RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores

22.7.2020 - (COM(2020)0240 – C9-0190/2020 – 2020/0118(CNS)) - *

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Younous Omarjee
(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2020/0118(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0140/2020
Testi mressqa :
A9-0140/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u tal-Azores

(COM(2020)0240 – C9-0190/2020 – 2020/0118(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0240),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0190/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0140/2020),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

A. Il-kuntest ġuridiku

 

L-Artikolu 349 jippermetti derogi mir-regoli tal-UE fir-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jikkumpensa parzjalment għal-lokazzjoni remota u d-diffikultajiet speċifiċi tagħhom. Din il-proposta hija waħda minn numru ta' proposti li se japplikaw tali derogi fil-qasam tat-tassazzjoni matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, jiġifieri 2021-2027.

 

B. Dazju tas-sisa fuq ir-rum, il-likur u l-eau-de-vie ta' produzzjoni lokali f'Madeira u l-Azores

 

L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni proposta jippermetti lill-Istat Portugiż inaqqas sa massimu ta' 75 %, meta mqabbel mar-rata normali, id-dazju tas-sisa fuq ir-rum, il-likur u l-eau-de-vie ta' produzzjoni lokali li jinbiegħ f'Madeira u fl-Azores. Din hija biss estensjoni tad-deroga attwali.

 

C. Dazju tas-sisa fuq ir-rum, il-likur u l-eau-de-vie prodott f'Madeira u l-Azores, u mibjugħ fil-Portugall kontinentali

 

L-Artikolu 2 tad-deċiżjoni proposta jippermetti lill-Istat Portugiż inaqqas sa massimu ta' 50%, meta mqabbel mar-rata normali, id-dazju tas-sisa fuq ir-rum, il-likur u l-eau-de-vie prodott f'Madeira u fl-Azores, iżda mibjugħ fil-Portugall kontinentali. Din hija dispożizzjoni ġdida, imfassla biex tgħin il-bejgħ ta' dawn il-prodotti li huma diffiċli li jiġu prodotti u mibjugħa bil-kundizzjonijiet tas-suq.

 

D. Definizzjoni tal-ispirti koperti

 

Id-definizzjoni tal-prodotti koperti mid-derogi tinsab fl-Artikolu 3, u hija bbażata fuq l-istatus tagħhom tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta (għar-rum ta' Madiera) jew l-oriġini lokali tal-ingredjenti mhux ipproċessati.

 

E. Rapportar

 

Id-Deċiżjoni toħloq obbligu għall-Portugall li jirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tad-deroga.

 

F. Evalwazzjoni tar-Rapporteur

 

Ir-rapporteur iqis li din id-deroga mir-regoli tat-tassazzjoni hija ġustifikata mill-ambitu limitat ħafna tagħha u mid-diffikultajiet ekonomiċi inerenti għall-produzzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi. Għalhekk jissuġġerixxi li din id-deċiżjoni proposta għandha tiġi approvata mill-Parlament mingħajr emendi, skont il-proċedura simplifikata stabbilita fl-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura.

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq ċerti prodotti alkoħoliċi prodotti fir-reġjuni awtonomi ta’ Madeira u tal-Azores

Referenzi

COM(2020)0240 – C9-0190/2020 – 2020/0118(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

26.6.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

8.7.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

8.7.2020

AGRI

8.7.2020

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ECON

3.7.2020

AGRI

7.7.2020

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Younous Omarjee

23.6.2020

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

16.7.2020

Data tal-adozzjoni

16.7.2020

 

 

 

Data tat-tressiq

22.7.2020

 

 

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Settembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza