Proċedura : 2020/0097(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0148/2020

Testi mressqa :

A9-0148/2020

Dibattiti :

PV 14/09/2020 - 22
CRE 14/09/2020 - 22
PV 26/04/2021 - 24
CRE 26/04/2021 - 24

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2020 - 9
PV 16/09/2020 - 12
PV 27/04/2021 - 14

Testi adottati :

P9_TA(2020)0218
P9_TA(2021)0128

<Date>{07/09/2020}7.9.2020</Date>
<NoDocSe>A9‑0148/2020</NoDocSe>
PDF 434kWORD 148k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili</Titre>

<DocRef>(COM(2020)0220 – C9-0160/2020 – 2020/0097(COD))</DocRef>


<Commission>{ENVI}Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</Commission>

Rapporteur: <Depute>Nikos Androulakis</Depute>

Rapporteur għal opinjoni (*):

Tomas Tobé, Kumitat għall-Iżvilupp

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL‑BAŻI ĠURIDIKA
 ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(COM(2020)0220 – C9-0160/2020 – 2020/0097(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0220),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 196(2) u 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0160/2020),

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0148/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

<RepeatBlock-Amend> 

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Kunsiderazzjoni 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 196 u l-Artikolu 322(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 196 tiegħu,

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 1a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) It-tibdil fil-klima qed iwassal għal żieda fil-frekwenza, l-intensità u l-kumplessità tad-diżastri naturali madwar id-dinja, u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, huma partikolarment vulnerabbli minħabba, minn naħa waħda, il-kapaċità sottożviluppata tagħhom li jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u li jimmitigawhom, u li jirreaġixxu għad-diżastri relatati mal-klima, u, min-naħa l-oħra, l-esponiment ġeografiku tagħhom għall-għargħar, in-nixfiet u n-nirien fil-foresti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2) Filwaqt li r-responsabbiltà primarja għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem tibqa' tal-Istati Membri, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, u b'mod partikolari r-rescEU, jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea billi jikkomplementa l-kapaċitajiet eżistenti tal-Istati Membri, filwaqt li jippermetti tħejjija u reazzjoni aktar effettivi, meta l-kapaċitajiet fil-livell nazzjonali ma jkunux suffiċjenti.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 2a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) In-nirien fil-foresti jheddu l-ħajjiet, l-għajxien u l-bijodiversità, jikkawżaw ir-rilaxx ta' ammonti kbar ta' emissjonijiet tal-karbonju u jnaqqsu l-kapaċità ta' assorbiment tal-karbonju tal-pjaneta, u dawn jaggravaw aktar it-tibdil fil-klima. Ta' tħassib partikolari huma s-sitwazzjonijiet fejn iż-żoni forestali jew radjuattivi kkontaminati jinqerdu bin-nar. Iż-żieda fid-diżastri relatati mal-klima, inklużi n-nirien fil-foresti, tirrikjedi tisħiħ tal-operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili barra mill-Unjoni, inklużi l-attivitajiet li jiffukaw fuq il-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-esperjenza bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-effettività tal-Unjoni fl-immaniġġar tal-kriżijiet hija limitata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ta' governanza tagħha, iżda wkoll mil-livell ta' tħejjija tal-Unjoni f'każ ta' diżastri li jolqtu l-maġġoranza tal-Istati Membri.

(3) L-esperjenza bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-effettività tal-Unjoni fl-immaniġġar tal-kriżijiet hija limitata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ta' governanza tagħha, iżda wkoll mil-livell ta' tħejjija tal-Unjoni f'każ ta' diżastri li jolqtu l-maġġoranza tal-Istati Membri. Barra minn hekk, huwa ċar li l-Unjoni u l-Istati Membri mhumiex preparati biżżejjed għal diżastri aktar estremi u kumplessi b'konsegwenzi globali estensivi u aktar fit-tul, bħal pandemija fuq skala kbira. Għalhekk, huwa essenzjali li l-azzjonijiet ta' protezzjoni ċivili mwettqa mill-Istati Membri jkunu koordinati aħjar u li r-rescEU tissaħħaħ.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 3a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-esperjenza tal-kriżi tal-COVID-19 uriet li l-Unjoni u l-Istati Membri mhumiex preparati adegwatament biex jirreaġixxu għal emerġenzi fuq skala kbira u li l-qafas legali eżistenti mhuwiex adegwat biżżejjed għall-iskop. Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat ukoll kif il-konsegwenzi tal-katastrofijiet għas-saħħa tal-bniedem, għall-ambjent, għas-soċjetà u għall-ekonomija jistgħu jkunu ta' kobor mingħajr preċedent. Fid-dawl tal-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċità u l-azzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tas-saħħa u l-protezzjoni ċivili, huwa essenzjali li r-rescEU tissaħħaħ u ssir aktar flessibbli u rapida, u li tkun ikkoordinata aħjar mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni ċivili. Huwa essenzjali wkoll li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni suffiċjenti dwar il-prevenzjoni u t-tħejjija tagħhom fir-rigward tal-emerġenzi.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 3b (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Sabiex jiġu mmassimizzati t-trasparenza u l-akkontabilità għaċ-ċittadini tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta gwida dwar kif jiġi kkalkulat il-proporzjon tal-infiq imwettaq permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili li jenħtieġ li jikkwalifika bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA).

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 3c (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Fid-dawl tal-esperjenza tat-tifqigħa tal-COVID-19 u b'kont meħud tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità ta' reazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tas-saħħa u tal-protezzjoni ċivili, ir-rescEU jenħtieġ li tissaħħaħ b'mod sinifikanti biex ittejjeb ir-rendiment tagħha f'kull wieħed mit-tliet pilastri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni: il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b'hekk inkunu mħejjija aħjar meta jseħħu ċirkostanzi bħal dawn fil-futur.

(5) Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b'hekk inkunu mħejjija aħjar meta jseħħu ċirkostanzi bħal dawn fil-futur. It-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jikkomplementa l-politiki u l-fondi tal-Unjoni u jenħtieġ li ma jkunx sostitut għall-integrazzjoni tal-prinċipju ta' reżiljenza għad-diżastri f'dawk il-politiki u l-fondi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 6</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex ittejjeb l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni tissokta tappoġġa l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri f'bosta setturi, u għal approċċi komprensivi ta' mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b'kunsiderazzjoni ta' approċċ ta' perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi u mal-operaturi ekonomiċi ewlenin. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem u li jkun imsejjes fuq għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha li jikkontribwixxu għal definizzjoni bażi tal-kapaċitajiet u t-tħejjija. Il-Kummissjoni se taħdem id f'id mal-Istati Membri biex tiddefinixxi l-għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha.

(6) Biex ittejjeb ir-reżiljenza u l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni ssaħħaħ l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri bejn il-fruntieri u f'bosta setturi, inklużi dawk li jseħħu minħabba attività siżmika, bħat-terremoti, jew minħabba għargħar jew instabbiltà idroġeoloġika, bħal uqigħ tal-art, u approċċi komprensivi ta' mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b'kunsiderazzjoni ta' approċċ ta' perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi u mal-operaturi ekonomiċi ewlenin. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali, transfruntieri u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġew fuq quddiem u jkunu msejsa fuq għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha li jikkontribwixxu għal definizzjoni bażi tal-kapaċitajiet u t-tħejjija. Il-Kummissjoni se taħdem id f'id mal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew biex tiddefinixxi l-għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 6a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex ikun żgurat li prevenzjoni tad-diżastri tkun effiċjenti, jenħtieġ li t-testijiet tal-istress u proċess għaċ-ċertifikazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni jitqiesu bħala elementi fundamentali. Valutazzjonijiet regolari tar-riskju fil-livell reġjonali u lokali huma meħtieġa biex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jieħdu miżuri biex isaħħu r-reżiljenza fejn meħtieġ, inkluż bl-użu tal-fondi eżistenti tal-Unjoni. Tali valutazzjonijiet tar-riskju jenħtieġ li jiffukaw fuq karatteristiċi speċifiċi għal kull reġjun, bħall-attività siżmika, l-għargħar frekwenti jew in-nirien fil-foresti. Dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu wkoll il-livell ta' kooperazzjoni transfruntiera, sabiex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkollu informazzjoni dettaljata dwar il-kapaċitajiet disponibbli lokalment sabiex l-intervent jista' jsir aktar speċifiku.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 6b (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-iżvilupp ta' għanijiet tal-Unjoni ta' reżiljenza għad-diżastri b'appoġġ għal azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija jenħtieġ li jinvolvi valutazzjoni eżatta tal-konsegwenzi u jqis il-konsegwenzi soċjali fit-tul osservati fl-ewwel stadju ta' wara emerġenza li jkunu ġestiti minn aġenziji tal-protezzjoni ċivili, b'attenzjoni partikolari għall-persuni l-aktar vulnerabbli.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 8a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-ħolqien ta' ġabra ta' riżorsi jiġbor flimkien sensiela ta' timijiet tas-salvataġġ, esperti u tagħmir li l-Istati Membri dejjem iżommu għal dak li jista' jinqala' b'rabta mal-missjonijiet ta' protezzjoni ċivili tal-Unjoni. Huwa essenzjali li dawk it-timijiet jirrispettaw kriterji eżiġenti ta' kwalità u affidabbiltà biex jiżguraw l-interoperabbiltà tagħhom.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 9</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmel użu minn infrastrutturi spazjali tal-Unjoni bħall-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), Galileo, is-Sistema ta' Għarfien ta' Sitwazzjonijiet u GOVSATCOM, li jipprovdu għodod importanti ta' reazzjoni għal emerġenzi interni u esterni fil-livell tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus qegħdin jagħtu appoġġ lill-ERCC fid-diversi fażijiet ta' emerġenza mit-twissija bikrija u l-prevenzjoni ta' diżastri u l-irkupru. Il-GOVSATCOM se tipprovdi kapaċità ta' komunikazzjoni bis-satellita sikura mfassla b'mod speċifiku għall-ħtiġijiet tal-utenti governattivi fl-immaniġġar ta' emerġenzi. Galileo hija l-ewwel infrastruttura globali ta' navigazzjoni u ta' pożizzjonament bis-satellita ddisinjata għal skopijiet ċivili fl-Ewropa u madwar id-dinja, u tista' tintuża f'oqsma oħra bħall-immaniġġar ta' emerġenzi, fosthom fl-attivitajiet ta' twissija bikrija. Is-servizzi rilevanti ta' Galileo se jinkludu servizz ta' emerġenza li jxandar, permezz tal-emissjoni ta' sinjali, twissijiet dwar diżastri naturali jew emerġenzi oħra f'oqsma partikolari. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz. Meta jiddeċiedu li jużawh sabiex jivvalidaw is-sistema, jenħtieġ li jidentifikaw u javżaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu se jużaw dak is-servizz ta' emerġenza.

(9) Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmel użu minn infrastrutturi spazjali tal-Unjoni bħall-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), Galileo, is-Sistema ta' Għarfien ta' Sitwazzjonijiet u GOVSATCOM, li jipprovdu għodod importanti ta' reazzjoni għal emerġenzi interni u esterni fil-livell tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus qegħdin jagħtu appoġġ lill-ERCC fid-diversi fażijiet ta' emerġenza mit-twissija bikrija u l-prevenzjoni sad-diżastru u l-irkupru. Il-GOVSATCOM se tipprovdi kapaċità ta' komunikazzjoni bis-satellita sikura mfassla b'mod speċifiku għall-ħtiġijiet tal-utenti governattivi fl-immaniġġar ta' emerġenzi. Galileo hija l-ewwel infrastruttura globali ta' navigazzjoni u ta' pożizzjonament bis-satellita ddisinjata għal skopijiet ċivili fl-Ewropa u madwar id-dinja, u tista' tintuża f'oqsma oħra bħall-immaniġġar ta' emerġenzi, fosthom fl-attivitajiet ta' twissija bikrija. Is-servizzi rilevanti ta' Galileo se jinkludu servizz ta' emerġenza li jxandar, permezz tal-emissjoni ta' sinjali, twissijiet dwar diżastri naturali jew emerġenzi oħra f'oqsma partikolari. Meta jitqies il-potenzjal tiegħu li jsalva l-ħajjiet u jiffaċilita l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' emerġenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jużaw dan is-servizz. Meta jiddeċiedu li jużawh sabiex jivvalidaw is-sistema, jenħtieġ li jidentifikaw u javżaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu se jużaw dak is-servizz ta' emerġenza.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 9a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u r-rescEU jenħtieġ li jiġu żviluppati b'mod li jippermetti lill-Unjoni tirreaġixxi b'mod effettiv għal firxa wiesgħa ta' emerġenzi. It-tibdil fil-klima qed iwassal għal żieda fil-frekwenza, l-intensità u l-kumplessità tad-diżastri naturali fl-Unjoni u madwar id-dinja, u jirrikjedi livell għoli ta' solidarjetà bejn il-pajjiżi. Kull sena, ħafna Stati Membi jiġu devastati minn nirien fil-foresti li jeqirdu eluf ta' ettari u jħallu bosta nies mejta. Din is-sitwazzjoni kienet partikolarment evidenti matul l-istaġun tan-nirien fil-foresti tal-2017 fil-Portugall, li wassal għall-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rescEU ta' Novembru 2017. Il-kapaċità ta' prevenzjoni u reazzjoni tal-Istati Membri, inklużi dawk milquta l-aktar min-nirien fil-foresti, ħafna drabi tkun insuffiċjenti. Huwa għalhekk essenzjali li l-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom jissaħħu, u li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jinkludi kapaċitajiet suffiċjenti, inkluż matul il-perjodu ta' tranżizzjoni tar-rescEU, biex tittieħed azzjoni meta jseħħu nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 9b (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Matul il-pandemija tal-COVID-19, abbażi tad-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-Kummissjoni setgħet tinkludi fir-rescEU kumulazzjoni ta' riżerva medika, li tikkonsisti f'kontromiżuri mediċi bħal tagħmir mediku għall-kura intensiva, tagħmir protettiv personali, provvisti tal-laboratorji, vaċċini u terapiji, għal skopijiet ta' tħejjija u reazzjoni għal theddida transfruntiera serja għas-saħħa. Minn din il-kumulazzjoni ta' riżerva medika, ingħata tagħmir protettiv personali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati. Madankollu, minħabba li l-Istati Membri biss jistgħu jakkwistaw, jikru jew jiksbu b'lokazzjoni l-kapaċitajiet tar-rescEU, għadda aktar minn xahar bejn l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni għall-istabbiliment tal-kumulazzjoni ta' riżerva msemmija hawn fuq u l-ewwel użu tat-tagħmir mediku u l-provvisti kkonċernati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 10</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Biex ikollha l-kapaċità operazzjonali tirreaġixxi malajr għal emerġenza fuq skala kbira jew għal avveniment bi probabbiltà baxxa u b'impatt kbir bħall-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li takkwista, tixtri, tikseb b'lokazzjoni jew tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tkun tista' tgħin lil dawk l-Istati Membri li jinħakmu minn emerġenzi fuq skala kbira, b'konformità mal-kompetenza ta' appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli. Dawn il-kapaċitajiet iridu jiġu prepożizzjonati f'ċentri loġistiċi ġewwa l-Unjoni jew, għal raġunijiet strateġiċi, permezz ta' networks fdati ta' ċentri bħall-Imħażen tar-Reazzjoni Umanitarja tan-NU.

(10) Sabiex ikollha l-kapaċità operazzjonali biex tirreaġixxi malajr u b'mod effettiv għal emerġenzi fuq skala kbira jew għal avvenimenti bi probabbiltà baxxa u b'impatt kbir bħall-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li takkwista, tixtri, tikseb b'lokazzjoni jew tikkuntratta b'mod awtonomu kapaċitajiet tar-rescEU biex tkun tista' tgħin lil dawk l-Istati Membri li jinħakmu minn emerġenzi fuq skala kbira kif ukoll emerġenzi transfruntieri, b'konformità mal-kompetenza ta' appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Dawn il-kapaċitajiet iridu jiġu prepożizzjonati f'ċentri loġistiċi ġewwa l-Unjoni. Meta jkun meħtieġ, l-EMA u l-ECDC jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar id-definizzjoni, l-immaniġġar u d-distribuzzjoni tal-kapaċitajiet dedikati għar-reazzjoni għall-emerġenzi mediċi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 10a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Fit-twettiq tal-attivitajiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli. Barra minn hekk, u sabiex tiġi evitata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza domestika, fi żminijiet ta' kriżi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, gwida bbażata fuq l-aħjar prattiki biex tappoġġa l-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend> Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 10b (ġdida)</Article>

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

(10b) Abbażi tal-prinċipji ta' solidarjetà u kopertura universali tas-servizzi tas-saħħa ta' kwalità u tar-rwol ċentrali tal-Unjoni fl-aċċelerazzjoni tal-progress rigward l-isfidi tas-saħħa globali, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, b'mod li jikseb sinerġija u komplementarjetà ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-programm l-UE għas-Saħħa, jenħtieġ li joħloq prevenzjoni, tħejjija u kapaċità ta' reazzjoni aħjar fir-rigward tal-emerġenzi mediċi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>20</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-kapaċitajiet tar-rescEU li jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b'lokazzjoni jew inkella jiġu kkuntrattati mill-Istati jistgħu jintużaw għal skopijiet nazzjonali, iżda dan meta ma jkunux qed jintużaw jew ikunu meħtieġa għal operazzjoni ta' reazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

(11) Il-kapaċitajiet tar-rescEU li jinxtraw, jinkrew, jinkisbu b'lokazzjoni jew inkella jiġu kkuntrattati mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni jistgħu jintużaw għal skopijiet nazzjonali mill-Istati Membri li jospitaw dawk il-kapaċitajiet, iżda dan meta ma jkunux qed jintużaw jew ikunu meħtieġa għal operazzjonijiet ta' reazzjoni permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u filwaqt li l-prijorità tingħata lill-ġlieda kontra l-emerġenzi transfruntieri.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>21</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 12 </Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fejn meħtieġ l-Unjoni għandha l-interess li tirreaġixxi f'pajjiżi terzi. Filwaqt li primarjament il-kapaċitajiet tar-rescEU inħolqu bħala xibka ta' sikurezza fl-Unjoni, dawn jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni f'każijiet iġġustifikati kif xieraq u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji umanitarji.

(12) Fejn meħtieġ l-Unjoni għandha l-interess li tirreaġixxi f'pajjiżi terzi. Filwaqt li primarjament il-kapaċitajiet tar-rescEU nħolqu bħala xibka ta' sikurezza fl-Unjoni, dawn jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, b'konsultazzjoni ma' atturi umanitarji qabel l-interventi, u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji umanitarji.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>22</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 13</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-Istati Membri jistgħu jingħataw appoġġ biex jagħtu l-assistenza bis-setgħa tat-tisħiħ ulterjuri tar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili billi l-kostijiet operatorji tal-kapaċitajiet impenjati jiġu kofinanzjati meta jintużaw barra mill-Unjoni.

(13) Sabiex l-Istati Membri jingħataw appoġġ biex jagħtu l-assistenza anki barra l-Unjoni, ir-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili jenħtieġ li tissaħħaħ aktar bil-kofinanzjament tal-kostijiet operattivi tal-kapaċitajiet impenjati fl-istess livell, irrispettivament minn jekk jintużawx fl-Unjoni jew barra l-Unjoni.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>23</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 14a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fit-tifi tan-nirien fil-foresti mill-ajru u b'reazzjoni għal diżastri oħra, il-proċessi amministrattivi jenħtieġ li jiġu simplifikati, meta jkun possibbli, sabiex ikun żgurat intervent immedjat.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>24</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 16</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta jitqies li l-iskjerament ta' kapaċitajiet tar-rescEU għall-kapaċitajiet ta' rispons fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħti valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni għaliex jiżgura r-reazzjoni effettiva u rapida għal persuni f'emerġenza, jenħtieġ li jsiru obbligi ulterjuri b'rabta mal-viżibbiltà biex l-Unjoni tingħata prominenza.

(16) Meta jitqies li l-użu ta' kapaċitajiet tar-rescEU għall-kapaċitajiet ta' reazzjoni fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħti valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni għaliex jiżgura reazzjoni effettiva u rapida għal persuni f'emerġenzi, jenħtieġ li jissaħħu l-obbligi biex tingħata informazzjoni liċ-ċittadini u lill-midja tal-Unjoni u anki biex tingħata prominenza lill-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jirċievu linji gwida dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni għal kull intervent partikolari biex jiżguraw li r-rwol tal-Unjoni jingħata l-viżibbiltà li jixraqlu.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>25</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 17</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-ġestjoni indiretta jenħtieġ li tintuża bħala metodu għall-implimentazzjoni tal-baġit sabiex tiżdied il-flessibbiltà kif ukoll biex il-baġit jiġi eżegwit bl-aħjar mod possibbli.

(17) Sabiex tiżdied il-flessibbiltà kif ukoll biex tinkiseb implimentazzjoni ottimali tal-baġit, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tipprevedi l-ġestjoni indiretta bħala metodu ta' eżekuzzjoni tal-baġit, biex jintuża meta dan ikun iġġustifikat min-natura u l-kontenut tal-azzjoni kkonċernata.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, inklużi d-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandha tkun privileġġata, kull fejn possibbli. Il-ġestjoni indiretta għandha tintuża biss meta jkun jista' jintwera b'mod ċar li hija mod aktar effettiv u effiċjenti ta' implimentazzjoni għat-tip ta' azzjoni inkwistjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>26</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 17a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) F'konformità mal-Artikolu 155 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ("ir-Regolament Finanzjarju"), l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 25(2) ta' din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom kull sena. Ir-rekwiżiti ta' rapportar għal dawk l-entitajiet huma stipulati fil-ftehim ta' verifika msemmi fl-Artikolu 130(3) tar-Regolament Finanzjarju.

 

____________________

 

1a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Billi l-ġestjoni indiretta hija mod ġdid ta' implimentazzjoni skont il-UCPM, huwa importanti li jitfakkru l-obbligi ta' rapportar ta' entitajiet li joperaw taħt ġestjoni indiretta kif stabbilit fl-Artikolu 155 tar-Regolament Finanzjarju.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>27</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 18</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE l-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali li jindikaw l-allokazzjonijiet ippjanati biex tippromwovi l-prevedibbiltà u l-effettività fit-tul. Dan jenħtieġ li jgħin lill-Unjoni tkun aktar flessibbli fl-eżekuzzjoni tal-baġit u b'hekk issaħħaħ l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija.

imħassar

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>28</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 18a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-atti delegati jenħtieġ li jiddefinixxu kompetenzi msaħħa tal-Aġenziji ewlenin tal-Unjoni biex jimmaniġġaw il-kapaċitajiet tar-rescEU, imexxu l-proċess tal-akkwist u jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kwantitajiet u prodotti speċifiċi li jitqiegħdu f'ċentri loġistiċi mxerrda ġeografikament.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>29</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 18b (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) L-istabbiliment, il-ġestjoni u d-distribuzzjoni tar-riżervi strateġiċi tal-Unjoni u l-kumulazzjoni ta' riżervi ta' kapaċitajiet dedikati għar-reazzjoni għall-emerġenzi mediċi fl-ambitu tal-programm l-UE għas-Saħħa jenħtieġ li jikkomplementaw ir-riżervi tar-rescEU.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>30</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 22a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti wkoll il-possibbiltà ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali volontarji mill-Istati Membri.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>31</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 23</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Filwaqt li l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' tħejjija huma essenzjali biex tissaħħaħ is-sodezza tal-Unjoni meta tħabbat wiċċha ma' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, hija fin-natura tad-diżastri li l-okkorrenza, meta u d-daqs tagħhom huma imprevedibbli. Kif ħareġ fid-dieher fil-kriżi riċenti tal-COVID-19, ir-riżorsi finanzjarji mitluba biex tiġi żgurata reazzjoni xierqa jistgħu jvarjaw ħafna minn sena għal oħra u jenħtieġ li jkunu disponibbli minnufih. B'konsegwenza ta' dan, ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipji tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda tfisser li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi trid tiġi adattata. Għaldaqstant, minbarra l-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ikun xieraq li l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx jitħallew jiġu riportati, b'limitu għas-sena ta' wara u biss f'każ ta' azzjoni ta' reazzjoni.

(23) Filwaqt li l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' tħejjija huma essenzjali biex tissaħħaħ is-sodezza tal-Unjoni meta tħabbat wiċċha ma' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, hija fin-natura tad-diżastri li l-okkorrenza, meta u d-daqs tagħhom huma imprevedibbli. Kif ħareġ fid-dieher fil-kriżi riċenti tal-COVID-19, ir-riżorsi finanzjarji mitluba biex tiġi żgurata reazzjoni xierqa jistgħu jvarjaw ħafna minn sena għal oħra u jenħtieġ li jkunu disponibbli minnufih. B'konsegwenza ta' dan, ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipji tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda tfisser li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi trid tiġi adattata. Għaldaqstant, minbarra l-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ikun xieraq li l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx jitħallew jiġu riportati, b'limitu għas-sena ta' wara u f'każ ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni, ta' tħejjija u ta' reazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>32</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 25</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE mhuwiex flessibbli biżżejjed biex l-Unjoni tkun tista' taġġusta l-investimenti għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-reazzjoni b'mod xieraq, u għaldaqstant qiegħed jitħassar. Il-livelli ta' investimenti li se jiġu allokati għall-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-immaniġġar tar-riskju ta' diżastri iridu jiġu deċiżi minn qabel. Dan in-nuqqas ta' flessibbiltà jżomm lura lill-Unjoni milli tkun f'pożizzjoni li tirreaġixxi għan-natura imprevedibbli tad-diżastri.

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>33</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 25a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Matul il-pandemija tal-COVID-19, sabiex ikun hemm kapaċitajiet tar-rescEU li jiffunzjonaw u biex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jirreaġixxi b'mod effettiv għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni, tqiegħdu għad-dispożizzjoni approprjazzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-finanzjament ta' azzjonijiet taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Huwa importanti li l-Unjoni tingħata l-flessibbiltà neċessarja biex tkun tista' tirreaġixxi b'mod effettiv għan-natura imprevedibbli tad-diżastri, filwaqt li fl-istess ħin iżżomm ċerta prevedibbiltà fit-twettiq tal-objettivi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Huwa importanti li jinkiseb il-bilanċ neċessarju fit-twettiq ta' dawk l-objettivi. Sabiex jiġu aġġornati l-perċentwali stabbiliti fl-Anness I, skont il-prijoritajiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni riformat, jenħtieġ li l-Kummissjon tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>34</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 1 – paragrafu 2</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-protezzjoni li għandha tiġi żgurata taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandha primarjament tkopri l-persuni, imma wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, kontra kull tip ta' diżastru naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi l-konsegwenzi ta' atti terroristiċi u ta' diżastri teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali, tniġġis tal-baħar u emerġenzi akuti tas-saħħa, li jseħħu ġewwa jew barra l-Unjoni. Fil-każ tal-konsegwenzi ta' atti terroristiċi jew diżastri radjoloġiċi, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista' jkopri biss l-azzjonijiet ta' tħejjija u ta' reazzjoni.

"2. Il-protezzjoni li għandha tiġi żgurata taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandha primarjament tkopri l-persuni, imma wkoll l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, kontra kull tip ta' diżastru naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inklużi l-konsegwenzi ta' atti terroristiċi u ta' diżastri teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali, tniġġis tal-baħar, instabbiltà idroġeoloġika u emerġenzi akuti tas-saħħa, li jseħħu ġewwa jew barra l-Unjoni. Fil-każ tal-konsegwenzi ta' atti terroristiċi jew diżastri radjoloġiċi, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jista' jkopri biss l-azzjonijiet ta' tħejjija u ta' reazzjoni."

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>35</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 1 – paragrafu 3</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni prattiċi, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri li jħarsu l-persuni, l-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kultural,i fit-territorju tagħhom kontra diżastri u li jipprovdu kapaċitajiet suffiċjenti lis-sistemi tagħhom ta' ġestjoni tad-diżastri biex jippermettulhom ilaħħqu b'mod adegwat u konsistenti ma' diżastri ta' natura u skala li jistgħu raġonevolment jistennew u jkunu ppreparati għalihom.

"3. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għandu jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni prattiċi, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri li jħarsu l-persuni, l-ambjent, l-art u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali fit-territorju tagħhom kontra diżastri u li jipprovdu kapaċitajiet suffiċjenti lis-sistemi tagħhom ta' ġestjoni tad-diżastri biex jippermettulhom jipprevjenu u jlaħħqu b'mod adegwat u konsistenti ma' diżastri ta' natura u skala li jistgħu raġonevolment jistennew u jkunu ppreparati għalihom."

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>36</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1b) Fl-Artikolu 3(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c) li tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida u effiċjenti f'każ ta' diżastri jew diżastri imminenti, inkluż billi jittieħdu miżuri biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati ta' id-diżastri;

"(c) li tiġi ffaċilitata reazzjoni rapida u effiċjenti f'każ ta' diżastri jew diżastri imminenti, inkluż billi jitneħħa kwalunkwe ostaklu ta' natura burokratika."

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>37</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"4a. "għanijiet tal-Unjoni marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri" tfisser objettivi stabbiliti biex jappoġġaw azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija għall-finijiet tat-titjib tal-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jifilħu għall-effetti ta' diżastru li jikkawża jew li jista' jikkawża effetti transkonfinali, biex tiġi pprovduta bażi komuni rigward il-preservazzjoni, minkejja l-effetti ta' tali diżastru, ta' funzjonijiet soċjetali kritiċi, u biex jiġi żgurat li s-suq intern jiffunzjona kif xieraq f'kuntest bħal dan;"

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>38</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b) Fl-Artikolu 5(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c) tistabbilixxi u taġġorna regolarment perspettiva ġenerali u mappa transsettorjali tar-riskji ta' diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem li tista' tiffaċċja l-Unjoni, billi tieħu approċċ koerenti fl-oqsma ta' politika differenti li jistgħu jindirizzaw jew jaffettwaw il-prevenzjoni tad-diżastri u billi tieħu kont debitu tal-impatti possibbli tat-tibdil fil-klima;

"(c) tistabbilixxi u taġġorna regolarment perspettiva ġenerali u mappa transsettorjali tar-riskji ta' diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem – inklużi diżastri li jikkawżaw jew li jistgħu jikkawżaw effetti transkonfinali – li tista' tiffaċċja l-Unjoni, billi tieħu approċċ koerenti fl-oqsma ta' politika differenti li jistgħu jindirizzaw jew jaffettwaw il-prevenzjoni tad-diżastri u billi tieħu kont debitu tal-impatti possibbli tat-tibdil fil-klima;"

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>39</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt h</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1c) Fl-Artikolu 5(1), il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(h) tippromwovi l-użu ta' diversi fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta' diżastri u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta' finanzjament;

"(h) tippromwovi l-użu ta' fondi tal-Unjoni li jistgħu jappoġġaw il-prevenzjoni sostenibbli ta' diżastri, inklużi dawk ikkawżati mill-instabbiltà idroġeoloġika, u tinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lir-reġjuni jisfruttaw dawk l-opportunitajiet ta' finanzjament;"

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>40</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) Fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c) jiżviluppaw u jirfinaw aktar l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastru fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali adatt;

"(c) jiżviluppaw u jirfinaw aktar l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastru fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali adatt, inkluż fir-rigward tal-kollaborazzjoni transfruntiera, fid-dawl tal-għanijiet tal-Unjoni marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri msemmija fl-Artikolu 6(5) u r-riskji relatati ma' diżastri li jikkawżaw jew li kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinali;"

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>41</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend><Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt -aa (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d</Article2>

 

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa) Fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d) iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sommarju tal-elementi rilevanti tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), b'enfasi fuq ir-riskji ewlenin. Għal riskji ewlenin li għandhom impatti transkonfinali kif ukoll, fejn xieraq, għal riskji ta' probabbiltà baxxa b'impatt qawwi, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri prijoritarji ta' prevenzjoni u tħejjija. Is-sommarju għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull tliet snin minn dik id-data 'l quddiem u kull meta jkun hemm bidliet importanti;

"(d) iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sommarju tal-elementi rilevanti tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b), b'enfasi fuq ir-riskji ewlenin. Għal riskji ewlenin li għandhom impatti transfruntiera u riskji relatati ma' diżastri li jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw effetti transkonfinali, kif ukoll, fejn xieraq, għal riskji ta' probabbiltà baxxa b'impatt qawwi, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri prijoritarji ta' prevenzjoni u tħejjija. Is-sommarju għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull tliet snin minn dik id-data 'l quddiem u kull meta jkun hemm bidliet importanti;"

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>42</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) itejbu l-ġbir ta' data dwar it-telf mid-diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell sottonazzjonali xieraq biex jiġu żgurat l-immudellar ta' xenarji bbażat fuq l-evidenza kif inhu msemmi fl-Artikolu 10(1).;

(f) itejbu l-ġbir ta' data dwar it-telf mid-diżastri fil-livell nazzjonali jew fil-livell subnazzjonali xieraq biex jiġu żgurat l-immudellar ta' xenarji bbażat fuq l-evidenza kif inhu msemmi fl-Artikolu 10(1), speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni tal-lakuni fil-kapaċitajiet transfruntiera ta' reazzjoni għad-diżastri.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>43</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 6 – paragrafu 5</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija. L-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta' avvenimenti imprevedibbli ta' diżastru b'impatt għoli u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskju ta' diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli.

5. Sa ... [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni emendatorja], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 sabiex tissupplementa din id-Deċiżjoni billi tistabbilixxi l-għanijiet tal-Unjoni marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija. L-għanijiet marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta' avvenimenti imprevedibbli ta' diżastru b'impatt għoli u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawk l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità fuq ir-riskju ta' diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali u analiżi tal-impatt soċjali fit-tul fuq ir-reġjuni affettwati, b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli. Fit-tfassil tal-għanijiet marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri, il-Kummissjoni għandha tiffoka speċifikament fuq diżastri rikorrenti li jolqtu r-reġjuni tal-Istati Membri u tissuġġerixxi li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri konkreti, inklużi dawk li għandhom jiġu implimentati bl-użu ta' fondi tal-Unjoni, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-kriżijiet.

Fejn meħtieġ il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 30 biex tiddefinixxi l-għanijiet tal-Unjoni tar-reżiljenza għad-diżastri.

 

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>44</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod partikolari l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġa r-rispons għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f'ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f'kuntatt mill-qrib mas-sistemi nazzjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.

B'mod partikolari, l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġa r-reazzjoni għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f'ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f'kuntatt mill-qrib mas-sistemi nazzjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili, ma' gruppi volontarji fil-livell tal-komunità u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>45</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 8 – punt c – inċiż 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 biex jiżviluppa sistemi ta' detezzjoni u ta' twissija transnazzjonali ta' interess għall-Unjoni;

 biex jiżviluppa sistemi ta' detezzjoni u ta' twissija bikrija transnazzjonali ta' interess għall-Unjoni sabiex jittaffew l-effetti immedjati tad-diżastri jew tal-pandemiji fuq il-ħajja tal-bniedem;

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>46</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 8 – punt c – inċiż 3a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– biex jagħti assistenza teknika ta' taħriġ lill-komunitajiet lokali bil-ħsieb li jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom fir-rigward tal-ewwel reazzjoni tagħhom għal kriżi mingħajr assistenza;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>47</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 9 – paragrafu 10a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"10a. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw li l-persunal tal-ewwel intervent ikun mgħammar u mħejji sew biex jirreaġixxi għal kwalunkwe tip ta' sitwazzjoni ta' diżastru kif imsemmi fl-Artikolu 1."

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>48</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 10 – paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni u l-Istati għandu jaħdmu id f'id biex itejbu l-ippjanar tar-reżiljenza transsettorjali, kemm għal diżastri naturali kif ukoll għal dawk ikkawżati mill-bniedem li x'aktarx ikollhom effett transfruntier, fosthom l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima. L-ippjanar tar-reżiljenza għandu jinkludi bini ta' xenarji fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni u r-reazzjoni ta' diżastri bbażata fuq il-valutazzjonijiet tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u l-ħarsa ġenerali lejn ir-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-ippjanar dwar l-immaniġġar tar-riskji tad-diżastri msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), id-data dwar it-telf marbuta mad-diżastri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1), l-immappjar tal-assi u l-iżviluppar ta' pjanijiet għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(5).

1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu id f'id biex itejbu l-ippjanar tar-reżiljenza transsettorjali, kemm għal diżastri naturali kif ukoll għal dawk ikkawżati mill-bniedem li x'aktarx ikollhom effett transkonfinali, fosthom l-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u l-inċidenza dejjem akbar ta' nirien fil-foresti transfruntiera. L-ippjanar tar-reżiljenza għandu jinkludi bini ta' xenarji fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni u r-reazzjoni ta' diżastri bbażata fuq il-valutazzjonijiet tar-riskji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u l-ħarsa ġenerali lejn ir-riskji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), l-ippjanar dwar l-immaniġġar tar-riskji tad-diżastri msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1), id-data dwar it-telf marbuta mad-diżastri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1), l-immappjar tal-assi u l-iżviluppar ta' pjanijiet għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(5).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>49</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 10 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn l-iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni.

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn l-iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar tar-reżiljenza għad-diżastri ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni, b'konsultazzjoni, kemm jista' jkun, mal-atturi umanitarji – inklużi dawk lokali – u mal-awtoritajiet lokali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>50</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 11 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fuq il-bażi tar-riskji identifikati, l-għanijiet tar-reżiljenza msemmija fl-Artikolu 6(5), il-bini ta' xenarji msemmi fl-Artikolu 10(1) u l-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2), it-tipi u l-għadd ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni ewlenin ikunu meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ("l-għanijiet tal-kapaċità").

2. Fuq il-bażi tar-riskji identifikati, il-kapaċitajiet ġenerali, il-lakuni u kwalunkwe għan tal-Unjoni marbut mar-reżiljenza għad-diżastri eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 6(5), u kwalunkwe bini ta' xenarji eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddefinixxi t-tipi u tispeċifika l-għadd ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni ewlenin meħtieġa għar-Riżerva Ewropea ta' Protezzjoni Ċivili ("l-għanijiet tal-kapaċità"). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>51</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tuża atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2) biex tiddefinixxi l-kapaċitajiet tar-rescEU, fuq il-bażi tal-għanijiet ta' reżiljenza msemmija fl-Artikolu 6(5), tal-bini ta' xenarji msemmija fl-Artikolu 10(1), b'kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati u emerġenti u tal-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi fil-livell tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma tat-tifi tan-nar tal-foresti mill-ajru, tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, u reazzjoni medika ta' emerġenza.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f'ċentri loġistiċi, riżervi Ewropej ta' kontromiżuri mediċi u tagħmir mediku li jinkludu l-kontromiżuri mediċi li jirrispondu għal ċirkostanzi li jkollhom impatt kbir u probabbiltà baxxa. Il-Kummissjoni għandha tuża atti ta' implimentazzjoni biex tiddefinixxi fiex jikkonsistu l-kapaċitajiet tar-rescEU, fuq il-bażi – inter alia – ta' kwalunkwe għan tal-Unjoni marbut mar-reżiljenza għad-diżastri kif imsemmi fl-Artikolu 6(5) u kwalunkwe bini ta' xenarji eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), b'kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati u emerġenti u tal-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi fil-livell tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma tat-tifi tan-nirien fil-foresti mill-ajru, tas-salvataġġi wara terremoti u għargħar, tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, u ta' reazzjoni medika f'każ ta' emerġenza. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment l-informazzjoni dwar l-għadd u l-klassifikazzjoni tal-kapaċitajiet tar-rescEU u tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni direttament.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>52</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-kapaċitajiet iddedikati għar-reazzjoni għal emerġenzi mediċi, bħal pereżempju ħażna strateġika, timijiet mediċi ta' emerġenza u kwalunkwe kapaċità rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jinkisbu sinerġiji u koordinazzjoni effettivi ma' programmi oħra tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-Programm l-UE għas-Saħħa1a u ma' atturi rilevanti oħra tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali.

 

_______________________

 

1a Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 ("il-Programm l-UE għas-Saħħa"), COM(2020) 405 final

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>53</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b'lokazzjoni jew mikrija u / jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' takkwista, tikri, tikseb b'lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tisstokkja jew tiddistribwixxi provvisti jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta' proċedura ta' akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, jinkrew, jinkisbu b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b'lokazzjoni jew mikrija u / jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' takkwista, tikri, tikseb b'lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tistokkja jew tiddistribwixxi provvisti ta' kwalità għolja jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta' proċedura ta' akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tikseb il-kapaċitajiet tar-rescEU, hija għandha żżomm is-sjieda ta' tali kapaċitajiet anke meta dawn jitqassmu lill-Istati Membri. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew ikkuntratti b'xi mod ieħor mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kontroll sħiħ ta' tali kapaċitajiet. Meta l-Kummissjoni tikseb kapaċitajiet li ma jistgħux jerġgħu jintużaw, hija tista' tittrasferixxi s-sjieda ta' tali kapaċitajiet lill-Istat Membru rikjedenti. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew ikkuntrattati b'xi mod ieħor mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-kriżi tal-COVID-19 uriet biċ-ċar l-importanza tal-kontroll tal-kwalità ta' kwalunkwe provvista u tagħmir mediku, speċjalment meta l-akkwist isir minn barra l-Unjoni.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>54</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 3</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b'lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b'mod strateġiku ġewwa l-Unjoni. F'konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-kapaċitajiet ta' rescEU li jiġu akkwistati, jinkrew, miksuba b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu lokalizzati wkoll f'pajjiżi terzi permezz ta' netwerks fdati ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b'lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew ikkuntrattati b'xi mod ieħor mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b'mod strateġiku ġewwa l-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>55</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt aa (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 5</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa) Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5. Stat Membru li huwa sid ta', li jikri jew li jkollu b'lease, kapaċitajiet tar-rescEU għandu jiżgura r-reġistrazzjoni ta' dawk il-kapaċitajiet fis-CECIS, u d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tagħhom għal operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

"5. Il-Kummissjoni jew l-Istat Membru li jkunu sid ta', li jikru, li jkollhom b'lokazzjoni jew li b'xi mod ieħor jikkuntrattaw kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiżguraw ir-reġistrazzjoni ta' dawk il-kapaċitajiet fis-CECIS, u d-disponibbiltà u l-istazzjonabbiltà tagħhom għal operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU jistgħu jintużaw biss għal finijiet nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4a), meta ma jkunux użati jew meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU jistgħu jintużaw biss għal finijiet nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4a), meta ma jkunux użati jew meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jintużaw f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni adottati taħt il-punt (g) tal-Artikolu 32(1) u mal-kuntratti operazzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru li jkun is-sid ta', jew li jkun qed jikri jew ikollu b'lease, tali kapaċitajiet, li jispeċifikaw aktar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-istazzjonar ta' kapaċitajiet tar-rescEU, inkluż il-persunal parteċipanti.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jintużaw f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni adottati taħt il-punt (g) tal-Artikolu 32(1) u mal-kuntratti operazzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru li jkun is-sid ta', jew li jkun qed jikri jew ikollu b'lokazzjoni, tali kapaċitajiet, li jispeċifikaw aktar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-istazzjonar ta' kapaċitajiet tar-rescEU, inkluż il-persunal parteċipanti.

 

It-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratti operazzjonali għandhom jiżguraw ukoll li l-kapaċitajiet tar-rescEU jintużaw f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari mar-rekwiżit li l-kapaċitajiet tar-rescEU jkunu disponibbli kif stabbilit fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u mal-għanijiet ġenerali kif stabbiliti fl-Artikolu 1. Dawk it-termini u l-kundizzjonijiet għandhom ukoll jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità sabiex jitħares l-użu xieraq tal-fondi tal-Unjoni.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594134200012&from=MT)

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>56</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 10 – subparagrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-kapaċitajiet ta' rescEU jistgħu jiġi skjerati barra mill-Unjoni skont il-paragrafi minn 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu.

il-kapaċitajiet tar-rescEU jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni skont il-paragrafi minn 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi li jiggarantixxu r-responsabbiltà u l-użu korrett tal-kapaċitajiet tar-rescEU f'pajjiżi terzi, inkluż l-għoti ta' aċċess minn uffiċjali ta' kontroll tal-Unjoni. Il-viżibbiltà tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni f'pajjiżi terzi għandha tiġi żgurata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 20a ta' din id-Deċiżjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>57</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt fa (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(fa) joħloq kapaċitajiet ta' għarfien espert speċifiku ta' reazzjoni li jistgħu jintużaw f'każ ta' diżastri li jaffettwaw il-wirt kulturali."

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>58</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tiġbor u tanalizza informazzjoni validata dwar is-sitwazzjoni, flimkien mal-Istat Membri milqut, bil-għan li tiġġenera għarfien komuni tas-sitwazzjoni, u xxerrdu fost l-Istati Membri;

(b) tiġbor u tanalizza informazzjoni validata dwar is-sitwazzjoni, flimkien mal-Istat Membru milqut, bil-għan li tiġġenera għarfien komuni tas-sitwazzjoni u r-reazzjoni għaliha, u xxerrdu direttament fost l-Istati Membri;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>59</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 16 – paragrafu 2</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a) Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. L-interventi taħt dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' dan tal-aħħar. Fil-każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, u tirrispetta l-prinċipji umanitarji.

"2. L-interventi taħt dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' dan tal-aħħar. Fil-każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, tikkonsulta mal-atturi umanitarji, inklużi dawk lokali, u tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, u tirrispetta l-prinċipji umanitarji."

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>60</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fuq talba għal kompetenza esperta fil-prevenzjoni b'konformità mal-Artikolu 5(2);

(a) fuq talba għal kompetenza esperta fil-prevenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(2), partikolarment f'każ ta' pandemija;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>61</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fuq talba għal kompetenza esperta fit-tħejjija b'konformità mal-Artikolu 13(3);

(b) fuq talba għal kompetenza esperta fit-tħejjija f'konformità mal-Artikolu 13(3), partikolarment f'każ ta' pandemija;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>62</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) tiżviluppa materjal kartografiku għall-użu u l-mobilizzazzjoni rapidi tar-riżorsi, speċjalment fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni transfruntiera għall-fini ta' riskji transkonfinali bħal nirien fil-foresti;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>63</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt ba (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba) fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-allokazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u għall-ksib tal-objettivi tiegħu.

"L-allokazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 19a tista' tkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u għall-ksib tal-objettivi tiegħu."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>64</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt bb (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 19a għandu jiġi allokat biex ikopri azzjonijiet dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>65</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt c</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 4</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

"4. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafi 1 u 1a għandu jkun allokat biex ikopri azzjonijiet dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem.";

 

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>66</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 4</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca) Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat, fuq il-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-perċentwali u l-prinċipji mniżżlin fl-Anness I.

"4.  Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat, fuq il-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-perċentwali mniżżlin fil-punt 1 tal-Anness 1 u l-prinċipji mniżżlin fil-punt 3 ta' dak l-Anness.";

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=159411887242113)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>67</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt cb (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 4a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"4a. Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 19a għandu jiġi allokat, għall-perjodu mill-2021 sal-2027, skont il-perċentwali mniżżlin fil-punt 2 tal-Anness 1 u l-prinċipji mniżżlin fil-punt 3 ta' dak l-Anness.";

 

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>68</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend> 

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt d</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafi 5 u 6</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-paragrafi 5 u 6 huma mħassra.

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>69</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt da (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 5</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi il-mod ta' tqassim imniżżel fl-Anness I fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 34(2). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn neċessarju, fid-dawl tar-riżultati ta' dik ir-reviżjoni, atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 30, biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fl-Anness I b'aktar minn 8 punti perċentwali u sa 16-il punt perċentwali. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Ġunju 2017.

"5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-mod ta' tqassim imniżżel fl-Anness I fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(3). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn neċessarju, fid-dawl ta' avvenimenti mhux mistennija li jaffettwaw l-eżekuzzjoni tal-baġit jew fid-dawl tal-istabbiliment ta' kapaċitajiet tar-rescEU, atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 30 sabiex temenda l-Anness I biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fil-punti 1 u 2 tal-Anness I b'aktar minn 10 punti perċentwali.";

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>70</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt db (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 6</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(db) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

6.  Meta, f'każ ta' reviżjoni neċessarja tar-riżorsi baġitarji disponibbli għall-azzjonijiet ta' reazzjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jirrikjedu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fl-Anness I b'aktar minn 8 punti perċentwali u sa 16-il punt perċentwali, fl-allokazzjonijiet baġitarji disponibbli u f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 31.

"6.  Meta, f'każ ta' reviżjoni neċessarja tar-riżorsi baġitarji disponibbli għall-azzjonijiet ta' reazzjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jirrikjedu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex temenda l-Anness I biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri fil-punti 1 u 2 tal-Anness I b'aktar minn 10 punti perċentwali, fl-allokazzjonijiet baġitarji disponibbli u f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 31.";

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421)

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>71</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt dc (ġdid)

</Article><DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 6a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"6a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru ..../... li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta'... 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda."

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>72</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19a – paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati skont din id-Deċiżjoni permezz tal-ammonti msemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament, soġġetti għall-Artikolu 4(4) u (8) tiegħu.

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati skont din id-Deċiżjoni b'ammont ta' EUR 2 187 620 000 fi prezzijiet attwali kif imsemmi fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament, soġġetti għall-Artikolu 4(4) u (8) tiegħu.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Huwa preferibbli, għal raġunijiet ta' ċarezza u trasparenza, li fil-bażi legali tal-UCPM jiġi kkwotat l-ammont eżatt li għandu jiġi previst għall-UCPM permezz tal-Istrument għall-Irkupru.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>73</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 20a – paragrafu 1 – subparagrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwull assistenza jew finanzjament ipprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

Kwalunkwe assistenza jew finanzjament ipprovduti taħt din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa f'konformità mal-linji gwida speċifiċi maħruġa mill-Kummissjoni għal interventi konkreti. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>74</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 20a – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-kapaċitajiet tar-RescEU jintużaw għal finijiet nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12(5), l-Istati Membri għandhom, permezz tal-istess mezzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jirrikonoxxu l-oriġini ta' dawk il-kapaċitajiet u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni użat biex jinkisbu dawk il-kapaċitajiet.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>75</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt aa (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt h</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa) Fl-Artikolu 21(1), il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(h) l-appoġġ għall-attivitajiet ta' tħejjija deskritti fl-Artikolu 13;

"(h) l-appoġġ għall-attivitajiet ta' tħejjija deskritti fl-Artikolu 13, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tan-networks ta' taħriġ eżistenti, is-sinerġiji bejniethom, u t-trawwim tal-ħolqien ta' networks ġodda b'attenzjoni għal soluzzjonijiet innovattivi u riskji u sfidi ġodda;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594134200012&from=MT)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>76</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt b</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 3</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-assistenza finanzjarja msemmija f'dan il-paragrafu tista' tiġi implimentata permezz ta' programmi ta' ħidma pluriennali. Għal azzjonijiet li jestendu lil hinn minn sena waħda, l-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f'pagamenti annwali.";

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>77</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 25 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju b'ġestjoni diretta jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni f'ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew f'ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) ta' dak ir-Regolament. Meta jintgħażel il-mod ta' implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju, għandha tingħata prijorità lill-ġestjoni diretta. Meta jkun iġġustifikat min-natura u l-kontenut tal-azzjoni kkonċernata, il-Kummissjoni tista' tuża ġestjoni indiretta. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni billi tistabbilixxi azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni li jistgħu jiġu implimentati b'ġestjoni indiretta.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, inklużi d-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandha tkun privileġġata kemm jista' jkun. Il-ġestjoni indiretta għandha tintuża biss meta jkun jista' jintwera b'mod ċar li dan huwa mod aktar effettiv u effiċjenti ta' implimentazzjoni għat-tip ta' azzjoni inkwistjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>78</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 25 – paragrafu 4 – subparagrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali għandhom jistabbilixxu l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva ta' żmien ta' implimentazzjoni. Fir-rigward tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 28(2), il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet previsti għall-pajjiżi msemmija fihom.

Sabiex timplimenta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2). Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-objettivi segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva ta' żmien ta' implimentazzjoni. Fir-rigward tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 28(2), il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet previsti għall-pajjiżi msemmija fihom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>79</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 25 – paragrafu 4 – subparagrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-ebda programm ta' ħidma annwali jew pluriennali ma għandu jkun meħtieġ għal azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-reazzjoni f'każ ta' diżastru stabbiliti fil-Kapitolu IV, li ma jistgħux jiġu previsti minn qabel.

Madankollu, l-ebda programm ta' ħidma annwali ma għandu jkun meħtieġ għal azzjonijiet li jaqgħu taħt ir-reazzjoni f'każ ta' diżastru stabbiliti fil-Kapitolu IV, li ma jistgħux jiġu previsti minn qabel.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>80</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 25 – paragrafu 5</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Flimkien mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju , l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha kienu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom awtomatikament jiġu riportati u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw biss għall-azzjonijiet ta' reazzjoni. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta' wara.

5. Flimkien mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha kienu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom awtomatikament jiġu riportati u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw għall-azzjonijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u reazzjoni. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta' wara.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>81</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 30 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 19(5) u (6), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) u fl-Artikolu 25(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>82</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt aa (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 30 – paragrafu 3</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-paragrafu 3 huwa mħassar;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>83</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt b</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 30 – paragrafu 4</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ

4. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 19(5) u (6), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) u fl-Artikolu 25(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>84</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt c</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 30 – paragrafu 7</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 6(5) jew mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

7. Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 6(5), l-Artikolu 19(5) u (6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) jew l-Artikolu 25(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>85</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 34 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) fl-Artikolu 34(2), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"Sa ... [24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni emendatorja], il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni kif ukoll il-koordinazzjoni u s-sinerġiji miksuba mal-Programm l-UE għas-Saħħa u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar is-saħħa, bil-ħsieb li tippreżenta proposta leġiżlattiva li tkun tinkludi l-ħolqien ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Rispons Sanitarju speċifiku."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>86</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Anness I</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-Anness I huwa mħassar.

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>87</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Anness I</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(23a)  L-Anness I huwa emendat kif ġej:

Anness I

"Anness I

 

Perċentwali u prinċipji għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1) u (1a) u l-Artikolu 19a

Perċentwali għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1)

1.  Perċentwali għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1) għall-perjodu mill-2014 sal-2020

Prevenzjoni: 20 % +/- 8 punti perċentwali

Prevenzjoni: 10 % +/- 10 punti perċentwali

Stat ta' Tħejjija: 50 % +/- 8 punti perċentwali

Stat ta' Tħejjija: 65 % +/- 10 punti perċentwali

Reazzjoni: 30 % +/- 8 punti perċentwali

Reazzjoni: 25 % +/- 10 punti perċentwali

 

2.  Perċentwali għall-allokazzjoni tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 19a għall-perjodu mill-2021 sal-2027

 

Prevenzjoni: 8 % +/- 10 punti perċentwali

 

Stat ta' Tħejjija: 80 % +/- 10 punti perċentwali

 

Reazzjoni: 12 % +/- 10 punti perċentwali

Prinċipji

3.  Prinċipji

Meta timplimenta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet li għalihom din id-Deċiżjoni tistabbilixxi skadenza fil-perjodu li jwassal għall-iskadenza ta' dik l-iskadenza, bl-objettiv li tiġi sodisfatta l-iskadenza inkwistjoni.

Meta timplimenta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet li għalihom din id-Deċiżjoni tistabbilixxi skadenza fil-perjodu li jwassal għall-iskadenza ta' dik l-iskadenza, bl-objettiv li tiġi ssodisfata l-iskadenza inkwistjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013D1313-20190321&qid=1594118872421)

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>


NOTA SPJEGATTIVA

Sa mill-ħolqien tiegħu fl-2013, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili għen lill-Istati Membri jindirizzaw diżastri naturali dejjem aktar frekwenti. Fl-2017, ħareġ ċar min-nirien fatali fil-foresti ġewwa l-Portugall li sabiex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkun jista' jirreaġixxi għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, kien meħtieġ livell addizzjonali ta' solidarjetà fil-livell tal-Unjoni.

Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-qafas legali l-ġdid ta' Marzu 2019, ħloqna r-rescEU, li hija riżerva pan-Ewropea ta' ajruplani u ħelikopters tat-tifi tan-nar, tagħmir mediku speċjalizzat u kumulazzjoni strateġika ta' provvisti mediċi u riżorsi oħra. Dawk il-kapaċitajiet huma addizzjonali għar-riżorsi nazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea qed tiffinanzja bejn 80 % u 90 % tal-ispejjeż totali tax-xiri u l-manutenzjoni u f'ċerti każijiet sa 100 %.

Minkejja li r-rescEU ilha fis-seħħ għal ftit aktar minn sena, diġà tat prova tal-valur tagħha. Matul is-sajf tal-2019, intużaw l-ewwel kapaċitajiet tar-rescEU, żewġ ajruplani tat-tifi tan-nar Taljani u ieħor Spanjol, fil-Greċja.

Ftit xhur wara, matul il-pandemija tal-COVID-19, f'nofs Marzu 2020, kumulazzjoni ta' riżerva medika, magħmula minn kontromiżuri mediċi bħal tagħmir mediku ta' kura intensiva, tagħmir protettiv personali, provvisti tal-laboratorji, vaċċini jew terapiji, bl-iskop ta' tħejjija u reazzjoni għal theddida transfruntiera serja għas-saħħa, ġiet inkluża wkoll bħala parti mir-rescEU. Bis-saħħa ta' din il-kumulazzjoni ta' riżerva medika, ġie kkonsenjat tagħmir protettiv personali lil tliet Stati Membri u żewġ pajjiżi kandidati li talbu l-attivazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-finanzjament u l-koordinazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, aktar minn 75 000 ċittadin Ewropew setgħu jirritornaw lejn djarhom.

Il-mekkaniżmu tal-Unjoni kien wieħed mill-ftit strumenti ta' solidarjetà matul l-emerġenza medika reċenti. Madankollu, din il-kriżi wriet il-ħtieġa ta' solidarjetà aktar rapida u effettiva. Minkejja l-ħolqien tar-rescEU, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għadu jiddependi fuq il-volontà u r-rieda tal-Istati Membri, peress li l-Istati Membri huma dawk responsabbli għall-akkwist tal-kapaċitajiet. Kif intwera f'dawn l-aħħar xhur, din is-sistema ta' solidarjetà reċiproka Ewropa għandha t-tendenza li ma tiffunzjonax meta l-Istati Membri kollha, jew il-parti l-kbira tagħhom, jintlaqtu mill-istess emerġenza simultanjament. Minħabba li tirrikjedi l-azzjoni tal-Istati Membri, l-Unjoni għadha ma tistax timla dawn il-lakuni kritiċi bir-riżorsi meħtieġa u b'mod f'waqtu. Għadda aktar minn xahar mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni neċessarju għall-inklużjoni tal-kumulazzjoni medika bħala kapaċità tar-rescEU sal-ewwel użu fi Stat Membru. Sabiex tiġi żgurata reazzjoni ġenerali effettiva tal-Unjoni għal emerġenzi fuq skala kbira, hemm bżonn ta' aktar flessibbiltà u awtonomija biex tkun tista' tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet meta l-Istati Membri jispiċċaw darhom mal-ħajt u ma jkunux jistgħu jiżguraw reazzjoni adegwata.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020[1], il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni "ssaħħaħ kull parti komponenti tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tar-rispons għad-diżastri, u ssaħħaħ aktar strumenti bħar-RescEU biex tiżgura reazzjoni tassew komuni, koordinata u effikaċi fil-livell tal-UE; jemmen li l-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri, il-preparatezza għalihom u l-prevenzjoni tagħhom fil-livell Ewropew għandhom jittejbu, flimkien ma' tagħmir, materjal u ħażniet ta' mediċini komuni, biex ikunu jistgħu jiġu mobilizzati bil-ħeffa ħalli jipproteġu l-ħajja u l-għajxien taċ-ċittadini tal-UE; jemmen li l-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili għandu jissaħħaħ bil-għan li jiffaċilita r-ripatrijazzjoni konġunta ta' ċittadini tal-UE;"

Ir-rapporteur għalhekk jilqa' l-bidliet immirati introdotti mill-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li jagħtu widen lill-appell tal-Parlament. Huwa jaqbel ukoll li jeħtieġ li nitgħallmu mill-iżbalji tal-passat u naħdmu b'mod rapidu biex inkunu lesti meta jibda l-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid fl-2021. Jilqa' wkoll iż-żieda sinifikanti tal-baġit allokat b'EUR 2 biljun, kważi tliet darbiet l-ammont totali propost. Huwa jfakkar li matul l-aħħar negozjati fil-livell tal-Kunsill Ewropew, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni kien wasal biex jirċievi anqas minn biljun euro għall-perjodu 2021-2027. Immedjatament wara, f'nofs il-kriżi, il-baġit tiegħu żdied b'EUR 410 miljun kemm għall-ħolqien ta' kumulazzjoni ta' riżerva medika kif ukoll għar-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE.

Bl-emendi tiegħu, ir-rapporteur qed jipprova jsaħħaħ il-proposta leġiżlattiva fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija. Huwa tal-opinjoni li sabiex "l-għanijiet marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri" li għadhom kif ġew introdotti jkunu effettivi u joffru valur miżjud, dawn iridu jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri meta jkunu qed jabbozzaw il-pjanijiet tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju. Barra minn hekk, ir-rapporteur jitlob lill-Kummissjoni Ewropea toħloq lista komuni ta' riskji b'effetti transfruntiera sabiex l-Istati Membri jkunu ppreparati għall-istess riskji li jistgħu jaffettwawhom ilkoll. Skont il-qafas leġiżlattiv attwali, kull Stat Membru jabbozza l-lista proprja tiegħu ta' riskji possibbli. Dan huwa raġonevoli għax fil-parti l-kbira l-lista tiddependi mill-pożizzjoni ġeografika u minn fatturi oħrajn li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Fl-istess ħin, hemm xi riskji li huma komuni għall-Istati Membri kollha u jista' jkollhom effetti li ma jkunux limitati għall-pajjiżi ġirien iżda jaffettwaw lir-reġjun kollu. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu lesti biex jindirizzaw dawn ir-riskji b'mod effettiv.

Dwar il-kapaċitajiet tar-rescEU, ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni Ewropea għandha tkun kapaċi takkwista kapaċitajiet direttament sabiex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkun jista' jirreaġixxi malajr u b'mod effettiv għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri, kull meta dan ikun meħtieġ.  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali, huwa jemmen li l-Kummissjoni għandha żżomm is-sjieda tal-kapaċitajiet li takkwista. Jaqbel ukoll li l-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jintużaw anke barra mill-Unjoni sabiex jgħinu lil pajjiżi terzi madwar id-dinja jirreaġixxu għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem. Kif intwera fil-passat, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili huwa strument importanti ta' diplomazija informali tal-UE madwar id-dinja. Huwa ma jaqbilx, madankollu, mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-prepożizzjonament ta' dawk il-kapaċitajiet barra t-territorju tal-Unjoni. Matul l-emerġenza medika reċenti, f'ħafna okkażjonijiet rajna pajjiżi terzi jikkonfiskaw tagħmir protettiv personali mixtri minn pajjiżi oħrajn. Ir-rapporteur jemmen li huwa biss fl-Unjoni li nistgħu niżguraw l-istandards ta' sikurezza u ta' kwalità meħtieġa.

Iqis ukoll li huwa importanti li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-EU4Health peress li ż-żewġ programmi se jkunu responsabbli għall-ħolqien ta' kumulazzjoni ta' riżerva medika. Jitlob ukoll lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-effettività tal-qafas attwali u, jekk ikun meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida għall-ħolqien ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Rispons Sanitarju speċjalizzat, kif mitlub diġà mill-Parlament Ewropew[2].

Ir-rapporteur jixtieq ukoll jipproponi li l-Istati Membri jkunu obbligati jagħmlu referenza għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u l-finanzjament tal-UE li jkunu rċevew kull meta jkunu qed jużaw il-kapaċitajiet tar-rescEU għal finijiet nazzjonali. Peress li r-rata ta' finanzjament għall-kapaċitajiet kollha żdiedet minn 80 % - 90 % għal 100 %, huwa importanti li l-kontribuzzjoni tal-UE ma tintesiex jew tiġi injorata.

Fl-aħħar nett, peress li r-rapport preċedenti ġie adottat mill-Kumitat ftit xhur ilu biss, b'maġġoranza kbira ħafna, huwa reġa' ressaq xi proposti li kienu fih.

Fir-rigward tat-tħassir tal-Anness I mill-Kummissjoni u s-sostituzzjoni tiegħu bi programm ta' ħidma pluriennali, adottat b'att ta' implimentazzjoni, ir-rapporteur jipproponi, għall-fini ta' aktar trasparenza fir-rigward tal-użu ta' dan il-finanzjament, li jerġa' jiddaħħal l-Anness, li d-dispożizzjonijiet tiegħu jispeċifikaw il-perċentwali li għandhom jiġu allokati għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni. Madankollu, filwaqt li titqies il-bidla ewlenija riflessa fir-rieżami tas-sena l-oħra u l-fatt li l-proġetti għall-prevenzjoni ta' diżastri naturali bħall-għargħar u n-nirien fil-foresti huma ffinanzjati primarjament minn strumenti oħra tal-UE, qed jiġi propost li l-finanzjament jerġa' jitqassam mill-ġdid, u dan iwassal għal ammont ferm akbar għat-tħejjija, inkluż ix-xiri ta' assi tar-rescEU. Dan jagħti wkoll aktar flessibbiltà lill-Kummissjoni biex twettaq kwalunkwe bidla neċessarja matul is-seba' snin li ġejjin. Il-ħtieġa ta' flessibbiltà kif intwera matul l-emerġenza medika reċenti hija nnotata tajjeb iżda għandu jitfakkar li kull meta l-baġit jiġi modifikat kemm il-programmi ta' ħidma annwali kif ukoll dawk pluriennali jkollhom jiġu modifikati wkoll. Għall-kuntrarju, il-perċentwali tal-Anness jagħtu flessibbiltà ħafna akbar peress li dan għandu jiġi mmodifikat biss jekk jaqbżu l-limitu ta' diskrezzjoni ta' 10 %.

Barra minn hekk, ir-rapporteur reġa' introduċa l-obbligu li l-Kummissjoni tispeċifika b'att delegat l-oqsma fejn il-ġestjoni indiretta se tintuża bħala metodu ta' eżekuzzjoni baġitarja.

Ħafna mill-bidliet proposti kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mir-rapporteur jirriflettu l-pożizzjoni tal-Parlament minn sentejn ilu. Ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ li l-kriżijiet riċenti wrew li hemm bżonn ta' Mekkaniżmu aktar ambizzjuż jekk irridu li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu lesti u kapaċi jindirizzaw b'mod effettiv kwalunkwe diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem fil-ġejjieni.


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL‑BAŻI ĠURIDIKA

Is-Sur Pascal Canfin

President

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

BRUSSELL

Suġġett: <Titre>Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili </Titre> <DocRef>(COM(2020)0220 – C9-0160/2020 – 2020/0097(COD))</DocRef>

Sur President,

B'ittra datata t-13 ta' Lulju 2020,[3] inti tlabt, skont l-Artikolu 40(2) tar-Regoli ta' Proċedura, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-adegwatezza tal-bażi ġuridika għall-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.[4]

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Settembru 2020

I – Sfond

Il-proposta tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 196 u l-Artikolu 322(1) tat-TFUE.

It-talba qed issir fir-rigward tal-emenda mressqa mir-rapporteur fil-Kumitat ENVI li tħassar ir-referenza għall-Artikolu 322(1)(a) tat-TFUE abbażi ta', skont l-ittra ENVI, "kunsiderazzjonijiet tekniċi u b'mod partikolari dwar il-fatt li dan l-artikolu jikkonċerna l-adozzjoni ta' regoli finanzjarji permezz ta' regolamenti u għalhekk ma jidhirx applikabbli għad-deċiżjoni".

Qabel il-proposta attwali li ġiet adottata f'Ġunju 2020, il-Kummissjoni adottat proposta għal deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili f'Marzu 2019 li kienet ibbażata fuq l-Artikolu 196 tat-TFUE biss. Il-Kumitat ENVI adotta r-rapport tiegħu dwar din il-proposta f'Marzu 2020. Fil-memorandum ta' spjegazzjoni, il-Kummissjoni tgħid li "Din il-proposta tibni fuq il-progress li nkiseb sa issa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-kunsiderazzjonijiet u d-deliberazzjonijiet tagħhom dwar il-proposta tal-Kummissjoni COM(2019)125 final”.  Skont ukoll id-dikjarazzjoni finanzjarja fil-proposta tal-Kummissjoni, "[i]d-Deċiżjoni temenda azzjoni eżistenti (Mekkaniżmu tal-Unjoni) u għandha tiġi kkunsidrata b'mod parallel mal-proposta pendenti li temenda wkoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, li ġie adottat mill-Kummissjoni fl-2019".

Bi tweġiba għat-tħassib tal-Kumitat ENVI dwar kemm hu xieraq li jiżdied l-Artikolu 322(1)(a) tat-TFUE bħala bażi ġuridika għad-deċiżjoni proposta, li jitpoġġa f'dubju permezz tat-tressiq tal-emenda li tħassar dan l-Artikolu, din in-nota tivvaluta biss l-adegwatezza tal-Artikolu 322(1)(a) tat-TFUE bħala bażi ġuridika.

II - L-Artikolu rilevanti tat-Trattat

Taħt it-Titolu II dwar "Dispożizzjonijiet finanzjarji":

L-Artikolu 322(1)(a)

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri għandhom jadottaw, permezz ta' regolament:

(a) ir-regoli finanzjarji li jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-verifika tal-kontijiet;

III - Ġurisprudenza tal-QĠUE dwar l-għażla tal-bażi ġuridika

Il-Qorti tal-Ġustizzja tradizzjonalment qieset il-kwistjoni tal-bażi ġuridika xierqa bħala kwistjoni ta' importanza kostituzzjonali, li tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi (Artikolu 5 TUE) u tiddetermina n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-Unjoni.[5]  B'hekk, l-għażla ta' bażi ġuridika mhijiex diskrezzjonali. Skont il-ġurisprudenza deċiża tal-Qorti, l-għażla tal-bażi ġuridika għal miżura tal-Unjoni għandha tkun imsejsa fuq fatturi objettivi li huma soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja, inkluż b'mod partikolari l-objettiv u l-kontenut tal-miżura.[6] Il-Qorti tqis ukoll li mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-bażi ġuridika għal miżura fid-dawl tal-bażi ġuridika użata għall-adozzjoni ta' miżuri oħra tal-Unjoni li jistgħu, f'ċerti każijiet, ikollhom karatteristiċi simili.[7] Għaldaqstant, l-għażla tal-bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika l-annullament tal-att ikkonċernat. F'dan il-kuntest, ix-xewqa ta' istituzzjoni li jkun hemm parteċipazzjoni aktar attiva fl-adozzjoni ta' att partikolari, f'liema ċirkostanzi l-att ikun ġie adottat, kif ukoll il-ħidma li tkun saret f'aspetti oħra fl-ambitu tal-azzjoni koperta minn att partikolari huma irrilevanti biex tiġi identifikata l-bażi ġuridika korretta.[8]

Fil-prinċipju, għandha tintgħażel biss bażi ġuridika waħda u xierqa. Jekk l-eżami ta' att juri li huwa jsegwi għan doppju jew li għandu żewġ komponenti u jekk wieħed minnhom jista' jiġi identifikat bħala prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor ikun biss sekondarju, dan l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi ġuridika waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti.[9] B'mod eċċezzjonali, fejn miżura jkollha diversi objettivi jew komponenti kontemporanji, li jkunu marbuta b'mod inseparabbli, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett meta mqabbel mal-ieħor/oħrajn, tali att għandu jkun ibbażat fuq id-diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti.[10] Madankollu, dan ikun possibbli biss jekk il-proċeduri stabbiliti għall-bażijiet ġuridikċi rispettivi ma jkunux inkompatibbli ma' xulxin u ma jdgħajfux id-dritt tal-Parlament Ewropew.[11] Barra minn hekk, il-miżura magħżula għandha tikkonforma mat-tip preskritt tal-att leġiżlattiv meta speċifikat fit-Trattat.

IV - Adegwatezza tal-Artikolu 322(1) tat-TFUE bħala bażi ġuridika

L-Artikolu 322(1)(a) tat-TFUE użat bħala bażi ġuridika jimponi tip speċifiku ta' att leġiżlattiv, mingħajr ma titħalla ebda diskrezzjoni f'idejn il-leġiżlatur tal-UE f'dan ir-rigward. Qabel ma jiġi evalwat jekk l-Artikolu 322(1)(a) tat-TFUE jistax ikun, fid-dawl tal-għan u l-kontenut tal-proposta, bażi ġuridika xierqa, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 322(1)(a) jipprevedi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jeżiġi li l-att jiġi adottat bħala regolament. F'dan il-każ, it-tip ta' att propost huwa deċiżjoni, kif inhu l-każ għall-att leġiżlattiv li l-proposta hija maħsuba li temenda. Għalhekk, għal raġunijiet formali, it-tip ta' att propost mhuwiex kompatibbli mal-Artikolu 322(1)(a).

Għalhekk ma hemmx bżonn li jiġi vvalutat aktar jekk, fid-dawl tal-għan u l-kontenut tal-proposta, l-Artikolu 322(1)(a) huwiex bażi ġuridika xierqa u jistax jintuża bħala wieħed doppju mal-Artikolu 196 tat-TFUE.

V- Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni dwar jekk il-miżura proposta hijiex, fid-dawl tal-għan u l-kontenut tal-miżura proposta, ibbażata b'mod korrett fuq l-Artikolu 196 biss jew għandhiex tkun ibbażata fuq żewġ bażijiet ġuridiċi jew aktar, jidher li huwa biżżejjed li jiġi ddikjarat li minħabba t-tip magħżul għall-proposta għal att emendatorju (deċiżjoni), l-Artikolu 322(1)(a) TFUE ma jidhirx formalment li huwa bażi ġuridika xierqa għall-proposta għal deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, peress li jipprevedi l-adozzjoni ta' regolament filwaqt li l-att emendatorju inkwistjoni huwa deċiżjoni.

Fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Settembru 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda, b'unanimità[12], li jirrakkomanda lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel biex jindika l-Artikolu 322(1) tat-TFUE bħala l-bażi ġuridika għar-Regolament propost.

Dejjem tagħkom,

Adrián Vázquez Lázara

 


 

 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP

Is-Sur Pascal Canfin

President

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

BRUSSELL

Suġġett: <Titre>Opinjoni dwar Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili</Titre>  <DocRef>(COM(2020)0220 – C9‑0160/2020 – 2020/0097(COD))</DocRef>

Sur President,

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għall-Iżvilupp ingħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Ġunju 2020, il-Koordinaturi tal-kumitat iddeċidew li jibagħtu l-opinjoni fil-forma ta' ittra.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp ikkunsidra l-kwistjoni matul il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Lulju 2020. Matul din il-laqgħa[13], iddeċieda li jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin.

Dejjem tiegħek,

Tomas Tobé

 

 

EMENDI

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 1a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Billi t-tibdil fil-klima qed iwassal għal żieda fil-frekwenza, l-intensità u l-kumplessità tad-diżastri naturali madwar id-dinja, u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, huma partikolarment vulnerabbli minħabba, minn naħa waħda, il-kapaċità sottożviluppata tagħhom li jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u li jimmitigawhom, u li jirreaġixxu għad-diżastri relatati mal-klima, u min-naħa l-oħra, l-esponiment ġeografiku tagħhom għall-għargħar, in-nixfiet u n-nirien tal-foresti;

 

 

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 2a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) In-nirien tal-foresti qegħdin jheddu l-ħajjiet, l-għajxien u l-bijodiversità, qegħdin jikkawżaw ir-rilaxx ta' ammonti kbar ta' emissjonijiet tal-karbonju u qegħdin inaqqsu l-kapaċità ta' assorbiment tal-karbonju tal-pjaneta, li jiggravaw aktar it-tibdil fil-klima. Ta' tħassib partikolari huma s-sitwazzjonijiet fejn iż-żoni forestali jew radjoattivi kkontaminati jinqerdu bin-nar. Iż-żieda f'diżastri relatati mal-klima, inklużi n-nirien tal-foresti, teħtieġ tisħiħ tal-operazzjonijiet tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili barra mill-Unjoni, inklużi l-attivitajiet li jiffukaw fuq il-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom;

 

 

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 3a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 a) Sabiex jiġu mmassimizzati t-trasparenza u r-responsabbiltà għaċ-ċittadini tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq gwida dwar il-kalkolu tal-proporzjon tal-infiq imwettaq permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili li għandu jikkwalifika bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA);

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 12 </Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fejn meħtieġ l-Unjoni għandha l-interess li tirreaġixxi f'pajjiżi terzi. Filwaqt li primarjament il-kapaċitajiet tar-rescEU inħolqu bħala xibka ta' sikurezza fl-Unjoni, dawn jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni f'każijiet iġġustifikati kif xieraq u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji umanitarji.

(12) Fejn meħtieġ l-Unjoni għandha l-interess li tirreaġixxi f'pajjiżi terzi. Filwaqt li primarjament il-kapaċitajiet tar-rescEU inħolqu bħala xibka ta' sikurezza fl-Unjoni, dawn jistgħu jintużaw barra mill-Unjoni f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, b'konsultazzjoni mal-atturi umanitarji qabel l-interventi, u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipji umanitarji.

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 10 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni.

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jippromwovu sinerġiji bejn iffinanzjar għal għajnuna għall-protezzjoni ċivili u għajnuna umanitarja pprovduti mill-Unjoni u l-Istati Membri fl-ippjanar ta' operazzjonijiet ta' reazzjoni għal kriżijiet umanitarji barra l-Unjoni, b'konsultazzjoni mal-atturi umanitarji inklużi dawk lokali u mal-awtoritajiet lokali fejn possibbli.

 

 

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a </Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 16 – paragrafu 2</Article2>

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a) fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. L-interventi taħt dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' dan tal-aħħar. Fil-każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja (*), u tirrispetta l-prinċipji umanitarji.

2. L-interventi taħt dan l-Artikolu jistgħu jitmexxew jew bħala intervent awtonomu ta' assistenza jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-koordinazzjoni mill-Unjoni għandha tkun integrata b'mod sħiħ mal-koordinazzjoni globali pprovduta mill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA), u għandha tirrispetta r-rwol ta' tmexxija ta' dan tal-aħħar. Fil-każ ta' diżastri kkawżati mill-bniedem jew emerġenzi kumplessi, il-Kummissjoni għandha, meta possibbli, tikkonsulta mal-atturi umanitarji, inklużi dawk lokali, u tiżgura konsistenza mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja (*), u tirrispetta l-prinċipji umanitarji.

 

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (1.9.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</CommissionInt>


<Titre>dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili</Titre>

<DocRef>(COM(2020)0220 – C9-0160/2020 – 2020/0097(COD))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Niclas Herbst</Depute>

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta għal reviżjoni mmirata tal-leġiżlazzjoni attwali tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) bil-għan li jiġi żgurat li l-Unjoni u l-Istati Membri jkunu ppreparati aħjar għal kriżijiet futuri. Ir-rapporteur ifakkar li l-UCPM huwa wieħed mill-aktar espressjonijiet tanġibbli tal-valur fundamentali ta' solidarjetà tal-UE. Madankollu, il-kriżi kontinwa tal-COVID-19 esponiet b'mod ċar il-limitazzjonijiet tal-istruttura attwali, hekk kif il-Mekkaniżmu ma setax iwieġeb kompletament għall-maġġoranza tat-talbiet għal assistenza li waslu mingħand l-Istati Membri, l-Istati parteċipanti u l-pajjiżi terzi. B'hekk, ir-rapporteur huwa konvint li jeħtieġ li nħejju aħjar fil-livell tal-Unjoni għal riskji ta' natura transfruntiera u diżastri fuq skala kbira li jistgħu jkollhom impatt fuq diversi Stati Membri fl-istess waqt, b'impatt kbir u b'potenzjal ta' tfixkil sinifikanti.

Ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ li hemm bżonn pakkett finanzjarju ambizzjuż li jaqbel mal-livell ta' ambizzjoni tal-UCPM li ġie riformat dan l-aħħar, u b'mod partikolari tal-istruttura "rescEU", ir-riżerva dedikata ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni bi kmand u kontroll fil-livell tal-Unjoni. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tfassal, għall-perjodu 2021–2027, EUR 1 268 282 000 mill-intestatura 5 "Reżiljenza, Sigurtà u Difiża" u EUR 2 187 620 000 (fi prezzijiet kurrenti) mill-Istrument ta' Rkupru l-ġdid għall-UE, li għandhom jiġu mmobilizzati bħala dħul estern assenjat permezz tas-setgħa mogħtija fid-Deċiżjoni l-ġdida dwar ir-Riżorsi Proprji. Il-proposta tinvolvi wkoll ir-reklutaġġ ta' 134 membru tal-persunal addizzjonali, li minnhom 30 reklutati skont din id-Deċiżjoni.

Ir-rapporteur iqis il-pakkett finanzjarju propost, li kważi jittriplika l-proposta oriġinali ta' Mejju 2018, u l-livelli tal-persunal bħala proporzjonati mal-iskop u l-ambitu ta' din ir-reviżjoni mmirata. Jassumi li, fid-dawl tan-nuqqas tal-Mekkaniżmu attwali li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri għal assistenza u finanzjament addizzjonali mmobilizzat għall-kumulazzjoni ta' riżerva medika u t-titjiriet ta' rimpatriju matul il-kriżi tal-COVID-19, deher biċ-ċar, anke għall-Kunsill, li t-tnaqqis tal-finanzjament tal-UCPM fil-QFP li jmiss mhuwiex xenarju realistiku. Għandu jiġi nnotat ukoll li l-akkomunament tar-riżorsi bl-aħjar mod u bil-ħolqien ta' ekonomiji ta' skala minn investimenti intelliġenti fil-livell tal-Unjoni jwasslu għal iffrankar sinifikanti fil-baġits nazzjonali tal-Istati Membri.

Ir-rapporteur jilqa' diversi proposti għal semplifikazzjoni baġitarja u aktar flessibilità baġitarja, bħall-inklużjoni tal-metodu ta' ġestjoni indiretta u r-riport awtomatiku ta' approprjazzjonijiet mhux użati għal azzjonijiet ta' reazzjoni għas-sena N+1. Madankollu, huwa ma jaqbilx mat-tħassir tat-tqassim tal-infiq skont il-pilastru fl-Anness I, billi huwa importanti li l-koleġiżlaturi jsegwu d-distribuzzjoni relattiva tal-infiq fuq il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni. Hija garantita biżżejjed flessibbiltà bil-possibbiltà ta' emenda tal-Anness permezz ta' att delegat.

Ir-rapporteur jilqa' l-possibbiltà li l-ERCC u l-Istati Membri jagħmlu użu mill-infrastrutturi spazjali tal-Unjoni bħal Copernicus, Galileo, l-Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju u GOVSATCOM, li joffru għodod importanti ta' reazzjoni għal emerġenzi interni u esterni fil-livell tal-Unjoni. Is-sinerġiji bejn id-diversi għodod għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ u l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa b'mod attiv jużaw dan is-servizz.

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata kopertura ġeografika xierqa meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jitqiegħdu minn qabel f'ċentri loġistiċi fl-Unjoni, biex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod kemm effiċjenti kif ukoll rapidu fl-użu ta' dawn l-assi.

Ir-rapporteur jissottolinja l-importanza ta' kontroll tal-kwalità tal-provvisti u t-tagħmir mediku, akkwistati fl-ambitu tal-Mekkaniżmu. Il-kriżi tal-COVID-19 uriet biċ-ċar il-ħtieġa għal dan, speċjalment f'każ ta' akkwist minn manifatturi barra mill-Unjoni.

Ir-rapporteur jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu protetti b'mod adegwat l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-użu previst tal-metodu ta' ġestjoni indiretta.  Jixtieq jaċċentwa r-rwol importanti li għandu jaqdi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("UPPE") f'dan ir-rigward.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jilqa' d-dispożizzjonijiet imsaħħa dwar il-viżibilità tal-assistenza tal-UE permezz tal-UCPM fl-Artikolu 20a u jixtieq jissottolinja l-ħtieġa ta' komunikazzjoni pubblika proattiva min-naħa tal-Istati Membri dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

<RepeatBlock-Amend><Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(2) Filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni, inkluża rescEU, jippromwovi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea billi jsaħħaħ il-kapaċitajiet attwali tal-Istati Membri u jiżgura li t-tħejjija u r-reazzjoni jkunu effikaċi meta dawn il-kapaċitajiet ma jkunux suffiċjenti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-esperjenza bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-effettività tal-Unjoni fl-immaniġġar tal-kriżijiet hija limitata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ta' governanza tagħha, iżda wkoll mil-livell ta' tħejjija tal-Unjoni f'każ ta' diżastri li jolqtu l-maġġoranza tal-Istati Membri.

(3) L-esperjenza bla preċedent tal-pandemija tal-COVID-19 uriet li l-effettività tal-Unjoni fl-immaniġġar tal-kriżijiet hija limitata mill-kamp ta' applikazzjoni tal-qafas ta' governanza tagħha, iżda wkoll mil-livell ta' tħejjija tal-Unjoni f'każ ta' diżastri li jolqtu l-maġġoranza tal-Istati Membri. Barra minn hekk, huwa ċar li l-Unjoni u l-Istati Membri mhumiex ippreparati biżżejjed għal diżastri aktar estremi u kumplessi b'konsegwenzi globali estensivi u aktar fit-tul, bħal pandemija fuq skala kbira. Għalhekk, huwa essenzjali li l-azzjonijiet tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri jkunu koordinati aħjar u li r-rescEU tissaħħaħ.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 3a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fid-dawl tal-esperjenza tat-tifqigħa tal-COVID-19 u b'kont meħud tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità ta' reazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tas-saħħa u tal-protezzjoni ċivili, ir-rescEU jenħtieġ li tissaħħaħ b'mod sinifikanti biex ittejjeb ir-rendiment tagħha f'kull wieħed mit-tliet pilastri tal-mekkaniżmu tal-Unjoni: il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b'hekk inkunu mħejjija aħjar meta jseħħu ċirkostanzi bħal dawn fil-futur.

(5) Hija meħtieġa azzjoni urġenti biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b'hekk inkunu mħejjija aħjar meta jseħħu ċirkostanzi bħal dawn fil-futur. It-tisħiħ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jikkomplementa l-politiki u l-Fondi tal-Unjoni u jenħtieġ li ma jkunx sostitut għall-integrazzjoni tal-prinċipju ta' reżiljenza għad-diżastri f'dawk il-politiki u l-Fondi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 6</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex ittejjeb l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni tissokta tappoġġa l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri f'bosta setturi, u għal approċċi komprensivi ta' mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b'kunsiderazzjoni ta' approċċ ta' perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi u mal-operaturi ekonomiċi ewlenin. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem u li jkun imsejjes fuq għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha li jikkontribwixxu għal definizzjoni bażi tal-kapaċitajiet u t-tħejjija. Il-Kummissjoni se taħdem id f'id mal-Istati Membri biex tiddefinixxi l-għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha.

(6) Biex ittejjeb l-ippjanar fil-prevenzjoni u t-tħejjija, jenħtieġ li l-Unjoni ssaħħaħ l-investiment fil-prevenzjoni tad-diżastri f'bosta setturi, u għal approċċi komprensivi ta' mmaniġġar tar-riskju li jirfdu l-prevenzjoni u t-tħejjija, b'kunsiderazzjoni ta' approċċ ta' perikli multipli, approċċ imsejjes fuq ekosistema u l-impatti probabbli tat-tibdil fil-klima, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet xjentifiċi, mal-operaturi ekonomiċi ewlenin u mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, li huma atturi ewlenin fiċ-ċiklu tal-ġestjoni tad-diżastri, kif ukoll mas-settur terzjarju u ma' organizzazzjonijiet volontarji li joperaw fil-qasam. Għal dan il-għan, l-approċċi transsettorjali u għal perikli multipli jenħtieġ li jitpoġġa fuq quddiem u li jkun imsejjes fuq għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha li jikkontribwixxu għal definizzjoni bażi tal-kapaċitajiet u t-tħejjija. Il-Kummissjoni se taħdem id f'id mal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew biex tiddefinixxi l-għanijiet ta' reżiljenza għall-Unjoni kollha, u tqis kwalunkwe pjan operattiv ta' reazzjoni għal emerġenza li diġà jeżisti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 6a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex ikun żgurat li l-prevenzjoni tad-diżastri tkun effiċjenti, jenħtieġ li t-testijiet tal-istress u proċess għaċ-ċertifikazzjoni tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni jitqiesu bħala elementi fundamentali. Huma meħtieġa valutazzjonijiet regolari tar-riskju fil-livell reġjonali u lokali biex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jieħdu miżuri biex isaħħu r-reżiljenza fejn meħtieġ, inkluż bl-użu tal-fondi eżistenti tal-Unjoni. Tali valutazzjonijiet tar-riskju jenħtieġ li jiffukaw fuq karatteristiċi speċifiċi għal kull reġjun, bħall-attività sismika, l-għargħar frekwenti jew in-nirien fil-foresti. Dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu wkoll il-livell ta' kooperazzjoni transfruntiera, sabiex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkollu informazzjoni dettaljata dwar il-kapaċitajiet disponibbli lokalment sabiex l-intervent jista' jsir aktar immirat.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 6b (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-iżvilupp ta' għanijiet tal-Unjoni ta' reżiljenza għad-diżastri b'appoġġ għal azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija jenħtieġ li jinvolvi valutazzjoni eżatta tal-konsegwenzi u jqis il-konsegwenzi soċjali fit-tul osservati fl-ewwel stadju ta' wara emerġenza li jkunu ġestiti minn aġenziji tal-protezzjoni ċivili, b'attenzjoni partikolari mogħtija lill-persuni l-aktar vulnerabbli.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 9</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmel użu minn infrastrutturi spazjali tal-Unjoni bħall-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), Galileo, is-Sistema ta' Għarfien ta' Sitwazzjonijiet u GOVSATCOM, li jipprovdu għodod importanti ta' reazzjoni għal emerġenzi interni u esterni fil-livell tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus qegħdin jagħtu appoġġ lill-ERCC fid-diversi fażijiet ta' emerġenza mit-twissija bikrija u l-prevenzjoni ta' diżastri u l-irkupru. Il-GOVSATCOM se tipprovdi kapaċità ta' komunikazzjoni bis-satellita sikura mfassla b'mod speċifiku għall-ħtiġijiet tal-utenti governattivi fl-immaniġġar ta' emerġenzi. Galileo hija l-ewwel infrastruttura globali ta' navigazzjoni u ta' pożizzjonament bis-satellita ddisinjata għal skopijiet ċivili fl-Ewropa u madwar id-dinja, u tista' tintuża f'oqsma oħra bħall-immaniġġar ta' emerġenzi, fosthom fl-attivitajiet ta' twissija bikrija. Is-servizzi rilevanti ta' Galileo se jinkludu servizz ta' emerġenza li jxandar, permezz tal-emissjoni ta' sinjali, twissijiet dwar diżastri naturali jew emerġenzi oħra f'oqsma partikolari L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw dan is-servizz. Meta jiddeċiedu li jużawh sabiex jivvalidaw is-sistema, jenħtieġ li jidentifikaw u javżaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu se jużaw dak is-servizz ta' emerġenza.

(9) Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jagħmel użu minn infrastrutturi spazjali tal-Unjoni bħall-Programm Ewropew ta' Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), Galileo, is-Sistema ta' Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju u GOVSATCOM, li jipprovdu għodod importanti ta' reazzjoni għal emerġenzi interni u esterni fil-livell tal-Unjoni. Is-Sistemi ta' Ġestjoni ta' Emerġenzi ta' Copernicus qegħdin jagħtu appoġġ lill-ERCC fid-diversi fażijiet ta' emerġenza mit-twissija bikrija u l-prevenzjoni ta' diżastri u l-irkupru. Il-GOVSATCOM se tipprovdi kapaċità ta' komunikazzjoni bis-satellita sikura mfassla b'mod speċifiku għall-ħtiġijiet tal-utenti governattivi fl-immaniġġar ta' emerġenzi. Galileo hija l-ewwel infrastruttura globali ta' navigazzjoni u ta' pożizzjonament bis-satellita ddisinjata għal skopijiet ċivili fl-Ewropa u madwar id-dinja, u tista' tintuża f'oqsma oħra bħall-immaniġġar ta' emerġenzi, fosthom fl-attivitajiet ta' twissija bikrija. Is-servizzi rilevanti ta' Galileo se jinkludu servizz ta' emerġenza li jxandar, permezz tal-emissjoni ta' sinjali, twissijiet dwar diżastri naturali jew emerġenzi oħra f'oqsma partikolari. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jużaw dan is-servizzminħabba l-potenzjal tiegħu li jsalva l-ħajjiet u jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' emerġenza. Meta jiddeċiedu li jużawh sabiex jivvalidaw is-sistema, jenħtieġ li jidentifikaw u javżaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkunu se jużaw dak is-servizz ta' emerġenza.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 9a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Jenħtieġ li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni u rescEU jiġu żviluppati sabiex jirrispondu b'mod effettiv għal firxa wiesgħa ta' emerġenzi, li bosta minnhom huma kkawżati mit-tibdil fil-klima. F'dawn l-aħħar snin, il-frekwenza u l-intensità tad-diżastri naturali kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni żdiedu, inkluż f'żoni fejn qabel ma kinux jeżistu. Għalhekk huwa imperattiv li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jinkludi kapaċitajiet suffiċjenti biex tiġi indirizzata ż-żieda f'okkorrenzi ta' diżastri naturali bħal nirien fil-foresti u għargħar.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 10</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Biex ikollha l-kapaċità operazzjonali tirreaġixxi malajr għal emerġenza fuq skala kbira jew għal avveniment bi probabbiltà baxxa u b'impatt kbir bħall-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li takkwista, tixtri, tikseb b'lokazzjoni jew tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tkun tista' tgħin lil dawk l-Istati Membri li jinħakmu minn emerġenzi fuq skala kbira, b'konformità mal-kompetenza ta' appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli. Dawn il-kapaċitajiet iridu jiġu prepożizzjonati f'ċentri loġistiċi ġewwa l-Unjoni jew, għal raġunijiet strateġiċi, permezz ta' networks fdati ta' ċentri bħall-Imħażen tar-Reazzjoni Umanitarja tan-NU.

(10) Biex ikollha l-kapaċità operazzjonali tirreaġixxi malajr għal emerġenza fuq skala kbira jew għal avveniment bi probabbiltà baxxa u b'impatt kbir bħall-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li takkwista, tixtri, tikseb b'lokazzjoni jew tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tkun tista' tgħin lil dawk l-Istati Membri li jinħakmu minn emerġenzi fuq skala kbira, b'konformità mal-kompetenza ta' appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli. Dawn il-kapaċitajiet iridu jiġu prepożizzjonati f'ċentri loġistiċi ġewwa l-Unjoni jew, għal raġunijiet strateġiċi u debitament ġustifikati, permezz ta' networks fdati ta' ċentri bħall-Imħażen tar-Reazzjoni Umanitarja tan-NU.Jenħtieġ li rescEU żżid is-sinerġiji fost iċ-ċentri loġistiċi nazzjonali sabiex tiffaċilita reazzjoni operazzjonali aktar effettiva, tagħti spinta lill-kapaċitajiet reġjonali u tikkontribwixxi għall-objettiv fit-tul li tiggarantixxi flessibbiltà estensiva u l-kapaċità li tirrispondi għal bosta tipi ta' diżastri, lil hinn mill-pandemija attwali. Filwaqt li jieħu vantaġġ mill-impenn mill-qrib tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jintuża biex jiġbor informazzjoni dwar il-kapaċitajiet nazzjonali disponibbli fl-Istati Membri fejn huma ospitati ċ-ċentri u jivvaluta l-istat ta' tħejjija tas-sistemi nazzjonali ta' kriżi u tal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili, sabiex ikun jista' joħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż konkreti biex itejjibhom aktar.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 10a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Minħabba l-valur maqbul komunement tas-solidarjetà , l-Unjoni għandha rwol ċentrali fl-aċċelerazzjoni tal-progress lejn il-ksib tal-għan ta' forniment ekwu u universali ta' servizzi tas-saħħa ta' kwalità bħala bażi għall-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 16</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta jitqies li l-iskjerament ta' kapaċitajiet tar-rescEU għall-kapaċitajiet ta' rispons fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħti valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni għaliex jiżgura r-reazzjoni effettiva u rapida għal persuni f'emerġenza, jenħtieġ li jsiru obbligi ulterjuri b'rabta mal-viżibbiltà biex l-Unjoni tingħata prominenza.

(16) Meta jitqies li l-iskjerament ta' kapaċitajiet tar-rescEU għall-kapaċitajiet ta' rispons fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni jagħti valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni għaliex jiżgura r-reazzjoni effettiva u rapida għal persuni f'emerġenza, jenħtieġ li jsiru obbligi ulterjuri b'rabta mal-viżibbiltà biex jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u l-media kif ukoll biex tingħata prominenza lill-Unjoni. L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jirċievu linji gwida ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni għal kull intervent partikolari biex jiżguraw li r-rwol tal-Unjoni jkun ippubbliċizzat kif xieraq.

</Amend>

<Amend>Emenda <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 17</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-ġestjoni indiretta jenħtieġ li tintuża bħala metodu għall-implimentazzjoni tal-baġit sabiex tiżdied il-flessibbiltà kif ukoll biex il-baġit jiġi eżegwit bl-aħjar mod possibbli.

(17) Sabiex tiżdied il-flessibbiltà u tinkiseb ukoll implimentazzjoni ottimali tal-baġit, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tipprevedi l-ġestjoni indiretta bħala metodu ta' eżekuzzjoni tal-baġit li għandu jintuża meta dan ikun iġġustifikat min-natura u l-kontenut tal-azzjoni kkonċernata.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, inklużi d-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandha tkun iffavorita, kull meta possibbli. Il-ġestjoni indiretta għandha tintuża biss meta jkun jista' jintwera b'mod ċar li dan huwa mod aktar effettiv u effiċjenti ta' implimentazzjoni għat-tip ta' azzjoni inkwistjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 17a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) F'konformità mal-Artikolu 155 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ("ir-Regolament Finanzjarju"), l-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 25(2) ta' din id-Deċiżjoni għandhom jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom kull sena. Ir-rekwiżiti ta' rapportar għal dawn l-entitajiet huma stabbiliti fil-ftehim ta' verifika msemmi fl-Artikolu 130(3) tar-Regolament Finanzjarju.

 

____________________

 

1a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Billi l-ġestjoni indiretta hija mod ġdid ta' implimentazzjoni skont il-UCPM, huwa importanti li jitfakkru l-obbligi ta' rapportar ta' entitajiet li joperaw f'reġim ta' ġestjoni indiretta kif stabbilit fl-Artikolu 155 tar-Regolament Finanzjarju.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 18</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE l-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali li jindikaw l-allokazzjonijiet ippjanati biex tippromwovi l-prevedibbiltà u l-effettività fit-tul. Dan jenħtieġ li jgħin lill-Unjoni tkun aktar flessibbli fl-eżekuzzjoni tal-baġit u b'hekk issaħħaħ l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija.

(18) Fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE l-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-istituzzjonijiet rilevanti, jenħtieġ li tadotta programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali li jindikaw l-allokazzjonijiet ippjanati biex tippromwovi l-prevedibbiltà u l-effettività fit-tul. Dan jenħtieġ li jgħin lill-Unjoni tkun aktar flessibbli fl-eżekuzzjoni tal-baġit u b'hekk issaħħaħ l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 18a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-istabbiliment u l-ġestjoni ta' riżervi strateġiċi addizzjonali tal-Unjoni u ta' kumulazzjoni ta' prodotti rilevanti għall-kriżijiet fl-ambitu tal-programm EU4Health jenħtieġ jikkomplementa r-riżervi reattivi ta' rescEU.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 22a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jenħtieġ li jippermetti wkoll il-possibbiltà ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali volontarji mill-Istati Membri.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 23</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Filwaqt li l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' tħejjija huma essenzjali biex tissaħħaħ is-sodezza tal-Unjoni meta tħabbat wiċċha ma' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, hija fin-natura tad-diżastri li l-okkorrenza, meta u d-daqs tagħhom huma imprevedibbli. Kif ħareġ fid-dieher fil-kriżi riċenti tal-COVID-19, ir-riżorsi finanzjarji mitluba biex tiġi żgurata reazzjoni xierqa jistgħu jvarjaw ħafna minn sena għal oħra u jenħtieġ li jkunu disponibbli minnufih. B'konsegwenza ta' dan, ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipji tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda tfisser li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi trid tiġi adattata. Għaldaqstant, minbarra l-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ikun xieraq li l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx jitħallew jiġu riportati, b'limitu għas-sena ta' wara u biss f'każ ta' azzjoni ta' reazzjoni.

(23) Filwaqt li l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' tħejjija huma essenzjali biex tissaħħaħ is-sodezza tal-Unjoni meta tħabbat wiċċha ma' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, hija fin-natura tad-diżastri li l-okkorrenza, meta u d-daqs tagħhom huma imprevedibbli. Kif ħareġ fid-dieher fil-kriżi riċenti tal-COVID-19, ir-riżorsi finanzjarji mitluba biex tiġi żgurata reazzjoni xierqa jistgħu jvarjaw ħafna minn sena għal oħra u jenħtieġ li jkunu disponibbli minnufih. B'konsegwenza ta' dan, ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipji tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda tfisser li l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi trid tiġi adattata. Għaldaqstant, minbarra l-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju, ikun xieraq li l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx jitħallew jiġu riportati, b'limitu għas-sena ta' wara u f'każ ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni, ta' tħejjija u ta' reazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Premessa 25</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE mhuwiex flessibbli biżżejjed biex l-Unjoni tkun tista' taġġusta l-investimenti għall-prevenzjoni, għat-tħejjija u għar-reazzjoni b'mod xieraq, u għaldaqstant qiegħed jitħassar. Il-livelli ta' investimenti li se jiġu allokati għall-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-immaniġġar tar-riskju ta' diżastri iridu jiġu deċiżi minn qabel. Dan in-nuqqas ta' flessibbiltà jżomm lura lill-Unjoni milli tkun f'pożizzjoni li tirreaġixxi għan-natura imprevedibbli tad-diżastri.

imħassar

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-koleġiżlaturi jenħtieġ li jsegwu d-distribuzzjoni relattiva ta' finanzjament skont il-pilastru (prevenzjoni, tħejjija u reazzjoni). Hija garantita biżżejjed flessibbiltà bil-possibbiltà ta' emenda tal-Anness permezz ta' att delegat.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>20</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

4a. "għanijiet tal-Unjoni marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri" tfisser objettivi li jistabbilixxu azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' tħejjija sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jirrispondu għad-diżastri, filwaqt li jiġi żgurat li s-suq intern jaħdem tajjeb f'sitwazzjoni li fiha diżastru jew kriżi jista' jkollu effetti transfruntiera negattivi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>21</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 6 – paragrafu 5</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija. L-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta' avvenimenti imprevedibbli ta' diżastru b'impatt għoli u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riskju ta' diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli.

5. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri biex tappoġġa azzjonijiet ta' prevenzjoni u tħejjija. L-għanijiet tar-reżiljenza għad-diżastri għandhom jiżguraw bażi għall-ħarsien tal-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà fid-dawl tal-effetti tal-katina ta' avvenimenti imprevedibbli ta' diżastru b'impatt kbir u biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu bbażati fuq xenarji li jħarsu lejn il-futur, fosthom l-impatt tat-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità fuq ir-riskju ta' diżastri, data fuq avvenimenti tal-imgħoddi u analiżi tal-impatt transsettorjali u analiżi tal-impatt soċjali fit-tul fuq ir-reġjuni affettwati, b'attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli. Hija u tfassal l-għanijiet marbuta mar-reżiljenza għad-diżastri, il-Kummissjoni għandha tiffoka speċifikament fuq diżastri rikorrenti li jolqtu r-reġjuni tal-Istati Membri u tissuġġerixxi li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri konkreti, inklużi dawk li għandhom jiġu implimentati bl-użu ta' fondi tal-UE, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-kriżijiet.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>22</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 7 – paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod partikolari l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġa r-rispons għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f'ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f'kuntatt mill-qrib mas-sistemi nazzjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.

B'mod partikolari l-ERCC għandu jikkoordina, jimmonitorja u jappoġġa r-rispons għall-emerġenzi fil-livell tal-Unjoni f'ħin reali. L-ERCC għandu jaħdem f'kuntatt mill-qrib mas-sistemi nazzjonali tal-kriżijiet, mal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili, gruppi volontarji fil-livell komunitarju u mal-korpi rilevanti tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>23</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 8 – punt (c) – inċiż 3a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 li tingħata assistenza teknika ta' taħriġ lill-komunitajiet lokali bil-ħsieb li jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom rigward l-ewwel reazzjoni tagħhom għal kriżi mingħajr assistenza;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>24</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tuża atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2) biex tiddefinixxi l-kapaċitajiet tar-rescEU, fuq il-bażi tal-għanijiet ta' reżiljenza msemmija fl-Artikolu 6(5), tal-bini ta' xenarji msemmija fl-Artikolu 10(1), b'kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati u emerġenti u tal-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi fil-livell tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma tat-tifi tan-nar tal-foresti mill-ajru, tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, u reazzjoni medika ta' emerġenza.

2. Il-Kummissjoni għandha tuża atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 33(2) biex tiddefinixxi l-kapaċitajiet tar-rescEU, fuq il-bażi tal-għanijiet ta' reżiljenza msemmija fl-Artikolu 6(5), tal-bini ta' xenarji msemmija fl-Artikolu 10(1), b'kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati u emerġenti u tal-kapaċitajiet u l-lakuni kumplessivi fil-livell tal-Unjoni, partikolarment fl-oqsma tat-tifi tan-nar tal-foresti mill-ajru, siżsmiċi, tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, u reazzjoni medika ta' emerġenza. Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment l-informazzjoni dwar l-għadd u l-klassifikazzjoni tal-kapaċitajiet ta' rescEU u tagħmel din l-informazzjoni direttament disponibbli għall-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>25</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward tal-kapaċitajiet għall-indirizzar ta' emerġenzi mediċi, bħal kumulazzjoni strateġika u timijiet mediċi ta' emerġenza, il-Kummissjoni għandha tiżgura li huma koordinati u jiksbu sinerġiji ma' programmi rilevanti oħra tal-UE, b'mod partikolari mal-Programm EU4Health, bl-objettiv li jingħata rispons konsistenti u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet, u b'hekk jiġi potenzjalment iġġenerat iffrankar finanzjarju.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>26</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b'lokazzjoni jew mikrija u / jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' takkwista, tikri, tikseb b'lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tisstokkja jew tiddistribwixxi provvisti jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta' proċedura ta' akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, jinkrew, jinkisbu b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu akkwistati, miksuba b'lokazzjoni jew mikrija u / jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tista' takkwista, tikri, tikseb b'lokazzjoni jew inkella tikkuntratta kapaċitajiet tar-rescEU biex tistokkja jew tiddistribwixxi provvisti ta' kwalità għolja jew biex tagħti servizz lill-Istati Membri permezz ta' proċedura ta' akkwist konformi mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Meta l-kapaċitajiet tar-rescEU jiġu akkwistati, jinkrew, jinkisbu b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Istati Membri, ikunu jistgħu jiġu konċessi għotjiet diretti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri mingħajr sejħa għall-proposti.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-kriżi tal-COVID-19 uriet biċ-ċar l-importanza ta' kontroll tal-kwalità ta' kwalunkwe provvista u tagħmir mediku, speċjalment meta akkwist jseħħ barra mill-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>27</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 3</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b'lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b'mod strateġiku ġewwa l-Unjoni. F'konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-kapaċitajiet ta' rescEU li jiġu akkwistati, jinkrew, miksuba b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu lokalizzati wkoll f'pajjiżi terzi permezz ta' netwerks fdati ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ospitati fl-Istati Membri li jakkwistaw, jikru, jiksbu b'lokazzjoni jew inkella jikkuntrattaw dawk il-kapaċitajiet. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni, il-kapaċitajiet tar-rescEU li jiġu akkwistati, mikrija, miksuba b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jridu jiġu prepożizzjonati b'mod strateġiku ġewwa l-Unjoni. F'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew, il-kapaċitajiet ta' rescEU li jiġu akkwistati, jinkrew, miksuba b'lokazzjoni jew inkella kkuntrattati mill-Kummissjoni jistgħu jiġu lokalizzati wkoll f'pajjiżi terzi permezz ta' networks fdati ġestiti minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>28</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 12 – paragrafu 10 – subparagrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-kapaċitajiet ta' rescEU jistgħu jiġi skjerati barra mill-Unjoni skont il-paragrafi minn 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu.;

il-kapaċitajiet ta' rescEU jistgħu jiġi skjerati barra mill-Unjoni skont il-paragrafi minn 6 sa 9 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi li jiggarantixxu r-responsabbiltà u l-użu korrett tal-kapaċitajiet tar-rescEU f'pajjiżi terzi, inkluż l-għoti ta' aċċess minn uffiċjali ta' kontroll tal-Unjoni. Għandha tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni f'pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 20a(1) u (2) ta' din id-Deċiżjoni.;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>29</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt d</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafi 5 u 6</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Il-paragrafi 5 u 6 huma mħassra.

(d) Il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

5. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi il-mod ta' tqassim imniżżel fl-Anness I fid-dawl tal-eżitu tal-evalwazzjoni imsemmija fl-Artikolu 34(3). Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn neċessarju, fid-dawl ta' avvenimenti mhux mistennija li jaffettwaw l-eżekuzzjoni tal-baġit jew fid-dawl tal-istabbiliment ta' kapaċitajiet tar-rescEU, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 sabiex l-Anness I huwa emendat biex jiġi aġġustat kull wieħed miċ-ċifri tal-Anness I b'aktar minn 10 punti perċentwali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġi mħeġġa torganizza valutazzjonijiet tal-impatt għal kwalunkwe proposta biex temenda l-Anness I u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti f'dan ir-rigward.

 

6. Meta, fl-eventwalità ta' reviżjoni neċessarja tar-riżorsi baġitarji disponibbli għall-azzjonijiet ta' reazzjoni, raġunijiet imperattivi ta' urġenza hekk jirrikjedu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 biex temenda l-Anness I biex taġġusta kull waħda miċ-ċifri tal-Anness I b'aktar minn 10 punti perċentwali, fl-allokazzjonijiet baġitarji disponibbli u f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 31.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>30</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt da (ġdid)

</Article><DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19 – paragrafu 6a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu 6a li ġej:

 

(6a) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru ..../... li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta'... 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>31</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 19a – paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati skont din id-Deċiżjoni permezz tal-ammonti msemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament, soġġetti għall-Artikolu 4(4) u (8) tiegħu.

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati skont din id-Deċiżjoni b'ammont ta' EUR 2 187 620 000 fi prezzijiet kurrenti kif imsemmija fil-punt (iv) tal-Artikolu 3(2)(a) ta' dan ir-Regolament, soġġetti għall-Artikolu 4(4) u (8) tiegħu.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Huwa preferibbli, għal raġunijiet ta' ċarezza u trasparenza, fil-bażi ġuridika tal-UCPM jiġi kkwotat l-ammont eżatt li għandu jiġi previst għall-UCPM permezz tal-Istrument ta' Rkupru.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>32</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 20a – paragrafu 1 – subparagrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwull assistenza jew finanzjament ipprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

Kwalunkwe assistenza jew finanzjament ipprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw viżibilità xierqa skont il-linji gwida speċifiċi maħruġa mill-Kummissjoni għal interventi konkreti. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjoni pubblika għal operazzjonijiet iffinanzjati taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>33</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 25 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju b'ġestjoni diretta jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew f'ġestjoni indiretta flimkien ma' korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) ta' dan ir-Regolament. Meta jintgħażel il-mod ta' implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju, għandha tingħata prijorità lill-ġestjoni diretta. Meta jkun iġġustifikat min-natura u l-kontenut tal-azzjoni kkonċernata, il-Kummissjoni tista' tuża ġestjoni indiretta. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni billi tistabbilixxi azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni li jistgħu jiġu implimentati f'ġestjoni indiretta.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, inklużi d-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandha tkun favorita, kull meta possibbli. Il-ġestjoni indiretta għandha tintuża biss meta jkun jista' jintwera b'mod ċar li dan huwa mod aktar effettiv u effiċjenti ta' implimentazzjoni għat-tip ta' azzjoni inkwistjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>34</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 25 – paragrafu 5</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Flimkien mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju , l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha kienu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom awtomatikament jiġu riportati u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw biss għall-azzjonijiet ta' reazzjoni. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta' wara.

5. Flimkien mal-Artikolu 12(4) tar-Regolament Finanzjarju , l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha kienu ddaħħlu fil-baġit annwali għandhom awtomatikament jiġu riportati u jistgħu jiġu impenjati u mħallsa sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jintużaw għall-azzjonijiet ta' prevenzjoni, tħejjija u reazzjoni. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta' wara.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>35</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt (a)</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 30 – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5), fl-Artikolu 19(5) u (6), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) u fl-Artikolu 25(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>36</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal deċiżjoni</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23</Article>

<DocAmend2>Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE</DocAmend2>

<Article2>Anness I</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-Anness I jitħassar.

imħassar

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-koleġiżlaturi għandhom isegwu d-distribuzzjoni relattiva ta' finanzjament skont il-pilastru (prevenzjoni, tħejjija u reazzjoni). Hija garantita biżżejjed flessibbiltà bil-possibbiltà ta' emenda tal-Anness permezz ta' att delegat.

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

Referenzi

COM(2020)0220 – C9-0160/2020 – 2020/0097(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

17.6.2020

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.6.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Niclas Herbst

19.6.2020

Eżami fil-kumitat

13.7.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

1.9.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Petros Kokkalis, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petros Kokkalis

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

Renew Group

Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Hélène Laporte

Verts/ALE

Rasmus Andresen, David Cormand, Alexandra Geese, Francisco Guerreiro

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

GUE/NGL

Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis

 

1

-

ID

Joachim Kuhs

 

1

0

NI

Mislav Kolakušić

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

Referenzi

COM(2020)0220 – C9-0160/2020 – 2020/0097(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.6.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

17.6.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.6.2020

DEVE