Proċedura : 2019/0101(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0139/2020

Testi mressqa :

A9-0139/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0222

<Date>{20/07/2020}20.7.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0139/2020</NoDocSe>
PDF 321kWORD 118k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0208 – C9-0009/2019 – 2019/0101(COD))</DocRef>

<Commission>{ENVI}Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</Commission>

Rapporteur: <Depute> Esther de Lange

Rapporteur for the opinion (*):
Anna Cavazzini, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura</Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
  OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
 
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

(COM(2019)0208 – C9-0009/2019 – 2019/0101(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0208),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0009/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Settembru 2019[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0139/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

<RepeatBlock-Amend><Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jesiġi li l-vetturi ħfief il-ġodda jikkonformaw ma' ċerti limiti ta' emissjoni (l-istandards Euro 5 u Euro 6) u jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament kienu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/200816 u sussegwentement, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/115117.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jesiġi li l-vetturi ħfief il-ġodda jikkonformaw ma' ċerti limiti ta' emissjoni (l-istandards Euro 5 u Euro 6) u jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, kif emendat u kkonsolidat aktar bir-Regolament (UE) 2018/85815a, li japplika mill-1 ta' Settembru 2020. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 kienu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/200816 u sussegwentement, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/115117.

__________________

__________________

15a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

17 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

</Amend> 

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) B'mod gradwali u b'mod sinifikanti, ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur saru aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro. Filwaqt li l-vetturi b'mod ġenerali wasslu tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet fil-firxa kollha tal-inkwinanti rregolati, dan ma kienx il-każ għall-emissjonijiet tal-NOx minn magni diżil jew għall-partiċelli minn magni b'injezzjoni diretta tal-petrol, installati b'mod partikolari fil-vetturi ħfief. Għalhekk, huma meħtieġa azzjonijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi kkoreġuta.

(3) B'mod gradwali u b'mod sinifikanti, ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur saru aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro. Filwaqt li l-vetturi b'mod ġenerali wasslu tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet fil-firxa kollha tal-inkwinanti rregolati, dan ma kienx il-każ għall-emissjonijiet tal-NOx minn magni diżil jew għall-partikoli minn magni b'injezzjoni diretta tal-petrol, installati b'mod partikolari fil-vetturi ħfief. Għalhekk, huma meħtieġa azzjonijiet biex jikkoreġu din is-sitwazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Ġie stmat mir-Rapport tal-2019 dwar il-Kwalità tal-Arja1a ippubblikat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) li fl-2016 l-esponiment fit-tul għat-tniġġis tal-arja kien responsabbli għal aktar minn 506 000 mewta prematura fl-UE-28. Ir-rapport ikkonferma wkoll li t-trasport bit-triq baqa' s-sors primarju tal-emissjonijiet tal-NOx fl-UE-28 fl-2017, li rrappreżenta madwar 40 % tal-emissjonijiet totali tal-NOx fl-UE, u li madwar 80 % tal-emissjonijiet totali tal-NOx mit-trasport bit-triq huma ġġenerati minn vetturi li jaħdmu bid-diżil;

__________________

1a Rapport tal-2019 tal-EEA "Air Quality in Europe" (Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3b (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b) L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-operaturi indipendenti huwa kruċjali sabiex il-fiduċja tal-konsumaturi tiġi stabbilita mill-ġdid.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3c (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3c) Każijiet riċenti ta' ksur tal-qafas legali eżistenti mill-manifatturi, inkluż ksur tal-obbligi legali tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, urew id-dgħufijiet tal-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' infurzar. Il-konsumaturi tħallew mingħajr kumpens sodisfaċenti, peress li anki meta ngħata kumpens, sikwit dan ma wassalx biex il-vetturi jkunu konformi mal-istandards Euro 5 u 6. Minħabba li l-għadd dejjem jikber ta' projbizzjonijiet fuq id-diżil madwar il-bliet Ewropej qed jaffettwa l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini, miżura ta' kumpens adegwat tkun li l-vetturi mhux konformi jiġu mgħammra b'teknoloġija adattata ta' trattament tal-egżost ("bidla fil-hardware"), filwaqt li, f'każ li l-konsumatur ikun jixtieq jiskambja vettura mixtrija ma' mudell aktar nadif, miżura oħra tkun l-offerta ta' primjums ta' konverżjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Bħala riżultat, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija ġdida għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali, il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE). Il-proċedura tat-test RDE ġiet introdotta mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2016/42718 u (UE) 2016/64619, sussegwentement meħuda fir-Regolament (UE) 2017/1151 u mtejba aktar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/115420..

(5) Bħala riżultat, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija ġdida għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali, il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE). Il-proċedura tat-test RDE ġiet introdotta mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2016/42718 u (UE) 2016/64619, sussegwentement meħuda fir-Regolament (UE) 2017/1151 u mtejba aktar bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/115420 u (UE) 2018/183220a.

__________________

__________________

18 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1.

19 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 175, 7.7.2017, p. 708.

20 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 708).

20a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1832 tal-5 ta' Novembru 2018 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 għall-fini tat-titjib tat-testijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għal vetturi ħfief għall-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali, inklużi dawk it-testijiet u l-proċeduri għall-konformità fis-servizz u l-emissjonijiet f'sewqan reali u li jintroduċi mezzi għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija elettrika (ĠU L 301, 27.11.2018, p. 1).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 6</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-Regolament (UE) Nru 2016/64621 introduċa d-dati tal-applikazzjoni tal-proċedura tat-test RDE, kif ukoll il-kriterji ta' konformità għall-RDE. Għal dak il-fini, intużaw fatturi ta' konformità speċifiċi għall-inkwinanti biex jitqiesu l-inċertezzi tekniċi u statistiċi tal-kejl li sar permezz ta' Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).

(6) Ir-Regolament (UE) Nru 2016/646 introduċa d-dati tal-applikazzjoni tal-proċedura tat-test RDE, kif ukoll il-kriterji ta' konformità għall-RDE. L-introduzzjoni tad-dati tal-applikazzjoni għal vetturi tal-passiġġieri u vetturi ħfief intgħażlet f'sekwenza annwali biex tiżgura li l-manifatturi ta' kull grupp ta' vetturi jkollhom żmien biżżejjed għall-ippjanar. Għal dak il-fini, ġew introdotti fatturi ta' konformità speċifiċi għall-inkwinanti biex jitqiesu l-inċertezzi tekniċi u statistiċi tal-kejl li sar permezz ta' Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 6a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Skont ir-rapport tal-EEA mill-2016, id-diskrepanza bejn l-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali u dawk tal-laboratorju kienet prinċipalment minħabba tliet fatturi: proċedura tat-test skaduta, flessibbiltajiet fil-proċedura attwali u fatturi fl-użu li huma dipendenti fuq is-sewwieq. Jenħtieġ studju sabiex jiġi stabbilit il-marġni li jkun dovut għall-istil tas-sewqan u għat-temperatura ta' barra. Jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn is-CF, il-marġni relatat mal-apparat u l-marġni tal-fattur fl-użu li jkun dipendenti fuq is-sewwieq u fuq it-temperatura.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fit-13 ta' Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawżi Konġunti T-339/16, T-352/16 u T-391/1622 rigward rikors għal annullament tar-Regolament (UE) Nru 2016/646. Il-Qorti Ġenerali annullat il-parti tar-Regolament (UE) 2016/646 li stabbilixxiet il-fatturi ta' konformità użati biex tiġi vvalutata l-konformità tar-riżultati tat-test RDE mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Qorti sabet li l-leġiżlatur biss jista' jintroduċi dawk il-fatturi ta' konformità għaliex dawn kienu jaffettwaw element essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

(7) Fit-13 ta' Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawżi Konġunti T-339/16, T-352/16 u T-391/1622 rigward rikors għal annullament tar-Regolament (UE) Nru 2016/646. Il-Qorti Ġenerali annullat il-parti tar-Regolament (UE) 2016/646 li kienet stabbiliet il-fatturi ta' konformità użati biex tiġi vvalutata l-konformità tar-riżultati tat-test RDE mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Qorti sabet li l-leġiżlatur biss jista' jintroduċi dawk il-fatturi ta' konformità għaliex dawn kienu jaffettwaw element essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u "dan iwassal de facto għall-emenda tal-limiti tal-emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu stabbiliti mill-istandard Euro 6, filwaqt li dawn il-limiti għandhom japplikaw".

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-ġustifikazzjoni teknika tal-fatturi ta' konformità. Għalhekk, u billi fl-istadju attwali tal-iżvilupp teknoloġiku għad hemm diskrepanza bejn l-emissjonijiet imkejla f'sewqan reali u dawk imkejla f'laboratorju, huwa xieraq li jiġu introdotti l-fatturi ta' konformità fir-Regolament (KE) Nru 715/2007.

(8) Il-Qorti Ġenerali qajmet dubji "dwar il-fondatezza tal-invokazzjoni, mill-Kummissjoni, ta' żbalji possibbli ta' natura statistika", b'mod partikolari fir-rigward tal-fattur ta' konformità temporanju ta' 2,1 u ddikjarat li "l-inċertezzi tal-istatistika jikkoreġu ruħhom bir-rappreżentattività tal-kampjun jew tat-test jew in-numru ta' testijiet". Barra minn hekk, fir-rigward tal-marġni introdott ta' inċertezza teknika, il-Qorti affermat li "dan ifisser li ma jistax jiġi ddeterminat wara test RDE jekk il-vettura tat-test tissodisfax jew le dawn il-limiti, jew anki l-approċċ". Kwalunkwe tagħmir ta' kejl għandu marġni ta' inċertezza teknika, u t-tagħmir tal-PEMS, minħabba l-użu tiegħu f'kundizzjonijiet aktar varjabbli, instab li għandu marġni kemmxejn akbar meta mqabbel ma' tagħmir tal-laboratorju mhux mobbli minkejja li dan jista' fil-fatt ifisser kemm stima għolja wisq kif ukoll baxxa wisq tal-emissjonijiet. Billi fl-istadju attwali tal-iżvilupp teknoloġiku għad hemm diskrepanza bejn l-emissjonijiet imkejla f'sewqan reali u dawk imkejla f'laboratorju, huwa xieraq li temporanjament jiġu introdotti l-fatturi ta' konformità fir-Regolament (KE) Nru 715/2007.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar żviluppi riċenti fl-iskandlu "Dieselgate" laqgħet is-sentenza tal-Qorti Ġenerali u talbet b'mod espliċitu lill-Kumissjoni biex ma tintroduċi l-ebda fattur ta' konformità ġdid sabiex ikun żgurat li l-istandards Euro 6 ma jitilfux l-effettività tagħhom u minflok jintlaħqu f'kundizzjonijiet normali tal-użu, kif previst oriġinarjament fir-Regolament (KE) 715/2007.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 fil-kuntest tal-proċedura tat-test RDE, il-kriterji ta' konformità għall-RDE għandhom jiġu introdotti f'żewġ stadji. Matul l-ewwel stadju, wara talba tal-manifattur, jenħtieġ li japplika fattur ta' konformità temporanju, filwaqt li bħala t-tieni stadju jenħtieġ li jintuża biss il-fattur ta' konformità finali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibqa' tirrevedi l-fatturi ta' konformità finali fid-dawl tal-progress tekniku.

(9) Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 fil-kuntest tal-proċedura tat-test RDE, il-kriterji ta' konformità għall-RDE jenħtieġ li jiġu introdotti f'żewġ stadji. Matul l-ewwel stadju, wara talba tal-manifattur, jenħtieġ li japplika fattur ta' konformità temporanju, filwaqt li bħala t-tieni stadju jenħtieġ li jintuża biss il-fattur ta' konformità finali. Il-fattur ta' konformità finali jenħtieġ li japplika matul perjodu ta' tranżizzjoni u jinkludi marġni li jesprimi l-inċertezza tal-kejl addizzjonali marbuta mal-introduzzjoni tal-PEMS. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kontinwament dak il-fattur ta' konformità fid-dawl tal-progress tekniku u ta' kull sena taġġustah 'l isfel abbażi ta' evidenza xjentifika, il-preċiżjoni mtejba tal-proċedura ta' kejl u l-progress tekniku tal-PEMS. Il-fattur ta' konformità jenħtieġ li jitbaxxa b'mod gradwali u sat-30 ta' Settembru 2022 ma jridx jibqa' japplika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9a (ġdida)</Article>

(9a) Jenħtieġ li sa mhux aktar tard minn Ġunju 2021 il-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti aktar rigorużi għat-tagħmir tal-kejl tal-PEMS li jkun jista' jintuża għat-testijiet RDE. L-istandards stabbiliti jenħtieġ li, fejn possibbli, iqisu kull element rilevanti ta' standardizzazzjoni żviluppat mis-CEN abbażi tal-aħjar tagħmir tal-PEMS disponibbli.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9b (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b) Huwa importanti li jiġi enfasizzat li filwaqt li din il-proposta tittratta l-fattur ta' konformità, il-kwistjoni tal-istandards ta' limitu tal-emissjonijiet għandha tiġi ttrattata fil-kuntest tal-proposta li jmiss post-Euro 6. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm progress rapidu lejn l-adozzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet futuri (post-Euro 6) u kwalità tal-arja mtejba għaċ-ċittadini tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva għal dak l-għan mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn Ġunju 2021, kif imħabbar fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew", li jenfasizza l-ħtieġa li ssir bidla lejn mobbiltà sostenibbli u intelliġenti u li jiġi żgurat perkors lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. Jenħtieġ li ma jintuża l-ebda fattur ta' konformità fl-implimentazzjoni tal-istandards post-Euro 6.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9c (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9c) Sabiex il-produtturi jiġu mħeġġa jkollhom attitudni proattiva u favur l-ambjent, l-innovazzjonijiet teknoloġiċi l-ġodda intenzjonati li jassorbu l-NOx jenħtieġ li jiġu ttestjati, kwantifikati u kkunsidrati fir-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 10</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) It-Trattat ta' Lisbona jintroduċi l-possibbiltà li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv. Il-miżuri li jistgħu jiġu koperti b'delegi tas-setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE, fil-prinċipju jikkorrispondu ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bl-iskrutinju stabbilit bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE23. Għalhekk jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jiġu adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE.

(10) It-Trattat ta' Lisbona jintroduċi l-possibbiltà li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv. Il-miżuri li jistgħu jiġu koperti b'delegi tas-setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-prinċipju jikkorrispondu ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bl-iskrutinju stabbilit bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE23. Għalhekk jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jiġu adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE.

_________________

_________________

23 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni, konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li dik id-delega tinkludi l-issupplimentar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 permezz ta' tali regoli riveduti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet; ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet; il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur li jipprovdi aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi; l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għall-partikulati. Jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bil-għan li l-fatturi ta' konformità finali li jiġu riveduti 'l isfel sabiex dawn jirriflettu l-progress tekniku fil-PEMS u l-ikkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta' limitu bbażati fuq il-massa ta' partikuli u l-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu bbażati fuq in-numru ta' partikuli. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(11) Sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li dik id-delega tinkludi l-issupplimentar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 permezz ta' tali regoli riveduti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet; ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet; il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur li jipprovdi aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi; u l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għall-partikulati. Minkejja l-perjodu qasir bejn id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u r-revoka tad-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (RMI) permezz tar-Regolament (UE) 2018/858, għall-finijiet ta' ċertezza legali u biex ikun żgurat li l-għażliet kollha jkunu disponibbli għal-leġiżlatur, jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-manifattur li jipprovdi aċċess mingħajr restrizzjonijiet u aċċess standardizzat għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bil-għan li l-fatturi ta' konformità jiġu riveduti 'l isfel sabiex dawn jirriflettu l-kwalità mtejba tal-proċedura ta' kejl jew il-progress tekniku fil-PEMS u l-ikkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta' limitu bbażati fuq il-massa ta' partikuli u l-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu bbażati fuq in-numru ta' partikuli. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 20161a. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

_________________

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-marġni ta' żball huwa soġġett għal rieżami annwali u jista' jiġi rivedut bħala riżultat tal-kwalità mtejba tal-proċedura tal-PEMS jew tal-progress tekniku

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a</Article>

<DocAmend2>Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-obbligi jinkludu l-issodisfar tal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I, il-valuri tal-emissjonijiet determinati waqt kwalunkwe test validu tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE) għandhom jiġu diviżi bil-fattur ta' konformità applikabbli stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I. Ir-riżultat għandu jibqa' taħt il-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta' dak l-Anness.

Dawk l-obbligi jinkludu l-konformità mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I, il-valuri tal-emissjonijiet determinati waqt kwalunkwe test validu tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE) għandhom jiġu diviżi bil-fattur ta' konformità applikabbli kif stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I. Ir-riżultat għandu jibqa' taħt il-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta' dak l-Anness. Il-fattur ta' konformità għandu jitbaxxa b'mod gradwali permezz ta' reviżjonijiet annwali 'l isfel, abbażi ta' valutazzjonijiet mill-JRC. Sat-30 ta' Settembru 2022 il-fattur ta' konformità m'għandux jibqa' japplika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a</Article>

<DocAmend2>Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 5 – paragrafu 1</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'mod li jippermetti li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma' dan ir-Regolament.;

1. Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'mod li jippermetti li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-manifattur għandu jiggarantixxi wkoll l-affidabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis u għandu jimmira li jnaqqas ir-riskju ta' serq ta' dan it-tagħmir jew it-tbagħbis fih.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>20</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 8 – paragrafu 1</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta l-Artikoli 6 u 7. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta' speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod ta' kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b'mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta l-Artikoli 6 u 7. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta' speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod ta' kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b'mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs, il-mikrointrapriżi u l-operaturi li jaħdmu għal rashom.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Meħtieġa sabiex jittejjeb il-kamp ta' applikazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>21</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b</Article>

<DocAmend2>Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 2</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul kwalunkwe test RDE validu, il-konformità mal-valuri ta' limitu Euro 6 għandha tiġi ddeterminata billi jitqies il-fattur ta' konformità speċifiku għall-inkwinanti stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1).

Matul kwalunkwe test RDE validu, il-konformità mal-valuri ta' limitu Euro 6 għandha tiġi ddeterminata billi jitqies il-fattur ta' konformità speċifiku għall-inkwinanti stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1). Il-fattur ta' konformità għandu jitbaxxa b'mod gradwali permezz ta' reviżjonijiet annwali 'l isfel, abbażi ta' valutazzjonijiet mill-JRC. Sat-30 ta' Settembru 2022 il-fattur ta' konformità m'għandux jibqa' japplika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>22</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b</Article>

<DocAmend2>Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 2</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul kwalunkwe test RDE validu, il-konformità mal-valuri ta' limitu Euro 6 għandha tiġi ddeterminata billi jitqies il-fattur ta' konformità speċifiku għall-inkwinanti stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1).

Matul kwalunkwe test RDE validu, il-konformità mal-valuri ta' limitu Euro 6 għandha tiġi ddeterminata billi jitqies il-fattur ta' konformità speċifiku għall-inkwinanti stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1). Il-fattur ta' konformità għandu jitbaxxa b'mod gradwali permezz ta' reviżjonijiet annwali 'l isfel, abbażi ta' valutazzjonijiet mill-JRC. Sat-30 ta' Settembru 2022 il-fattur ta' konformità m'għandux jibqa' japplika.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>23</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10</Article>

<DocAmend2>Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 14 – paragrafu 3 u paragrafu 3a (ġdid)</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a li:

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2021, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a li jissupplimentaw dan ir-Regolament sabiex il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet jiġu adattati sabiex jirriflettu b'mod adegwat l-emissjonijiet tas-sewqan reali f'kundizzjonijiet normali tal-użu, inklużi inter alia t-temperatura u l-kundizzjonijiet ta' limitu, inaqqsu d-deriva taż-żero u jindirizzaw żidiet qawwija fl-għadd ta' partikoli li jirriżultaw mit-tindif tal-filtri, filwaqt li jitqies kull element rilevanti ta' standardizzazzjoni żviluppat mis-CEN u abbażi tal-aħjar tagħmir disponibbli.

(a) jissupplimentaw dan ir-Regolament sabiex jadattaw il-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet sabiex jirriflettu b'mod adegwat l-emissjonijiet f'sewqan reali;

(b) jemendaw dan ir-Regolament sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku għall-fatturi ta' konformità finali speċifiċi għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella 2a tal-Anness I.

3a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a li jemendaw dan ir-Regolament sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku u tirrieżamina 'l isfel għall-fatturi ta' konformità speċifiċi għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella 2a tal-Anness I.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>24</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness – paragrafu 1</Article>

<DocAmend2>Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Anness I – tabella 2a – ringiela 2</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

CF inkwinant-finali (2)

1,43

1,5

-

-

-

(2) CF inkwinant-finali huwa l-fattur ta' konformità użat biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 billi jitqiesu l-inċertezzi tekniċi marbuta mal-użu tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).

Emenda

CF inkwinant-finali (2)

1 + marġini (marġini = 0,32*)

1 + marġini (marġini = 0,5*)

-

-

-

* *għandu jiġi rivedut 'l isfel tal-anqas kull sena abbażi tal-valutazzjonijiet regolari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

(2) CF inkwinant-finali huwa l-fattur ta' konformità użat biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 waqt perjodu tranżizzjonali billi jitqiesu l-inċertezzi tekniċi addizzjonali ta' kejl marbuta mal-introduzzjoni tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS). Dan huwa espress bħala 1 + marġni ta' inċertezza ta' kejl. Sat-30 ta' Settembru 2022, il-marġini għandu jkun żero, u l-fattur ta' konformità m'għandux japplika aktar.

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>

NOTA SPJEGATTIVA

Fit-13 ta' Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat parzjalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646. Is-sentenza tgħid[2] li l-Kummissjoni Ewropea ma kellha l-ebda setgħa li tintroduċi fatturi ta' konformità użati biex tivvaluta l-konformità tal-vettura mal-limiti tal-emissjonijiet filwaqt li twettaq test tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE) sempliċiment billi tuża s-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha biex temenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6). Peress li l-Qorti ddeċidiet li għandhom jiġu adottati fatturi ta' konformità permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fl-14 ta' Ġunju 2019 il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, billi terġa' ddaħħal il-fatturi ta' konformità li kienu ġew adottati qabel fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646.

Ir-rapporteur tqis li huwa xieraq li jiġu stabbiliti mill-ġdid l-fatturi ta' konformità li jikkonsistu fir-rekwiżiti biex il-vettura tissodisfa l-istandards limitu tal-emissjonijiet Euro 5 u Euro 6, li ma jistgħux jinqabżu, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-marġni ta' żball li jirriżulta mill-inċertezzi statistiċi u tekniċi tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS). Ir-Rapporteur tintroduċi emendi biex jiġi ċċarat li l-fattur ta' konformità jikkonsisti mil-limiti tal-emissjonijiet u l-marġni ta' żball relatat mal-apparat. Barra minn hekk, ir-Rapporteur tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex kull sena tirrevedi 'l isfel il-fatturi ta' konformità bħala riżultat tal-kwalità mtejba tal-proċedura ta' kejl jew tal-progress tekniku tal-PEMS. Barra minn hekk, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta post-Euro 6 tagħha sa nofs l-2021 filwaqt li tqis ir-riżultati li ġejjin tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN TC301) dwar abbozz ta' standard internazzjonali għall-valutazzjoni tat-tagħmir PEMS.

 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR  (19.2.2020)

<CommissionInt> għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</CommissionInt>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0208 – C9-0009/2019 – 2019/0101(COD))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni (*): <Depute>Anna Cavazzini</Depute>

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-element ewlieni ta' din il-proposta leġiżlattiva jikkonċerna l-introduzzjoni ta' fatturi ta' konformità użati biex tiġi vvalutata l-konformità tal-vetturi mal-limiti ta' emissjonijiet Euro 6 stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE waqt it-twettiq ta' testijiet tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE). L-argument imressaq mill-Kummissjoni biex tiġġustifika din l-introduzzjoni huwa li fatturi bħal dawn huma meħtieġa biex inaqqsu d-diskrepanzi bejn il-kejl tal-emissjonijiet fil-laboratorju u dak f'kundizzjonijiet ta' użu reali. Din il-proposta ġiet wara li l-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ħarġet deċiżjoni dwar l-emenda tal-istandards Euro 6 permezz ta' att delegat billi ddikjarat li kienet se temenda element essenzjali tal-leġiżlazzjoni, jiġifieri li żżid b'mod artifiċjali l-limiti għall-emissjonijiet ta' NOx billi tintroduċi fattur ta' konformità. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat għalhekk li dan ikun jeħtieġ proċedura leġiżlattiva regolari.

Ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-introduzzjoni ta' fatturi ta' konformità għall-kejl tal-RDE hija sinjal ħażin fi żmien meta tinħtieġ azzjoni urġenti biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonformaw mad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja (2008/50/KE) u biex jiġi żgurat li l-limiti tal-emissjonijiet Euro 6 jiġu ssodisfati f'kundizzjonijiet normali. Il-manifatturi tal-karozzi għandhom jibdew jiddisinjaw vetturi li jikkonformaw mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni u m'għandhomx jingħataw il-flessibbiltà biex jaħarbu mill-obbligi tagħhom. Barra minn hekk, dan joħloq xi ftit inċertezza f'dak li għandu x'jaqsam mal-approvazzjoni u mal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq billi jintroduċi marġini ta' żball li jagħmilha effettivament diffiċli biex jiġi ddeterminat jekk vetturi jikkonformawx jew le mal-istandards miftiehma. Madankollu, l-abbozz ta' opinjoni tagħha ma jmissx ma' aspetti relatati mal-ambjent fit-test legali, jiġifieri l-fatturi ta' konformità, billi dawk huma kompetenza tal-Kumitat ENVI, f'konformità mal-ftehim li ntlaħaq bejn il-Presidenti taż-żewġ Kumitati tagħna, filwaqt li jesprimi d-dubji msemmija hawn fuq. Il-kompetenza esklussiva tal-Kumitat IMCO tirrigwarda Informazzjoni dwar it-Tiswija u l-Manutenzjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament 715/2007/UE, Kapitolu li huwa emendat u kkonsolidat fir-Regolament 858/2018. Għaldaqstant, l-emendi li jikkonċernaw dawk il-partijiet huma ta' natura teknika.

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għas-setgħat delegati lill-Kummissjoni (Artikolu 1(11) [Artikolu 14a]), il-proposta tar-Rapporteur għandha tqassar il-perjodu minn ħames snin għal sentejn biex jiġi vvalutat sa tmiem l-2022 jekk humiex meħtieġa aktar miżuri. Il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha pubblikament li tnaqqas il-fattur ta' konformità għall-livell ta' 1 malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2023. Is-setgħat ta' delega kkonferiti għandhom għalhekk jirrispettaw l-istess kalendarju.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

<RepeatBlock-Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jesiġi li l-vetturi ħfief il-ġodda jikkonformaw ma' ċerti limiti ta' emissjoni (l-istandards Euro 5 u Euro 6) u jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament kienu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/200816 u sussegwentement, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/115117.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jesiġi li l-vetturi ħfief il-ġodda jikkonformaw ma' ċerti limiti ta' emissjoni (l-istandards Euro 5 u Euro 6) u jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li kienu emendati u kkonsolidati aktar bir-Regolament (UE) 2018/85815a, li japplika mill-1 ta' Settembru 2020. Id-dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 kienu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/200816 u sussegwentement, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/115117.

__________________

__________________

15a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

16 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

17 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

17 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi għall-operaturi indipendenti huwa kruċjali sabiex il-fiduċja tal-konsumaturi tiġi stabbilita mill-ġdid.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3b (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b) Każijiet riċenti ta' ksur tal-qafas legali eżistenti mill-manifatturi, inkluż ksur tal-obbligi legali tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, urew id-dgħufijiet tal-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' infurzar. Il-konsumaturi tħallew mingħajr kumpens sodisfaċenti, peress li anki meta ngħata kumpens, sikwit dan ma wassalx biex il-vetturi jkunu konformi mal-istandards Euro 5 u 6. Minħabba li l-għadd dejjem jikber ta' projbizzjonijiet fuq id-diżil madwar il-bliet Ewropej qed jaffettwa l-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini, it-tgħammir tal-vetturi mhux konformi b'teknoloġija adattata ta' trattament tal-egżost ("bidla fil-hardware") ikun miżura ta' kumpens adegwat, filwaqt li, f'każ li l-konsumatur ikun jixtieq jiskambja vettura mixtrija ma' mudell aktar nadif, miżura oħra tkun l-offerta ta' primjums ta' konverżjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li dik id-delega tinkludi l-issupplimentar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 permezz ta' tali regoli riveduti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet; ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet; il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur li jipprovdi aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi; l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għall-partikulati. Jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bil-għan li l-fatturi ta' konformità finali li jiġu riveduti 'l isfel sabiex dawn jirriflettu l-progress tekniku fil-PEMS u l-ikkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta' limitu bbażati fuq il-massa ta' partikuli u l-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu bbażati fuq in-numru ta' partikuli. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(11) Sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li dik id-delega tinkludi l-issupplimentar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 permezz ta' tali regoli riveduti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet; ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet; l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għall-partikulati. Minkejja l-perjodu qasir bejn id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u r-revoka tad-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (RMI) permezz tar-Regolament (UE) 2018/858, għall-finijiet ta' ċertezza legali u biex ikun żgurat li l-għażliet kollha jkunu disponibbli għal-leġiżlatur, jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-manifattur li jipprovdi aċċess mingħajr restrizzjonijiet u aċċess standardizzat għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. Jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bil-għan li l-fatturi ta' konformità finali jiġu riveduti 'l isfel sabiex dawn jirriflettu l-progress tekniku fil-PEMS u l-ikkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta' limitu bbażati fuq il-massa ta' partikuli u l-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu bbażati fuq in-numru ta' partikuli. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 8 – paragrafu 1</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta l-Artikoli 6 u 7. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta' speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod ta' kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b'mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs.;

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta l-Artikoli 6 u 7. Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta' speċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-mod ta' kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b'mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs, il-mikrointrapriżi u l-operaturi li jaħdmu għal rashom.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Meħtieġa sabiex jittejjeb il-kamp ta' applikazzjoni.

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

Referenzi

COM(2019)0208 – C9-0009/2019 – 2019/0101(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.7.2019

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.7.2019

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

19.12.2019

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Anna Cavazzini

18.7.2019

Eżami fil-kumitat

4.12.2019

23.1.2020

Data tal-adozzjoni

18.2.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alex Agius Saliba, Andrus Ansip, Alessandra Basso, Brando Benifei, Hynek Blaško, Vlad-Marius Botoş, Markus Buchheit, Dita Charanzová, Petra De Sutter, Carlo Fidanza, Evelyne Gebhardt, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Jean-Lin Lacapelle, Maria Manuel Leitão Marques, Adriana Maldonado López, Antonius Manders, Leszek Miller, Dan-Ştefan Motreanu, Kris Peeters, Anne-Sophie Pelletier, Miroslav Radačovský, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Róża Thun und Hohenstein, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Cavazzini, Krzysztof Hetman, Evžen Tošenovský, Edina Tóth

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ID

GUE/NGL

NI

PPE

Renew

S&D

Verts/ALE

Alessandra Basso, Markus Buchheit, Virginie Joron, Jean-Lin Lacapelle

Kateřina Konečná, Anne-Sophie Pelletier

Miroslav Radačovský

Krzysztof Hetman, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Dan-Ştefan Motreanu, Kris Peeters, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Róża Thun und Hohenstein, Edina Tóth, Marion Walsmann

Andrus Ansip, Vlad-Marius Botoş, Dita Charanzová, Sandro Gozi

Alex Agius Saliba, Brando Benifei, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Maria Manuel Leitão Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, Christel Schaldemose

Anna Cavazzini, Petra De Sutter, Alexandra Geese, Marcel Kolaja, Kim Van Sparrentak

1

-

ID

Hynek Blaško

3

0

ECR

Carlo Fidanza, Eugen Jurzyca, Evžen Tošenovský

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU  (19.2.2020)

<CommissionInt> għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</CommissionInt>

<Titre>dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0208 – C9-0009/2019 – 2019/0101(COD))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Sven Schulze</Depute>

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport għall-Kumitat għall-Ambjent, bħala l-kumitat responsabbli, saret meħtieġa wara sentenza tal-qorti dwar il-ġurisdizzjoni tal-UE.

Fis-sentenza tat-13 ta' Diċembru 2018 instab li l-fatturi ta' konformità għall-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 ma kellhomx jiġu introdotti permezz tal-proċedura ta' komitoloġija. Minflok, kellha tintuża l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Kontra din is-sentenza hemm appell pendenti. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta, b'mod parallel, proposta leġiżlattiva għall-introduzzjoni ta' fatturi ta' konformità.

Ir-rapporteur jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżgura ċertezza tad-dritt u affidabbiltà għall-manifatturi u l-konsumaturi permezz ta' din il-proposta leġiżlattiva. Dan jinkludi wkoll, fil-fehma tar-rapporteur, il-fatt li l-manifatturi u l-konsumaturi jistgħu jkomplu jibbażaw ruħhom fuq il-fatturi ta' konformità li diġà huma familjari mill-proċedura tal-komitoloġija.

Ir-rapporteur jixtieq jissuġġerixxi li fil-futur il-fatturi ta' konformità jkunu separati b'mod ċar mill-marġni ta' żball u qed jipproponi emendi għal dan l-iskop.

_______

1 Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

<RepeatBlock-Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) B'mod gradwali u b'mod sinifikanti, ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur saru aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro. Filwaqt li l-vetturi b'mod ġenerali wasslu tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet fil-firxa kollha tal-inkwinanti rregolati, dan ma kienx il-każ għall-emissjonijiet tal-NOx minn magni diżil jew għall-partiċelli minn magni b'injezzjoni diretta tal-petrol, installati b'mod partikolari fil-vetturi ħfief. Għalhekk, huma meħtieġa azzjonijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi kkoreġuta.

(3) B'mod gradwali u b'mod sinifikanti, ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur saru aktar stretti permezz tal-introduzzjoni u r-reviżjoni sussegwenti tal-istandards Euro. Filwaqt li l-vetturi b'mod ġenerali wasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet fil-firxa kollha tal-inkwinanti rregolati u koperti minn dan ir-reġim, dan ma kienx il-każ għall-emissjonijiet tal-NOx minn magni diżil jew għall-partiċelli minn magni b'injezzjoni diretta tal-petrol, installati b'mod partikolari fil-vetturi ħfief. Sabiex jinkiseb tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet tal-NOx f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali, huwa meħtieġ l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda permezz taċ-ċertifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir PEMS. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi l-marġni ta' iżball 'l isfel fuq bażi annwali sakemm jintlaħaq livell għoli ta' preċiżjoni, li jirrifletti l-kwalità mtejba tal-proċedura ta' kejl u l-progress tekniku tat-tagħmir PEMS, sakemm il-Kummissjoni ma tiġġustifikax ir-raġuni għaliex ma tkunx tista' tagħmel dan.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 4</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tal-proċeduri, tat-testijiet u tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 fuq il-bażi tar-riċerka tagħha stess u ta' informazzjoni esterna u sabet li l-emissjonijiet iġġenerati minn sewqan reali fit-triq ta' vetturi Euro 5 jew Euro 6 jaqbżu b'mod sostanzjali l-emissjonijiet imkejla fuq iċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) regolatorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet tal-NOx minn vetturi diżil.

(4) Il-Kummissjoni wettqet analiżi dettaljata tal-proċeduri, tat-testijiet u tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 fuq il-bażi tar-riċerka tagħha stess u ta' informazzjoni esterna u sabet li l-emissjonijiet iġġenerati minn sewqan reali fit-triq ta' vetturi Euro 5 jew Euro 6 kważi fil-każijiet kollha jaqbżu b'mod sostanzjali l-emissjonijiet imkejla fuq iċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) regolatorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-emissjonijiet tal-NOx minn vetturi diżil.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Bħala riżultat, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija ġdida għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali, il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE). Il-proċedura tat-test RDE ġiet introdotta mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2016/42718 u (UE) 2016/64619, sussegwentement meħuda fir-Regolament (UE) 2017/1151 u mtejba aktar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/115420..

(5) Bħala riżultat, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija ġdida għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-vetturi f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali, il-proċedura tat-test tal-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE). Il-proċedura tat-test RDE ġiet introdotta mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2016/42718 u (UE) 2016/64619, sussegwentement meħuda fir-Regolament (UE) 2017/1151 u mtejba aktar bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) 2017/115420 u 2018/183220a.

__________________

__________________

18 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1.

18 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1.

19 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).

19 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 175, 7.7.2017, p. 708.

20 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1154 tas-7 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6 ) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet f'sewqan reali ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6), ĠU L 175, 7.7.2017, p. 708.

20a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1832 tal-5 ta' Novembru 2018 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 għall-fini tat-titjib tat-testijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għal vetturi ħfief għall-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali, inklużi dawk it-testijiet u l-proċeduri għall-konformità fis-servizz u l-emissjonijiet f'sewqan reali u li jintroduċi mezzi għall-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija elettrika, ĠU L 301, 27.11.2018, p. 1.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 6</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-Regolament (UE) Nru 2016/64621 introduċa d-dati tal-applikazzjoni tal-proċedura tat-test RDE, kif ukoll il-kriterji ta' konformità għall-RDE. Għal dak il-fini, intużaw fatturi ta' konformità speċifiċi għall-inkwinanti biex jitqiesu l-inċertezzi tekniċi u statistiċi tal-kejl li sar permezz ta' Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).

(6) Ir-Regolament (UE) Nru 2016/64621 introduċa d-dati tal-applikazzjoni tal-proċedura tat-test RDE, kif ukoll il-kriterji ta' konformità għall-RDE. Għal dak il-fini, ġew introdotti fatturi ta' konformità speċifiċi għall-inkwinanti, u ntużaw marġnijiet ta' żball separati biex jitqiesu l-inċertezzi tekniċi u statistiċi tal-kejl li sar permezz ta' Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS). Jenħtieġ li l-fattur ta' konformità (CF=1) ikun separat b'mod ċar minn kwalunkwe marġni ta' żball relatat ma' tagħmir.

__________________

__________________

21 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).

21 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU L 109, 26.04.2016, p. 1).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fit-13 ta' Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawżi Konġunti T-339/16, T-352/16 u T-391/16 rigward rikors għal annullament tar-Regolament (UE) Nru 2016/646. Il-Qorti Ġenerali annullat il-parti tar-Regolament (UE) 2016/646 li stabbilixxiet il-fatturi ta' konformità użati biex tiġi vvalutata l-konformità tar-riżultati tat-test RDE mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Qorti sabet li l-leġiżlatur biss jista' jintroduċi dawk il-fatturi ta' konformità għaliex dawn kienu jaffettwaw element essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

(7) Fit-13 ta' Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawżi Konġunti T-339/16, T-352/16 u T-391/16 rigward rikors għal annullament tar-Regolament (UE) Nru 2016/646. Il-Qorti Ġenerali annullat il-parti tar-Regolament (UE) 2016/646 li stabbiliet il-fatturi ta' konformità u l-marġnijiet ta' żball użati biex tiġi vvalutata l-konformità tar-riżultati tat-test RDE mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Qorti sabet li l-leġiżlatur biss jista' jintroduċi dawk il-fatturi ta' konformità u l-marġnijiet ta' żball għaliex dawn kienu jaffettwaw element essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. Kontra din is-sentenza hemm appell pendenti.

__________________

__________________

22 Is-sentenza tat-13 ta' Diċembru 2018, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid v Commission, T-339/16, T-352/16 u T-391/16, EU:T:2018:927.

22 Is-sentenza tat-13 ta' Diċembru 2018, Ville de Paris, Ville de Bruxelles u Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni, T-339/16, T-352/16 u T-391/16, EU:T:2018:927.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-ġustifikazzjoni teknika tal-fatturi ta' konformità. Għalhekk, u billi fl-istadju attwali tal-iżvilupp teknoloġiku għad hemm diskrepanza bejn l-emissjonijiet imkejla f'sewqan reali u dawk imkejla f'laboratorju, huwa xieraq li jiġu introdotti l-fatturi ta' konformità fir-Regolament (KE) Nru 715/2007.

(8) Il-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-ġustifikazzjoni teknika tal-fatturi ta' konformità u l-marġni ta' żball. Għalhekk, u billi fl-istadju attwali tal-iżvilupp teknoloġiku għad hemm diskrepanza bejn l-emissjonijiet imkejla f'sewqan reali u dawk imkejla f'laboratorju, huwa xieraq li jiġu introdotti l-fatturi ta' konformità eżattament l-istess u l-marġni ta' żball meta jintuża l-PEMS fir-Regolament (KE) Nru 715/2007.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 fil-kuntest tal-proċedura tat-test RDE, il-kriterji ta' konformità għall-RDE għandhom jiġu introdotti f'żewġ stadji. Matul l-ewwel stadju, wara talba tal-manifattur, jenħtieġ li japplika fattur ta' konformità temporanju, filwaqt li bħala t-tieni stadju jenħtieġ li jintuża biss il-fattur ta' konformità finali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibqa' tirrevedi l-fatturi ta' konformità finali fid-dawl tal-progress tekniku.

(9) Sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jikkonformaw mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 fil-kuntest tal-proċedura tat-test RDE, il-kriterji ta' konformità għall-RDE għandhom jiġu introdotti f'żewġ stadji. Matul l-ewwel stadju, wara talba tal-manifattur, jenħtieġ li japplika fattur ta' konformità temporanju, filwaqt li bħala t-tieni stadju jenħtieġ li jintuża biss il-fattur ta' konformità finali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibqa' tirrevedi l-marġni ta' żball annwalment, filwaqt li tqis il-progress tekniku tal-vetturi bil-mutur tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS), u tużahom għal atti leġiżlattivi futuri.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Sabiex tiġi evitata l-inċertezza tad-dritt dwar l-approvazzjonijiet tat-tip diġà mogħtija sa mill-1 ta' Settembru 2017 kif ukoll dwar l-approvazzjonijiet tat-tip futuri, huwa ta' importanza kbira li jerġgħu jiddaħħlu l-fatturi ta' konformità u l-marġnijiet ta' żball kollha adottati preċedentement, mingħajr tibdil għall-figura globali, speċjalment meta jitqies li l-manifatturi diġà ddisinjaw il-vetturi tagħhom bil-proċedura RDE adottata qabel f'moħħhom. Sabiex il-marġni ta' żball jiġi rivedut 'l isfel, il-Kummissjoni qed tintalab tqis kwalunkwe standard adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għal proċedura standard biex tivvaluta l-inċertezza tal-kejl tal-RDE fir-rigward ta' emissjonijiet gassużi u dawk ta' partikuli. Il-Kummissjoni, għahekk, se tagħti mandat lis-CEN biex jaħdem Standard ta' Prestazzjoni tal-PEMS għad-determinazzjoni ta' marġnijiet ta' żball individwalli ta' Sistemi PEM. Qabel ma tapplika Standard ta' Prestazzjoni tal-PEMS, il-Kummissjoni hija impenjata li tagħmel rieżami annwali tal-marġni ta' żball u taġġornah biss ladarba jsir titjib fit-teknoloġija tal-kejl.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li dik id-delega tinkludi l-issupplimentar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 permezz ta' tali regoli riveduti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet; ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet; il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' manifattur li jipprovdi aċċess mhux ristrett u standardizzat għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi; l-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għall-partikulati. Jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bil-għan li l-fatturi ta' konformità finali li jiġu riveduti 'l isfel sabiex dawn jirriflettu l-progress tekniku fil-PEMS u l-ikkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta' limitu bbażati fuq il-massa ta' partikuli u l-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu bbażati fuq in-numru ta' partikuli. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(11) Sabiex jingħata kontribut għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li dik id-delega tinkludi l-issupplimentar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 permezz ta' tali regoli riveduti kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet; ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-użu ta' tagħmir ta' riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi ta' kontroll tal-emissjonijiet; Jenħtieġ li d-delega tinkludi wkoll l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 bil-għan li l-marġnijiet ta' żball jiġu riveduti sabiex dawn jirriflettu l-progress tekniku fil-PEMS. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-obbligi jinkludu r-rispett tal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I, il-valuri tal-emissjonijiet determinati waqt kwalunkwe test validu tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE) għandhom jiġu diviżi bil-fattur ta' konformità applikabbli stabbilit fit-Tabella 2a tal-Anness I. Ir-riżultat għandu jibqa' taħt il-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta' dak l-Anness.";

Dawk l-obbligi jinkludu konformità mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I, il-valuri tal-emissjonijiet determinati waqt kwalunkwe test validu tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali (RDE) għandhom jiġu diviżi bil-fattur ta' konformità applikabbli jew, fejn speċifikat, bis-somma tal-fattur ta' konformità u l-marġni ta' żball applikabbli stabbilita fit-Tabella 2a tal-Anness I. Ir-riżultat għandu jikkonforma mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta' dak l-Anness.";

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 5 – paragrafu 1</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'mod li jippermetti li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma' dan ir-Regolament.";

1. Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'mod li jippermetti li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-manifattur għandu jiggarantixxi wkoll l-affidabbiltà tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis u għandu jimmira li jnaqqas ir-riskju ta' serq ta' dan it-tagħmir jew it-tbagħbis fih.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 14 – paragrafu 2</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 14a sabiex tadotta l-miżuri li ġejjin abbażi tar-riżultati tal-Programm ta' Kejl tal-Partikuli tal-UNECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, mingħajr ma jitbaxxa l-livell ta' protezzjoni ambjentali fi ħdan l-Unjoni:

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 14a:

(a) li temenda dan ir-Regolament għall-finijiet tar-reviżjoni tal-valuri ta' limitu tal-massa ta' partikuli u tan-numru ta' partikuli stabbiliti fl-Anness I;

(a) billi temenda dan ir-Regolament sabiex tirrevedi l-marġnijiet ta' żball speċifiċi għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella 2a tal-Anness I fid-dawl tal-progress tekniku, filwaqt li tqis l-inċertezzi tekniċi marbuta mal-użu tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS);

(b) li tissupplimenta dan ir-Regolament permezz tal-adozzjoni ta' proċedura ta' kejl riveduta għan-numri tal-partikuli.

(b) billi tissupplimenta dan ir-Regolament sabiex tadatta l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti, kif ukoll iċ-ċikli tat-test użati biex jitkejlu l-emissjonijiet sabiex l-emissjonijiet f'sewqan reali jiġu riflessi b'mod adegwat;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jemendaw dan ir-Regolament sabiex ikun hemm adattament għall-progress tekniku għall-fatturi ta' konformità finali speċifiċi għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella 2a tal-Anness I.";

(b) jemendaw dan ir-Regolament sabiex issir reviżjoni tal-marġnijiet ta' żball speċifiċi għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella 2a tal-Anness I fid-dawl tal-progress tekniku billi tqis l-inċertezzi tekniċi marbuta mal-użu tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).";

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 14 – paragrafu 5a (ġdid)</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Fl-Artikolu 14 jiżdied il-paragrafu li ġej:

5a. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe standard adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) li jipprovdi approċċ teknikament sod għall-valutazzjoni tal-inċertezza tal-kejl tal-RDE fir-rigward ta' emissjonijiet gassużi u dawk ta' partikuli, bil-għan li tirrikjedi l-użu ta' tali standard taħt dan ir-Regolament sabiex awtorità xierqa tivverifika marġni speċifiku ta' inċertezza għall-applikazzjonijiet tal-PEMS u biex tqis jekk dan ikunx biżżejjed biex jissostitwixxi jew jikkomplementa l-marġnijiet ta' żball speċifiċi indikati fit-Tabella 2a fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness – paragrafu 1</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 715/2007</DocAmend2>

<Article2>Anness I – tabella 2a</Article2>

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 2a Fatturi ta' Konformità tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali

Ossidi tan-nitroġenu (NOx)

Numru ta' partikuli (PN)

Monossidu tal-karbonju (CO)(1)

Idrokarburi totali (HC)

Idrokarburi kkombinati u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx)

CF inkwinant-finali(2)

1.43

1.5

CF inkwinant-temp(3)

2.1

1.5

(1) L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati fit-testijiet RDE kollha.

(2) CFinkwinant-finali huwa l-fattur ta' konformità użat biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6 billi jitqiesu l-inċertezzi tekniċi marbuta mal-użu tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).

(3) CF inkwinant-temp huwa l-fattur ta' konformità temporanju li jista' jintuża wara talba tal-manifattur bħala alternattiva għal CFinkwinant-finali matul perjodu ta' 5 snin u 4 xhur wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5).".

Emenda

Tabella 2a Fatturi ta' Konformità tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali(0a)

Ossidi tan-nitroġenu (NOx)

Numru ta' partikuli (PN)

Monossidu tal-karbonju (CO)(1)

Idrokarburi totali (THC)

Idrokarburi kkombinati u ossidi tan-nitroġenu (THC + NOx)

CF inkwinant-finali(2)

1 + marġni, b'marġni = 0,43

1 + marġni, b'marġni = 0,5

CF inkwinant-temp(3)

2.1

1 + marġni, b'marġni = 0,5 

(0a) Sabiex jiġi vverifikat marġni ta' żball individwali tas-Sistemi tal-PEM biex jiġu kkomplementati jew sostitwiti l-marġnijiet fit-Tabella 2a fl-Anness għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe standard CEN li jipprovdi approċċ teknikament sod għall-valutazzjoni tal-marġni ta' żball tal-kejl tal-RDE fir-rigward tal-kejl ta' emissjonijiet gassużi u dawk ta' partikuli (NOx u PN) bil-għan li jiġi determinat standard tal-PEMS.

(1) L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju għandhom jitkejlu u jiġu rreġistrati fit-testijiet RDE kollha.

(2) CF inkwinant-finali huwa l-fattur ta' konformità użat biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-limiti ta' emissjoni Euro 6, espress bħala s-somma tal-mira għall-prestazzjoni tal-emissjonijiet tal-vetturi u l-inċertezzi tekniċi marbuta mal-użu tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS), jiġifieri marġni (ta' żball).

(3) CF inkwinant-temp huwa l-fattur ta' konformità temporanju li jista' jintuża wara talba tal-manifattur bħala alternattiva għal CFinkwinant-finali matul perjodu ta' 5 snin u 4 xhur wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5).".

</Amend></RepeatBlock-Amend>

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

Referenzi

COM(2019)0208 – C9-0009/2019 – 2019/0101(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.7.2019

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.7.2019

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Sven Schulze

29.7.2019

Data tal-adozzjoni

19.2.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Marco Campomenosi, Jakop G. Dalunde, Rosa D’Amato, Johan Danielsson, Andor Deli, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jan-Christoph Oetjen, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vera Tax, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clotilde Armand, Tom Berendsen, Paolo Borchia, Josianne Cutajar, Clare Daly, Angel Dzhambazki, Valter Flego, Roman Haider, Pär Holmgren, Ondřej Kovařík, Robert Roos, Henna Virkkunen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ECR

Angel Dzhambazki, Peter Lundgren, Tomasz Piotr Poręba, Robert Roos

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Elena Kountoura

ID

Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Roman Haider, Julie Lechanteux

PPE

Tom Berendsen, Andor Deli, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

RENEW

Clotilde Armand, José Ramón Bauzá Díaz, Valter Flego, Elsi Katainen, Ondřej Kovařík, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Josianne Cutajar, Johan Danielsson, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Bogusław Liberadzki, Rovana Plumb, Vera Tax, Petar Vitanov

7

-

GUE/NGL

Clare Daly

NI

Rosa D'Amato

VERTS/ALE

Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Pär Holmgren, Tilly Metz

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

Referenzi

COM(2019)0208 – C9-0009/2019 – 2019/0101(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.6.2019

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.7.2019

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.7.2019

IMCO

15.7.2019

TRAN

15.7.2019

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ITRE

23.7.2019

Kumitati assoċjati

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

19.12.2019

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Esther de Lange

10.9.2019

Eżami fil-kumitat

13.7.2020

Data tal-adozzjoni

14.7.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

14

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Bartosz Arłukowicz, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurelia Beigneux, Monika Beňová, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Malin Björk, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Miriam Dalli, Esther de Lange, Christian Doleschal, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Agnès Evren, Fredrick Federley, Andreas Glück, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Athanasios Konstantinou, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Ryszard Antoni Legutko, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Dan-Ștefan Motreanu, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Linea Søgaard-Lidell, Nicolae Ştefănuță, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Margarita de la Pisa Carrión, Billy Kelleher, Kateřina Konečná, Danilo Oscar Lancini, Susana Solís Pérez

Data tat-tressiq

20.7.2020

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

55

+

GUE/NGL

Anja HAZEKAMP, Petros KOKKALIS, Kateřina KONEČNÁ

NI

Athanasios KONSTANTINOU

PPE

Bartosz ARŁUKOWICZ, Traian BĂSESCU, Alexander BERNHUBER, Nathalie COLIN-OESTERLÉ, Christian DOLESCHAL, Agnès EVREN, Ewa KOPACZ, Esther de LANGE, Peter LIESE, Liudas MAŽYLIS, Dan-Ștefan MOTREANU, Ljudmila NOVAK, Stanislav POLČÁK, Jessica POLFJÄRD, Christine SCHNEIDER, Pernille WEISS, Michal WIEZIK

RENEW

Pascal CANFIN, Fredrick FEDERLEY, Martin HOJSÍK, Jan HUITEMA, Billy KELLEHER, Frédérique RIES, Susana SOLÍS PÉREZ, Linea SØGAARD-LIDELL, Véronique TRILLET-LENOIR

S&D

Nikos ANDROULAKIS, Marek Paweł BALT, Monika BEŇOVÁ, Simona BONAFÈ, Delara BURKHARDT, Sara CERDAS, Mohammed CHAHIM, Tudor CIUHODARU, Miriam DALLI, Jytte GUTELAND, Javi LÓPEZ, César LUENA, Alessandra MORETTI, Sándor RÓNAI, Günther SIDL, Petar VITANOV, Tiemo WÖLKEN

VERTS/ALE

Margrete AUKEN, Bas EICKHOUT, Pär HOLMGREN, Yannick JADOT, Tilly METZ, Ville NIINISTÖ, Grace O'SULLIVAN, Jutta PAULUS

14

-

ECR

Sergio BERLATO, Margarita DE LA PISA CARRIÓN, Joanna KOPCIŃSKA, Ryszard Antoni LEGUTKO, Alexandr VONDRA, Anna ZALEWSKA

GUE/NGL

Mick WALLACE

ID

Simona BALDASSARRE, Teuvo HAKKARAINEN, Danilo Oscar LANCINI, Sylvia LIMMER, Luisa REGIMENTI, Silvia SARDONE

NI

Eleonora EVI

11

0

ECR

Rob ROOKEN

GUE/NGL

Malin BJÖRK

ID

Aurelia BEIGNEUX, Catherine GRISET, Joëlle MÉLIN

PPE

Adam JARUBAS, Fulvio MARTUSCIELLO, Dolors MONTSERRAT, Edina TÓTH

RENEW

Andreas GLÜCK, Nicolae ŞTEFĂNUȚĂ

It-tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

[1] ĠU C 14, 15.1.2020, p. 78.

[2]  Azzjonijiet Diretti T-339/16 (Ville de Paris vs Il-Kummissjoni), T-352/16 (Ville de Bruxelles vs Il-Kummissjoni) u T-391/16 (Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni)

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Settembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza