*) : Siegfried Mureşan
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-rapporteur isostni totalment il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, konformement mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji.[1]
F'din ir-riżoluzzjoni l-Parlament "jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-QFP li jmiss jikkonforma bis-sħiħ mal-Ftehim ta' Pariġi u jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal qabża kbira fi sforzi politiċi u finanzjarji bil-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim, kif ukoll tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali f'termini ta' karbonju bbażata fuq l-ogħla kriterji ta' ġustizzja soċjali sabiex ħadd u l-ebda post ma jitħalla barra".
Ir-rapporteur jidhirlu li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jeħtieġ li jissaħħaħ permezz ta' żieda fl-allokazzjoni biex ikun jista' jilħaq l-objettivi ambizzjużi tiegħu. L-aċċess għall-finanzjamenti tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta għandu jsir b'mod indipendenti mill-fondi strutturali u ta' investiment l-oħra tal-UE. Għaldaqstant, ir-rapporteur jemmen li, filwaqt li huwa neċessarju li jiġi żgurat l-ogħla livell ta' komplementarjetà bejn il-fondi tal-UE, l-aċċess għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ma għandux ikun subordinat għat-"tqabbil" ma' fondi ta' koeżjoni oħrajn għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:
1. il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta huwa strument komplementari għall-fondi l-oħrajn użati fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni tal-UE. Se jiżvolġi rwol fundamentali biex tingħeleb waħda mill-akbar sfidi fit-triq lejn in-newtralità klimatika. Għalhekk, bi qbil mal-importanza politika ta' dan il-Fond, il-funzjonament u l-allokazzjoni tiegħu għandhom ikunu kemm jista' jkun indipendenti mill-istrumenti ta' finanzjament l-oħra u, fl-istess ħin, tinżamm il-komplementarjetà bejniethom;
2. it-talba biex l-allokazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta titqabbel mal-fondi strutturali korrispondenti tostakola l-użu tal-fondi rispettivi. Sta għall-Istati Membri jiddeċiedu l-mod kif jallokaw il-pakkett nazzjonali tagħhom abbażi tal-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u territorjali tagħhom u bil-kundizzjoni li din l-allokazzjoni tirrispetta l-qafas ġuridiku tal-UE. Jekk jintalab it-tqabbil tal-allokazzjonijiet tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta mal-fondi ta' koeżjoni, inkunu qegħdin nimponu kundizzjoni supplimentari fuq l-Istati Membri, u b'hekk noħolqu piż addizzjonali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew")11 u huwa parti mill-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u ċirkolari, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti. |
(1) Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi biex iż-żieda fit-temperatura dinjija tiġi limitata għal anqas minn 1,5°C u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi kif ukoll il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet iddefiniti fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew")11 u huwa parti mill-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u ċirkolari, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti. |
_________________ |
_________________ |
11 COM(2019) 640 final, 11.12.2019. |
11 COM(2019) 640 final, 11.12.2019. |
12 COM(2020) 21, 14.1.2020. |
12 COM(2020) 21, 14.1.2020. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd. Għalhekk, kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f'dan ir-rigward. |
(3) Biex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun inklużiva u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd, tnaqqas l-inugwaljanzi u ma tħalli lil ħadd lura. Għalhekk, kemm l-Unjoni u l-Istati Membri, kif ukoll l-atturi reġjonali u lokali differenti jenħtieġ li jqisu l-implikazzjonijiet ambjentali, soċjali, ekonomiċi u għas-suq tax-xogħol tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi u jsaħħu l-konsegwenzi pożittivi, bħall-ħolqien ta' impjiegi ġodda, dinjitużi u sostenibbli jew it-titjib tal-kwalità tal-arja. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f'dan ir-rigward. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jkun jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027. Dan ikun jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta' tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi ma' dawk soċjali fil-livell reġjonali. |
(4) Kif indikat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, il-mobilizzazzjoni ta' mill-inqas EUR 1 triljun biex jiġu appoġġati l-investimenti sostenibbli matul l-għaxar snin li ġejjin permezz tal-baġit tal-Unjoni u tal-istrumenti assoċjati, jenħtieġ, b'mod partikolari, li Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jappoġġa lill-ħaddiema u liċ-ċittadini tar-reġjuni milquta mit-tranżizzjoni, filwaqt li jikkomplementa l-azzjonijiet ta' tranżizzjoni ekoloġika tal-programmi rilevanti fl-ambitu tal-QFP 2021-2027. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi, b'mod partikolari għall-ħaddiema milquta mill-proċess, lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni għall-objettivi klimatiċi u soċjali fil-livell reġjonali. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ust Transition Fund, "JTF") li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta' koeżjoni. L-għan tal-JTF huwa li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati u l-aktar ħaddiema kkonċernati. F'konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jeħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid]. |
(5) Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta' koeżjoni. L-għan tal-JTF mhuwiex biss li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika u li jikkumpensahom iżda wkoll li joħloq u jsaħħaħ l-effetti pożittivi futuri billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati kif ukoll lill-persuni li jgħixu fihom, u b'mod partikolari lill-ħaddiema kkonċernati, u li jgħin biex tinkiseb, sal-2050, tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. F'konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jenħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex jiffaċilitaw l-impatt tat-tranżizzjoni u jagħmluha ta' katalizzatur għalih billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni, ir-ripożizzjonament u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi u l-livell ta' għajxien. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stabbiliti fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid]. Jenħtieġ li l-appoġġ jingħata wkoll lit-territorji li fihom iseħħu bidliet strutturali wara l-eliminazzjoni gradwali tal-attivitajiet tal-estrazzjoni. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-applikazzjoni tal-appoġġ u tal-finanzjament tal-Unjoni permezz tal-JTF jenħtieġ li tiżgura li l-proġetti kollha f'kull Stat Membru jkunu konsistenti mar-responsabbiltà tal-Unjoni biex tilħaq, sal-2050, in-newtralità klimatika; |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti mill-FEŻR u l-FSE+ se jikkontribwixxu kompletament biex tintlaħaq din il-mira. |
(6) Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li l-politika ta' koeżjoni u l-JTF jagħtu kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti fuq bażi volontarja mill-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jikkontribwixxu aktar biex tintlaħaq din il-mira, u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ekoloġika filwaqt li jikkontribwixxu b'mod sħiħ għal impjiegi ġodda ta' kwalità ferm għolja, tkabbir sostenibbli inklużiv u żvilupp reġjonali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, u bil-għan li jintwera l-impenn tal-Unjoni għall-irkupru ekonomiku f'perkors ta' żvilupp sostenibbli, hemm bżonn li l-QFP li jmiss u l-Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa jinkludu żieda fl-ammont allokat għall-JTF. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li r-riżorsi tal-JTF ikunu konsistenti mal-objettiv ambizzjuż tiegħu. Bil-għan li jittaffew l-effetti tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, jenħtieġ li l-JTF ikollu allokazzjoni finanzjarja separata, indipendenti mill-allokazzjoni tal-fondi strutturali u ta' investiment oħra tal-UE. Jenħtieġ li l-aċċess għall-JTF ma jkunx subordinat għat-trasferimenti mill-fondi l-oħra tal-UE. Tali aċċess indipendenti se jippermetti lill-JTF jaħdem b'mod adegwat, jikseb ir-riżultati mistennija u jiġġenera l-prevedibbiltà għall-benefiċjarji. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Jeħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni. |
(7) Ir-riżorsi tal-JTF waħedhom mhumiex se jkunu biżżejjed biex jingħelbu l-isfidi kollha relatati mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni. It-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet volontarji mill-FEŻR u l-FSE+ għall-JTF huwa mingħajr preġudizzju għall-objettivi l-oħra tal-politika ta' koeżjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji programmati għal għanijiet oħra fl-ambitu tal-FEŻR u l-FSE+. Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet trasferiti ma jaqbżux l-20 % tar-riżorsi oriġinarjament allokati lil Stat Membru għall-FEŻR u l-FSE+. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Il-pakkett finanzjarju jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali, skont l-Artikolu [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali [bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba]+ u jista' jiżdied permezz ta' deċiżjoni tal-awtorità baġitarja. Barra minn hekk, il-pakkett finanzjarju għall-JTF jista' jiżdied b'kontribuzzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-Istati Membri u minn riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli u jikkostitwixxi dħul assenjat estern minbarra l-każijiet indikati fil-punt (a) tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju. |
|
_____________ |
|
+ Ir-referenza tiġi aġġornata skont il-ftehim interistituzzjonali applikabbli għall-perjodu 2021-2027. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra li se jiġu eliminati b'mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant il-JTF jeħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji jeħtieġ li tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. |
(8) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili u, sa ċertu punt, minn attivitajiet industrijali b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra li se jiġu eliminati b'mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li m'għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant il-JTF jenħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji tiegħu tappoġġa lill-Istati Membri fil-bżonn, abbażi tal-kapaċità finanzjarja tagħhom biex jagħmlu l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni insulari jew skarsament popolati u liż-żoni remoti fejn l-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni fl-enerġija lejn in-newtralità klimatika hija aktar problematika. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist, il-premjijiet, l-implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett tal-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) F'konformità mar-Regolament (UE) .../... [Strument Ewropew għall-Irkupru (ERI)] u fi ħdan il-limiti tar-riżorsi allokati fih, jenħtieġ li l-miżuri ta' rkupru u ta' reżiljenza fl-ambitu tal-JTF jiġu attwati biex jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li riżorsi addizzjonali bħal dawn jintużaw b'tali mod li jiżgura l-konformità mal-iskadenzi previsti fir-Regolament (UE) .../... [ERI]; |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta' investimenti li għalihom in-nefqa tista' tiġi appoġġata mill-JTF. Jeħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Jeħtieġ li l-lista ta' investimenti tinkludi dawk li jappoġġaw l-ekonomiji lokali u li jkunu sostenibbli fit-tul, filwaqt li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku. Jeħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija li hija newtrali għall-klima u ċirkolari.. Għas-setturi li qed inaqqsu, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jeħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, jeħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u sal-2050 iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f'konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE 2030 u n-newtralità klimatika tal-UE sal-205013, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jeħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f'teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-konnettività, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha. |
(10) Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta' investimenti li għalihom in-nefqa tista' tiġi appoġġata mill-JTF. Jenħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-lista ta' investimenti tinkludi lil dawk li joffru appoġġ lill-ekonomiji lokali u lill-investimenti li huma sostenibbli fit-tul, b'mod li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku, filwaqt li l-kapital naturali tal-Unjoni jiġi protett, imħares u msaħħaħ, u jittejbu s-saħħa u l-benesseri fir-rigward tar-riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. Jenħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija li hija newtrali għall-klima u ċirkolari. Għas-setturi li jinsabu f'deklin, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jenħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, jenħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u sal-2050 iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f'konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE 2030 u n-newtralità klimatika tal-UE sal-205013, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għas-setturi indiretti u għall-impjiegi li jiddependu mill-ktajjen tal-valur tal-fjuwils fossili u mill-proċessi industrijali b'emissjonijiet b'intensità għolja ta' gassijiet serra, pereżempju għall-għoti ta' ħiliet ġodda lill-ħaddiema. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f'teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-konnettività, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha. |
_________________ |
_________________ |
13 Kif stipulat fi "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment - COM(2018) 773 final. |
13 Kif stabbilit fi "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment - COM(2018) 773 final. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-JTF jenħtieġ li jintuża wkoll biex jappoġġa l-investimenti fil-proġetti soċjali, edukattivi, tas-saħħa u kulturali, bil-patt li joħloq impjiegi ġodda, b'mod partikolari fir-reġjuni li jiddependu minn ekonomija b'intensità għolja tal-karbonju u li huma milquta mit-tranżizzjoni strutturali lejn ekonomija b'użu effiċjenti tar-riżorsi u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Tali investiment jgħin biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini li jgħixu f'reġjuni suġġetti għal tranżizzjoni jkollhom aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja u servizzi ta' interess ġenerali, bil-għan li tiġi stabbilita tranżizzjoni soċjalment ġusta li ma tħalli lil ħadd lura. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini li huma l-jeħtieġ li l-JTF ikopri wkoll it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema milquta, bil-għan li jgħinhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda ta' impjieg, kif ukoll jipprovdi għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg fit-tiftix ta' opportunitajiet ġodda ta'impjieg kif ukoll l-inklużjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(11) Sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli għall-effetti tat-tranżizzjoni klimatika, inklużi dawk milquta mill-faqar enerġetiku u dawk li jitqiesu l-aktar vulnerabbli kif iddefinit fir-Regolament (UE) .../... [FSE+] jenħtieġ li l-JTF ikopri wkoll it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema milquta, bil-għan li jgħinhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda ta' impjieg u jilħaq bilanċ bejn il-ġeneri fis-setturi kollha, kif ukoll jipprovdi għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg fit-tiftix ta' opportunitajiet ġodda ta' impjieg kif ukoll l-inklużjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-ħolqien ta' effett nett fuq l-impjiegi b'impjiegi ġodda ta' kwalità għolja jkun l-għan ġenerali tat-tranżizzjoni klimatika, tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u tal-JTF. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Huma meħtieġa politiki u strateġiji inklużivi biex jiġi evitat li fi proċess ta' tranżizzjoni ġusta jiġu aggravati l-inugwaljanzi. Jenħtieġ li l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali tkun prinċipju gwida għall-appoġġ fl-ambitu tal-JTF, billi tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jittejbu l-kundizzjonijiet għall-migranti u r-rifuġjati, għall-ħaddiema żgħażagħ u dawk ikbar fl-età u għall-ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet u billi jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jaqa' lura. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 11b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11b) L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet iffinanzjati mill-JTF tikkontribwixxi għar-rispett u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi appoġġ għal investimenti produttivi fl-SMEs. Investiment produttiv jeħtieġ li jkun jinftiehem bħala investiment f'kapital fiss jew f'assi immaterjali ta' intrapriżi bil-ħsieb li jiġu prodotti oġġetti u servizzi u b'hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' kapital gross u għall-impjiegi. Għal intrapriżi li mhumiex SMEs, jeħtieġ li l-investimenti produttivi jiġu appoġġati biss jekk ikunu meħtieġa biex itaffu t-telf ta' impjiegi li jirriżulta mit-tranżizzjoni, billi joħolqu jew jipproteġu għadd sinifikanti ta' impjiegi u ma jwasslux għal rilokazzjoni jew jirriżultaw minnha. Jeħtieġ li jitħallew isiru investimenti f'faċilitajiet industrijali eżistenti, inklużi dawk koperti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, jekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u jmorru sew taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 u jekk jirriżultaw fil-protezzjoni ta' għadd sinifikanti ta' impjiegi. Kull investiment bħal dan jeħtieġ li jiġi ġġustifikat skont il-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u l-politika ta' koeżjoni, l-appoġġ lill-impriżi li joperaw jeħtieġ li jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikoli 107 u 108 TFUE u, b'mod partikolari, l-appoġġ għal investimenti produttivi minn intrapriżi għajr l-SMEs jeħtieġ li jkunu limitati għal intrapriżi li jinsabu f'żoni nnominati bħala żoni megħjuna għall-finijiet tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE. |
(12) Sabiex jissaħħu d-diversifikazzjoni ekonomika u r-ripożizzjonament tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, jenħtieġ li l-JTF jipprovdi appoġġ għal investimenti produttivi fl-SMEs. Investiment produttiv jenħtieġ li jkun jinftiehem bħala investiment f'kapital fiss jew f'assi immaterjali ta' intrapriżi bil-ħsieb li jiġu prodotti oġġetti u servizzi u b'hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' kapital gross u għall-impjiegi. Għal intrapriżi li mhumiex SMEs, jenħtieġ li l-investimenti produttivi jiġu appoġġati biss jekk ikunu meħtieġa biex itaffu t-telf ta' impjiegi li jirriżulta mit-tranżizzjoni, billi joħolqu jew jipproteġu għadd sinifikanti ta' impjiegi u ma jwasslux għal rilokazzjoni jew jirriżultaw minnha. Jenħtieġ li jitħallew isiru investimenti f'faċilitajiet industrijali eżistenti, inklużi dawk koperti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, jekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u jmorru sew taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 u jekk jirriżultaw fil-protezzjoni ta' għadd sinifikanti ta' impjiegi. Jenħtieġ li kwalunkwe investiment bħal dan jiġi ġġustifikat b'dawn il-kunsiderazzjonijiet fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti u jenħtieġ li jkun sostenibbli u konsistenti mal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel". Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u l-politika ta' koeżjoni, l-appoġġ lill-impriżi li joperaw jenħtieġ li jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE u, b'mod partikolari, l-appoġġ għal investimenti produttivi minn intrapriżi għajr l-SMEs jeħtieġ li jkunu limitati għal intrapriżi li jinsabu f'żoni nnominati bħala żoni megħjuna għall-finijiet tal-kategoriji kollha elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-TFUE. Jenħtieġ li l-investiment produttiv għall-intrapriżi ma jfixkilx il-kompetizzjoni bejn l-intrapriżi. |
_________________ |
_________________ |
14 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32). |
14 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32). |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jeħtieġu jkunu flessibbli biex ikun żgurat li r-reġjuni fi tranżizzjoni jkunu jistgħu jattiraw l-investimenti privati. Għaldaqstant, hija u tabbozza linji gwida ġodda, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll il-problemi marbuta mal-bidliet strutturali fir-reġjuni kkonċernati, filwaqt li tiżgura kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li jħallu lir-reġjuni kollha li jirċievu assistenza permezz tal-JTF jindirizzaw b'mod effikaċi t-theddida tat-telf ta' impjiegi fi stadju bikri. Jenħtieġ li fir-regoli applikabbli titħalla flessibbiltà adegwata, indipendentement mill-istatut tar-reġjuni li jirċievu l-għajnuna. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, jeħtieġ li jkun possibbli li jitħejja programm JTF awtonomu jew li jiġu pprogrammati riżorsi JTF fi prijorità speċifika waħda jew aktar fi programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+") jew mill-Fond ta' Koeżjoni. Skont l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi tal-JTF għandhom jissaħħu b'finanzjament komplementari mill-FEŻR u l-FSE +. L-ammonti rispettivi ttrasferiti mill-FEŻR u mill-FSE + jeħtieġ li jkunu konsistenti mat-tip ta' operazzjonijiet stipulati fil-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
(13) Sabiex jiġu pprovduti flessibbiltà u koerenza għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-JTF fl-ambitu tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-sħab soċjali, jipprogrammaw riżorsi tal-JTF fi prijorità speċifika waħda jew aktar fi programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus ("FSE+") jew mill-Fond ta' Koeżjoni. Skont l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi tal-JTF jistgħu jissaħħu fuq bażi volontarja b'finanzjament komplementari mill-FEŻR u l-FSE + fejn tali komplementarjetà tkun iġġustifikata u ma tippreġudikax il-ksib tal-objettivi li għalihom jiġu allokati l-FEŻR u l-FSE+. Jista' jiġi ppreparat programm awtonomu tal-JTF b'mod alternattiv meta ċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) L-ammonti ttrasferiti mill-FEŻR u mill-FSE + jenħtieġ li jkunu konsistenti mat-tip ta' operazzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 13b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13b) L-implimentazzjoni tar-riżorsi tal-JTF jenħtieġ li timminimizza l-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-benefiċjarji tal-fond u għall-atturi kollha involuti, bi qbil mal-miżuri ta' semplifikazzjoni introdotti mill-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid]. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Jeħtieġ li l-appoġġ tal-JTF ikun jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' proċess ta' tranżizzjoni f'territorju speċifiku sabiex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, iħejju pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta, li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta' tranżizzjoni, b'mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta' Tranżizzjoni Ġusta sabiex tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni biex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati. |
(14) Jenħtieġ li l-appoġġ tal-JTF ikun jiddependi mill-implimentazzjoni effettiva ta' proċess ta' tranżizzjoni f'territorju speċifiku sabiex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, se jħejju pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta, li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta' tranżizzjoni, b'mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom għall-Enerġija u l-Klima. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta' Tranżizzjoni Ġusta sabiex tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni biex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati. Barra minn hekk, il-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-istrateġiji territorjali rilevanti msemmija fl-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid], inklużi l-Istrateġiji ta Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (S3), l-NECPs u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bil-għan li jissawwar u jiġi implimentat il-JTF, li jkun jinkludi l-koordinament strateġiku tal-isforzi lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, favur id-diversifikazzjoni tal-ekonomiji reġjonali, filwaqt li tiġi ggarantita tranżizzjoni ġusta u ekwa. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Jenħtieġ li l-Istati Membri kollha japprovaw l-objettiv tal-Unjoni dwar in-newtralità klimatika sal-2050, ħalli t-tranżizzjoni ekoloġika tkun suċċess. Jenħtieġ li l-Istati Membri li ma impenjawx ruħhom favur l-implimentazzjoni ta' tali objettiv ikollhom biss aċċess parzjali għall-allokazzjoni nazzjonali tagħhom fl-ambitu tal-JTF. F'każ bħal dan, ir-reġjuni fl-Istati Membri li impenjaw ruħhom favur l-implimentazzjoni ta' tali objettiv jenħtieġ li jkunu ffavoriti. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Jeħtieġ li l-pjanijiet ta' tranżizzjoni jidentifikaw it-territorji l-aktar milquta ħażin, fejn l-appoġġ tal-JTF jeħtieġ li jkun ikkonċentrat u jiddeskrivu azzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu biex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima, b'mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni jew l-għeluq ta' faċilitajiet li jinvolvu l-produzzjoni ta' fjuwils fossili jew attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Jeħtieġ li dawn it-territorji jiġu ddefiniti b'mod preċiż u jkunu jikkorrispondu mar-reġjuni tan-NUTS livell 3 jew ikunu partijiet minnha. Jeħtieġ li l-pjanijiet jiddeskrivu fid-dettall l-isfidi u l-ħtiġijiet ta' dawn it-territorji u jidentifikaw it-tip ta' operazzjonijiet meħtieġa b'mod li jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti ta' attivitajiet ekonomiċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jkunu wkoll konsistenti mat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Huma biss l-investimenti skont il-pjanijiet ta' tranżizzjoni li jeħtieġ jirċievu appoġġ finanzjarju mill-JTF. Jeħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzji ġusta jkunu parti mill-programmi (appoġġati mill-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta' Koeżjoni jew il-JTF) li huma approvati mill-Kummissjoni. |
(15) Jenħtieġ li l-pjanijiet ta' tranżizzjoni jidentifikaw it-territorji l-aktar milquta ħażin, fejn l-appoġġ tal-JTF jenħtieġ li jkun ikkonċentrat u jiddeskrivu azzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu biex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima, jissaħħu l-impjiegi u jiġi evitat id-degradazzjoni ambjentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni jew l-għeluq ta' faċilitajiet li jinvolvu l-produzzjoni ta' fjuwils fossili jew attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Jenħtieġ li dawn it-territorji jiġu ddefiniti b'mod preċiż u jkunu kapaċi jkunu parti minn unitajiet akbar bħar-reġjuni tal-livell NUTS 3 jew ikunu jikkorrispondu għalihom. Jenħtieġ li l-pjanijiet jiddeskrivu fid-dettall l-isfidi u l-ħtiġijiet ta' dawn it-territorji u jidentifikaw it-tip ta' operazzjonijiet meħtieġa b'mod li jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti ta' attivitajiet ekonomiċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jkunu wkoll konsistenti mat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Jenħtieġ li l-pjanijiet jinkludu fid-dettall is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' programmi u pilastri oħra tal-Unjoni tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u, meta rilevanti, il-Fond ta' Modernizzazzjoni biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati tal-iżvilupp. Huma biss l-investimenti skont il-pjanijiet ta' tranżizzjoni li jenħtieġ jirċievu appoġġ finanzjarju mill-JTF. Jenħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta jkunu parti mill-programmi (appoġġati mill-FEŻR, il-FSE+, il-Fond ta' Koeżjoni meta jkun il-każ jew il-JTF) li huma approvati mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toffri assistenza teknika, jekk jitolbuha l-Istati Membri, fl-eventwalità li ma jkollhomx il-kapaċità amministrattiva meħtieġa jew jekk ikunu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet biex ifasslu il-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fid-dawl tal-isforzi enormi li l-SMEs ikollhom jagħmlu biex jiġġieldu l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, l-impriżi u l-entitajiet l-oħra li japplikaw għall-fondi fl-ambitu tal-JTF jenħtieġ li jingħataw appoġġ permezz ta' proċess ta' applikazzjoni u ta' rapportar ċar, komprensiv u li jista' jiġi ġestit faċilment, li jippermetti appoġġ immirat. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Sabiex tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-użu tar-riżorsi tal-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, tkun tista' tapplika korrezzjonijiet finanzjarji f'każ ta' insuffiċjenza serja tal-miri stabbiliti għall-objettiv speċifiku tal-JTF. |
(16) Sabiex jiġi żgurat li jinkisbu r-riżultati mixtieqa tal-użu tar-riżorsi tal-JTF, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, tkun tista' tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji f'każ li fih il-miri stabbiliti għall-objettiv speċifiku tal-JTF intlaħqu ferm biss parzjalment. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru f'konformità mal-Anness I. |
(18) Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat delegati biex tistabbilixxi t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru f'konformità mal-Anness I. . |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") biex jipprovdi appoġġ lit-territorji li qed jaffaċċaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta' tranżizzjoni lejn ekonomija tal-UE newtrali għall-klima sal-2050. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") biex jipprovdi appoġġ lit-territorji li qed jaffaċċaw sfidi soċjoekonomiċi u ġeografiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta' tranżizzjoni lejn ekonomija tal-UE newtrali għall-klima sal-2050. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [4 (1)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku uniku li "jippermetti lir-reġjuni u n-nies jindirizzaw l-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima". |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku uniku li "jippermetti lir-reġjuni u n-nies jindirizzaw l-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima". Jenħtieġ li l-investimenti jkollhom l-għan li jtaffu t-telf mill-impjiegi kaġun tat-tranżizzjoni, billi jappoġġaw il-konverżjoni mill-ġdid u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-riżorsi għall-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu ta' EUR 7,5 biljun fil-prezzijiet tal-2018, li jistgħu jiżdiedu, skont il-każ, b'riżorsi addizzjonali allokati fil-baġit tal-Unjoni, u b'riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli. |
Ir-riżorsi għall-JTF għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu ta' EUR 25 000 000 000 fil-prezzijiet tal-2018. Il-pakkett finanzjarju għall-JTF jista' jiżdied barra minn hekk b'kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri u b'riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli, li jikkostitwixxu dħul assenjat estern addizzjonali għall-każijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mill-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu 0,35% għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni |
Mill-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu sehem minimu ta' 0,35 % għandu jiġi allokat għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bil-possibbiltà li dan is-sehem jiżdied fuq talba ta' Stat Membru, fuq il-bażi tal-ispeċifiċità tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li jistipula t-tqassim annwali tar-riżorsi, inkluż ir-riżorsi kollha addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2, skont l-Istat Membru f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I. |
3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi, inklużi r-riżorsi kollha addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2, bejn l-Istati Membri f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-Istati Membri li għadhom ma impenjawx ruħhom favur l-objettiv tal-Unjoni li tilħaq, sal-2050, in-newtralità klimatika, l-aċċess għall-JTF għandu jkun limitat għal terz tal-allokazzjoni nazzjonali tagħhom (il-parti mhux iffriżata), u ż-żewġ terzi li fadal (jiġifieri l-parti ffriżata) għandha tkun għad-dispożizzjoni tagħhom ladarba jaċċettaw li jieħdu tali impenn. F'każ bħal dan, ir-reġjuni li jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw l-objettiv għandhom ikollhom aċċess prijoritarju għall-parti ffriżata tal-allokazzjoni nazzjonali. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Permezz ta' deroga mill-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi kollha addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2, allokati lill-JTF fil-baġit tal-Unjoni jew li huma pprovduti minn riżorsi oħra ma għandhomx jeħtieġu appoġġ kumplimentari mill-FEŻR jew mill-FSE+. |
imħassar |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Riżorsi mill-Istrument għall-Irkupru tal-Unjoni Ewropea |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) .../... [ERI] għandhom jiġu implimentati fl-ambitu tal-JTF b'ammont ta' EUR 30 000 000 000 fil-prezzijiet tal-2018 mill-ammont msemmi fil-punt (a)(vi) tal-Artikolu 3(2) ta' dak ir-Regolament u suġġett għall-Artikolu 4(3), (4) u (8) ta' dak ir-Regolament. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan l-ammont għandu jitqies bħala riżorsi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) u għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
|
Dan għandu jkun disponibbli għal impenn baġitarju fl-ambitu tal-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għas-snin 2021-2024, flimkien mar-riżorsi globali stabbiliti fl-Artikolu 3 kif ġej: |
|
– 2021: EUR 7 495 797 242; |
|
– 2022: EUR 7 496 636 094; |
|
– 2023: EUR 7 496 371 621; |
|
– 2024: EUR 7 495 899 220. |
|
____________________________ |
|
1a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1-222). |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Barra minn hekk, EUR 15 295 823 fil-prezzijiet tal-2018 għandhom ikunu disponibbli għan-nefqa amministrattiva mir-riżorsi msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Mill-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu sehem minimu ta' 0,35 % għandu jiġi allokat għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bil-possibbiltà li dan is-sehem jiżdied fuq talba ta' Stat Membru, fuq il-bażi tal-ispeċifiċità tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. It-tqassim annwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 bejn l-Istati Membri għandu jiġi inkluż fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3a – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. B'deroga mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tad-diżimpenn stabbiliti fil-[Kapitolu IV tat-Titolu VII] tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid] għandhom japplikaw għall-impenji baġitarji li huma bbażati fuq ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1. B'deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, dawn ir-riżorsi ma għandhomx jintużaw għal programm jew azzjoni suċċessivi. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-JTF għandu jappoġġa biss attivitajiet li huma direttament marbuta mal-objettiv speċifiku tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 2 u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7. |
1. Il-JTF għandu jappoġġa biss attivitajiet li huma direttament marbuta mal-objettiv speċifiku tiegħu kif definit fl-Artikolu 2 u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7. Ir-riżorsi tal-JTF għandhom ikunu addizzjonali u ma għandhomx jieħdu post attivitajiet appoġġati fl-ambitu tal-FEŻR, tal-FSE+ jew ta' programmi oħra tal-Unjoni. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
investimenti produttivi fl-SMEs, inklużi negozji ġodda, li jwasslu għal diversifikazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi; |
investimenti produttivi u sostenibbli, partikolarment fl-SMEs u fin-negozji l-ġodda, li jwasslu għal ħolqien ta' impjiegi dinjitużi u sostenibbli, u għal diversifikazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi; |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
investimenti fil-ħolqien ta' ditti ġodda, inkluż permezz ta' inkubaturi tan-negozju u servizzi ta' konsulenza; |
investimenti fil-ħolqien ta' impriżi ġodda, fid-diversifikazzjoni tal-impriżi diġà stabbilita jew f'attivitajiet ekonomiċi sostenibbli alternattivi, inkluż permezz ta' inkubaturi tan-negozju u servizzi ta' konsulenza; |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
investimenti f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u t-trawwim ta' trasferiment ta' teknoloġiji avvanzati; |
investimenti f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, inkluż fl-istituti ta' riċerka u fl-universitajiet, u t-trawwim tat-trasferiment u tal-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati; |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
investimenti li jippromwovu sistemi ta' trasport li jtejbu l-mobilità urbana u jagħmluha aktar sostenibbli, anke bl-użu ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi intelliġenti; |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
investimenti fl-użu ta' teknoloġija u infrastrutturi għal enerġija nadifa u affordabbli, fi tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli; |
investimenti, b'mod partikolari jekk ma jkunux biżżejjed il-miżuri fuq in-naħa tad-domanda, fl-użu ta' teknoloġija u infrastrutturi għall-enerġija nadifa, bi prezzijiet aċċessibbli u sostenibbli, fit-tnaqqis tad-dipendenza mill-enerġija b'intensità għolja tal-karbonju u l-faqar enerġetiku, fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inklużi investimenti fit-trasport u fl-infrastrutturi sostenibbli, fost l-oħrajn bil-promozzjoni tal-elettrifikazzjoni u tal-użu tal-bijofjuwils sabiex jiġu eliminati b'mod gradwali l-fjuwils fossili, u investimenti f'miżuri mmirati għall-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli; |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
investimenti fl-effiċjenza enerġetika u fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inklużi investimenti fit-tisħin distrettwali; |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
investimenti fid-diġitalizzazzjoni u l-konnettività diġitali; |
investimenti fid-diġitalizzazzjoni u l-konnettività diġitali, inklużi networks b'veloċità għolja bħall-kejbils fibrottċi għal unitajiet domestiċi individwali, f'żoni insulari, remoti u skarsament popolati; |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta' siti, restawr ta' art u proġetti ta' adattament; |
investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta' siti, restawr ta' art u proġetti ta' adattament għal skop differenti, filwaqt li jiġi garantit ir-rispett tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas". |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
investimenti fl-infrastrutturi soċjali u l-iżvilupp tas-servizzi pubbliċi ta' interess ġenerali; |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema; |
it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u ta' persuni li jkunu qed ifittxu impjieg, b'mod partikolari dawk b'livelli ta' edukazzjoni mhux sfruttati biżżejjed jew baxxi; |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg; |
politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol u l-ħiliet intiżi għas-setturi u l-impjiegi orjentati lejn il-futur kif ukoll għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg; |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) l-inklużjoni attiva ta' min ikun qed ifittxu impjieg; |
(j) l-inklużjoni attiva ta' min ikun qed ifittex impjieg, filwaqt li jiġu żgurati l-aċċess ugwali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Barra minn hekk, il-JTF jista' jappoġġa, f'żoni magħżula bħala żoni megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE, investimenti produttivi f'intrapriżi li mhumiex SMEs, sakemm dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (h) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Barra minn hekk, il-JTF jista' jappoġġa, fil-kategoriji kollha elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-TFUE, investimenti produttivi f'intrapriżi li mhumiex SMEs, sakemm dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (h) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
impriżi f'diffikultà, kif definiti fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/201416; |
impriżi f'diffikultà, kif definiti fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/201416, ħlief għal dawk l-impriżi li jistgħu jiksbu appoġġ għall-investimenti ekoloġiċi, għat-teknoloġija l-ġdida u l-infrastrutturi li jistgħu jagħtu kontribut għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gass, għall-effiċjenza enerġetika jew għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli; |
_____________________ |
_______________________ |
16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1). |
16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1). |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
investiment fl-infrastruttura tal-broadband f'żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta' kategorija ekwivalenti. |
investiment fl-infrastruttura tal-broadband f'żoni fejn hemm mill-inqas żewġ networks tal-broadband ta' kategorija ekwivalenti. Din l-esklużjoni ma għandhiex tapplika għaż-żoni insulari, remoti u skarsament popolati fejn huma meħtieġa infrastrutturi individwali b'veloċità għolja biex iservu unitajiet domestiċi individwali. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji kkonċernati, fuq il-bażi tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta' programm. Ir-riżorsi programmati għandhom jieħdu l-forma ta' programm speċifiku wieħed jew aktar jew ta' prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta' programm. |
Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji kkonċernati, fuq il-bażi tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta' programm. Ir-riżorsi programmati għandhom jieħdu l-forma ta' prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta' programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ('FEŻR'), il-Fond Soċjali Ewropew Plus ('FSE+'), jew il-Fond ta' Koeżjoni, jew programm speċifiku wieħed jew aktar meta ċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw din il-linja ta' azzjoni. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-programmazzjoni tar-riżorsi JTF għandha tkun konformi mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid] u tiżgura l-involviment dirett tal-awtoritajiet tat-territorji fil-mira li jinsabu fil-livell NUTS 2 jew NUTS 3, jiġifieri bl-allokazzjoni tar-riżorsi permezz ta' programmi reġjonali, meta dawn il-programmi jkunu stabbiliti, jew jiġu attwati bis-saħħa tal-użu ta' għodod territorjali integrati stabbiliti fl-ambitu tal-Artikoli [22 sa 28] tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid]. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tapprova programm biss fejn l-identifikazzjoni tat-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti, tkun debitament iġġustifikata u l-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat. |
Il-Kummissjoni għandha tapprova programm biss fejn l-identifikazzjoni tat-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta' tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti, tkun debitament iġġustifikata u l-pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll mal-istrateġiji reġjonali u lokali rilevanti eżistenti. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-prijorità jew prijoritajiet tal-JTF għandhom jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF għall-Istati Membri u r-riżorsi trasferiti skont l-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ ittrasferit lill-prijorità tal-JTF għandu jkun mill-inqas ugwali għal darba u nofs l-ammont ta' sostenn mill-JTF għal dik il-prijorità iżda ma għandux jaqbeż tliet darbiet dak l-ammont. |
2. Il-prijorità jew il-prijoritajiet tal-JTF jistgħu jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF b'mod volontarju għall-Istati Membri u r-riżorsi trasferiti skont l-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ ittrasferit b'mod volontarju lill-prijorità tal-JTF ma għandux jikkomprometti l-finanzjament adegwat għall-prijoritajiet fl-ambitu tal-FEŻR u l-FSE+. Il-kontribuzzjonijiet ittrasferiti ma għandhomx jaqbżu l-20 % tar-riżorsi oriġinarjament allokati għal Stat Membru għall-FEŻR u l-FSE+ u ma għandhomx jaqbżu s-60 % tal-ammont ta' appoġġ li jiġi mill-prijorità tal-JTF. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għanhom iħejju, flimkien mal-awtoritajiet rilevanti tat-territorji kkonċernati, pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju wieħed effettwat jew aktar li jikkorrispondu għal-livell 3 tal-klassifika komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 3") kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/201417 jew partijiet minnu, f'konformità mal-mudell stipulat fl-Anness II. Dawn it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-telf mistenni ta' impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwil fossili u l-ħtiġijiet ta' trasformazzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni ta' faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta' gassijiet serra. |
1. L-Istati Membri għanhom iħejju, fir-rispett sħiħ tal-prinċipju ta' sħubija, flimkien mal-awtoritajiet rilevanti u mas-sħab soċjali kollha, partikolarment fil-livell lokali u reġjonali tat-territorji kkonċernati, skont l-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid] pjan territorjali ta' tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju wieħed milqut jew aktar, li jista' jkun parti minn livelli akbar, jew li jikkorrispondu għalihom, bħal-livell 3 tal-klassifikazzjoni komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "livell NUTS 3") kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/201417 jew partijiet minnu, f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II. Dawn it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi, tas-suq tax-xogħol u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-telf mistenni ta' impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwils fossili u l-ħtiġijiet ta' trasformazzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni ta' faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta' gassijiet serra. Għandhom jintużaw kriterji oġġettivi u trasparenti biex jintgħażlu żoni mmirati u jiddefinixxu d-distribuzzjoni tal-finanzjament fosthom. Jekk mitluba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tagħti assistenza teknika fir-rigward tal-elaborazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta. |
_________________ |
_________________ |
17 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1). |
17 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1). |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
valutazzjoni tal-isfidi ta' tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, li tidentifika l-għadd potenzjali ta' impjiegi milquta u t-telf ta' impjiegi, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta' żvilupp li jridu jinkisbu sal-2030 marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta' attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra f'dawn it-territorji; |
valutazzjoni tal-isfidi minħabba t-tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali u l-benefiċċji komuni, partikolarment f'termini ta' saħħa u benesseri, tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima bbażata totalment fuq sorsi rinnovabbli u effiċjenti ħafna f'termini ta' riżorsi u enerġija, li tidentifika l-għadd potenzjali ta' impjiegi milquta u t-telf ta' impjiegi kif ukoll il-ħolqien potenzjali ta' impjiegi, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta' żvilupp li jridu jinkisbu sal-2030 marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta' attivitajiet b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra f'dawn it-territorji; |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima; |
deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, ibbażata totalment fuq sorsi rinnovabbli u effiċjenti ħafna f'termini ta' riżorsi u enerġija u newtrali għall-klima b'lista dettaljata ta' azzjonijiet ippjanati; |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' programmi u pilastri oħra tal-Unjoni tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati tal-iżvilupp. |
is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma' programmi u pilastri oħra tal-Unjoni tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u, meta rilevanti, il-Fond ta' Modernizzazzjoni biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati tal-iżvilupp fit-territorju tal-pjan. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lill-imsieħba rilevanti f'konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. |
3. It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lis-sħab rilevanti kollha f'konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] u l-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell ġeografiku tat-territorji milquta msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'approċċ minn isfel għal fuq. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji territorjali msemmija fl-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], mal-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti rilevanti, l-NECPs u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
Il-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji territorjali msemmija fl-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], mal-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti rilevanti, preferibbilment bid-definizzjoni tal-qafas tal-prijoritajiet u l-proċessi ta' implimentazzjoni, mal-NECPs u mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll mal-istrateġiji eżistenti fil-livell reġjonali u lokali. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(3) u 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kull att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 3(3) u 8(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kull att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(3) u 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
l-allokazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (a) huma aġġustati biex jiġi żgurat li ebda Stat Membru ma jirċievi ammont li jaqbeż EUR 2 biljuni. L-ammonti ta' kull Stat Membru li jeċċedu EUR 2 biljuni jerġgħu jitqassmu proporzjonalment fl-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha. Il-kwoti tal-Istati Membri huma għaldaqstant ikkalkulati mill-ġdid; |
l-allokazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (a) huma aġġustati biex jiġi żgurat li ebda Stat Membru ma jirċievi ammont li jaqbeż 20 % tal-allokazzjoni totali tal-JTF. L-ammonti li jeċċedu l-limitu minimu ta' 20 % jerġgħu jitqassmu proporzjonalment fl-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha. Il-kwoti tal-Istati Membri huma għaldaqstant ikkalkulati mill-ġdid; |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
żewġ terzi tal-allokazzjoni nazzjonali huma subordinati għall-approvazzjoni u għall-impenn min-naħa tal-Istat Membru rigward l-objettiv tal-Unjoni li tintlaħaq, sal-2050, in-newtralità klimatika. Tali ammont għandu jitqiegħed f'riżerva sa meta l-Istat Membru kkonċernat jaċċetta tali impenn. F'dan il-każ, ir-reġjuni tal-Istat Membru li japprovaw u jimpenjaw ruħhom biex jimplimentaw l-objettiv tal-Unjoni biex tintlaħaq, sal-2050, in-newtralità klimatika għandhom jiksbu aċċess privileġġat għall-fondi. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Stabbiliment tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta |
|||
Referenzi |
COM(2020)0022 – C9-0007/2020 – 2020/0006(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 29.1.2020 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 29.1.2020 |
|||
Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
27.5.2020 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Siegfried Mureşan 5.3.2020 |
|||
Eżami fil-kumitat |
4.5.2020 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
24.6.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 5 2 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Valentino Grant, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Ioannis Lagos, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Angelika Winzig |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Damian Boeselager, Herbert Dorfmann, Petros Kokkalis |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
33 |
+ |
ECR |
Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca |
GUE/NGL |
Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis |
PPE |
Lefteris Christoforou, Herbert Dorfmann, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Angelika Winzig |
Renew |
Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nils Torvalds, Nicolae Ştefănuță |
S&D |
Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs |
Verts/ALE |
Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Alexandra Geese |
5 |
- |
ID |
Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs, Hélène Laporte |
NI |
Ioannis Lagos |
2 |
0 |
ECR |
Johan Van Overtveldt |
NI |
Mislav Kolakušić |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI (24.6.2020)
għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
(COM(2020)0022 – C9-0007/2020 – 2020/0006(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Henrike Hahn
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew")11 u huwa parti mill-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u newtrali għall-klima, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti. |
(1) Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, tillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal 1,5 C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi u soċjali. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew ("il-Patt Ekoloġiku Ewropew")11 u huwa parti mill-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet tal-ekonomija, tas-soċjetà, tas-sostenibbiltà tal-enerġija, tas-sigurtà tal-enerġija, tal-affordabbiltà tal-enerġija tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima u reżistenti għat-tibdil fil-klima, effiċjenti fir-riżorsi u ekonomija kompletament ċirkolari mhux aktar tard mill-2050, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta' gassijiet serra u filwaqt li jiġi evitat impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent relatati ma', fost oħrajn, id-deterjorament tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, il-konsum eċċessiv ta' riżorsi, it-tniġġis tal-arja u dak kimiku, u l-iskart. |
__________________ |
__________________ |
11 COM(2019) 640 final, 11.12.2019. |
11 COM(2019) 640 final, 11.12.2019. |
12 COM(2020) 21, 14.1.2020. |
12 COM(2020) 21, 14.1.2020. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u l-ekonomija ċirkolari tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi ta' politika l-aktar importanti għall-Unjoni. Fit-12 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Filwaqt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali se tkun ta' benefiċċju għal kulħadd fuq terminu twil u tipprovdi opportunitajiet u sfidi għal kulħadd fuq terminu medju, mhux ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha se jibdew it-tranżizzjoni tagħhom mill-istess punt jew għandhom l-istess kapaċità ta' rispons. Xi wħud huma aktar avvanzati minn oħrajn, filwaqt li t-tranżizzjoni tinvolvi impatt soċjali u ekonomiku usa' għal dawk ir-reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili - speċjalment il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż - jew fuq industriji b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra. Sitwazzjoni bħal din mhux biss toħloq ir-riskju ta' tranżizzjoni b'pass varjabbli fl-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll ta' disparitajiet dejjem akbar bejn ir-reġjuni, li huwa ta' detriment għall-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. |
(2) It-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, effiċjenti fir-riżorsi u kompletament ċirkolari sa mhux aktar tard mill-2050 tikkostitwixxi wieħed mill-aktar objettivi ta' politika importanti għall-Unjoni u se tirrikjedi investiment ġdid sinifikanti, b'mod partikolari f'teknoloġiji ġodda u innovattivi. Fit-12 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-Patt Ekoloġiku ġdid u l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Fis-17 ta' April 2020, il-Parlament Ewropew saħaq ukoll li l-objettiv tan-newtralità klimatika jenħtieġ li jinforma dwar ir-reazzjonijiet ta' politika għall-ġlieda kontra l-pandemija COVID-19 flimkien mal-konsegwenzi tagħha u li l-istrateġija tal-Patt Ekoloġiku għandha tkun fil-qalba tal-irkupru u r-rikostruzzjoni tal-ekonomija Ewropea. Filwaqt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali se tkun ta' benefiċċju għal kulħadd fuq terminu twil u tipprovdi opportunitajiet u sfidi għal kulħadd fuq terminu medju, mhux ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha se jibdew it-tranżizzjoni tagħhom mill-istess punt jew għandhom l-istess kapaċità ta' rispons. Xi wħud huma aktar avvanzati minn oħrajn, filwaqt li t-tranżizzjoni tinvolvi impatt soċjali u ekonomiku usa' għal dawk ir-reġjuni li attwalment jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili jew fuq industriji intensivi fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra jew industriji li jimmanifatturaw prodotti li huma inkompatibbli mal-objettiv tan-newtralità klimatika. Sitwazzjoni bħal din tista' mhux biss tipperikola t-tranżizzjoni fl-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni klimatika, iżda tista' twassal ukoll għal żieda fid-disparitajiet dejjem akbar bejn ir-reġjuni, li hija ta' detriment għall-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-mezzi meħtieġa biex jiksbu l-miri tal-Unjoni għan-newtralità tal-karbonju u jevitaw li r-reġjuni jaqgħu lura. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd. Għalhekk, kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f'dan ir-rigward. |
(3) Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta u soċjalment inklużiva u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' impjiegi diċenti u ta' kwalità, għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni filwaqt li tiġġieled il-qgħad, il-marġinalizzazzjoni soċjali u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fir-reġjuni l-aktar esposti u filwaqt li tqis is-sostenibbiltà tal-enerġija, is-sigurtà tal-enerġija u l-isfidi ta' affordabbiltà. Għalhekk, kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi, ambjentali, soċjali u reġjonali tagħha sa mill-bidu nett, u jvaraw l-istrumenti kollha possibbli biex jiffaċilitaw il-bidliet strutturali meħtieġa u biex itaffu l-konsegwenzi negattivi fuq il-ħaddiema affettwati u partijiet ikkonċernati oħra affettwati mit-tranżizzjoni. Il-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jaqdi rwol importanti f'dan ir-rigward. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Sal-2030, it-tranżizzjoni mistennija toħloq 1,2 miljun impjieg addizzjonali fl-Unjoni, flimkien mat-12-il miljun impjieg ġdid diġà mbassra. Skont l-estimi tal-Kummissjoni1a, fir-reġjuni karboniferi, fejn aktar minn 200 000 impjieg huma direttament relatati mal-attività tal-faħam, jistgħu jinħolqu sa 315 000 impjieg sal-2030 bl-użu ta' teknoloġiji ta' enerġija nadifa u aktar minn 460 000 impjieg sal-2050. Ir-reġjuni karboniferi waħedhom jistgħu jissodisfaw 60 % tal-projezzjoni tal-varar ta' teknoloġiji għal enerġija nadifa meħtieġa biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tan-newtralità tal-karbonju. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta' proġetti ta' enerġija nadifa fir-reġjuni karboniferi jibbenefika mid-disponibbiltà ta' infrastruttura u art, mill-preżenza ta' persunal diġà mħarreġ, b'ħiliet fl-elettriku u fil-mekkanika li huma partikolarment adattati għall-impjieg mill-ġdid fl-industrija tal-enerġija rinnovabbli, u mill-wirt industrijali eżistenti. |
|
__________________ |
|
1a Kummissjoni Ewropea, Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Clean energies technologies in coal regions: opportunities for jobs and growth, 2020, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/cdd4593e-1d56-11ea-95ab-01aa75ed71a1 |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jkun jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027. Dan ikun jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta' tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi ma' dawk soċjali fil-livell reġjonali. |
(4) Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jenħtieġ li ma jitqisx bħala strument awtonomu ta' finanzjament, iżda jkun jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027, b'mod partikolari filwaqt li jitqiesu l-impatti soċjoekonomiċi u ambjentali fuq il-ħaddiema u l-komunitajiet affettwati l-aktar mit-tranżizzjoni tad-dipendenza attwali fuq il-faħam u l-karbonju. Dan ikun jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u reġjonali ta' tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni u jintlaħqu l-objettivi ambjentali l-oħra kollha tal-Unjoni billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi ma' dawk soċjali fil-livell reġjonali, biex b'hekk jikkontribwixxi għal ekonomija robusta u sostenibbli b'impjiegi li joffru għajxien diċenti u effetti pożittivi fuq is-saħħa pubblika. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ust Transition Fund, "JTF") li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta' koeżjoni. L-għan tal-JTF huwa li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati u l-aktar ħaddiema kkonċernati. F'konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jeħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid]. |
(5) Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, "JTF") li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta' koeżjoni. Il-JTF jenħtieġ li jfittex li jiżviluppa sinerġiji u komplementarjetajiet mal-pilastri l-oħrajn tal-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta biex jiżgura li t-tliet pilastri jkunu qegħdin jaħdmu lejn l-istess objettivi u jenħtieġ li ma jeskludix l-investiment tas-settur privat li se jiġi ffaċilitat permezz tal-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta. Jenħtieġ li jappoġġa l-objettivi komprensivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u jkun konformi mal-qafas għal attivitajiet sostenibbli stabbilit fir-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament tal-UE dwar it-Tassonomija], biex jindirizza l-isfidi klimatiċi u ambjentali filwaqt li ma jitħalla ħadd barra. L-għan tal-JTF huwa li jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjoni klimatika billi jipprovdi investiment immirat fir-reġjuni affettwati, b'enfasi partikolari fuq attivitajiet ekonomiċi sostenibbli, billi jiżgura l-adozzjoni ta' proġetti sostenibbli ġodda u innovattivi u billi jappoġġa l-aktar territorji, ħaddiema u komunitajiet lokali kkonċernati biex jadattaw l-istrutturi industrijali u ekonomiċi tagħhom filwaqt li, fl-istess waqt, iġibu lura l-kompetittività fit-tul tar-reġjuni flimkien mat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u ekonomika. F'konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jenħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex jiffaċilitaw u jappoġġaw il-proċess ta' tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali u billi jippermettu l-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' xogħol, inkluż permezz ta' konsultazzjoni bikrija mal-partijiet ikkonċernati kollha. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid]. Ir-riċevituri ta' fondi mill-JTF jenħtieġ li jikkonformaw mal-valuri fundamentali tal-Unjoni bbażati fuq it-Trattati. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti mill-FEŻR u l-FSE+ se jikkontribwixxu kompletament biex tintlaħaq din il-mira. |
(6) Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-JTF jenħtieġ li jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' tal-inqas 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi trasferiti volontarjament mill-Istati Membri mill-FEŻR u l-FSE+, skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp identifikati fil-livell reġjonali u lokali fil-pjanijiet nazzjonali ta' tranżizzjoni ġusta, se jikkontribwixxu biex tintlaħaq din il-mira. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Jeħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni. |
(7) Jeħtieġ li r-riżorsi tal-JTF ikunu adegwati u proporzjonati mal-objettivi ambizzjużi tiegħu u jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta' koeżjoni iżda jenħtieġ li b'ebda mod ma jieħdu post tali investimenti u jenħtieġ li ma jwasslux għal tnaqqis jew trasferimenti obbligatorji minn fondi oħra tal-Unjoni koperti mir-Regolament (UE) .../... [Regolament ġdid dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Abbażi tal-linji gwida tal-Bank Ewropew tal-Investiment, jenħtieġ li jiġi permess l-iffinanzjar sa 75 % jew aktar f'każ ta' tnaqqis sever fir-ritmu ekonomiku, tal-kosti stmati ta' proġett appoġġat mill-JTF. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Il-Fond jenħtieġ li jiġi ffinanzjat permezz ta' QFP 2021–2027 imsaħħaħ u, soġġett għal valutazzjoni minn qabel tal-impatt, minn riżorsi ġodda addizzjonali li jistgħu jirriżultaw mill-introduzzjoni ta' riżorsi ġodda tal-Unjoni bħal, iżda mhux limitat għal, taxxi fuq l-intrapriżi, is-settur diġitali, il-finanzi, il-plastik, il-karbonju u d-dħul minn skemi ta' skambju tal-emissjonijiet; |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra li se jiġu eliminati b'mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant il-JTF jeħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji jeħtieġ li tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. |
(8) It-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u newtrali għall-klima tippreżenta kemm sfida kif ukoll opportunità lill-Istati Membri kollha biex jirreaġixxu aħjar għal kriżijiet futuri u jiksbu prosperità ekonomika u soċjali fi ħdan il-limiti tad-dinja. It-tranżizzjoni se tkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra jew li jipproduċu prodotti inkompatibbli mal-objettiv tan-newtralità klimatika, li jeħtieġ li jiġu eliminati b'mod gradwali jew li jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan.Jenħtieġ li ma jitħalla barra l-ebda territorju jew ċittadin. Għaldaqstant il-JTF jenħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji jenħtieġ li tirrifletti l-ħtiġijiet u l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex jippermettu, jiffaċilitaw u jaċċeleraw it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u Ewropa sostenibbli. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal- Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, abbażi ta' kriterji oġġettivi. |
(9) Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal- Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, abbażi ta' kriterji oġġettivi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika wkoll l-istatistika u l-informazzjoni kollha rilevanti għal fehim u evalwazzjoni aħjar tal-iskema ta' allokazzjoni bejn l-Istati Membri. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta' investimenti li għalihom in-nefqa tista' tiġi appoġġata mill-JTF. Jeħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Jeħtieġ li l-lista ta' investimenti tinkludi dawk li jappoġġaw l-ekonomiji lokali u li jkunu sostenibbli fit-tul, filwaqt li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku. Jeħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija li hija newtrali għall-klima u ċirkolari. Għas-setturi li qed inaqqsu, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jeħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b'emissjonijiet għoljin ta' gassijiet serra, jeħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u sal-205013 iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f'konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE 2030 u n-newtralità klimatika, filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jeħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f'teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-konnettività, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha. |
(10) Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta' investimenti li għalihom in-nefqa tista' tiġi appoġġata mill-JTF. Jenħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b'rispett sħiħ tal-objettivi u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u jenħtieġ li jkunu f'konformità mal-qafas tal-Unjoni għal attivitajiet sostenibbli stabbilit fir-Regolament (UE) .../... [Regolament tal-UE dwar it-Tassonomija]. Jenħtieġ |