<Date>{08/09/2020}8.9.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0149/2020</NoDocSe>
PDF 281kWORD 94k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0619 – C9-0188/2019 – 2019/0272(COD))</DocRef>


<Commission>{PECH}Kumitat għas-Sajd</Commission>

Rapporteur: <Depute> Giuseppe Ferrandino </Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627

(COM(2019)0619 – C9-0188/2019 – 2019/0272(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0188/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0149/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

<RepeatBlock-Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Waqt il-21 laqgħa speċjali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-ICCAT"), li ġiet stabbilita mill-Konvenzjoni, adottat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 li tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-pjan ta' ġestjoni"). Il-pjan ta' ġestjoni jsegwi l-parir tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-SCRS") tal-ICCAT, li jgħid li jenħtieġ li l-ICCAT tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-istokk fl-2018 minħabba li l-istat attwali tal-istokk ma jidhirx li għadu jeħtieġ il-miżuri ta' emerġenza li kienu ddaħħlu fil-kuntest tal-pjan għall-irkupru tat-tonn (li kien ġie stabbilit bir-Rakkomandazzjoni 17-17 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04).

(4) Waqt il-21 laqgħa speċjali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-ICCAT"), li ġiet stabbilita mill-Konvenzjoni, adottat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 li tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-pjan ta' ġestjoni"). Il-pjan ta' ġestjoni jsegwi l-parir tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-SCRS") tal-ICCAT, li jgħid li jenħtieġ li l-ICCAT tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-istokk fl-2018 minħabba li l-istat attwali tal-istokk ma jidhirx li għadu jeħtieġ il-miżuri ta' emerġenza li kienu ddaħħlu fil-kuntest tal-pjan għall-irkupru tat-tonn (li kien ġie stabbilit bir-Rakkomandazzjoni 17-17 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04), iżda mingħajr ma ddgħajjef il-miżuri eżistenti ta' monitoraġġ u kontroll.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Fir-rapport l-aktar reċenti tiegħu, l-SCRS tal-ICCAT iddikjara li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li timxi minn pjan ta' bini mill-ġdid għal pjan ta' ġestjoni, mingħajr ma ddgħajjef il-miżuri attwali ta' monitoraġġ u kontroll.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fis-26 laqgħa regolari tagħha fl-2019, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 19-04 li temenda l-pjan ta' ġestjoni pluriennali stabbilit bir-Rakkomandazzjoni 18-02. Ir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT tħassar u tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 18-02.

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-pjan ta' ġestjoni jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tipi ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd differenti. Huma u jimplimentaw il-pjan ta' ġestjoni, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-attivitajiet tas-sajd ta' mal-kosta u l-użu ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, kif ukoll ta' rkaptu u ta' tekniki li jintużaw fis-sajd tradizzjonali u artiġjanali, biex b'hekk jikkontribwixxu għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali.

(8)  Il-pjan ta' ġestjoni jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tipi ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd differenti. Huma u jimplimentaw il-pjan ta' ġestjoni, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-attivitajiet tas-sajd ta' mal-kosta u l-użu ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, b'mod partikolari l-użu ta' rkaptu u ta' tekniki li jintużaw fis-sajd tradizzjonali u artiġjanali, biex b'hekk jikkontribwixxu għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali. Eżempji ta' tali sajd tradizzjonali u artiġjanali huma pereżempju t-teknika antika għall-insib u l-qbid tat-tonn magħrufa bħala "almadrabas", ipprattikat f'ċerti partijiet tal-Mediterran, kif ukoll is-sajd tal-flotta kostali fuq skala żgħira għall-ħut frisk permezz ta' bastimenti bil-bastun u x-xlief, bastimenti tas-sajd bil-konz u bastimenti tas-sajd bix-xolfa tal-idejn. Meta jkunu qed jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust u trasparenti fost id-diversi segmenti tal-flotta, bl-għan li jqassmu mill-ġdid parti mill-kwota lis-sajd tradizzjonali u artiġjanali, filwaqt li jqisu d-drittijiet storiċi.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li biżżejjed mill-kwota tagħhom tipprevedi l-qabdiet aċċessorji tat-tonn, b'mod partikolari permezz tas-sajd tradizzjonali u artiġjanali.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Ħafna sajjieda li għandhom fil-mira speċijiet simili għat-tonn, bħall-pixxispad, ma għandhomx kwota għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn tagħhom.

</Amend> 

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8b (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sajd artiġjanali fuq skala żgħira.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 14</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Minħabba li ċerti rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT ta' spiss jiġu emendati mill-Partijiet Kontraenti tal-ICCAT u x'aktarx jiġu emendati aktar fil-ġejjieni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'rabta mal-aspetti li ġejjin, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet futuri tal-ICCAT li jemendaw jew li jissupplimentaw il-pjan ta' ġestjoni tal-ICCAT jiddaħħlu malajr fil-liġi tal-Unjoni: l-iskadenzi għall-mortalità mis-sajd fil-mira meħtieġa sabiex il-bijomassa tal-istokk tinżamm f'livell li jkun konsistenti mal-MSY; l-iskadenzi għar-rappurtar tal-informazzjoni u l-perjodi taż-żmien għall-istaġuni tas-sajd; id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; il-perċentwali u l-parametri u l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni; il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali u tal-osservaturi reġjonali; ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għat-trasferiment tal-ħut; u r-raġunijiet għas-sekwestru tal-qabdiet u għall-ordni tar-rilaxx tal-ħut. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet31 . B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(14) Minħabba li ċerti rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT ta' spiss jiġu emendati mill-Partijiet Kontraenti tal-ICCAT u x'aktarx jiġu emendati aktar fil-ġejjieni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'rabta mal-aspetti li ġejjin, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet futuri tal-ICCAT li jemendaw jew li jissupplimentaw il-pjan ta' ġestjoni tal-ICCAT jiddaħħlu malajr fil-liġi tal-Unjoni: l-iskadenzi għar-rappurtar tal-informazzjoni u l-perjodi taż-żmien għall-istaġuni tas-sajd; id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; il-perċentwali u l-parametri u l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni; il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali u tal-osservaturi reġjonali; ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għat-trasferiment tal-ħut; u r-raġunijiet għas-sekwestru tal-qabdiet u għall-ordni tar-rilaxx tal-ħut. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet31 . B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

__________________

__________________

31 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

31 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Jeħtieġ li l-premessa tkun koerenti mal-Artikolu 65 ta' din il-Proposta

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jżomm bijomassa tat-tonn f'livell li jkun 'il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jżomm bijomassa tat-tonn għal madwar B0.1, li tintlaħaq billi jsir sajd fil-livell ta' F0.1 jew inqas.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Dan l-objettiv, stabbilit mill-ICCAT, mhuwiex kontradittorju għall-objettiv tal-PKS dwar l-MSY, iżda huwa aktar speċifiku f'termini tal-indikatur li għandu jintuża.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għar-rikreazzjoni, għat-turiżmu jew għall-isport;

(6) "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għar-rikreazzjoni u/jew għat-turiżmu;

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Id-definizzjoni ta' sajd sportiv għandha tiġi inkluża fil-proposta.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) "sajd sportiv" tfisser sajd mhux kummerċjali li min jipprattikah ikun jifforma parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew ikun ingħata liċenzja sportiva nazzjonali;

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Din hija d-definizzjoni mogħtija fir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 12</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "tqegħid fil-gaġeġ" tfisser ir-rilokazzjoni tat-tonn ħaj fil-farms tal-ħut u l-għalf sussegwenti ta' dan it-tonn bil-għan li jismen u li tiżdied il-bijomassa totali tiegħu;

(12) "tqegħid fil-gaġeġ" tfisser ir-rilokazzjoni tat-tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport jew mit-tunnara għal ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut jew il-gaġeġ għat-tismin tal-ħut;

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Għal raġunijiet ta' ċarezza u uniformità fost il-PKK, id-definizzjoni għandha tkun l-istess bħal dik li tinsab fir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT. Jekk hemm problema b'din id-definizzjoni, din għandha tiġi ttrattata fil-kuntest tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 14</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) "farm tal-ħut" tfisser żona tal-baħar iddefinita b'mod ċar mill-koordinati ġeografiċi li tintuża għat-tismin jew għat-trobbija tat-tonn maqbud bit-tunnari u/jew bil-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża. Farm tal-ħut jista' jkollu diversi postijiet ta' trobbija tal-ħut, kollha kemm huma ddefiniti mill-koordinati ġeografiċi b'definizzjoni ċara tal-lonġitudni u tal-latitudni ta' kull punt tal-poligonu;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 17</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) "kamera sterjoskopika" tfisser kamera b'żewġ lentijiet jew aktar, li jkollha sensur separat tal-immaġni jew qafas separat tal-films għal kull lenti, li tippermetti li jittieħdu immaġnijiet tridimensjonali biex jitkejjel it-tul tal-ħut;

(17) "kamera sterjoskopika" tfisser kamera b'żewġ lentijiet jew aktar, li jkollha sensur separat tal-immaġni jew qafas separat tal-films għal kull lenti, li tippermetti li jittieħdu immaġnijiet tridimensjonali biex jitkejjel it-tul tal-ħut u tgħin biex jiġu rfinati l-għadd u l-piż tat-tonn;

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Id-definizzjoni ġiet emendata bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 32</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) "sforz tas-sajd" tfisser il-prodott tal-kapaċità u tal-attività ta' bastiment tas-sajd sabiex titkejjel l-intensità tal-attivitajiet tas-sajd. Dan il-kejl ivarja minn irkaptu għall-ieħor. Fil-każ tas-sajd bil-konzijiet, il-kejl isir f'termini tal-għadd ta' snanar jew tas-snanar fis-siegħa. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, il-kejl isir f'termini tal-jiem fuq id-dgħajsa (il-ħin tas-sajd flimkien mal-ħin tat-tiftix);

(32) 'sforz tas-sajd' tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta' bastiment tas-sajd; għal grupp ta ' bastimenti tas-sajd ifisser it-total tal-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp;

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT ma jipprevedux definizzjoni ta' "sforz tas-sajd". Jekk kellha tiġi inkluża definizzjoni hawnhekk, din għandha tkun dik mogħtija fl-Artikolu 4(1), punt 21, tar-Regolament bażiku tal-PKS.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B'deroga mill-paragrafu 1, ir-riport tat-tonn ħaj mhux maqtul jista' jkun permess jekk il-Kummissjoni tiżviluppa sistema msaħħa ta' kontroll u tirrapporta dan lis-Segretarjat tal-ICCAT. Dik is-sistema għandha tifforma parti integrali mill-pjan ta' spezzjoni tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 13 u għandha tinkludi tal-inqas il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 26(3) u fl-Artikolu 52.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, ir-riport fi ħdan farm tat-tonn ħaj mhux maqtul minn qabda tas-sena ta' qabel jista' jkun permess jekk il-Kummissjoni tiżviluppa sistema msaħħa ta' kontroll u tirrapporta dan lis-Segretarjat tal-ICCAT. Dik is-sistema għandha tifforma parti integrali mill-pjan ta' spezzjoni tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 13 u għandha tinkludi tal-inqas il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 26(3) u fl-Artikolu 52.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li jittrasferixxu massimu ta' 5 % tal-kwota tagħhom għall-2020. L-Istati Membri għandhom jinkludu dik it-talba fil-pjan tal-kapaċità tas-sajd tagħhom.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-possibbiltà li l-kwota mhix użata tiġi riportata hija possibbiltà għall-PKK kollha u prevista fir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT u l-Istati Membri għandu jkollhom l-istess possibbiltà.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qabel ma jibda staġun tas-sajd, l-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni bir-reqqa ta' kull tonn ħaj li jkun ġie riportat wara l-qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, it-tonn ħaj kollu li jkun ġie riportat mis-sena tal-qbid li fiha jkun sar qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut għandu jiġi ttrasferit lejn gaġeġ oħrajn bl-użu ta' sistemi ta' kameras sterjoskopiċi jew ta' metodi alternattivi, sakemm dawn ikunu jiżguraw l-istess livell ta' preċiżjoni u ta' akkuratezza, skont l-Artikolu 50. Għandha tiġi żgurata f'kull ħin it-traċċabbiltà ddokumentata bis-sħiħ. Ir-riport tat-tonn mis-snin li fihom ma jkunx sar qtil għandu jiġi kkontrollat kull sena bl-użu tal-istess proċedura ta' teħid tal-kampjuni abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju.

3. Qabel ma jibda staġun tas-sajd, l-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni bir-reqqa ta' kull tonn ħaj li jkun ġie riportat wara l-qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, it-tonn ħaj kollu li jkun ġie riportat mis-sena tal-qbid li fiha jkun sar qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut għandu jiġi ttrasferit lejn gaġeġ oħrajn bl-użu ta' sistemi ta' kameras sterjoskopiċi jew ta' metodi alternattivi, sakemm dawn ikunu jiżguraw l-istess livell ta' preċiżjoni u ta' akkuratezza, skont l-Artikolu 50. Għandha tiġi żgurata f'kull ħin it-traċċabbiltà ddokumentata bis-sħiħ. Ir-riport tat-tonn mis-snin li fihom ma jkunx sar qtil massiv għandu jiġi kkontrollat kull sena billi tiġi applikata l-istess proċedura għall-kampjuni xierqa abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test mar-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 10 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 L-Istati Membri jistgħu jallokaw kwoti settorjali għall-bastimenti kostali fuq skala żgħira li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn u għandhom jinkludu t-tali allokazzjoni fil-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll il-miżuri addizzjonali biex jimmonitorjaw mill-qrib il-konsum tal-kwoti minn dik il-flotta fil-pjanijiet ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' spezzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd differenti ta' bastimenti biex jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, bl-użu tal-parametri msemmijin fil-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri li għandhom bastimenti kostali fuq skala żgħira li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn għandhom jallokaw kwota settorjali speċifika għal dawk il-bastimenti u għandhom jinkludu t-tali allokazzjoni fil-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll il-miżuri addizzjonali biex jimmonitorjaw mill-qrib il-konsum tal-kwoti minn dik il-flotta fil-pjanijiet ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' spezzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd differenti ta' bastimenti biex jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, bl-użu tal-parametri msemmijin fil-paragrafu 1.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Din l-emenda għandha l-għan li tallinja t-test mal-punt 19(a) tar-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT.

</Amend> 

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta filwaqt li jqisu b'mod speċjali s-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika kif ukoll drittijiet storiċi, u għandhom jagħmlu wkoll ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta filwaqt li jqisu b'mod speċjali s-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

 

</Amend> 

<Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal dak il-għan, l-Istati Membri li jallokaw inqas minn 20 % tal-kwota tagħhom tat-tonn lill-bastimenti kostali fuq skala żgħira tagħhom għandhom jistabbilixxu pjan annwali ta' tqassim mill-ġdid tal-allokazzjoni tas-sajd, sabiex tiżdied il-kwota allokata lil dawk il-bastimenti. F'dak il-pjan, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-qosor kif se jagħmlu ħilithom biex iqassmu mill-ġdid il-kwota skont il-prinċipji u l-kriterji msemmija fl-ewwel paragrafu.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>20</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd. F'dak il-pjan, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-għadd ta' bastimenti tas-sajd b'tali mod li jiżguraw li l-kapaċità tas-sajd tkun tikkorrispondi mal-opportunitajiet tas-sajd allokati għall-bastimenti tal-qbid għall-perjodu rilevanti tal-kwota. L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd bl-użu tal-parametri ddefiniti fl-att tal-Unjoni li huwa fis-seħħ għall-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd. L-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandu jkun limitat għal varjazzjoni massima ta' 20 % meta mqabbla mal-kapaċità tas-sajd tal-linja bażi tal-2018.

Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd. F'dak il-pjan, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-għadd ta' bastimenti tal-qbid u tunnari b'tali mod li jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tkun tikkorrispondi mal-opportunitajiet tas-sajd allokati għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari għall-perjodu rilevanti tal-kwota. L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd bl-użu tal-parametri ddefiniti fl-att tal-Unjoni li huwa fis-seħħ għall-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd. L-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd tal-Unjoni għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandu jkun limitat għal varjazzjoni massima ta' 20 % meta mqabbla mal-kapaċità tas-sajd tal-linja bażi tal-2018.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT. L-Artikolu 4(4) tar-Regolament 1380/2013 jqis lit-tunnari bħala bastimenti tas-sajd. Il-kwoti huma allokati wkoll lit-tunnari.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>21</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni, sal-15 ta' Mejju ta' kull sena, pjanijiet riveduti ta' ġestjoni tat-trobbija.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat fir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>22</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 15 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. F'każ li Stat Membru ma jibgħatx lill-Kummissjoni xi wieħed mill-pjanijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 sal-iskadenza speċifikata, jew jekk il-Kummissjoni tkun sabet każ ta' nuqqas serju ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kif stabbilit fir-rapporti finali tal-ispezzjoni, hija tista' tiddeċiedi li ma tapprovax il-pjanijiet imressqin u li tibgħat il-pjan tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr il-pjanijiet tal-Istat Membru kkonċernat.

3. F'każ li Stat Membru ma jibgħatx lill-Kummissjoni xi wieħed mill-pjanijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 sal-iskadenza speċifikata, jew jekk il-Kummissjoni tkun sabet każ ta' nuqqas serju ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward il-pjanijiet annwali tas-sajd kif stabbilit fir-rapporti finali tal-ispezzjoni, hija tista' tiddeċiedi li ma tapprovax il-pjanijiet imressqin u li tibgħat il-pjan tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr il-pjanijiet tal-Istat Membru kkonċernat.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>23</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10, Ċipru u l-Greċja jistgħu jitolbu li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħhom jitħallew jistadu għat-tonn fil-Baħar Mediterran tal-Lvant (fiż-żona tas-sajd 37.3.1 u 37.3.2 tal-FAO) mill-15 ta' Mejju sal-1 ta' Lulju.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Din id-deroga hija inkluża fir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>24</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 16 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B'deroga mill-paragrafu 1, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħha msemmijin fl-Artikolu 10, il-Kroazja tista' titlob li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħha jitħallew jistadu għat-tonn għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut fil-Baħar Adrijatiku (fiż-żona tas-sajd 37.2.1 tal-FAO) sal-15 ta' Lulju.

2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10, il-Kroazja u l-Italja jistgħu jitolbu li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħhom jitħallew jistadu għat-tonn għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut fil-Baħar Adrijatiku (fiż-żona tas-sajd 37.2.1 tal-FAO) mis-26 ta' Mejju sal-15 ta' Lulju.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

It-test għandu jkun allinjat mar-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>25</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 16 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jipprovdi evidenza lill-Kummissjoni li, minħabba rwiefen li jilħqu forza 4 jew aktar fuq l-iskala Beaufort, xi wħud mill-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tiegħu li jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ma setgħux jużaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom matul sena partikulari, dak l-Istat Membru jista' jmexxi massimu ta' għaxart ijiem mitlufin sal-11 ta' Lulju ta' dik is-sena għall-bastimenti kkonċernati. In-nuqqas ta' attività tal-bastimenti kkonċernati u, fil-każ ta' attività konġunta tas-sajd, tal-bastimenti kollha involuti, għandu jkun iġġustifikat kif xieraq permezz tar-rapporti tat-temp u tal-pożizzjonijiet tal-VMS.

3. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, jekk Stat Membru jipprovdi evidenza lill-Kummissjoni li, minħabba fenomeni meteoroloġiċi straordinarji jew minħabba kriżi tas-saħħa pubblika, xi wħud mill-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tiegħu li jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ma setgħux jużaw il-jiem tas-sajd allokati lilhom matul l-istaġun tas-sajd, dak l-Istat Membru jista' jtawwal l-istaġun tas-sajd b'numru ekwivalenti ta' jiem tas-sajd mitluba għall-bastimenti kkonċernati, sa massimu ta' għaxart ijiem mitlufin. In-nuqqas ta' attività tal-bastimenti kkonċernati u, fil-każ ta' attività konġunta tas-sajd, tal-bastimenti kollha involuti, għandu, fil-każ ta' fenomeni meteoroloġiċi straordinarji, jkun iġġustifikat kif xieraq permezz tar-rapporti tat-temp u tal-pożizzjonijiet tal-VMS.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>26</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 20 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jipprevedi qabdiet aċċessorji tat-tonn fil-kwota tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan meta jibagħtilha l-pjan tas-sajd tiegħu.

1. Kull Stat Membru għandu jipprevedi biżżejjed qabdiet aċċessorji tat-tonn fil-kwota tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan meta jibagħtilha l-pjan tas-sajd tiegħu.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Ħafna sajjieda li għandhom fil-mira speċijiet simili għat-tonn, bħall-pixxispad, ma għandhomx kwota għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn tagħhom. Ammont adegwat tal-kwota tat-tonn għandu jitwarrab għall-qabdiet aċċessorji.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>27</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 29 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tal-Unjoni ma għandhomx iwettqu attivitajiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża minn PKK oħrajn.

3. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tal-Unjoni ma għandhomx iwettqu attivitajiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża minn PKK oħrajn. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tagħhom iwettqu operazzjonijiet konġunti tas-sajd mill-PKK b'inqas minn ħames bastimenti awtorizzati bit-tartarun tal-borża. Għal dak il-għan, għandu jintlaħaq qbil minn qabel dwar protokoll bejn l-Istat Membru u l-PKK ikkonċernata dwar l-arranġamenti operattivi li għandhom jiġu segwiti mill-bastimenti u mill-awtoritajiet ta' kull parti, b'mod partikolari fir-rigward tad-dokumenti tad-dikjarazzjoni tal-qbid kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-proposta tal-Kummissjoni tħalli barra li tinkludi l-paragrafu 62 tar-Rakkomandazzjoni 19-04, li jipprevedi deroga għall-projbizzjoni ta' operazzjonijiet konġunti tas-sajd. Din id-deroga għandha tkun akkumpanjata minn ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari minn protokoll miftiehem bejn il-partijiet interessati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>28</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 35 – titolu</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapporti ta' kull xahar dwar il-kwantitajiet

Rapporti ta' kull ġimgħa dwar il-kwantitajiet

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>29</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 35 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel il-ħmistax-il jum ta' kull xahar, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni d-data dwar il-kwantitajiet ta' tonn li jkunu nqabdu, li jkunu nħattu l-art, li jkunu ġew ittrasbordati jew li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ matul ix-xahar ta' qabel mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew mit-tunnari li jkunu rreġistrati fih. L-informazzjoni mibgħuta għandha tkun imqassma skont it-tip ta' rkaptu u għandha tkun tinkludi l-qabdiet aċċessorji, il-qabdiet mis-sajd sportiv u mis-sajd rikreattiv u l-attivitajiet tas-sajd li matulhom ma jinqabad l-ebda ħut. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT minnufih.

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti ta' kull ġimgħa dwar il-qabdiet. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu d-data dwar il-kwantitajiet ta' tonn li jkunu nqabdu, li jkunu nħattu l-art, li jkunu ġew ittrasbordati jew li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ matul ix-xahar ta' qabel mill-bastimenti tas-sajd jew it-tunnari li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru li jkunu rreġistrati fih. L-informazzjoni mibgħuta għandha tkun imqassma skont it-tip ta' rkaptu u għandha tkun tinkludi l-qabdiet aċċessorji, il-qabdiet mis-sajd sportiv u mis-sajd rikreattiv u l-attivitajiet tas-sajd li matulhom ma jinqabad l-ebda ħut. Fil-każ ta' bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u tunnari, ir-rapporti għandhom jikkonformaw, mutatis mutandis, mal-Artikolu 31. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT minnufih.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>30</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 38 – paragrafu 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi assenjat osservatur reġjonali wieħed tal-ICCAT għal kull farm tal-ħut għall-perjodu kollu tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ. F'każijiet ta' forza maġġuri, u wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jikkonfermaw dawk iċ-ċirkustanzi li jikkostitwixxu forza maġġuri, osservatur reġjonali tal-ICCAT jista' jiġi assenjat għal żewġ farms tal-ħut f'daqqa sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tat-trobbija tal-ħut. Madankollu, l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-farms tal-ħut għandu jitlob minnufih li jiġi assenjat osservatur reġjonali ieħor.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi assenjat osservatur reġjonali wieħed tal-ICCAT għal kull farm tal-ħut għall-perjodu kollu tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ. F'każijiet ta' forza maġġuri, u wara li l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat li jkun qed irabbi l-ħut fil-farms tal-ħut jikkonfermaw dawk iċ-ċirkustanzi li jikkostitwixxu forza maġġuri, osservatur reġjonali tal-ICCAT jista' jiġi assenjat lil żewġ farms tal-ħut f'daqqa sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tat-trobbija tal-ħut. Madankollu, l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-farms tal-ħut għandu jitlob minnufih li jiġi assenjat osservatur reġjonali ieħor.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>31</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>L-Artikolu 43 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Madankollu, f'każijiet meta r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex jiġu stmati l-kwantitajiet ittrasferiti, il-kaptan tal-bastiment jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara jista' jitlob lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli jawtorizzawh iwettaq trasferiment ġdid u jibgħat ir-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali. Jekk dak il-kontroll volontarju tat-trasferiment ma jsirx b'riżultati sodisfaċenti, l-Istat Membru responsabbli għandu jagħti bidu għal investigazzjoni dwar dan. Jekk wara dik l-investigazzjoni jiġi kkonfermat li l-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tippermettix li jiġu stmati l-kwantitajiet involuti fit-trasferiment, l-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru responsabbli għandhom jordnaw li jsir trasferiment ta' kontroll u għandhom jipprovdu r-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT. It-trasferimenti l-ġodda għandhom isiru bħala trasferimenti ta' kontroll sakemm il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tippermetti li jiġu stmati l-kwantitajiet ittrasferiti.

3. Madankollu, f'każijiet meta r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex jiġu stmati l-kwantitajiet ittrasferiti, il-kaptan tal-bastiment jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara jista' jitlob lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli jawtorizzawh iwettaq trasferiment ġdid u jibgħat ir-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali. Jekk dak il-kontroll volontarju tat-trasferiment ma jsirx b'riżultati sodisfaċenti, l-Istat Membru responsabbli għandu jagħti bidu għal investigazzjoni dwar dan. Jekk wara dik l-investigazzjoni jiġi kkonfermat li l-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tippermettix li jiġu stmati l-kwantitajiet involuti fit-trasferiment, l-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru responsabbli għandhom jordnaw li ssir operazzjoni oħra ta' trasferiment ta' kontroll u għandhom jipprovdu r-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT. It-trasferimenti l-ġodda għandhom isiru bħala trasferimenti ta' kontroll sakemm il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tippermetti li jiġu stmati l-kwantitajiet ittrasferiti.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>32</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 50 – paragrafu 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta r-riżultati tal-programm juru li l-kwantitajiet tat-tonn li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ ikunu jvarjaw mill-kwantitajiet irrappurtati bħala maqbudin u/jew ittrasferiti, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jniedi investigazzjoni dwar dan b'kooperazzjoni mal-Istat Membru jew mal-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara.

4. Meta r-riżultati tal-programm juru li l-kwantitajiet tat-tonn li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ ikunu jvarjaw mill-kwantitajiet irrappurtati bħala maqbudin u/jew ittrasferiti, l-Istat Membru tal-bandiera għandhom ivaraw investigazzjoni tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara b'kooperazzjoni mal-Istat Membru jew mal-PKK responsabbli għall-farm tal-ħut.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>33</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 51 – titolu</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ

Rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>34</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 51 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien ġimgħa minn meta titlesta l-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jibgħat dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ skont l-Anness XIV lill-Istat Membru jew lill-PKK tal-bastimenti li jkunu qabdu t-tonn jew tat-tunnari li fihom ikun inqabad it-tonn, u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

1. Fi żmien ġimgħa minn meta titlesta l-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jibgħat rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, inkluża d-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ spjegata fl-Anness XIV lill-Istat Membru jew lill-PKK li l-bastimenti jew it-tunnara tagħhom ikunu qabdu t-tonn, u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Ir-Rakkomandazzjonijiet 18-02 u 19-04 tal-ICCAT jirreferu għal dan bħala rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u għalhekk, għaċ-ċarezza, huwa preferibbli li jintuża l-istess terminu.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>35</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>L-Artikolu 52 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, kull Stat Membru responsabbli għall-farms tal-ħut għandu jistabbilixxi perċentwal minimu ta' ħut li għandu jiġi kkontrollat.  Dak il-perċentwal għandu jiġi stabbilit fil-pjan annwali ta' spezzjoni msemmi fl-Artikolu 13. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni r-riżultati tal-kontrolli għall-għarrieda li jkun wettaq kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk ir-riżultati lis-Segretarjat tal-ICCAT f'April tas-sena ta' wara.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, kull Stat Membru responsabbli għall-farms tal-ħut għandu jistabbilixxi perċentwal minimu ta' ħut li għandu jiġi kkontrollat. Dak il-perċentwal għandu jiġi stabbilit fil-pjan annwali ta' spezzjoni msemmi fl-Artikolu 13. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni r-riżultati tal-kontrolli għall-għarrieda li jkun wettaq kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk ir-riżultati lis-Segretarjat tal-ICCAT f'April tas-sena ta' wara l-perjodu tal-kwota rilevanti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>36</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 54 – titolu</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ

Rapport ta' sintesi dwar it-tqegħid fil-gaġeġ

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>37</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 54 – paragrafu 1 – parti introduttorja</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena sal-31 ta' Lulju, l-Istati Membri li huma suġġetti għall-obbligu li jippreżentaw dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ skont l-Artikolu 51 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ b'rabta mas-sena ta' qabel. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-1 ta' Awwissu ta' kull sena. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

Kull sena sal-31 ta' Lulju, l-Istati Membri li huma suġġetti għall-obbligu li jippreżentaw dikjarazzjonijiet u rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ skont l-Artikolu 51 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport ta' sintesi dwar it-tqegħid fil-gaġeġ b'rabta mas-sena ta' qabel. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-1 ta' Awwissu ta' kull sena. Ir-rapport ta' sintesi dwar it-tqegħid fil-gaġeġ għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Għal raġunijiet ta' ċarezza, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn ir-rapporti individwali dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u r-rapport annwali li l-Istati Membri huma mitluba jibagħtu kull sena lill-Kummissjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>38</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>L-Artikolu 56 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-kontroll, il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiżgura li t-trażmissjoni tad-data tal-VMS mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn ma tiġix interrotta meta l-bastimenti jkunu fil-port.

3. Għall-finijiet tal-kontroll, il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiżgura li t-trażmissjoni tad-data tal-VMS mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn ma tiġix interrotta meta l-bastimenti jkunu fil-port, kemm-il darba ma jkunx hemm sistema ta' dikjarazzjoni ta' dħul u ta' ħruġ mill-port.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Din id-deroga hija inkluża fir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>39</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 60 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 89 sa 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u, b'mod partikulari, għad-dmir tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri x-xierqa ta' infurzar b'rabta ma' bastiment tas-sajd, l-Istat Membru responsabbli għall-farm jew għall-farms tat-tonn għandu jieħu l-miżuri x-xierqa ta' infurzar b'rabta ma' farm tal-ħut meta jkun ġie stabbilit, skont il-liġijiet tiegħu, li dan il-farm tal-ħut ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 45 sa 55. Skont kemm ikun gravi r-reat u f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet nazzjonali, il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni jew l-irtirar tal-farm tat-tonn mir-reġistru, kif ukoll l-impożizzjoni ta' multi.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 89 sa 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u, b'mod partikulari, għad-dmir tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri x-xierqa ta' infurzar b'rabta ma' bastiment tas-sajd, l-Istat Membru responsabbli għall-farm jew għall-farms tat-tonn għandu jieħu l-miżuri x-xierqa ta' infurzar b'rabta ma' farm tal-ħut meta jkun ġie stabbilit, skont il-liġijiet tiegħu, li dan il-farm tal-ħut ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 45 sa 55. Skont kemm ikun gravi r-reat u f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet nazzjonali, tali miżuri jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni jew l-irtirar mir-Rekord ta' Faċilitajiet għat-Trobbija tat-Tonn tal-ICCAT stabbilit skont ir-Rakkomandazzjoni 06-07 tal-ICCAT, u/jew multi.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>40</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 61 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009 u (KE) Nru 1005/2008 u għar-Regolament (UE) Nru 1379/201346, għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trasbord tat-tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata stabbilita f'dan ir-Regolament, fl-Artikolu 4b tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta r-regoli tal-ICCAT dwar il-programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid.

1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009 u (KE) Nru 1005/2008 u għar-Regolament (UE) Nru 1379/201346, għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trasbord tat-tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata stabbilita f'dan ir-Regolament, fl-Artikolu 4b tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta r-regoli tal-ICCAT dwar il-programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn.

_________________

_________________

46 Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

46 Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>41</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt a</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jekk it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f'tunnari li l-Istat tal-bandiera tagħhom ma jkollux kwota, limitu fuq il-qbid jew sforz tas-sajd allokat għalih għat-tonn skont it-termini tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT; jew

(a) jekk it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f'tunnari li l-Istat tal-bandiera tagħhom ma jkollux kwota jew limitu fuq il-qbid għat-tonn skont it-termini tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT; jew

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>42</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt a</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-mira tal-mortalità mis-sajd sabiex il-bijomassa tal-istokk tinżamm fil-livell tal-MSY kif imsemmi fl-Artikolu 3;

imħassar

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-mira tal-mortalità mis-sajd hija element essenzjali tar-Regolament u, konsegwentement, għandha tiġi modifikata biss permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (kodeċiżjoni).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>43</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – punt 2– inċiż 2a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- mhux iktar minn 90 % tal-kwota tiegħu għat-tonn fost il-bastimenti tal-qbid tiegħu fl-Adrijatiku għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut ġo farms tal-ħut.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Din id-dispożizzjoni hija inkluża fir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>44</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness X – punt 9</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jekk il-vidjo rreġistrat ma jkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, l-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jitolbu li jsir trasferiment ġdid. Matul it-trasferiment il-ġdid, it-tonn kollu ta' ġol-gaġġa li fiha jkun iddaħħal it-tonn għandu jiġi ttrasferit għal ġo gaġġa oħra li trid tkun vojta.

(9) Jekk ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, l-operatur jista' jitlob lill-awtoritajiet tal-bandiera tal-bastiment jew tat-tunnara jwettqu trasferiment ta' kontroll volontarju. Tali trasferiment ta' kontroll volontarju għandu jinkludi li t-tonn kollu ta' ġol-gaġġa li fiha jkun iddaħħal it-tonn jiġi trasferit għal ġo gaġġa oħra li trid tkun vojta. Meta l-oriġini tal-ħut tkun tunnara, it-tonn li jkun diġà ġie trasferit mit-tunnara għall-gaġġa li fiha jiddaħħal jista' jintbagħat lura lejn it-tunnara, f'liema każ it-trasferiment ta' kontroll għandu jiġi kkanċellat taħt is-superviżjoni tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT.

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

Il-paragrafu ġie emendat bir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, li emendat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>45</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness XI – parti B – punt 2 – parti introduttorja</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Istat Membru responsabbli għar-razzett tat-tonn għandu jibgħat rapport lill-Istat Membru jew lill-PKK li tkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u lill-Kummissjoni, li jinkludi d-dokumenti li ġejjin:

(2) Fi żmien 15-il jum mid-data tat-tqegħid f'gaġġa, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jibgħat rapport lill-Istat Membru jew lill-PKK li jkunu responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u lill-Kummissjoni, li għandu jinkludi d-dokumenti li ġejjin:

<TitreJust>Ġustifikazzjoni</TitreJust>

L-iskeda ta' żmien hija stabbilita bir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT.

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>


 

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest tal-proposta

 

L-Unjoni Ewropea ilha Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Konvenzjoni tal-ICCAT") mill-14 ta' Novembru 1997.

 

Il-Konvenzjoni tal-ICCAT tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni reġjonali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn u tal-ispeċijiet li jixbhu lit-tonn fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra ta' madwaru permezz tat-twaqqif ta' Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT).

 

L-ICCAT hija awtorizzata li tadotta rakkomandazzjonijiet vinkolanti għall-konservazzjoni u l-ġestjoni taż-żoni tas-sajd fil-kompetenza tagħha. Dawn l-atti huma essenzjalment indirizzati lill-Partijiet Kontraenti tal-ICCAT, iżda jinkludu wkoll l-obbligi għall-operaturi privati (eż. il-kaptani tal-bastimenti). Ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT jidħlu fis-seħħ sitt xhur wara li jiġu adottati u jridu jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni malajr kemm jista' jkun.

 

Kontenut tal-Proposta

 

Għalhekk l-objettiv tal-proposta li qed tiġi kkunsidrata [COM(2019)619] huwa li r-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT, li tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (minn hawn' il quddiem "il-Pjan ta' Ġestjoni") tiġi trasposta fid-dritt tal-UE Ir-Rakkomandazzjoni ġiet adottata fil-21 laqgħa speċjali tal-ICCAT, li saret f'Dubrovnik mit-12 sad-19 ta' Novembru 2018.

 

Il-Pjan ta' Ġestjoni jsegwi l-parir tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-SCRS"), li jgħid li jeħtieġ li l-ICCAT tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-istokk fl-2018 minħabba li l-istat attwali tal-istokk ma jidhirx li għadu jeħtieġ il-miżuri ta' emerġenza li kienu ddaħħlu fil-kuntest tal-Pjan għall-Irkupru tat-tonn skont ir-Rakkomandazzjoni 17-17 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04. Dan tal-aħħar ġie traspost fid-dritt tal-UE permezz tar-Regolament (UE) Nru 2016/1627.

 

It-traspożizzjoni tkopri l-miżuri kollha ta' kontroll li jikkonċernaw il-qbid u t-trobbija tat-tonn fil-farms tal-ħut fl-ilmijiet tal-UE u/jew minn bastimenti tal-UE fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

 

Ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT tipprevedi Pjan ta' Ġestjoni li huwa ġeneralment iktar flessibbli mir-regoli eżistenti tal-Pjan għall-Irkupru, għakemm xi miżuri huma iktar preċiżi jew iktar restrittivi, bħall-kontrolli fil-farms tal-ħut. Id-differenzi ewlenin jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

 

a) staġuni miftuħin: għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, din il-proposta tipprevedi staġun miftuħ għal għaxart ijiem iktar minn dak previst fir-Regolament (UE) 2016/1627, sakemm l-Istati Membri ma jistabbilixxux mod ieħor fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom;

b) il-limitu tal-qabdiet aċċessorji qed jiżdied għal 20 % f'din il-proposta, meta mqabbel ma' 5 % fir-Regolament (UE) 2016/1627;

c) il-kapaċità tas-sajd: sa 20 % aktar bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża (b'rabta mal-perjodu ta' referenza tal-2018) huma permessi jistadu fil-kuntest ta' din il-proposta meta mqabbel mal-ammont permess skont ir-Regolament (UE) 2016/1627, u qed tiġi rrikonoxxuta kwota settorjali ġdida għas-sajd fuq skala żgħira fl-Azores, fil-Madeira u fil-Gżejjer Kanarji;

d) il-kapaċità tat-trobbija tal-ħut: b'din il-proposta, potenzjalment jista' jkun hemm 7 % iktar ħut fil-farms tal-ħut;

e) it-trasferimenti ġewwa l-farms tal-ħut u l-kontrolli għall-għarrieda: qed tissaħħaħ is-sistema ta' kontroll għat-tonn f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ tal-ħut ħaj fil-farms tal-ħut. Dan isir permezz ta' kontrolli għall-għarrieda bbażati fuq analiżi tar-riskju u stima tar-riporti bl-użu ta' kameras sterjoskopiċi.

 

Pożizzjoni tar-Rapporteur

 

Ir-Rapporteur jitlob traspożizzjoni stretta tar-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT, sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-UE fir-rigward tal-operaturi minn pajjiżi terzi. Huwa jqis li huwa kruċjali li jiġu applikati kundizzjonijiet identiċi għall-atturi kollha involuti fis-sajd biex jiġi żgurat l-appoġġ u l-fehim tas-settur.

 

F'dan il-każ, il-Kummissjoni ttrasponiet ir-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT b'mod preċiż ħafna, apparti minn xi każijiet speċifiċi, jiġifieri:

 

a)  id-definizzjoni ta' "tqegħid fil-gaġeġ" fl-Artikolu 5;

b) l-Artikolu 16 dwar l-istaġuni tas-sajd għandu jinkludi derogi għall-Baħar Mediterran tal-Lvant u għall-Baħar Adrijatiku, peress li huma previsti fir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT;

c) l-Artikolu 56 dwar it-trażmissjoni tad-data tal-VMS għandu jinkludi eċċezzjoni għall-operazzjonijiet fejn hemm sistema ta' dikjarazzjoni ta' dħul u ta' ħruġ mill-port;

d) l-Anness I għandu jinkludi limitu tal-perċentwal tal-kwota li jista' jiġi allokat għal skopijiet ta' trobbija tal-ħut ġo farms fil-Baħar Adrijatiku;

e) l-Anness XI għandu jinkludi skeda ta' żmien għall-għoti ta' rapporti bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi emendi speċifiċi fil-każijiet ta' hawn fuq, sabiex il-proposta tiġi allinjata mar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT.

 

Ir-Rapporteur jissuġġerixxi wkoll li tiġi emendata t-terminoloġija tad-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u tar-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ fl-Artikoli 51 u 54 tal-proposta rispettivament, sabiex jiġu allinjati aħjar mat-terminoloġija użata fir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT u tiġi evitata l-konfużjoni.

 

Matul is-26 Laqgħa Regolari tagħha, li saret f'Palma de Mallorca f'Novembru 2019, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 19-04, li tintroduċi xi emendi żgħar għar-Rakkomandazzjoni 18-02. L-emendi qablet dwarhom l-Unjoni Ewropea, u jirrigwardaw l-artikoli li ġejjin:

 

a) Artikolu 5, definizzjoni ta' kamera sterjoskopika.

b) Artikolu 7, Riporti tat-tonn ħaj mhux maqtul.

c) Artikolu 12, Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd.

d) Artikolu 14, Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut.

e) Artikolu 35, Rapporti ta' kull xahar dwar il-kwantitajiet.

f) Artikolu 38, Programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT.

g) Artikolu 43, Verifika mill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT u t-twettiq tal-investigazzjonijiet.

h) Artikolu 50, Miżuri u programmi biex jiġu stmati l-għadd ta' tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ u l-piż tiegħu.

i) Artikoli 51 u 54, Dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u Rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ.

j) Artikolu 60, Infurzar

k) Artikolu 61, Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni

l) Anness X, Standards minimi għall-proċeduri għar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera.

Ir-Rapporteur jipproponi emendi għall-artikoli msemmija hawn fuq, sabiex it-test jinġieb konformi mar-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT.

 

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur iqis li t-tifqigħa tal-COVID-19 għandha impatt straordinarju fuq l-attivitajiet tas-sajd, inklużi dawk relatati mat-tonn. Għalhekk iqis li huwa xieraq li l-istaġun tas-sajd għat-tonn bil-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża jiġi estiż sal-11 ta' Lulju jekk il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għas-sajd tat-tonn ma setgħux jutilizzaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom minħabba kriżi tas-saħħa pubblika.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627

Referenzi

COM(2019)0619 – C9-0188/2019 – 2019/0272(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.11.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

16.12.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

16.12.2019

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ENVI

9.1.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Giuseppe Ferrandino

22.1.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.1.2020

18.5.2020

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, François-Xavier Bellamy, Izaskun Bilbao Barandica, Isabel Carvalhais, Rosanna Conte, Rosa D’Amato, Giuseppe Ferrandino, Søren Gade, Francisco Guerreiro, Anja Hazekamp, Niclas Herbst, France Jamet, Pierre Karleskind, Predrag Fred Matić, Francisco José Millán Mon, Grace O’Sullivan, Manuel Pizarro, Caroline Roose, Annie Schreijer-Pierik, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel Bompard, Gabriel Mato, Raffaele Stancanelli

Data tat-tressiq

8.9.2020

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ECR

Raffaele Stancanelli, Ruža Tomašić

GUE/NGL

 

ID

Rosanna Conte, France Jamet

NI

Rosa D'Amato

PPE

François-Xavier Bellamy, Peter van Dalen, Niclas Herbst, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon, Annie Schreijer-Pierik,

RENEW

Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Pierre Karleskind

S&D

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Isabel Carvalhais, Giuseppe Ferrandino, Predrag Fred Matić, Manuel Pizarro

VERTS/ALE

 

 

1

-

GUE/NGL

Manuel Bompard

 

4

0

GUE/NGL

Anja Hazekamp

VERTS/ALE

Francisco Guerreiro, Grace O'Sullivan, Caroline Roose

 

Tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Settembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza