RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)
9.9.2020 - (COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD)) - ***I
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Korapporteurs: Andrey Novakov, Constanze Krehl
Rapporteur għal opinjoni (*): Agnes Jongerius
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)
(COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0451),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 177 u 322(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0149/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-13 ta' Lulju 2020[1],
– wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Baġits,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0150/2020),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) L-Istati Membri ntlaqtu mill-kriżi minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b'mod bla preċedent. Il-kriżi tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta' likwidità minħabba ż-żieda f'daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b'miżuri speċifiċi. |
(1) L-Istati Membri ntlaqtu minn kriżi soċjali, ekonomika u tas-saħħa minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b'mod bla preċedent. Il-kriżi tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta' likwidità minħabba ż-żieda f'daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom, filwaqt li jaggrava s-sitwazzjoni tan-nies f'riskju ta' faqar, jaċċentwa l-firdiet soċjali u jżid ir-rati tal-qgħad. L-għeluq tal-fruntieri interni kellu wkoll impatt serju fuq il-kooperazzjoni ekonomika f'żoni tal-fruntieri, filwaqt li affettwa l-ivjaġġar bejn ix-xogħol u lura u l-funzjonament tal-SMEs. Barra minn hekk, jeżisti tħassib fattibbli li l-aċċess tal-pazjenti għas-servizzi tal-kura tas-saħħa se jkun limitat fuq terminu medju u itwal. Jeħtieġ ukoll li jiġi kkunsidrat li jeżistu inugwaljanzi profondi fis-saħħa fl-UE kollha, speċjalment fir-reġjuni mal-fruntieri, u b'hekk dan jaċċentwa l-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati u jnaqqas il-koeżjoni soċjali globali fl-Istati Membri. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata permezz ta' miżuri speċifiċi, immedjati u straordinarji li jilħqu l-ekonomija reali b'mod rapidu, biex jiġu stimulati l-investimenti, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u l-preservazzjoni tan-nisġa kummerċjali. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Sabiex jirrispondu għall-impatt tal-kriżi, ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1301/2013 ġew emendati fit-30 ta' Marzu 2020 biex jippermettu aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE") u l-Fond ta' Koeżjoni ("il-Fondi") u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"). Madankollu, peress li l-effetti negattivi serji fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet marru għall-agħar, iż-żewġ Regolamenti reġgħu ġew emendati fit-23 ta' April 2020 biex jipprovdu flessibbiltà addizzjonali eċċezzjonali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-rispons meħtieġ għall-kriżi mingħajr preċedent billi jissaħħu l-possibbiltà li jiġi mobilizzat appoġġ mhux użat mill-Fondi u billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti proċedurali marbuta mal-implimentazzjoni u l-awditjar tal-programm. |
(2) Sabiex jirrispondu għall-impatt tal-kriżi, ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1301/2013 ġew emendati fit-30 ta' Marzu 2020 biex jippermettu aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE") u l-Fond ta' Koeżjoni ("il-Fondi") u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"). Madankollu, peress li l-effetti negattivi serji fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Unjoni marru għall-agħar, iż-żewġ Regolamenti reġgħu ġew emendati fit-23 ta' April 2020 biex jipprovdu flessibbiltà addizzjonali eċċezzjonali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-rispons meħtieġ għall-kriżi mingħajr preċedent billi tissaħħaħ il-possibbiltà li jiġi mobilizzat appoġġ mhux użat mill-Fondi u billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti proċedurali marbuta mal-implimentazzjoni u l-awditjar tal-programm, sabiex il-benefiċjarji finali jkunu jistgħu jaċċedu għall-finanzjament li sa issa ma kienx aċċessibbli. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex jiġu rimedjati xokkijiet kbar fl-ekonomija li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet eċċezzjonali stabbiliti mill-Istati Membri biex jikkontrollaw it-tixrid tal-COVID-19 u r-riskji ta' rkupru asimetriku li jirriżulta mid-disponibbiltà differenti minn Stat Membru għall-ieħor, li jwassal għal impatti serji fuq il-funzjonament tas-Suq Intern, fit-23 ta' April 2020 il-Kunsill Ewropew approva l- "Pjan direzzjonali għall-irkupru" b'element qawwi ta' investiment, sejjaħ għall-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Rkupru u ta mandat lill-Kummissjoni biex tanalizza l-ħtiġijiet sabiex ir-riżorsi jkunu mmirati lejn is-setturi u l-partijiet ġeografiċi tal-Unjoni l-aktar milquta, filwaqt li tiġi ċċarata wkoll ir-rabta mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027. |
(3) Sabiex jiġu rimedjati xokkijiet kbar fl-ekonomija u jiġu evitati konsegwenzi soċjali u ekonomiċi diżastrużi għall-Unjoni li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet eċċezzjonali stabbiliti mill-Istati Membri biex jikkontrollaw it-tixrid tal-COVID-19 u r-riskji ta' rkupru asimmetriku li jirriżulta mid-disponibbiltà differenti minn Stat Membru għall-ieħor, li wassal għal impatti serji fuq il-funzjonament tas-Suq Intern, fit-23 ta' April 2020 il-Kunsill Ewropew approva l-"Pjan direzzjonali għall-irkupru" b'element qawwi ta' investiment, sejjaħ għall-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Rkupru u ta mandat lill-Kummissjoni biex tanalizza l-ħtiġijiet sabiex ir-riżorsi jkunu mmirati lejn is-setturi u l-partijiet ġeografiċi tal-Unjoni l-aktar milquta, kif iddikjarat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fil-21 ta' Lulju 2020, filwaqt li tiġi ċċarata wkoll ir-rabta mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Skont ir-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru Ewropew] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fihom, għandhom jittieħdu miżuri ta' rkupru u reżiljenza taħt il-Fondi Ewropej tal-Investiment u l-Fondi Strutturali biex jiġi l-indirizzat l-impatt mingħajr preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Tali riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jintużaw biex tiġi żgurata l-konformità mat-termini stipulati fir-Regolament [ERI]. Barra minn dan, jenħtieġ li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020. |
(4) Skont ir-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru Ewropew] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fihom, għandhom jittieħdu miżuri ta' rkupru u reżiljenza taħt il-Fondi Ewropej tal-Investiment u l-Fondi Strutturali biex jiġi l-indirizzat l-impatt mingħajr preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Barra minn dan, jenħtieġ li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020, sabiex il-ħtiġijiet li nibtu mill-kriżi tal-COVID-19 jiġu indirizzati b'mod flessibbli. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta' EUR 58 272 800 000 (bi prezzijiet ta' bħalissa) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022, għandu jkun disponibbli bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta' tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, bil-ħsieb li jiġu skjerati riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 ġejjin mill-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru abbażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Il-metodu ta' allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata għandha tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aktar data statistika reċenti disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022 tar-riżorsi addizzjonali. |
(5) Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta' EUR 58 272 800 000 (fi prezzijiet kurrenti, EUR 54 806 498 104, fil-prezzijiet tal-2018) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea, għas-snin 2020, 2021 u 2022, u meta jkun iġġustifikat minn Stat Membru, anke għas-snin 2023 u 2024, għandu jkun disponibbli bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta' tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha, u fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, bil-ħsieb li jintużaw riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 u, meta applikabbli, għall-2023 u l-2024, ġejjin mill-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li tiġi allokata għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Fir-rigward tal-impenji baġitarji kemm taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi kif ukoll dak tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru f'atti ta' implimentazzjoni, abbażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom sabiex jiġi żgurat żvilupp armonjuż f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Il-metodu ta' allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata jenħtieġ li tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aktar data statistika reċenti disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022, u meta rilevanti, is-segmenti tal-2023 u l-2024, tar-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fejn jidħol l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja soda u iffinanzjar effettiv mill-UE. |
(6) Regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fejn jidħol l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament effettiv mill-UE, filwaqt li l-protezzjoni tal-benefiċjarji finali hija kruċjali biex titrawwem it-tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Sabiex tkun permessa flessibbiltà massima lill-Istati Membri fit-tfassil ta' azzjonijiet ta' teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, l-allokazzjonijiet jenħtieġ li jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-livell tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-possibbiltà li jintużaw xi riżorsi addizzjonali biex jingħata sostenn lil dawk l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri filwaqt li titħalla l-flessibbiltà massima lill-Istati Membri fir-rigward tal-allokazzjoni tagħha fi ħdan il-programmi operattivi appoġġati mill-FEŻR jew mill-FSE. Għandu jiġi ċċarat li ma hemmx bżonn li jiġi rispettat is-sehem minimu tal-FSE għar-riżorsi addizzjonali. Fil-kunsiderazzjoni tal-infieq rapidu mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma' dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati biss fl-għeluq tal-programmi operattivi. |
(7) Sabiex tkun permessa flessibbiltà massima lill-Istati Membri fit-tfassil ta' azzjonijiet ta' teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha u fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tas-sistemi tas-saħħa u tal-ekonomija, l-allokazzjonijiet jenħtieġ li jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-livell tal-Istati Membri filwaqt li jitqiesu l-aktar reġjuni milquta. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-possibbiltà li jintużaw xi riżorsi addizzjonali biex jingħata sostenn lil dawk l-aktar fil-bżonn u lill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri filwaqt li titħalla l-flessibbiltà massima lill-Istati Membri fir-rigward tal-allokazzjoni tagħha fi ħdan il-programmi operattivi appoġġjati mill-FEŻR jew mill-FSE. Jenħtieġ li l-qawwa operattiva tal-FSE tinżamm. Fil-kunsiderazzjoni tal-infiq rapidu mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma' dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati biss fl-għeluq tal-programmi operattivi. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Billi l-pandemija tal-COVID-19 affettwat lil reġjuni u muniċipalitajiet fi Stati Membri b'mod differenti, l-involviment tal-atturi reġjonali u lokali minn awtoritajiet, sħab ekonomiċi u soċjali u s-soċjetà ċivili huwa importanti għat-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tat-tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi appoġġjata minn REACT-EU. Is-sħubija u l-governanza f'diversi livelli fl-Istati Membri jenħtieġ li jissaħħu u jiġu mmonitorjati mill-qrib mill-Kummissjoni. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet diġà disponibbli taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR, kif estiż bir-Regolamenti (UE) 2020/460 u (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 , l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jitħallew jużaw ir-riżorsi addizzjonali primarjament għal investimenti fi prodotti u servizzi għas-servizzi tas-saħħa u biex jipprovdu appoġġ fil-forma ta' kapital operatorju jew appoġġ ta' investiment lill-SMEs, f'operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini jew miżuri ta' appoġġ ekonomiku għal dawk ir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq setturi l-aktar affettwati mill-kriżi. Jenħtieġ ukoll li tkun appoġġjata l-assistenza teknika. Huwa xieraq li r-riżorsi addizzjonali jkunu ffokati esklussivament taħt l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija", li għandhom jikkostitwixxu wkoll prijorità ta' investiment unika, sabiex tkun tista' ssir programmazzjoni simplifikata u implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali. |
(9) Sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet diġà disponibbli taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR, kif estiż bir-Regolamenti (UE) 2020/460 u (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 , l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jitħallew jużaw ir-riżorsi addizzjonali primarjament għal investimenti fi prodotti u servizzi għas-servizzi tas-saħħa, inklużi s-servizzi tas-saħħa transfruntiera u d-djar tal-kura, filwaqt li tiġi żgurata komplementarjetà massima mal-istrumenti l-oħra tal-Unjoni, biex jipprovdu appoġġ fil-forma ta' kapital operatorju jew appoġġ ta' investiment lill-SMEs, speċjalment lis-setturi l-aktar milquta mill-pandemija tal-COVID-19 u li jeħtieġu rivitalizzazzjoni rapida, bħat-turiżmu u l-kultura, f'operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, kif ukoll li jipprovdu appoġġ lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi nondiskriminatorji lil nies li jgħixu f'reġjuni rurali, mal-fruntieri, inqas żviluppati, insulari, muntanjużi, skarsament popolati u ultraperiferiċi, kif ukoll żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali u mid-depopolament, jew miżuri ta' appoġġ ekonomiku għal dawk ir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq setturi l-aktar affettwati mill-kriżi. Jenħtieġ li jitrawmu kooperazzjoni, koordinazzjoni u reżiljenza aktar b'saħħithom fil-qasam tas-saħħa billi jinbena u jiġi żviluppat network ta' ċentri ta' eċċellenza madwar l-Unjoni, speċjalizzati fl-iżvilupp ta' trattament speċifiku għall-ħtiġijiet tas-saħħa li qed jevolvu. Investimenti oħra b'potenzjal qawwi u muri bil-provi ta' ħolqien tal-impjiegi, bħal tiġdid urban, jenħtieġ li jiġu appoġġjati wkoll. Barra minn dan, jenħtieġ ukoll li tkun appoġġjata l-assistenza teknika fl-istadji kollha. Huwa xieraq li r-riżorsi addizzjonali jkunu ffokati esklussivament taħt l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija", li għandhom jikkostitwixxu wkoll prijorità ta' investiment unika, sabiex tkun tista' ssir programmazzjoni simplifikata u implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali. |
__________________ |
__________________ |
5 Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewopew u tal Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID‐19 (Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5); Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 130, 23.4.2020, p. 1). |

Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Għall-FSE, l-Istati Membri jenħtieġ li primarjament jużaw ir-riżorsi addizzjonali biex jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ għal persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, l-appoġġ għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet u għat-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal. Għandu jiġi ċċarat li fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti jista' jingħata appoġġ għal skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 anki meta dak l-appoġġ ma jkunx marbut ma' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mil-liġi nazzjonali. L-appoġġ tal-Unjoni għal dawk l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għandu jkun għal perjodu limitat. |
(10) Għall-FSE, l-Istati Membri jenħtieġ li primarjament jużaw ir-riżorsi addizzjonali biex jappoġġjaw il-modernizzazzjoni tas-suq tax-xogħol, tas-sistemi tas-saħħa u soċjali, iż-żamma tal-impjiegi, inkluż f'reġjuni rurali, mal-fruntieri, inqas żviluppati, insulari, muntanjużi, skarsament popolati u ultraperiferiċi, kif ukoll żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali u mid-depopolament, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ għal persuni li jaħdmu għal rashom, imprendituri, freelancers, artisti u ħaddiema kreattivi, il-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, l-inklużjoni soċjali u l-qerda tal-faqar, l-appoġġ għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi, li jinkludu t-tagħlim tul il-ħajja, l-edukazzjoni online, l-iżvilupp tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u l-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikolari għall-gruppi u l-persuni li jindukraw żvantaġġati u għat-tisħiħ tal-aċċess indaqs u universali għal kura tas-saħħa u servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal, l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, in-nisa li qed ibatu l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika li qed tirriżulta, il-minoranzi u l-persuni mingħajr saqaf fuq rashom. Għandu jiġi ċċarat li fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti jista' jingħata appoġġ għal skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 anki meta dak l-appoġġ ma jkunx marbut ma' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mid-dritt nazzjonali. L-appoġġ tal-Unjoni għal dawk l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għandu jkun għal perjodu limitat. Dawk l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar jenħtieġ li jkollhom l-għan li jżommu l-istess livell ta' kundizzjonijiet u drittijiet tax-xogħol u l-impjiegi u r-riżorsi addizzjonali tal-FSE allokati lilhom jenħtieġ li jintużaw esklużivament għall-finanzjament tal-benefiċċji tal-qgħad parzjali u mhux għal kwalunkwe skop jew infiq ieħor tal-kumpanija u jenħtieġ li ma jippreġudikawx in-negozjar kollettiv, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema jew il-kodeterminazzjoni fil-proċessi deċiżjonali tal-kumpaniji f'konformità mad-dritt u mal-prassi nazzjonali. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Peress li l-għeluq temporanju tal-fruntieri bejn l-Istati Membri wassal għal sfidi sinifikanti għall-komunitajiet u n-negozji transfruntiera, l-ekonomiji tar-reġjuni mal-fruntieri tal-Istati Membri jenħtieġ li jużaw sa massimu ta' 5 % tar-riżorsi addizzjonali biex jappoġġjaw proġetti transfruntiera, billi jużaw il-proġetti ta' kooperazzjoni Interreg eżistenti jew joħolqu oħrajn ġodda. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr azzjonijiet ta' tiswija wara l-kriżijiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut livell ogħla ta' pagament ta' prefinanzjament inizjali għall-implimentazzjoni rapida ta' azzjonijiet appoġġati mir-riżorsi addizzjonali. Il-prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas għandu jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jirranġaw il-ħlasijiet bil-quddiem lill-benefiċjarji fejn meħtieġ u li jħallsu lura lill-benefiċjarji malajr wara li jkunu tressqu t-talbiet għall-ħlas. |
(11) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr azzjonijiet ta' tiswija wara l-kriżijiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tas-sistemi tas-saħħa u tal-ekonomija, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut livell ogħla ta' pagament ta' prefinanzjament inizjali, jew, meta applikabbli, prefinanzjament annwali, għall-implimentazzjoni rapida ta' azzjonijiet appoġġati mir-riżorsi addizzjonali. Il-prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas għandu jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jirranġaw il-ħlasijiet bil-quddiem lill-benefiċjarji fejn meħtieġ u li jħallsu lura lill-benefiċjarji malajr wara li jkunu tressqu t-talbiet għall-ħlas. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Jenħtieġ li r-riżorsi addizzjonali jintużaw f'konformità mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u ta' "la tagħmilx ħsara", filwaqt li jitqiesu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima. Barra minn hekk, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri jenħtieġ li jitqiesu u jiġu promossi matul l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Bil-ħsieb li jittaffa l-piż fuq il-baġits pubbliċi fir-rigward tat-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà eċċezzjonali li jitolbu rata ta' kofinanzjament sa 100 % li għandha tiġi applikata għall-assi prijoritarji separati tal-programmi operattivi li jipprovdu appoġġ mir-riżorsi addizzjonali. |
(13) Bil-ħsieb li jittaffa l-piż fuq il-baġits pubbliċi fir-rigward tat-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tas-sistemi tas-saħħa u tal-ekonomija, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà eċċezzjonali li jitolbu rata ta' kofinanzjament sa 100 % li għandha tiġi applikata għall-assi prijoritarji separati tal-programmi operattivi li jipprovdu appoġġ mir-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta' prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta' strateġija ta' komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa meħtieġ madankollu li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta' Diċembru 2024 biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta' informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom itejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b'mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
(14) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tas-sistemi tas-saħħa u tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta' prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta' strateġija ta' komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa meħtieġ madankollu li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta' Diċembru 2024, jew sal-31 ta' Diċembru 2016 meta riżorsi addizzjonali jsiru disponibbli għall-impenn baġitarju fl-2023 u fl-2024, biex jiġu vvalutati l-effettività, l-inklużività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta' informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri huma meħtieġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom itejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b'mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Bil-ħsieb li dawn ir-riżorsi addizzjonali jkunu jistgħu jiġu mmirati lejn iż-żoni ġeografiċi fejn huma l-aktar meħtieġa, bħala miżura eċċezzjonali u bla ħsara għar-regoli ġenerali għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, l-ammonti addizzjonali allokati għall-FEŻR u l-FSE m'għandhomx jitqassmu skont il-kategorija ta' reġjun. Madankollu, l-Istati Membri huma mistennija li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet reġjonali u l-livelli tal-iżvilupp differenti sabiex jiżguraw li l-enfasi tinżamm fuq ir-reġjuni l-anqas żviluppati, f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fl-Artikolu 173 TFUE. L-Istati Membri jenħtieġ jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, f'konformità mal-prinċipji tas-sħubija. |
(15) Bil-ħsieb li dawn ir-riżorsi addizzjonali jkunu jistgħu jiġu mmirati lejn iż-żoni ġeografiċi li kienu l-aktar milquta, inklużi r-reġjuni mal-fruntieri, bħala miżura eċċezzjonali u bla ħsara għar-regoli ġenerali għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, l-ammonti addizzjonali allokati għall-FEŻR u l-FSE m'għandhomx jitqassmu skont il-kategorija ta' reġjun. Madankollu, l-Istati Membri huma mistennija li jieħdu f'kunsiderazzjoni d-diversi ħtiġijiet reġjonali ta' investiment li jirriżultaw mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll il-livelli tal-iżvilupp sabiex jiżguraw enfasi bbilanċjata kemm fuq ir-reġjuni l-anqas żviluppati kif ukoll fuq il-komunitajiet fil-bżonn, f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fl-Artikolu 173 TFUE kif ukoll fuq ir-reġjuni u l-bliet l-aktar milquta mill-pandemija. L-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, b'mod partikolari t-tielet settur, f'konformità mal-prinċipju tas-sħubija. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Ħlief għal dawk il-każijiet li fihom huma previsti derogi minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li n-nefqa fl-ambitu ta' REACT-EU tkun soġġetta għall-istess obbligi u salvagwardji bħall-fondi kollha ta' koeżjoni. Dan jinkludi r-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll miżuri effettivi kontra l-frodi implimentati bl-appoġġ tal-aġenziji eżistenti ta' kontra l-frodi fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni, bħall-OLAF u, meta rilevanti, l-UPPE. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-urġenza biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha, jitqies li hemm bżonn tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
imħassar |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 91 – paragrafu 1a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1a. B'żieda mar-riżorsi globali li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali ta' EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet ta' bħalissa għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-impenn baġitarju għall-2020, u allokati lill-FEŻR u l-FSE."; |
1a. B'żieda mar-riżorsi globali li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali ta' EUR 4 805 843 906 fil-prezzijiet tal-2018 għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-impenn baġitarju għall-2020, u allokati lill-FEŻR u l-FSE.";
|
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92a – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati taħt il-Fondi Strutturali b'ammont ta' EUR 53 272 800 000 fi prezzijiet ta' bħalissa tal-ammont li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta' dak ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 4(3), (4) u (8) tiegħu. |
Il-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati taħt il-Fondi Strutturali b'ammont ta' EUR 50 000 654 198 fil-prezzijiet tal-2018 tal-ammont li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta' dak ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 4(3), (4) u (8) tiegħu. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92a – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. |
Dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. Abbażi tal-istatistika u l-iżviluppi futuri relatati mal-irkupru mill-kriżi ekonomika kkawżata mill-COVID-19, tista' tittieħed, permezz ta' att delegat, deċiżjoni li jiġu estiżi l-miżuri ta' flessibbiltà skont REACT-EU għas-snin 2023 u 2024. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – titlu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" u l-mira "Kooperazzjoni territorjali Ewropea" biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-riżorsi addizzjonali li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 91(1a) u 92a ("ir-riżorsi addizzjonali") għandhom isiru disponibbli taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) Ir-riżorsi għandhom jintużaw biex tiġi implimentata assistenza teknika skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u l-operazzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv tematiku fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu. |
1. Mill-anqas 95 % tar-riżorsi addizzjonali li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 91(1a) u 92a ("ir-riżorsi addizzjonali") għandhom isiru disponibbli taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. Mill-anqas 3 % u sa 5 % ta' tali riżorsi għandhom ikunu disponibbli taħt il-mira "Kooperazzjoni territorjali Ewropea". Fiż-żewġ każijiet, ir-riżorsi addizzjonali għandhom jipprovdu assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU). Ir-riżorsi għandhom jintużaw biex tiġi implimentata assistenza teknika skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u l-operazzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv tematiku fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 2 – l-ewwel inċiż
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— 2020: EUR 5 000 000 000; |
— 2020: EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet kurrenti (EUR 4 805 843 906 fil-prezzijiet tal-2018); |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 2 – it-tieni inċiż
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— 2021: EUR 42 434 400 000; |
— 2021: EUR 42 434 400 000 fi prezzijiet kurrenti (EUR 39 987 184 320 fil-prezzijiet tal-2018); |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 2 – it-tielet inċiż
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— 2022: EUR 10 820 400 000. |
— 2022: EUR 10 820 400 000 fi prezzijiet kurrenti (EUR 9 996 674 058 fil-prezzijiet tal-2018). |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 2 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 92a. Ir-riżorsi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 92a għandhom ukoll jappoġġjaw in-nefqa amministrattiva sa massimu ta' EUR 18 000 000 fi prezzijiet ta' bħalissa. |
Kemm taħt il-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" kif ukoll taħt il-mira "Kooperazzjoni territorjali Ewropea", ir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 92a għandhom ikunu disponibbli għall-2021 u għall-2022. Permezz ta' reviżjoni ta' dan ir-Regolament b'att delegat u abbażi ta' talba motivata minn Stat Membru, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu jsiru disponibbli wkoll għal impenn baġitarju fl-2023 u fl-2024. Ir-riżorsi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 92a għandhom ikunu supplimentati minn appoġġ favur in-nefqa amministrattiva sa massimu ta' EUR 18 000 000 fi prezzijiet kurrenti (EUR 16 795 821 fil-prezzijiet tal-2018). |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. 0,35 % tar-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. |
3. 0,35 % tar-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, b'enfasi speċjali fuq l-Istati Membri milquta aktar mill-pandemija tal-COVID-19 u l-Istati Membri b'rati ta' assorbiment u ta' implimentazzjoni aktar baxxi. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali bħala approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għall-2020 u l-2021 għal kull Stat Membru skont il-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness VIIa. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta fl-2021 biex jiġi stabbilit it-tqassim tar-riżorsi addizzjonali għal-2022 abbażi tad-data disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021. |
4. Kemm fir-rigward tal-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" kif ukoll tal-mira "Kooperazzjoni territorjali Ewropea", il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali bħala approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għall-2020 u l-2021 għal kull Stat Membru skont il-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness VIIa. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta fl-2021 biex jiġi stabbilit it-tqassim tar-riżorsi addizzjonali għal-2022 abbażi tad-data disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021. Meta jkun applikabbli, għandha tiġi riveduta wkoll fl-2022 fir-rigward tal-impenji baġitarji fl-2023 u fl-2024, abbażi tal-aktar data statistika reċenti disponibbli. Ir-reviżjonijiet għandhom jiżguraw li l-programmi operattivi ma jiġux affettwati b'mod negattiv. |
|
(L-Anness VIIa għandu jkun aġġornat biex ikopri t-tqassim għall-mira "Kooperazzjoni territorjali Ewropea".) |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar skont l-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi. |
Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-programmazzjoni skont l-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll ta' korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, f'konformità mal-prinċipju ta' sħubija. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 92(7), jista' jiġi wkoll propost li sehem mir-riżorsi addizzjonali jintuża biex jiżdied l-appoġġ għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ("FEAD") qabel l-allokazzjoni lill-FEŻR u l-FSE, jew fl-istess mument tagħha. |
B'deroga mill-Artikolu 92(7), għandu jiġi wkoll propost li sehem ta' mill-anqas 3 % tar-riżorsi addizzjonali ħalli jintuża biex jiżdied l-appoġġ għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ("FEAD"), biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta' dawk li ntlaqtu sa grad bla preċedent mill-kriżi tal-COVID-19. Jista' jintuża wkoll sehem mir-riżorsi addizzjonali biex jiżdied l-appoġġ favur l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, qabel l-allokazzjoni lill-FEŻR u l-FSE, jew fl-istess mument tagħha. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi għandha tiżdied mal-allokazzjoni li kull reġjun ultraperiferiku se jirċievi bħala parti mid-distribuzzjoni tal-pakkett nazzjonali kif ikkalkulat fil-paragrafi 1 u 2 tal-Anness I. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (EU) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara l-allokazzjoni inizjali tagħhom, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu, fuq talba ta' xi Stat Membru għal emenda ta' xi programm operattiv skont l-Artikolu 30(1), jiġu trasferiti bejn il-FEŻR u l-FSE, irrispettivament mill-perċentwali li ssir referenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1). |
Wara l-allokazzjoni inizjali tagħhom, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu, fuq talba ta' xi Stat Membru għal emenda ta' xi programm operattiv skont l-Artikolu 30(1), jiġu trasferiti bejn il-FEŻR u l-FSE, irrispettivament mill-perċentwali li ssir referenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1), dment li s-sehem tal-FSE ma jkunx anqas minn 23,1 %. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (EU) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ikunu implimentati skont ir-regoli tal-Fond li lilhom ikunu allokati jew trasferiti. |
Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ikunu implimentati skont ir-regoli tal-Fond li lilhom ikunu allokati jew trasferiti u skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Jistgħu jiġu allokati sa massimu ta' 4% tar-riżorsi addizzjonali totali skont il-FEŻR u l-FSE għal assistenza teknika skont xi programm operattiv eżistenti appoġġjat mill-FEŻR jew mill-FSE jew il-programm operattiva ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 11. |
6. Jistgħu jiġu allokati sa massimu ta' 4 % tar-riżorsi addizzjonali totali skont il-FEŻR u l-FSE għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, f'kull stadju, skont xi programm operattiv eżistenti appoġġjat mill-FEŻR jew mill-FSE jew il-programm operattiv il-ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 7 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 81(1) u l-Artikolu 134(1), il-prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operattiva jew li tapprova l-emenda għal xi programm operattiv għall-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għandu jkun ta' 50% tar-riżorsi addizzjonali allokati għall-programmi għas-sena 2020 skont l-objettiv tematiku l-ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu. |
B'deroga mill-Artikolu 81(1) u l-Artikolu 134(1), il-prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operattiv jew li tapprova l-emenda għal xi programm operattiv għall-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għandu jkun ta' 50 % tar-riżorsi addizzjonali allokati għall-programmi għas-sena 2020 skont l-objettiv tematiku l-ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 7 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 134(2) għall-prefinanzjament annwali fis-snin 2021, 2022 u 2023, l-ammont tal-appoġġ mill-Fondi għall-perjodu ta' pprogrammar kollu kemm hu lill-programm operattiv għandu jinkludi r-riżorsi addizzjonali. |
B'deroga mill-Artikolu 134(2), il-prefinanzjament annwali għas-snin 2021, 2022 u, abbażi ta' talba motivata minn Stat Membru, 2023 u 2024, jista' jikkonsisti minn massimu ta' 50 % tar-riżorsi addizzjonali allokati għall-programmi fl-ambitu tal-objettiv tematiku l-ġdid imsemmi fil-paragrafu 9. Għall-finijiet ta' kalkolu tal-prefinanzjament annwali għas-snin 2021, 2022, 2023 u, meta jkun il-każ, 2024, l-ammont tal-appoġġ mill-Fondi għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu kemm hu lill-programm operattiv għandu jinkludi r-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-riżorsi addizzjonali mhux allokati għal assistenza teknika għandhom jintużaw skont l-objettiv tematiku imfisser fil-paragrafu 10 għall-appoġġ ta' operazzjonijiet li jrawmu t-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19 jew it-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. |
Ir-riżorsi addizzjonali mhux allokati għal assistenza teknika għandhom jintużaw skont l-objettiv tematiku imfisser fil-paragrafu 9 għall-appoġġ ta' operazzjonijiet li jrawmu t-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija COVID-19, it-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, b'enfasi mogħtija fuq, pereżempju, ir-rivitalizzazzjoni tas-saħħa u tal-kompetittività tas-setturi ekonomiċi li ntlaqtu ħażin ħafna. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-riżorsi addizzjonali lil xi ass prijoritarju, wieħed jew ħafna, fi ħdan programm jew programmi operattiv(i) jew lil xi programm operattiv ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 11. B'deroga mill-Artikolu 26(1), il-programm għandu jkopri l-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2022, suġġett għall-paragrafu 4 hawn fuq. |
L-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-riżorsi addizzjonali lil xi ass prijoritarju, wieħed jew ħafna, fi ħdan programm jew programmi operattiv(i) jew lil xi programm operattiv ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10. B'deroga mill-Artikolu 26(1), il-programm għandu jkopri l-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2022, jew sal-31 ta' Diċembru 2024 meta tapplika d-deroga msemmija fil-paragrafu 2, suġġett għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għal servizzi tas-saħħa, biex jingħata appoġġ fil-forma ta' kapital ta' ħidma jew appoġġ għall-investiment lill-SMEs, investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini, u miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq is-settur l-aktar affettwati mill-kriżi. |
Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għall-infrastrutturi soċjali u tas-saħħa u għas-servizzi u s-sistemi tas-saħħa għal kulħadd, anki dawk transfruntiera, kif ukoll djar tal-kura (fosthom iċ-ċentri għall-anzjani għal matul il-ġurnata), biex jingħata appoġġ fil-forma ta' appoġġ lill-kapital operatorju jew għall-investiment jew għall-konsulenza lill-SMEs u lill-impriżi tal-ekonomija soċjali, l-investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, partikolarment l-adattament għall-kundizzjonijiet ta' telexogħol, l-investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi universali liċ-ċittadini li jgħixu f'reġjuni rurali, mal-fruntieri, inqas żviluppati, insulari, muntanjużi, skarsament popolati u ultraperiferiċi, kif ukoll żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali u mid-depopolament, u l-miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti mis-settur l-aktar affettwati mill-kriżi, bħat-turiżmu l-kultura. Investimenti oħra b'potenzjal qawwi ta' ħolqien tal-impjiegi, bħal tiġdid urban, jistgħu jiġu appoġġjati wkoll. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każ ta' FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ liż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma' miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux impost bil-liġi nazzjonali. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ukoll ikunu ta' appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal nies f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, miżuri ta' impjiegi għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikolari b'appoġġ għat-tranżizzjonijiet marbuta ma' xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, u biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal. |
Fil-każ tal-FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ lis-suq tax-xogħol, l-ekonomija soċjali u s-sistemi soċjali u tas-saħħa, iż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar bil-mira li jinżamm l-istess livell tal-kundizzjonijiet u tad-drittijiet tax-xogħol u tal-impjieg, inkluża l-protezzjoni mis-sensja u t-tnaqqis fil-pagi. Fil-każ ta' tali skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, ir-riżorsi addizzjonali tal-FSE għandhom jintużaw esklużivament għall-finanzjament tal-benefiċċji għal qgħad parzjali u mhux għal kwalunkwe skop jew nefqa oħrajn tal-kumpaniji. L-appoġġ għandu jkopri lill-imprendituri u lil dawk li jaħdmu għal rashom, fosthom il-freelance, l-artisti u l-ħaddiema kreattivi l-oħra, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma' miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mid-dritt nazzjonali, kif ukoll il-miżuri ta' inklużjoni soċjali, ta' antidiskriminazzjoni u għall-qerda tal-faqar, b'enfasi partikolari fuq il-faqar tat-tfal. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ikunu ta' appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità, b'mod partikolari għan-nies f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, fosthom dawk qiegħda fit-tul u dawk li jinsabu 'l bogħod mis-suq tax-xogħol, kif ukoll dawk li jgħixu f'reġjuni rurali, insulari, muntanjużi, skarsament popolati u ultraperiferiċi kif ukoll f'żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali u mid-depopolament. Barra minn hekk, ir-riżorsi għandhom ikopru wkoll il-miżuri ta' impjiegi għaż-żgħażagħ, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja, l-edukazzjoni online, l-iżvilupp tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u l-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati, bil-għan li jingħata appoġġ lit-tranżizzjonijiet marbuta ma' xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, u biex jitjieb l-aċċess indaqs u universali għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali li jkunu ekonomikament aċċessibbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja, inkluż għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 9 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bl-eċċezzjoni tal-assistenza teknika li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 6 u tar-riżorsi addizzjonali użati għall-FEAD li ssir referenza għalihom fis-seba' subparagrafu tal-paragrafu 5, ir-riżorsi addizzjonali għandhom isostnu operazzjonijiet skont l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija", li jikkumplimenta l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9. |
Bl-eċċezzjoni tal-assistenza teknika li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 6 u tar-riżorsi addizzjonali użati għall-FEAD jew għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li ssir referenza għalihom fis-seba' subparagrafu tal-paragrafu 5, ir-riżorsi addizzjonali għandhom isostnu operazzjonijiet skont l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija", li jikkomplementa l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 9 – subparagrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-pjan ta' finanzjament rivedut stabbilit fl-Artikolu 96(2)(d) għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għas-snin 2020, 2021 u, fejn applikabbli, għall-2022, mingħajr ma jiġu identifikati l-ammonti għar-riżerva ta' prestazzjoni u mingħajr tqassim skont il-kategorija tar-reġjuni. |
Il-pjan ta' finanzjament rivedut stabbilit fl-Artikolu 96(2)(d) għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għas-snin 2020, 2021 u, fejn applikabbli, għall-2022, l-2023 u l-2024 mingħajr ma jiġu identifikati l-ammonti għar-riżerva ta' prestazzjoni u mingħajr tqassim skont il-kategorija tar-reġjuni. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 9 – subparagrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 30(1), it-talbiet għall-emenda ta' xi programm ippreżentat minn xi Stat Membru għandhom jiġu debitament iġġustifikati u b'mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fuq il-programm dwar it-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkaġunat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. Għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm rivedut. |
B'deroga mill-Artikolu 30(1), it-talbiet għall-emenda ta' xi programm ippreżentat minn xi Stat Membru għandhom jiġu debitament iġġustifikati u b'mod partikolari jistabbilixxu l-impatt mistenni tal-bidliet fuq il-programm dwar it-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkaġunat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija kif ukoll tas-sistemi tas-saħħa. Għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm rivedut. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jiġi stabbilit tali programm operattiv, ikunu biss l-awtoritajiet maħtura skont il-programmi operattivi li jkunu għaddejjin, appoġġjat mill-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati mill-Istati Membri għall-fini tal-punt (a) tal-Artikolu 96(5). |
Meta jiġi stabbilit tali programm operattiv, ikunu biss l-awtoritajiet maħtura skont il-programmi operattivi li jkunu għaddejjin, appoġġjat mill-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati mill-Istati Membri għall-fini tal-punt (a) tal-Artikolu 96(5), wara l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10 – subparagrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B'deroga mill-Artikolu 29(3) u (4) u l-Artikolu 30(2), il-Kummissjoni għandha tapprova kwalunkwe programm operattiv ġdid iddedikat jew kwalunkwe emenda għal programm eżistenti fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mill-preżentazzjoni tagħhom minn Stat Membru. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10a. B'deroga mill-Artikolu 65(2), in-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni jekk tkun saret minn benefiċjarju u ġiet imħallsa bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni u l-31 ta' Diċembru 2024. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10b. B'deroga mill-Artikolu 65(4), fil-każ tal-ispejjeż rimborżati skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1), l-azzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi għar-rimborż għandhom jitwettqu bejn l-1 ta' Frar 2020 u l-31 ta' Diċembru 2024. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10c. B'deroga mill-Artikolu 65(9), in-nefqa għal operazzjonijiet appoġġjati skont l-objettiv tematiku stabbilit fil-paragrafu 9 għandha tkun eliġibbli mill‐1 ta' Frar 2020. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10d (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10d. B'deroga mill-Artikolu 136(2), dik il-parti tal-impenji li jkunu għadhom miftuħa fil-31 ta' Diċembru 2023 jew fil-31 ta' Diċembru 2024, skont il-każ, għandha tiġi diżimpenjata jekk kwalunkwe wieħed mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 141(1) ma jkunx ġie ppreżentat lill-Kummissjoni sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 141(1). |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10e (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10e. B'deroga mill-Artikolu 141(1), minbarra d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 138, għas-sena ta' kontabbiltà finali mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Ġunju 2025, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport ta' implimentazzjoni finali għall-programm operattiv. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 11 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 120(3), rata ta' kofinanzjament ta' massimu ta' 100% tista' tiġi applikata lill-ass jew assi prijoritarju/i appoġġjati mir-riżorsi addizzjonali pprogrammati skont l-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu. |
B'deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 120(3), rata ta' kofinanzjament ta' massimu ta' 100 % tista' tiġi applikata lill-ass jew assi prijoritarju/i appoġġjati mir-riżorsi addizzjonali pprogrammati skont l-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, huma meħtieġa jagħmlu użu minn indikaturi speċifiċi għall-programmi li jsiru disponibbli mill-Kummissjoni. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 11 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta' Diċembru 2024 ssir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u kif huma kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu. |
B'deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta' Diċembru 2024 jew sal-31 ta' Diċembru 2026, meta tapplika d-deroga msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, issir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir valutazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u, meta jkun il-każ, l-inklużività u nondiskriminazzjoni, anki mill-perspettiva tal-ġeneru u l-mod kif huma kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 12 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) id-deroga li ssir provvediment għaliha fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(10) li tistabbilixxi d-data ta' eliġibbiltà tal-1 ta' Frar 2020 għal operazzjonijiet għat-trawwim ta' kapaċitajiet ta' rispons ta' kriżi fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19. |
imħassar |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 12 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) id-deroga pprovduta fl-Artikolu 25a(7) għas-selezzjoni ta' operazzjonijiet li jrawmu l-kapaċitajiet ta' rispons ta' kriżi fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 kif issir referenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(10); |
imħassar |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 12 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) ir-rekwiżiti kif stabbiliti fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 biex il-benefiċjarji jikkooperaw f'tal-anqas tlieta minn erba' dimensjonijiet. B'deroga, is-sħab Interreg għandhom jikkooperaw f'tal-anqas dimensjoni waħda meta jimplimentaw proġetti ffinanzjati mir-riżorsi addizzjonali; |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 13 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, f'konformità mal-Artikolu 115(1) u (3) u mal-Anness XII, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jaraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
Filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, f'konformità mal-Artikolu 115(1) u (3) u mal-Anness XII, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jaraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. Ir-referenza għal riżorsi addizzjonali skont REACT-EU għandha ssir permezz ta' hashtag jew għodod esplorattivi oħra, sabiex jintwera biċ-ċar liċ-ċittadini li l-proġett inkwistjoni huwa ffinanzjat bħala parti mir-rispons tal-Unjoni għall-pandemija tal-COVID-19 u biex tkun żgurata trasparenza totali. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1a |
|
Il-Kummissjoni għandha tforni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar REACT-EU sal-31 ta' Marzu 2025, li jkopri l-impenji baġitarji għas-snin 2020, 2021 u 2022. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-ilħuq tal-objettivi ta' REACT-EU, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tagħha, it-tipi ta' azzjonijiet iffinanzjati, il-benefiċjarji u r-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji u l-valur miżjud Ewropew tagħha biex tgħin fl-irkupru ekonomiku. |
|
Il-Kummissjoni għandha tforni lill-Parlament u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni supplimentari sal-31 ta' Marzu 2027, li jkopri l-impenji baġitarji għas-snin 2023 u 2024 skont id-deroga msemmija fl-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Anness VIIa – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-regoli deskritti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jirriżultaw f'allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għall-perjodu sħiħ bejn l-2020 sal-2022 li jkunu ogħla minn |
Ir-regoli deskritti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jirriżultaw f'allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għall-perjodu sħiħ bejn l-2020 sal-2024 li jkunu ogħla minn |
NOTA SPJEGATTIVA
A. Il-kuntest ta' REACT-EU
REACT-EU hija proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza r-riperkussjonijiet ekonomiċi b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. L-għeluq jew it-tnaqqis fl-attività ekonomika fl-Unjoni kollha kkawża dannu ekonomiku u soċjali konsiderevoli u REACT-EU għandha tkun għodda waħda li tgħin biex dan jiġi solvut. Din issegwi żewġ proposti preċedenti relatati mal-politika ta' koeżjoni, l-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) u l-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (CRII+), li t-tnejn li huma mmodifikaw ir-regoli għall-infiq reġjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru.
B. Kamp ta' applikazzjoni tal-proposta
Il-proposta REACT-EU timmira li temenda r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-fondi ta' koeżjoni 2014-2020. Din tipprevedi baġit addizzjonali f'żewġ partijiet, għall-2020 u għall-2021-2022, u tistabbilixxi wkoll għadd ta' derogi mir-regoli normali għall-infiq ta' koeżjoni, li huma relatati b'mod speċifiku mal-baġit addizzjonali għall-irkupru ekonomiku u soċjali. REACT-EU mhijiex se tapplika għar-Renju Unit (anke għas-sena finanzjarja 2020), peress li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi li ż-żidiet baġitarji ma jorbtux lir-Renju Unit matul il-perjodu ta' tranżizzjoni.
C. Aspetti baġitarji
Il-proposta tagħmel EUR 5 biljun addizzjonali disponibbli matul is-sena finanzjarja 2020, li se jiġu inklużi fil-baġit. Din tipprevedi wkoll EUR 42 biljun addizzjonali fl-2021 u EUR 11-il biljun fl-2022, li se jkunu "barra" mill-baġit, peress li se jikkostitwixxu riżorsi esterni assenjati. Il-korapporteurs jipproponu li r-riżorsi addizzjonali għandhom isiru disponibbli wkoll għal impenn baġitarju fl-2023 u/jew fl-2024, fejn ikun meħtieġ.
D. Il-problema tar-riżorsi esterni assenjati
Ir-riżorsi esterni assenjati huma klassi speċifika ta' riżorsi tal-UE li "tħallew barra" mill-baġit ġenerali, peress li huma riżorsi li jistgħu jintefqu biss għal skop speċifiku. B'mod ġenerali, dan japplika għal dħul li jirriżulta minn għotjiet imħallsa lura u rimborżi oħra, li jistgħu jintużaw biss għall-iskop oriġinali tagħhom, u għal pagamenti minn pajjiżi terzi għal programmi speċifiċi, li naturalment jistgħu jintużaw biss għall-programmi indikati mill-pajjiż inkwistjoni. Meta jintużaw f'oqsma oħra, ir-riżorsi esterni assenjati jistgħu jqajmu kwistjonijiet ta' obbligu ta' rendikont demokratiku, peress li dawn huma flus li mhumiex soġġetti għall-istess sorveljanza demokratika bħall-bqija tal-baġit, u jikkostitwixxu eċċezzjoni għall-prinċipju ta' universalità baġitarja (u, x'aktarx, sinċerità).
E. Tqassim tar-riżorsi
Il-proposta tipprevedi tqassim tar-riżorsi skont l-Istat Membru, pjuttost milli skont ir-reġjun, kif isir normalment fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tiġġustifika dan bin-natura speċjali tal-finanzjament biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-COVID-19. It-tqassim skont l-Istat Membru għandu jsir f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness VIIa l-ġdid, u għandu jiġi applikat f'att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.
F. Objettiv tematiku ġdid
REACT-EU toħloq objettiv tematiku ġdid u uniku li se japplika għall-finanzjament addizzjonali, bit-titolu "It-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija". Dan l-objettiv tematiku se japplika kemm għall-FEŻR kif ukoll għall-FSE, fil-kuntest tal-programmi operattivi eżistenti jew programmi ġodda speċifiċi, skont l-għażla tal-Istati Membri. Il-korapporteurs jipproponu li dan l-objettiv tematiku l-ġdid ikun japplika mhux biss għall-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" iżda wkoll għall-mira "Kooperazzjoni territorjali Ewropea" (jiġifieri Interreg), peress li r-reġjuni li jinsabu mal-fruntieri ntlaqtu partikolarment mill-kriżi.
G. Flessibilizzazzjoni tal-infiq ta' koeżjoni
Għall-finanzjament addizzjonali fl-ambitu ta' REACT-EU, l-Artikolu 92b ġdid jipprevedi għadd ta' derogi li jagħmlu l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni aktar flessibbli. Pereżempju, huwa possibbli li jsiru trasferimenti bejn l-FEŻR u l-FSE, u lejn l-FEAD, billi japplikaw biss ir-regoli tal-fond destinatarju.
H. Rata ta' prefinanzjament
Ir-riżorsi addizzjonali se jwasslu għal rata ta' prefinanzjament partikolarment għolja ta' 50 %.
I. Rata ta' kofinanzjament
Il-proposta REACT-EU tipprevedi rata ta' kofinanzjament sa massimu ta' 100 % għall-infiq relatat mal-irkupru ekonomiku.
J. Derogi oħra
Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-finanzjament addizzjonali mhijiex se tkun soġġetta għar-regoli normali dwar il-konċentrazzjoni tematika, il-kundizzjonalitajiet ex ante, ir-riżerva ta' prestazzjoni jew ċerti skadenzi.
K. Komunikazzjoni
Il-proġetti finanzjati fl-ambitu ta' REACT-EU se jkollhom jirrikonoxxu b'mod pubbliku dak il-finanzjament, f'konformità mar-regoli normali għall-proġetti ta' koeżjoni.
L. Konklużjoni
Il-korapporteurs qiesu din il-proposta b'ħafna reqqa, u jipproponu li din għandha tiġi adottata, soġġetta għall-modifiki deskritti f'dan ir-rapport. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li d-diversi derogi u regoli flessibbli li din tinkludi għandhom jibqgħu ta' natura temporanja, u li l-politika ta' koeżjoni trid tmur lura għar-regoli u l-kontrolli normali tagħha mill-2023 jew mill-2025. Dan japplika b'mod partikolari għall-użu kbir ħafna ta' dħul assenjat estern, li jista' jiġi ttollerat b'mod eċċezzjonali, iżda ma jistax isir fenomenu permanenti, peress li dak l-użu jirriskja li jimmina t-teħid tad-deċiżjonijiet b'mod demokratiku dwar il-baġit tal-UE.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (1.9.2020)
għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)
(COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Agnes Jongerius
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-pandemija tal-COVID‑19 qed tirriżulta fi kriżi li taffettwa liċ-ċittadini kollha fl-Ewropa, għalkemm fi proporzjonijiet differenti. Ir-riskju ta' żbilanċi soċjali aktar profondi, rati ogħla ta' qgħad u żieda fl-inugwaljanzi, apparti l-istaġnar tat-tkabbir ekonomiku, huwa reali. Għal din ir-raġuni, id-dimensjoni soċjali hija essenzjali sabiex ikun hemm irkupru xieraq.
Ir-riżorsi u l-miżuri li jridu jittieħdu biex tingħeleb il-kriżi u ssir tħejjija għal irkupru ekonomiku ekoloġiku, diġitali, soċjali u reżiljenti jeħtieġ jippermettu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, u mhux ta' impjiegi jkunu xi jkunu. Iċ-ċittadini tal-Ewropa għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq opportunitajiet ta' xogħol reali u sostenibbli.
Is-sħab soċjali għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kriżi, biex jiġi żgurat li dawn ikunu qed jirrispondu għall-ħtiġijiet tan-nies.
L-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar huma għan fihom infushom. Barra minn hekk, huma mezz biex jissaħħaħ l-irkupru u jittejjeb il-funzjonament tal-ekonomija Ewropea, billi aktar nies se jkollhom opportunitajiet reali biex jirnexxu. Għal din ir-raġuni, huwa ġġustifikat u meħtieġ li jsir investiment f'dawn l-objettivi wkoll.
Il-miżuri temporanji huma ffinanzjati eċċezzjonalment permezz tal-FSE, b'mod partikolari għal skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u b'appoġġ għal dawk li jaħdmu għal rashom, u dan m'għandux isir prattika regolari. Tali appoġġ jeħtieġ jiġi kkunsidrat b'attenzjoni sabiex ma jkunx hemm gruppi vulnerabbli oħrajn li waqt il-kriżijiet jitpoġġew f'riskju minħabba r-riallokazzjoni ta' fondi, u għandu wkoll jimpedixxi abbużi minn entitajiet li jirċievu appoġġ finanzjarju u jiżgura kontroll parteċipattiv li jinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Proposta għal |
Proposta għal |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali, soċjali u reżiljenti tal-ekonomija, l-impjiegi u s-soċjetà (REACT-EU) |
|
(Din l-emenda (jiġifieri ż-żieda tal-kliem "soċjali" u "l-impjiegi u s-soċjetà" mal-kliem "fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija") tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.) |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) L-Istati Membri ntlaqtu mill-kriżi minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b'mod bla preċedent. Il-kriżi tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta' likwidità minħabba ż-żieda f'daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b'miżuri speċifiċi. |
(1) L-Istati Membri ntlaqtu mill-kriżi minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b'mod bla preċedent. Il-kriżi aggravat is-sitwazzjoni tal-persuni f'sitwazzjoni ta' faqar jew li huma f'riskju ta' faqar, intensifikat l-iżbilanċi soċjali, żiedet it-telf ta' impjiegi, ir-rati tal-qgħad u l-inugwaljanzi, speċjalment fost il-gruppi żvantaġġati, u fixklet it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta' likwidità minħabba ż-żieda f'daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b'miżuri speċifiċi. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex jiġu rimedjati xokkijiet kbar fl-ekonomija li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet eċċezzjonali stabbiliti mill-Istati Membri biex jikkontrollaw it-tixrid tal-COVID-19 u r-riskji ta' rkupru asimetriku li jirriżulta mid-disponibbiltà differenti minn Stat Membru għall-ieħor, li jwassal għal impatti serji fuq il-funzjonament tas-Suq Intern, fit-23 ta' April 2020 il-Kunsill Ewropew approva l- "Pjan direzzjonali għall-irkupru" b'element qawwi ta' investiment, sejjaħ għall-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Rkupru u ta mandat lill-Kummissjoni biex tanalizza l-ħtiġijiet sabiex ir-riżorsi jkunu mmirati lejn is-setturi u l-partijiet ġeografiċi tal-Unjoni l-aktar milquta, filwaqt li tiġi ċċarata wkoll ir-rabta mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027. |
(3) Sabiex jiġu rimedjati xokkijiet kbar fl-ekonomija u s-soċjetà li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet eċċezzjonali stabbiliti mill-Istati Membri biex jikkontrollaw it-tixrid tal-COVID-19 u r-riskji ta' rkupru asimetriku li jirriżulta mid-disponibbiltà differenti minn Stat Membru għall-ieħor, li jwassal għal impatti serji fuq il-funzjonament tas-Suq Intern, fit-23 ta' April 2020 il-Kunsill Ewropew approva l- "Pjan direzzjonali għall-irkupru" b'element qawwi ta' investiment, sejjaħ għall-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Rkupru u ta mandat lill-Kummissjoni biex tanalizza l-ħtiġijiet sabiex ir-riżorsi jkunu mmirati lejn is-setturi u l-partijiet ġeografiċi tal-Unjoni l-aktar milquta, filwaqt li tiġi ċċarata wkoll ir-rabta mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta' EUR 58 272 800 000 (bi prezzijiet ta' bħalissa) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022, għandu jkun disponibbli bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta' tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, bil-ħsieb li jiġu skjerati riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 ġejjin mill-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru abbażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Il-metodu ta' allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata għandha tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aktar data statistika reċenti disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022 tar-riżorsi addizzjonali. |
(5) Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta' EUR 58 272 800 000 (bi prezzijiet ta' bħalissa) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022, jenħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta' tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali, soċjali u reżiljenti tal-ekonomija, l-impjiegi u s-soċjetà bil-ħsieb li jiġu skjerati riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 ġejjin mill-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru abbażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u d-data statistika, inkluża data dwar l-ugwaljanza, dwar il-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom, b'enfasi speċjali fuq dawk l-aktar fil-bżonn, bħall-persuni mingħajr dar u l-persuni li jgħixu f'istituzzjonijiet segregati, li tradizzjonalment ma jintlaħqux mill-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri; għal dan il-għan, għandha tinġabar data rilevanti u komparabbli bl-involviment ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fil-qasam tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Il-metodu ta' allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata jenħtieġ li tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aktar statistika u data relatata mal-ugwaljanza reċenti disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022 tar-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Sabiex tkun permessa flessibbiltà massima lill-Istati Membri fit-tfassil ta' azzjonijiet ta' teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, l-allokazzjonijiet jenħtieġ li jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-livell tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-possibbiltà li jintużaw xi riżorsi addizzjonali biex jingħata sostenn lil dawk l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri filwaqt li titħalla l-flessibbiltà massima lill-Istati Membri fir-rigward tal-allokazzjoni tagħha fi ħdan il-programmi operattivi appoġġati mill-FEŻR jew mill-FSE. Għandu jiġi ċċarat li ma hemmx bżonn li jiġi rispettat is-sehem minimu tal-FSE għar-riżorsi addizzjonali. Fil-kunsiderazzjoni tal-infieq rapidu mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma' dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati biss fl-għeluq tal-programmi operattivi. |
(7) Sabiex tkun permessa biżżejjed flessibbiltà lill-Istati Membri fit-tfassil ta' azzjonijiet ta' teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali, soċjali u reżiljenti tal-ekonomija, l-impjiegi u s-soċjetà, l-allokazzjonijiet jenħtieġ li jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-livell tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-possibbiltà li jintużaw xi riżorsi addizzjonali biex jingħata sostenn lil dawk l-aktar fil-bżonn. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri filwaqt li titħalla biżżejjed flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-allokazzjoni tagħha fi ħdan il-programmi operattivi appoġġati mill-FEŻR jew mill-FSE. Fil-kunsiderazzjoni tal-infiq rapidu mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma' dawk ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati biss fl-għeluq tal-programmi operattivi. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet diġà disponibbli taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR, kif estiż bir-Regolamenti (UE) 2020/460 u (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jitħallew jużaw ir-riżorsi addizzjonali primarjament għal investimenti fi prodotti u servizzi għas-servizzi tas-saħħa u biex jipprovdu appoġġ fil-forma ta' kapital operatorju jew appoġġ ta' investiment lill-SMEs, f'operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini jew miżuri ta' appoġġ ekonomiku għal dawk ir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq setturi l-aktar affettwati mill-kriżi. Jenħtieġ ukoll li tkun appoġġjata l-assistenza teknika. Huwa xieraq li r-riżorsi addizzjonali jkunu ffokati esklussivament taħt l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija", li għandhom jikkostitwixxu wkoll prijorità ta' investiment unika, sabiex tkun tista' ssir programmazzjoni simplifikata u implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali. |
(9) Sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet diġà disponibbli taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR, kif estiż bir-Regolamenti (UE) 2020/460 u (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jitħallew jużaw ir-riżorsi addizzjonali primarjament għal investimenti fi prodotti u servizzi għas-servizzi tas-saħħa għal kulħadd u biex jipprovdu appoġġ fil-forma ta' kapital operatorju jew appoġġ ta' investiment lill-SMEs, speċjalment l-intrapriżi mikro u żgħar, f'operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi u nondiskriminatorji lill-persuni, inkluż fiż-żoni rurali, jew miżuri ta' appoġġ ekonomiku għal dawk ir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq setturi l-aktar affettwati mill-kriżi, kif ukoll jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn. Jenħtieġ ukoll li tkun appoġġjata l-assistenza teknika. Huwa xieraq li r-riżorsi addizzjonali jkunu ffokati esklussivament taħt l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali, soċjali u reżiljenti tal-ekonomija, l-impjiegi u s-soċjetà", li jenħtieġ li jikkostitwixxu wkoll prijorità ta' investiment unika, sabiex tkun tista' ssir programmazzjoni simplifikata u implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali. |
__________________ |
__________________ |
5 Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewopew u tal Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID‐19 (Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5) Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 130, 23.4.2020, p. 1). |
5 Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewopew u tal Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID‐19 (Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5); Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 130, 23.4.2020, p. 1). |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Għall-FSE, l-Istati Membri jenħtieġ li primarjament jużaw ir-riżorsi addizzjonali biex jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ għal persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, l-appoġġ għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet u għat-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal. Għandu jiġi ċċarat li fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti jista' jingħata appoġġ għal skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 anki meta dak l-appoġġ ma jkunx marbut ma' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mil-liġi nazzjonali. L-appoġġ tal-Unjoni għal dawk l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għandu jkun għal perjodu limitat. |
(10) Għall-FSE, l-Istati Membri jenħtieġ li primarjament jużaw ir-riżorsi addizzjonali biex jappoġġaw l-inklużjoni soċjali u l-qerda tal-faqar, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost it-tfal, iż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar li jipprovdu introjtu li jiggarantixxi l-għajxien 'il fuq mil-limitu tal-faqar u appoġġ għal persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, l-appoġġ għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi, l-iżvilupp tal-ħiliet, partikolarment għall-gruppi żvantaġġati u l-persuni li jindukraw, u għat-tisħiħ tal-aċċess ugwali u universali għal servizzi universali, inklużivi, aċċessibbli u ta' kwalità għolja, inklużi s-servizzi tal-kura tas-saħħa u dawk soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti jista' jingħata appoġġ għal skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 anki meta dak l-appoġġ ma jkunx marbut ma' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mil-liġi nazzjonali. L-appoġġ tal-Unjoni għal dawk l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar jenħtieġ li jkun għal perjodu limitat u jkun jiddependi miż-żamma tal-istess livell ta' kundizzjonijiet u drittijiet ta' xogħol u impjieg, inkluża l-protezzjoni mis-sensji u t-tnaqqis fil-pagi, mingħajr l-ebda bonus lill-maniġers jew dividendi lill-azzjonisti. Ladarba qed jintużaw mezzi pubbliċi biex jinżammu l-livelli tal-impjiegi, jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-appoġġ tal-Unjoni ma jkunux ibbażati f'ġurisdizzjoni msemmija fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa1a u ma jippreġudikawx in-negozjar kollettiv, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema jew il-kodeterminazzjoni fil-proċessi deċiżjonali tal-kumpaniji f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. |
|
____________________________ |
|
1a ĠU C 64, 27.2.2020, p. 8. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jallokaw riżorsi addizzjonali għal programmi operattivi dedikati ġodda jew assi prijoritarji ġodda fi ħdan il-programmi eżistenti. Sabiex tkun tista' ssir implimentazzjoni rapida, huwa biss dawk l-awtoritajiet diġà maħtura ta' programmi operattivi eżistenti appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE, jew mill-Fond ta' Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati għal programmi operazzjonali speċifiċi ġodda. Jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa evalwazzjoni ex ante mill-Istati Membri u jenħtieġ li l-elementi meħtieġa għall-preżentazzjoni tal-programm operazzjonali għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni jkunu limitati. |
(12) L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-flessibbiltà li jallokaw riżorsi addizzjonali għal programmi operattivi dedikati ġodda jew assi prijoritarji ġodda fi ħdan il-programmi eżistenti. Sabiex tkun tista' ssir implimentazzjoni rapida, huwa biss dawk l-awtoritajiet diġà maħtura ta' programmi operattivi eżistenti appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE, jew mill-Fond ta' Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati għal programmi operazzjonali speċifiċi ġodda. Jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa evalwazzjoni ex ante mill-Istati Membri u jenħtieġ li l-elementi meħtieġa għall-preżentazzjoni tal-programm operazzjonali għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni jkunu limitati. Madankollu, jenħtieġ li REACT-EU ma tappoġġja l-ebda azzjoni li tikkontribwixxi għas-segregazzjoni jew għall-esklużjoni soċjali jew tipprovdi introjtu taħt il-limitu tal-faqar tal-Istati Membri. L-aspetti tal-ġeneru jenħtieġ li jitqiesu fil-programmi implimentati kollha, tul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, bi qbil mal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, fl-implimentazzjoni ta' REACT-EU hija pprojbita kull diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta' prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta' strateġija ta' komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa meħtieġ madankollu li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta' Diċembru 2024 biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta' informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom itejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b'mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
(14) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta' prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta' strateġija ta' komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa meħtieġ madankollu li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta' Diċembru 2024 biex jiġu vvalutati l-inklużività, l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta' informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jenħtieġ li jtejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b'mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Bil-ħsieb li dawn ir-riżorsi addizzjonali jkunu jistgħu jiġu mmirati lejn iż-żoni ġeografiċi fejn huma l-aktar meħtieġa, bħala miżura eċċezzjonali u bla ħsara għar-regoli ġenerali għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, l-ammonti addizzjonali allokati għall-FEŻR u l-FSE m'għandhomx jitqassmu skont il-kategorija ta' reġjun. Madankollu, l-Istati Membri huma mistennija li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet reġjonali u l-livelli tal-iżvilupp differenti sabiex jiżguraw li l-enfasi tinżamm fuq ir-reġjuni l-anqas żviluppati, f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fl-Artikolu 173 TFUE. L-Istati Membri jenħtieġ jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, f'konformità mal-prinċipji tas-sħubija. |
(15) Bil-ħsieb li dawn ir-riżorsi addizzjonali jkunu jistgħu jiġu mmirati lejn iż-żoni ġeografiċi fejn huma l-aktar meħtieġa, bħala miżura eċċezzjonali u bla ħsara għar-regoli ġenerali għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, l-ammonti addizzjonali allokati għall-FEŻR u l-FSE m'għandhomx jitqassmu skont il-kategorija ta' reġjun. Madankollu, l-Istati Membri huma mistennija jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet reġjonali differenti li jirriżultaw mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll il-livelli tal-iżvilupp, sabiex jiżguraw li l-enfasi tinżamm fuq ir-reġjuni l-anqas żviluppati, f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fl-Artikolu 173 tat-TFUE. L-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inklużi l-NGOs u l-korpi li jaħdmu fil-qasam tal-faqar, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni, f'konformità mal-prinċipji tas-sħubija. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-urġenza biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha, jitqies li hemm bżonn tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
imħassar |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikoli 86(2) u 136(1), l-impenji ta' riżorsi addizzjonali għandhom jiġu diżimpenjati skont ir-regoli li għandhom jiġu segwiti għall-għeluq tal-programmi. |
B'deroga mill-Artikoli 86(2) u 136(1), l-impenji ta' riżorsi addizzjonali għandhom jiġu diżimpenjati fil-31 ta' Diċembru 2024. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar skont l-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi. |
Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar skont il-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi. Is-sehem mill-FSE ma għandux jitnaqqas għal taħt l-obbligu legali attwali ta' 23,1 %. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 92(7), jista' jiġi wkoll propost li sehem mir-riżorsi addizzjonali jintuża biex jiżdied l-appoġġ għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ("FEAD") qabel l-allokazzjoni lill-FEŻR u l-FSE, jew fl-istess mument tagħha. |
B'deroga mill-Artikolu 92(7), jista' jiġi wkoll propost li sehem mir-riżorsi addizzjonali jintuża biex jiżdied l-appoġġ għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ("FEAD") u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) qabel l-allokazzjoni lill-FEŻR u l-FSE, jew fl-istess mument tagħha. Dan is-sehem għandu jammonta għal minimu ta' 3 % tar-riżorsi addizzjonali sabiex jiġi żgurat ammont minimu għall-appoġġ lil dawk l-aktar fil-bżonn li ntlaqtu b'mod sproporzjonat u bla preċedent mill-kriżi tal-COVID-19. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara l-allokazzjoni inizjali tagħhom, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu, fuq talba ta' xi Stat Membru għal emenda ta' xi programm operattiv skont l-Artikolu 30(1), jiġu trasferiti bejn il-FEŻR u l-FSE, irrispettivament mill-perċentwali li ssir referenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1). |
Wara l-allokazzjoni inizjali tagħhom, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu, fuq talba ta' xi Stat Membru għal emenda ta' xi programm operattiv skont l-Artikolu 30(1), jiġu trasferiti bejn il-FEŻR u l-FSE, irrispettivament mill-perċentwali li ssir referenza għalihom fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) dment li s-sehem mill-FSE ma jonqosx taħt it-23,1 %. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92(4) ma għandhomx japplikaw għall-allokazzjoni inizjali jew għat-trasferimenti sussegwenti tagħhom. |
imħassar |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għal servizzi tas-saħħa, biex jingħata appoġġ fil-forma ta' kapital ta' ħidma jew appoġġ għall-investiment lill-SMEs, investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini, u miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq is-settur l-aktar affettwati mill-kriżi. |
Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għal servizzi tas-saħħa għal kulħadd, biex jingħata appoġġ fil-forma ta' kapital ta' ħidma jew appoġġ għall-investiment lill-SMEs, investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi u nondiskriminatorji lill-persuni, u miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq is-settur l-aktar affettwati mill-kriżi. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każ ta' FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ liż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma' miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux impost bil-liġi nazzjonali. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ukoll ikunu ta' appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal nies f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, miżuri ta' impjiegi għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikolari b'appoġġ għat-tranżizzjonijiet marbuta ma' xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, u biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal. |
Fil-każ tal-FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ lill-inklużjoni soċjali u l-qerda tal-faqar, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost it-tfal, liż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar li jipprevedu introjtu 'l fuq mil-limitu tal-faqar tal-Istati Membri u appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma' miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux impost bil-liġi nazzjonali. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ukoll ikunu ta' appoġġ għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, b'mod partikolari għal nies f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, miżuri ta' impjiegi għaż-żgħażagħ, edukazzjoni inklużiva tul il-ħajja, taħriġ u taħriġ mill-ġdid individwalizzat, l-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikolari b'appoġġ għat-tranżizzjoni ġusta, ekoloġika u diġitali, u biex jitjieb l-aċċess ugwali u universali għal servizzi inklużivi, aċċessibbli u ta' kwalità għolja, inklużi l-kura tas-saħħa u servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità. L-appoġġ tal-Unjoni għal dawk l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għandu jkun għal perjodu limitat u jkun jiddependi miż-żamma tal-istess livell ta' kundizzjonijiet u drittijiet ta' xogħol u impjieg, inkluża l-protezzjoni mis-sensji u t-tnaqqis fil-pagi. Il-benefiċjarji tal-appoġġ tal-Unjoni ma għandhomx jagħtu bonusijiet jew dividendi lill-azzjonisti, ma għandhomx ikunu bbażati f'ġurisdizzjoni msemmija fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa1a u ma għandhomx jippreġudikaw in-negozjar kollettiv, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema jew il-kodeterminazzjoni fil-proċessi deċiżjonali tal-kumpaniji f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. |
|
________________________________ |
|
1a ĠU C 64, 27.2.2020, p. 8. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 9 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bl-eċċezzjoni tal-assistenza teknika li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 6 u tar-riżorsi addizzjonali użati għall-FEAD li ssir referenza għalihom fis-seba' subparagrafu tal-paragrafu 5, ir-riżorsi addizzjonali għandhom isostnu operazzjonijiet skont l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija", li jikkumplimenta l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9. |
Bl-eċċezzjoni tal-assistenza teknika li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 6 u tar-riżorsi addizzjonali użati għall-FEAD u l-YEI li ssir referenza għalihom fis-seba' subparagrafu tal-paragrafu 5, ir-riżorsi addizzjonali għandhom isostnu operazzjonijiet skont l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali, soċjali u reżiljenti tal-ekonomija, l-impjiegi u s-soċjetà", li jikkumplimenta l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 26(4), jista' jitfassal programm operattiva ddedikat ġdid mill-Istati Membri skont l-objettiv tematiku ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10. L-ebda evalwazzjoni ex ante kif stabbilita fl-Artikolu 55 ma għandha tkun rikjesta. |
B'deroga mill-Artikolu 26(4), jista' jitfassal programm operattiv dedikat ġdid mill-Istati Membri skont l-objettiv tematiku l-ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 9. L-ebda evalwazzjoni ex ante kif stabbilita fl-Artikolu 55 ma għandha tkun rikjesta. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10 – subparagrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-elementi stabbiliti fil-punt (b)(v) u (vii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-paragrafu 4, fil-punt (b) u (c) tal-paragrafu 6 u fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 96 ma għandhomx ikunu meħtieġa għal tali programm operattiv ġdid. L-elementi stabbiliti fl-Artikolu 96(3) għandhom ikunu meħtieġa biss fejn jiġi pprovdut appoġġ korrispondenti. |
L-elementi stabbiliti fil-punt (b)(v) u (vii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-paragrafu 4, fil-punt (b) u (c) tal-paragrafu 6 u fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 96 ma għandhomx ikunu meħtieġa għal tali programm operattiv ġdid. L-elementi stabbiliti fl-Artikolu 96(3) għandhom ikunu meħtieġa biss fejn jiġi pprovdut appoġġ korrispondenti. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 11 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta' Diċembru 2024 ssir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u kif huma kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu. |
B'deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta' Diċembru 2024 ssir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir evalwazzjoni tal-inklużività, l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u kif ikunu kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 11a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
11a. Il-programmi kollha implimentati fl-ambitu ta' REACT-EU għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u opportunitajiet għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 12 – subparagrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) id-deroga li ssir provvediment għaliha fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(10) li tistabbilixxi d-data ta' eliġibbiltà tal-1 ta' Frar 2020 għal operazzjonijiet għat-trawwim ta' kapaċitajiet ta' rispons ta' kriżi fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19. |
imħassar |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
|||
Referenzi |
COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 17.6.2020 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 17.6.2020 |
|||
Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
23.7.2020 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Agnes Jongerius 26.6.2020 |
|||
Eżami fil-kumitat |
16.7.2020 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
1.9.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
47 1 5 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Marc Angel, Dominique Bilde, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Sylvie Brunet, David Casa, Leila Chaibi, Margarita de la Pisa Carrión, Klára Dobrev, Jarosław Duda, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Heléne Fritzon, Helmut Geuking, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Agnes Jongerius, Radan Kanev, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Miriam Lexmann, Elena Lizzi, Radka Maxová, Sandra Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Dragoș Pîslaru, Manuel Pizarro, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Daniela Rondinelli, Mounir Satouri, Monica Semedo, Beata Szydło, Eugen Tomac, Romana Tomc, Yana Toom, Marie-Pierre Vedrenne, Nikolaj Villumsen, Marianne Vind, Maria Walsh, Stefania Zambelli, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Gheorghe Falcă, Jeroen Lenaers, Eugenia Rodríguez Palop |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
47 |
+ |
ECR |
Lucia Ďuriš Nicholsonová, Helmut Geuking, Margarita de la Pisa Carrión, Elżbieta Rafalska, Beata Szydło |
GUE/NGL |
Leila Chaibi, Sandra Pereira, Eugenia Rodríguez Palop, Nikolaj Villumsen |
NI |
Daniela Rondinelli |
PPE |
David Casa, Jarosław Duda, Rosa Estaràs Ferragut, Gheorghe Falcă, Loucas Fourlas, Radan Kanev, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Jeroen Lenaers, Miriam Lexmann, Dennis Radtke, Eugen Tomac, Romana Tomc, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Abir Al-Sahlani, Atidzhe Alieva-Veli, Sylvie Brunet, Dragoș Pîslaru, Monica Semedo, Yana Toom, Marie-Pierre Vedrenne |
S&D |
Marc Angel, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Klára Dobrev, Estrella Durá Ferrandis, Heléne Fritzon, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, Agnes Jongerius, Manuel Pizarro, Marianne Vind |
Verts/ALE |
Katrin Langensiepen, Kira Marie Peter-Hansen, Mounir Satouri, Tatjana Ždanoka |
1 |
- |
ID |
Nicolaus Fest |
5 |
0 |
ID |
Dominique Bilde, France Jamet, Elena Lizzi, Stefania Zambelli |
Renew |
Radka Maxová |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (3.9.2020)
għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)
(COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Karlo Ressler
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
B'mod ġenerali, ir-rapporteur iqis li l-proposta tibni b'mod loġiku fuq żewġ proposti preċedenti relatati mal-politika ta' koeżjoni, l-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) u l-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (CRII+), li ġew adottati reċentement mill-koleġiżlaturi. Għaldaqstant, huwa laqa' l-proposta li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) biex jiġi żgurat li riżorsi addizzjonali eċċezzjonali jibqgħu jkunu disponibbli għall-Istati Membri mill-Fondi Strutturali biex jipprovdu assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 fiż-żoni ġeografiċi tal-Ewropa li l-ekonomija u l-impjiegi tagħhom intlaqtu b'mod aktar qawwi u biex jitħejja rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija.
Huwa jipproponi diversi emendi biex tiżdied il-flessibbiltà għall-Istati Membri, pereżempju bl-użu tal-fondi lil hinn mill-2022 jew biex tkun permessa l-implimentazzjoni rapida ta' kwalunkwe programm.
Huwa jilqa' l-fatt li l-Istati Membri se jkollhom il-possibbiltà li jisseparaw ir-riżorsi addizzjonali bejn il-FEŻR u l-FSE permezz tal-ipprogrammar tar-riżorsi mingħajr ebda limitazzjoni. Huma se jkollhom ukoll il-possibbiltà li jużaw parti minn dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-FEAD. Ir-riżorsi addizzjonali se jiġu allokati għal ass prijoritarju separat iddedikat wieħed, jew inkella aktar minnhom, fi ħdan programm jew programmi eżistenti permezz ta' talba għal emenda tal-programm jew tal-programmi kkonċernat/i jew għal programm dedikat ġdid permezz tat-tħejjija u s-sottomissjoni ta' programm operattiv ġdid.
Huwa jaqbel li r-riżorsi addizzjonali jistgħu jintużaw biss biex jappoġġjaw operazzjonijiet li jrawmu miżuri li jtaffu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija permezz ta' investimenti f'operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika taħt objettiv tematiku ġdid li jikkomplementa l-objettivi tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 9, kif ukoll għall-assistenza teknika.
Sabiex jiġu kkumpensati dawn il-flessibbiltajiet proposti, huwa jipproponi li tissaħħaħ il-kwalità tar-rappurtar li għandha tippermetti kontrolli xierqa u kostanti fuq ir-regolarità u l-impatt. Il-kisba tal-objettivi ta' REACT-EU, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tagħha, it-tipi ta' azzjonijiet iffinanzjati, il-benefiċjarji u r-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji u l-valur miżjud Ewropew tagħha biex tgħin l-irkupru ekonomiku għandhom ikunu ċari sabiex jipprovdu input utli għall-ippjanar futur tal-politika ta' koeżjoni. Dan għandu jkun daqstant ieħor importanti irrispettivament minn jekk l-allokazzjonijiet finanzjarji jkunux ġejjin mill-baġit klassiku tal-UE jew minn Next Generation EU bħala dħul assenjat estern.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) L-Istati Membri ntlaqtu mill-kriżi minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 b'mod bla preċedent. Il-kriżi tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta' likwidità minħabba ż-żieda f'daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b'miżuri speċifiċi. |
(1) L-Istati Membri ntlaqtu minn pandemija u kriżi soċjali u ekonomika minħabba l-konsegwenzi tal-COVID-19 b'mod bla preċedent. Il-kriżi tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jaggrava n-nuqqas serju ta' likwidità minħabba ż-żieda f'daqqa u sinifikanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom u biex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi soċjali. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b'miżuri speċifiċi biex jiġu appoġġjati rkupru u ħolqien dejjiema ta' impjiegi sostenibbli ta' kwalità tajba. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Sabiex jirrispondu għall-impatt tal-kriżi, ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1301/2013 ġew emendati fit-30 ta' Marzu 2020 biex jippermettu aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE") u l-Fond ta' Koeżjoni ("il-Fondi") u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"). Madankollu, peress li l-effetti negattivi serji fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet marru għall-agħar, iż-żewġ Regolamenti reġgħu ġew emendati fit-23 ta' April 2020 biex jipprovdu flessibbiltà addizzjonali eċċezzjonali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-rispons meħtieġ għall-kriżi mingħajr preċedent billi jissaħħu l-possibbiltà li jiġi mobilizzat appoġġ mhux użat mill-Fondi u billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti proċedurali marbuta mal-implimentazzjoni u l-awditjar tal-programm. |
(2) Sabiex jirrispondu għall-impatt tal-kriżi, ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1301/2013 ġew emendati fit-30 ta' Marzu 2020 biex jippermettu aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE") u l-Fond ta' Koeżjoni ("il-Fondi") u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"). Madankollu, peress li l-effetti negattivi serji fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet marru għall-agħar, iż-żewġ Regolamenti reġgħu ġew emendati fit-23 ta' April 2020 biex jipprovdu flessibbiltà addizzjonali eċċezzjonali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-rispons meħtieġ għall-kriżi mingħajr preċedent billi jissaħħu l-possibbiltà li jiġi mobilizzat appoġġ mhux użat mill-Fondi u billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti proċedurali marbuta mal-implimentazzjoni u l-awditjar tal-programm. Dik il-flessibbiltà hija ta' natura temporanja u hija marbuta li tirrispondi biss għall-COVID-19. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Skont ir-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru Ewropew] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fihom, għandhom jittieħdu miżuri ta' rkupru u reżiljenza taħt il-Fondi Ewropej tal-Investiment u l-Fondi Strutturali biex jiġi l-indirizzat l-impatt mingħajr preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Tali riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jintużaw biex tiġi żgurata l-konformità mat-termini stipulati fir-Regolament [ERI]. Barra minn dan, jenħtieġ li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020. |
(4) Skont ir-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru Ewropew] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fihom, jenħtieġ li jittieħdu miżuri ta' rkupru u reżiljenza taħt il-Fondi Ewropej tal-Investiment u l-Fondi Strutturali biex jiġi l-indirizzat l-impatt mingħajr preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Barra minn dan, jenħtieġ li jsiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta' EUR 58 272 800 000 (bi prezzijiet ta' bħalissa) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022, għandu jkun disponibbli bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta' tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, bil-ħsieb li jiġu skjerati riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 ġejjin mill-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru abbażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Il-metodu ta' allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata għandha tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aktar data statistika reċenti disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022 tar-riżorsi addizzjonali. |
(5) Ammont eċċezzjonali addizzjonali ta' EUR 58 272 800 000 (bi prezzijiet ta' bħalissa) EUR 54 806 498 104 (bi prezzijiet tal-2018) għal impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, għas-snin 2020, 2021 u 2022 u, fejn iġġustifikat minn Stat Membru, anke għas-snin 2023 u 2024, jenħtieġ li jkun disponibbli bħala sostenn lill-Istati Membri u lir-reġjuni l-aktar milquta bil-miżuri ta' tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 jew fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali, soċjali u reżiljenti tal-ekonomija, bil-ħsieb li jiġu użati riżorsi malajr fl-ekonomija reali permezz tal-programmi operattivi eżistenti. Ir-riżorsi għall-2020 ġejjin minn żieda ta' EUR 5 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fir-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 filwaqt li r-riżorsi għall-2021 u l-2022 u, fejn applikabbli, għall-2023 u l-2024, ġejjin mill-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea. Parti mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali li jifdal għal kull Stat Membru f'att delegat abbażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika oġġettiva disponibbli li tikkonċerna l-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effett tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Il-metodu ta' allokazzjoni jenħtieġ li jinkludi ammont iddedikat addizzjonali għar-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-vulnerabbiltà speċifika tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li qed tevolvi tal-effetti tal-kriżi, l-analiżi dettaljata jenħtieġ li tiġi riveduta fl-2021 fuq il-bażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aktar data statistika reċenti disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021 biex jitqassam is-segment tal-2022, u fejn rilevanti, is-segmenti tal-2023 u l-2023, tar-riżorsi addizzjonali. |
|
(Iż-żieda tal-kelma "soċjali" mal-kliem "fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fit-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija" tapplika għat-test kollu, inkluż fit-titlu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu). |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fejn jidħol l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja soda u iffinanzjar effettiv mill-UE. |
(6) Regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fejn jidħol l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja soda u iffinanzjar effettiv mill-UE. Barra minn hekk, il-flessibbiltà tal-infiq tal-allokazzjonijiet skont REACT-EU tirrikjedi kontroll speċifiku li jmur lil hinn mill-awtovalutazzjoni mill-Istati Membri u minflok jeħtieġ li tkun soġġetta għas-sorveljanza mill-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti tal-Awdituri. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet diġà disponibbli taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR, kif estiż bir-Regolamenti (UE) 2020/460 u (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jitħallew jużaw ir-riżorsi addizzjonali primarjament għal investimenti fi prodotti u servizzi għas-servizzi tas-saħħa u biex jipprovdu appoġġ fil-forma ta' kapital operatorju jew appoġġ ta' investiment lill-SMEs, f'operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini jew miżuri ta' appoġġ ekonomiku għal dawk ir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq setturi l-aktar affettwati mill-kriżi. Jenħtieġ ukoll li tkun appoġġjata l-assistenza teknika. Huwa xieraq li r-riżorsi addizzjonali jkunu ffokati esklussivament taħt l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija", li għandhom jikkostitwixxu wkoll prijorità ta' investiment unika, sabiex tkun tista' ssir programmazzjoni simplifikata u implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali. |
(9) Sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet diġà disponibbli taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR, kif estiż bir-Regolamenti (UE) 2020/460 u (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jitħallew jużaw ir-riżorsi addizzjonali primarjament għal investimenti fi prodotti u servizzi għas-servizzi tas-saħħa u biex jipprovdu appoġġ fil-forma ta' kapital operatorju jew appoġġ ta' investiment lill-SMEs, f'operazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi liċ-ċittadini, l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali jew miżuri ta' appoġġ ekonomiku għal dawk ir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq setturi l-aktar affettwati mill-kriżi. Jenħtieġ ukoll li jkunu pprovduti sistematikament l-assistenza teknika u amministrattiva lill-Istati Membri kollha fil-bżonn. Huwa xieraq li r-riżorsi addizzjonali jkunu ffokati esklussivament taħt l-objettiv tematiku l-ġdid "Trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija", li għandhom jikkostitwixxu wkoll prijorità ta' investiment unika, sabiex tkun tista' ssir programmazzjoni simplifikata u implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali. |
_________________ |
_________________ |
5 Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewopew u tal Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID‐19 (Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5); Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 130, 23.4.2020, p. 1). |
5 Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewopew u tal Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID‐19 (Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5); Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, (ĠU L 130, 23.4.2020, p. 1). |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Għall-FSE, l-Istati Membri jenħtieġ li primarjament jużaw ir-riżorsi addizzjonali biex jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ għal persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, l-appoġġ għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet u għat-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal. Għandu jiġi ċċarat li fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti jista' jingħata appoġġ għal skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 anki meta dak l-appoġġ ma jkunx marbut ma' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mil-liġi nazzjonali. L-appoġġ tal-Unjoni għal dawk l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għandu jkun għal perjodu limitat. |
(10) Għall-FSE, l-Istati Membri jenħtieġ li primarjament jużaw ir-riżorsi addizzjonali biex jappoġġjaw iż-żamma tal-impjiegi, inkluż f'żoni insulari, remoti, rurali u skarsament popolati, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ għal persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, l-appoġġ għal miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-qerda tal-faqar inkluż il-faqar fost it-tfal u għat-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi universali, inklużivi, aċċessibbli, affordabbli u ta' kwalità għolja, inkluż il-kura tas-saħħa u servizzi soċjali ta' interess ġenerali, b'fokus partikolari fuq il-fatt li tinbena reżiljenza fis-setturi tal-kura u tal-kura tat-tfal u għat-tisħiħ tal-aċċess għall-gruppi vulnerabbli u għat-tfal. Għandu jiġi ċċarat li fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti jista' jingħata appoġġ għal skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 anki meta dak l-appoġġ ma jkunx marbut ma' miżuri attivi tas-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mil-liġi nazzjonali. L-appoġġ tal-Unjoni għal dawk l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar għandu jkun għal perjodu limitat. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Peress li l-għeluq temporanju tal-fruntieri bejn l-Istati Membri wassal għal sfidi sinifikanti għall-komunitajiet transfruntiera, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw tal-inqas 7 % tar-riżorsi addizzjonali biex jappoġġjaw proġetti transfruntiera, billi jużaw il-proġetti ta' kooperazzjoni Interreg eżistenti jew joħolqu oħrajn ġodda. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr azzjonijiet ta' tiswija wara l-kriżijiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut livell ogħla ta' pagament ta' prefinanzjament inizjali għall-implimentazzjoni rapida ta' azzjonijiet appoġġati mir-riżorsi addizzjonali. Il-prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas għandu jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jirranġaw il-ħlasijiet bil-quddiem lill-benefiċjarji fejn meħtieġ u li jħallsu lura lill-benefiċjarji malajr wara li jkunu tressqu t-talbiet għall-ħlas. |
(11) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr azzjonijiet ta' tiswija wara l-kriżijiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha, u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut livell ogħla ta' pagament ta' prefinanzjament inizjali jew, fejn applikabbli, prefinanzjament annwali, għall-implimentazzjoni rapida ta' azzjonijiet appoġġjati mir-riżorsi addizzjonali. Il-prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas għandu jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jirranġaw il-ħlasijiet bil-quddiem lill-benefiċjarji fejn meħtieġ u li jħallsu lura lill-benefiċjarji malajr wara li jkunu tressqu t-talbiet għall-ħlas. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jallokaw riżorsi addizzjonali għal programmi operattivi dedikati ġodda jew assi prijoritarji ġodda fi ħdan il-programmi eżistenti. Sabiex tkun tista' ssir implimentazzjoni rapida, huwa biss dawk l-awtoritajiet diġà maħtura ta' programmi operattivi eżistenti appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE, jew mill-Fond ta' Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati għal programmi operazzjonali speċifiċi ġodda. Jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa evalwazzjoni ex ante mill-Istati Membri u jenħtieġ li l-elementi meħtieġa għall-preżentazzjoni tal-programm operazzjonali għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni jkunu limitati. |
(12) L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-flessibbiltà li jallokaw riżorsi addizzjonali għal programmi operattivi dedikati ġodda jew assi prijoritarji ġodda fi ħdan il-programmi eżistenti wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali. Sabiex tkun tista' ssir implimentazzjoni rapida, huwa biss dawk l-awtoritajiet diġà maħtura ta' programmi operattivi eżistenti appoġġjati mill-FEŻR, mill-FSE, jew mill-Fond ta' Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati għal programmi operattivi speċifiċi ġodda. Jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa evalwazzjoni ex ante mill-Istati Membri u jenħtieġ li l-elementi meħtieġa għall-preżentazzjoni tal-programm operattivi għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni jkunu limitati biex jippermettu l-approvazzjoni rapida tal-programmi u tnaqqis massimu tal-ħin li jieħdu l-intrapriżi biex jistabbilixxu negozju ġdid. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta' prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta' strateġija ta' komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa meħtieġ madankollu li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta' Diċembru 2024 biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew fl-ilħuq tal-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta' informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu mill-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom itejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b'mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
(14) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw malajr ir-riżorsi addizzjonali għat-teħid ta' miżuri li jsewwu d-dannu b'mod rapidu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija fi ħdan il-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eżentati, fuq bażi eċċezzjonali, mill-ħtieġa li jikkonformaw mal-kundizzjonalitajiet u r-rekwiżiti ex ante dwar ir-riżerva tal-prestazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas ta' prestazzjoni, minn dawk dwar il-konċentrazzjoni tematika, anke fir-rigward tal-limiti stabbiliti għall-iżvilupp urban sostenibbli għall-FEŻR, u mir-rekwiżiti dwar it-tħejjija ta' strateġija ta' komunikazzjoni għar-riżorsi addizzjonali. Huwa għalhekk ġustifikat li l-evalwazzjonijiet matul il-programm huma msaħħa sabiex jiġi żgurat li l-flus tal-Unjoni jintefqu b'mod effiċjenti u b'appoġġ għall-objettivi stabbiliti, jiġifieri l-azzjonijiet biex tissewwa l-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2023 u oħra sal-31 ta' Diċembru 2025 biex tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew f'li jintlaħqu l-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu mill-inqas evalwazzjoni waħda sal-31 ta' Diċembru 2024, jew sal-31 ta' Diċembru 2026 fejn isiru disponibbli riżorsi addizzjonali għall-impenn baġitarju fl-2023 u l-2024, biex jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, l-inklużività u l-impatt tar-riżorsi addizzjonali kif ukoll kif dawn ikunu kkontribwew f'li jintlaħqu l-għanijiet tal-objettiv tematiku ddedikat ġdid. Ir-rapport jenħtieġ li jiddeskrivi l-appoġġ riċevut mis-settur u r-reġjun u s-sidien benefiċjarji finali u l-ammont ta' appoġġ riċevut. Biex tiġi ffaċilitata d-disponibbiltà ta' informazzjoni komparabbli fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw l-indikaturi speċifiċi għall-programmi disponibbli mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jenħtieġ li jtejbu l-viżibbiltà tal-miżuri u r-riżorsi eċċezzjonali introdotti mill-Unjoni, b'mod partikolari billi jiżguraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Bil-ħsieb li dawn ir-riżorsi addizzjonali jkunu jistgħu jiġu mmirati lejn iż-żoni ġeografiċi fejn huma l-aktar meħtieġa, bħala miżura eċċezzjonali u bla ħsara għar-regoli ġenerali għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, l-ammonti addizzjonali allokati għall-FEŻR u l-FSE m'għandhomx jitqassmu skont il-kategorija ta' reġjun. Madankollu, l-Istati Membri huma mistennija li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet reġjonali u l-livelli tal-iżvilupp differenti sabiex jiżguraw li l-enfasi tinżamm fuq ir-reġjuni l-anqas żviluppati, f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fl-Artikolu 173 TFUE. L-Istati Membri jenħtieġ jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, f'konformità mal-prinċipji tas-sħubija. |
(15) Bil-ħsieb li dawn ir-riżorsi addizzjonali jkunu jistgħu jiġu mmirati lejn iż-żoni ġeografiċi fejn huma l-aktar meħtieġa, bħala miżura eċċezzjonali u bla ħsara għar-regoli ġenerali għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali, l-ammonti addizzjonali allokati għall-FEŻR u l-FSE m'għandhomx jitqassmu skont il-kategorija ta' reġjun. Madankollu, l-Istati Membri huma mistennija li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet reġjonali differenti li jirriżultaw mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll il-livelli tal-iżvilupp differenti sabiex jiżguraw li l-enfasi bbilanċjata tinżamm fuq ir-reġjuni l-anqas żviluppati, f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbilit fl-Artikolu 173 tat-TFUE. L-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-sħab soċjali u lis-soċjetà ċivili inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi u korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni, f'konformità mal-prinċipji tas-sħubija. Fil-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni ta' REACT-EU, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-livell ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-ammont ta' assistenza mitluba skont REACT-EU. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-urġenza biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha, jitqies li hemm bżonn tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din il-proposta hija urġenti, iżda għad hemm żmien biżżejjed biex il-parlamenti nazzjonali jingħataw l-iskadenza tas-soltu ta' tmien ġimgħat.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. Fl-Artikolu 4(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej: |
|
"Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-finanzjament tal-Unjoni. Regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandhom japplikaw." |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 91 – paragrafu 1a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1a. B'żieda mar-riżorsi globali li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali ta' EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet ta' bħalissa għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-impenn baġitarju għall-2020, u allokati lill-FEŻR u l-FSE."; |
1a. B'żieda mar-riżorsi globali li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali ta' EUR 4 805 843 906 fi prezzijiet tal-2018 għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għall-impenn baġitarju għall-2020, u allokati lill-FEŻR u l-FSE."; |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati taħt il-Fondi Strutturali b'ammont ta' EUR 53 272 800 000 fi prezzijiet ta' bħalissa tal-ammont li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta' dak ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 4(3), (4) u (8) tiegħu. |
Il-miżuri li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ERI] għandhom jiġu implimentati taħt il-Fondi Strutturali b'ammont ta' EUR 50 000 654 198 fi prezzijiet tal-2018 tal-ammont li ssir referenza għalih fl-Artikolu 3(2)(a)(i) ta' dak ir-Regolament, soġġett għall-Artikolu 4(3), (4) u (8) tiegħu. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. |
Dawn ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 149 biex temenda dan ir-Regolament, abbażi tad-data statistika miġbura u l-iżviluppi futuri relatati mal-irkupru mill-kriżi ekonomika kkawżata mill-COVID-19, sabiex il-miżuri ta' flessibbiltà skont ir-REACT-UE jiġu estiżi għas-snin 2023 u 2024. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – Titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
Riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi" biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-riżorsi addizzjonali li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 91(1a) u 92a ("ir-riżorsi addizzjonali") għandhom isiru disponibbli taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU). Ir-riżorsi għandhom jintużaw biex tiġi implimentata assistenza teknika skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u l-operazzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv tematiku fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu. |
1. Ir-riżorsi addizzjonali li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 91(1a) u 92a ("ir-riżorsi addizzjonali") għandhom isiru disponibbli taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, u mill-inqas 5 % ta' dawk ir-riżorsi għandhom ikunu disponibbli taħt il-mira ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea. Fiż-żewġ każijiet, ir-riżorsi addizzjonali għandhom jipprovdu assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU). Ir-riżorsi għandhom jintużaw biex tiġi implimentata assistenza teknika skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u l-operazzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv tematiku fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – inċiż 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— 2020: EUR 5 000 000 000; |
— 2020: EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet ta' bħalissa (EUR 4 805 843 906 fi prezzijiet tal-2018); |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – inċiż 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— 2021: EUR 42 434 400 000; |
— 2021: EUR 42 000 000 000 fi prezzijiet ta' bħalissa (EUR 39 987 184 320 fi prezzijiet tal-2018); |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – inċiż 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
— 2022: EUR 10 820 400 000. |
— 2022: EUR 10 820 400 000 fi prezzijiet ta' bħalissa (EUR 9 996 674 058 fi prezzijiet tal-2018). |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 2 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 92a. Ir-riżorsi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 92a għandhom ukoll jappoġġjaw in-nefqa amministrattiva sa massimu ta' EUR 18 000 000 fi prezzijiet ta' bħalissa. |
Ir-riżorsi addizzjonali għall-2021 u l-2022 għandhom isiru disponibbli mir-riżorsi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 92a. Permezz ta' reviżjoni ta' dan ir-Regolament b'att delegat, u abbażi ta' talba motivata minn Stat Membru, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu jsiru disponibbli wkoll għal impenn baġitarju fl-2023 u fl-2024. Ir-riżorsi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 92a għandhom ukoll jappoġġjaw in-nefqa amministrattiva sa massimu ta' EUR 18 000 000 fi prezzijiet ta' bħalissa (EUR 16 795 821 fi prezzijiet tal-2018). |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. 0,35 % tar-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. |
3. Minimu ta' 0,35 % tar-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu allokati għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, b'enfasi speċjali fuq l-Istati Membri milquta aktar mill-pandemija tal-COVID-19 u l-Istati Membri b'rati ta' assorbiment u ta' implimentazzjoni aktar baxxi. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali bħala approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għall-2020 u l-2021 għal kull Stat Membru skont il-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness VIIa. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta fl-2021 biex jiġi stabbilit it-tqassim tar-riżorsi addizzjonali għal-2022 abbażi tad-data disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021. |
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta att delegat skont l-Artikolu 149 li tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali bħala approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali għall-2020 u l-2021 għal kull Stat Membru skont il-kriterji u l-metodoloġija stabbiliti fl-Anness VIIa. Dak l-att delegat għandu jiġi rivedut fl-2021 biex jiġi stabbilit it-tqassim tar-riżorsi addizzjonali għal-2022 abbażi tad-data disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021. Fejn ikun applikabbli, dan għandu jiġi rivedut ukoll fl-2022 fir-rigward tal-impenji baġitarji fl-2023 u fl-2024, abbażi tal-aħħar data statistika disponibbli, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq il-programmi operattivi. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 5 – subparagrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membri għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar skont l-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi. |
Kull Stat Membru għandu jalloka r-riżorsi addizzjonali disponibbli għall-ipprogrammar skont il-FEŻR u l-FSE għall-programmi operattivi, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll ta' korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, f'konformità mal-prinċipju ta' sħubija. Tal-anqas 5 % tar-riżorsi addizzjonali għandhom jintużaw għal proġetti transfruntiera. Is-sehem mill-FSE m'għandux jitnaqqas għal taħt l-obbligu legali attwali ta' 23,1 %. Għandu jqis in-numru kumulattiv ta' infezzjonijiet tal-COVID-19 fil-livell NUTS 3 u jikkonċentra r-riżorsi addizzjonali fuq dawk l-oqsma tal-livell NUTS 3 bl-ogħla numri. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 7 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 134(2) għall-prefinanzjament annwali fis-snin 2021, 2022 u 2023, l-ammont tal-appoġġ mill-Fondi għall-perjodu ta' pprogrammar kollu kemm hu lill-programm operattiv għandu jinkludi r-riżorsi addizzjonali. |
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 134(2) għall-prefinanzjament annwali fis-snin 2021, 2022 u 2023 u, fejn applikabbli, fl-2024, l-ammont tal-appoġġ mill-Fondi għall-perjodu ta' pprogrammar kollu kemm hu lill-programm operattiv għandu jinkludi r-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 7 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B'deroga mit-tieni subparagrafu, u abbażi ta' talba motivata ta' Stat Membru, il-prefinanzjament annwali għas-sena 2022 sal-2023 jew, fejn applikabbli, sal-2024, jista' jikkonsisti sa 50 % tar-riżorsi addizzjonali allokati għal programmi taħt l-objettiv tematiku l-ġdid imsemmi fil-paragrafu 9. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-riżorsi addizzjonali lil xi ass prijoritarju, wieħed jew ħafna, fi ħdan programm jew programmi operattiv(i) jew lil xi programm operattiv ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 11. B'deroga mill-Artikolu 26(1), il-programm għandu jkopri l-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2022, suġġett għall-paragrafu 4 hawn fuq. |
L-Istati Membri jistgħu jallokaw ir-riżorsi addizzjonali lil xi ass prijoritarju, wieħed jew ħafna, fi ħdan programm jew programmi operattiv(i) jew lil xi programm operattiv ġdid li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10. B'deroga mill-Artikolu 26(1), il-programm għandu jkopri l-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2022, jew sal-31 ta' Diċembru 2024 fejn tapplika d-deroga msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, soġġett għall-paragrafu 4 hawn fuq. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għal servizzi tas-saħħa, biex jingħata appoġġ fil-forma ta' kapital ta' ħidma jew appoġġ għall-investiment lill-SMEs, investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini, u miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq is-settur l-aktar affettwati mill-kriżi. |
Fil-każ tal-FEŻR, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw fl-appoġġ għall-investiment fi prodotti u servizzi għal servizzi tas-saħħa, biex jingħata appoġġ fil-forma ta' kapital ta' ħidma jew appoġġ għall-investiment lill-SMEs, investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali u ekoloġika, investimenti fl-infrastruttura li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadini, inkluż f'żoni insulari, remoti, rurali u skarsament popolati, u miżuri ekonomiċi fir-reġjuni li huma l-aktar dipendenti fuq is-setturi l-aktar affettwati mill-kriżi. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 8 – subparagrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każ ta' FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ liż-żamma tal-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma' miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux impost bil-liġi nazzjonali. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ukoll ikunu ta' appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal nies f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, miżuri ta' impjiegi għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikolari b'appoġġ għat-tranżizzjonijiet marbuta ma' xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, u biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal. |
Fil-każ ta' FSE, ir-riżorsi addizzjonali għandhom primarjament jintużaw biex jingħata appoġġ liż-żamma tal-impjiegi, inkluż f'żoni insulari, remoti, rurali u skarsament popolati, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom, anki meta dak l-appoġġ ma jkunx ikkombinat ma' miżuri attivi fis-suq tax-xogħol, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux impost bil-liġi nazzjonali. Ir-riżorsi addizzjonali għandhom ukoll ikunu ta' appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għal nies f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, miżuri ta' impjiegi għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, b'mod partikolari b'appoġġ għat-tranżizzjonijiet marbuta ma' xulxin, dik ekoloġika u dik diġitali, u biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali, inkluż għat-tfal. F'dak il-kuntest, f'xi każijiet, it-tiswija u l-bini tal-infrastruttura kritika, bħal sptarijiet u toroq, iservu ta' mezz biex jiġi aċċellerat l-irkupru ekonomiku u tissaħħaħ l-utilità tal-investimenti fil-politika ta' koeżjoni u għalhekk m'għandhomx jiġu ttraskurati. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 9 – subparagrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-pjan ta' finanzjament rivedut stabbilit fl-Artikolu 96(2)(d) għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għas-snin 2020, 2021 u, fejn applikabbli, għall-2022, mingħajr ma jiġu identifikati l-ammonti għar-riżerva ta' prestazzjoni u mingħajr tqassim skont il-kategorija tar-reġjuni. |
Il-pjan ta' finanzjament rivedut stabbilit fl-Artikolu 96(2)(d) għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżorsi addizzjonali għas-snin 2020, 2021 u, fejn applikabbli, għall-2022, l-2023 u l-2024, mingħajr ma jiġu identifikati l-ammonti għar-riżerva ta' prestazzjoni u mingħajr tqassim skont il-kategorija tar-reġjuni. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jiġi stabbilit tali programm operattiv, ikunu biss l-awtoritajiet maħtura skont il-programmi operattivi li jkunu għaddejjin, appoġġjat mill-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati mill-Istati Membri għall-fini tal-punt (a) tal-Artikolu 96(5). |
Meta jiġi stabbilit tali programm operattiv, ikunu biss l-awtoritajiet maħtura skont il-programmi operattivi li jkunu għaddejjin, appoġġjat mill-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni li jistgħu jiġu identifikati mill-Istati Membri għall-fini tal-punt (a) tal-Artikolu 96(5) wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 10 – subparagrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B'deroga mill-Artikolu 29(3) u (4) u l-Artikolu 30(2), il-Kummissjoni għandha tapprova kwalunkwe programm operattiv ġdid iddedikat jew kwalunkwe emenda għal programm eżistenti fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mis-sottomissjoni tagħha minn Stat Membru. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 11 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta' Diċembru 2024 ssir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u kif huma kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu. |
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni kif previst fl-Artikolu 56(4). B'deroga mill-Artikolu 56(3) u 114(2), l-Istati Membri għandhom jaraw li sal-31 ta' Diċembru 2024, jew sal-31 ta' Diċembru 2026 fejn tapplika d-deroga msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, issir mill-anqas evalwazzjoni waħda dwar l-użu tar-riżorsi addizzjonali biex issir evalwazzjoni tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tagħhom u kif huma kkontribwew għall-objettiv tematiku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 11a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
11a. Il-programmi kollha implimentati skont REACT-EU għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom. Għandhom jiżguraw ukoll opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u b'hekk tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u jitnaqqsu l-inugwaljanzi. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 13 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, f'konformità mal-Artikolu 115(1) u (3) u mal-Anness XII, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jaraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
Filwaqt li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom marbuta mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà, f'konformità mal-Artikolu 115(1) u (3) u mal-Anness XII, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jaraw li l-benefiċjarji potenzjali, il-benefiċjarji, il-parteċipanti, ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji u l-pubbliku ġenerali jkunu konxji mill-eżistenza, mill-volum u mill-appoġġ addizzjonali li jirriżultaw mir-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Artikolu 92b – paragrafu 13a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
13a. Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rieżami lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-implimentazzjoni tar-riżorsi addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2. Dan ir-rieżami obbligatorju għandu jkun akkumpanjat, kif xieraq, minn proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament biex ikun żgurat l-użu sħiħ ta' dawn ir-riżorsi addizzjonali. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 1a |
|
L-Istati Membri għandhom isegwu t-tipi ta' miżuri ffinanzjati u l-benefiċjarji u r-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif xieraq mingħajr ma jinħoloq piż amministrattiv sproporzjonat. |
|
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar REACT-EU sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, li jkopri l-impenji baġitarji għas-snin 2020, 2021 u 2022. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-issodisfar tal-objettivi ta' REACT-EU, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tagħha, it-tipi ta' azzjonijiet iffinanzjati, il-benefiċjarji u r-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji u l-valur miżjud Ewropew tagħha biex tgħin fl-irkupru ekonomiku. |
|
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni supplimentari sal-31 ta' Diċembru 2025, li jkopri l-impenji baġitarji għas-snin 2023 u 2024 skont id-deroga msemmija fl-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
Ġustifikazzjoni
Għalkemm REACT-EU, mil-lat tekniku, hija sempliċement emenda għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2014-2020, hija tipprovdi finanzjament ġdid konsiderevoli filwaqt li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u għalhekk tikkontrolla wkoll l-infiq. Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tevalwa l-impatt ta' dawk il-miżuri, sabiex tipprovdi input utli għall-ippjanar futur tal-politika ta' koeżjoni.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
Anness VIIa – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-regoli deskritti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jirriżultaw f'allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għall-perjodu sħiħ bejn l-2020 sal-2022 li jkunu ogħla minn |
2. Ir-regoli deskritti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jirriżultaw f'allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għall-perjodu sħiħ bejn l-2020 sal-2024 li jkunu ogħla minn |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
|||
Referenzi |
COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 17.6.2020 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 17.6.2020 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Karlo Ressler 23.6.2020 |
|||
Eżami fil-kumitat |
13.7.2020 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
1.9.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
31 1 8 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Petros Kokkalis |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
31 |
+ |
ECR |
Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt |
GUE/NGL |
Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig |
RENEW |
Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds |
S&D |
Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs |
1 |
- |
ID |
Joachim Kuhs |
8 |
0 |
ID |
Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Hélène Laporte |
NI |
Mislav Kolakušić |
VERTS/ALE |
Rasmus Andresen, David Cormand, Alexandra Geese, Francisco Guerreiro |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) |
|||
Referenzi |
COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
28.5.2020 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 17.6.2020 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 17.6.2020 |
CONT 17.6.2020 |
EMPL 17.6.2020 |
ENVI 17.6.2020 |
|
ITRE 17.6.2020 |
TRAN 17.6.2020 |
CULT 17.6.2020 |
LIBE 23.7.2020 |
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
CONT 6.7.2020 |
ENVI 10.6.2020 |
ITRE 25.6.2020 |
TRAN 23.6.2020 |
|
CULT 22.6.2020 |
LIBE 7.9.2020 |
|
|
Kumitati assoċjati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 23.7.2020 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Andrey Novakov 23.7.2020 |
Constanze Krehl 23.7.2020 |
|
|
Eżami fil-kumitat |
16.7.2020 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
7.9.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 4 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Mathilde Androuët, Pascal Arimont, Adrian-Dragoş Benea, Isabel Benjumea Benjumea, Tom Berendsen, Erik Bergkvist, Stéphane Bijoux, Franc Bogovič, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Christian Doleschal, Francesca Donato, Raffaele Fitto, Chiara Gemma, Cristian Ghinea, Mircea-Gheorghe Hava, Manolis Kefalogiannis, Ondřej Knotek, Constanze Krehl, Elżbieta Kruk, Cristina Maestre Martín De Almagro, Pedro Marques, Martina Michels, Andżelika Anna Możdżanowska, Niklas Nienaß, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Alessandro Panza, Tsvetelina Penkova, Caroline Roose, André Rougé, Vincenzo Sofo, Susana Solís Pérez, Irène Tolleret |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Katalin Cseh, Lena Düpont, Alexandra Geese, Hannes Heide |
|||
Data tat-tressiq |
9.9.2020 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
37 |
+ |
ECR |
Raffaele Fitto, Elżbieta Kruk, Andżelika Anna Możdżanowska |
GUE/NGL |
Martina Michels, Younous Omarjee |
ID |
Mathilde Androuët, Francesca Donato, Alessandro Panza, André Rougé, Vincenzo Sofo |
NI |
Rosa D'Amato, Chiara Gemma |
PPE |
Pascal Arimont, Isabel Benjumea Benjumea, Tom Berendsen, Franc Bogovič, Tamás Deutsch, Christian Doleschal, Lena Düpont, Mircea‑Gheorghe Hava, Manolis Kefalogiannis, Andrey Novakov |
Renew |
Stéphane Bijoux, Katalin Cseh, Cristian Ghinea, Ondřej Knotek, Susana Solís Pérez, Irène Tolleret |
S&D |
Adrian‑Dragoş Benea, Erik Bergkvist, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Hannes Heide, Constanze Krehl, Cristina Maestre Martín De Almagro, Pedro Marques, Tsvetelina Penkova |
0 |
- |
|
|
4 |
0 |
Verts/ALE |
François Alfonsi, Alexandra Geese, Niklas Nienaß, Caroline Roose |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 272, 17.8.2020, p. 1.