RAPPORT dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

11.9.2020 - (N9-0042/2020 – C9-0278/2020 – 2020/0908(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Irene Tinagli

Proċedura : 2020/0908(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0153/2020
Testi mressqa :
A9-0153/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(N9-0042/2020 – C9-0278/2020 – 2020/0908(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tas-27 ta' Awwissu 2020 (C9-0278/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 24a(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet[2], 

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE[3],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku[4],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0153/2020),

A. billi, fis-27 ta' Awwissu 2020, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, wara proċedura ta' selezzjoni miftuħa, ippropona li jaħtar lil Froukelien Wendt bħala membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP, b'konformità mal-Artikolu 24a(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

B. billi, fit-2 ta' Settembru 2020, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Froukelien Wendt, li fiha għamlet stqarrija preliminari u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet li sarulha mill-membri tal-Kumitat;

1. Jagħti l-approvazzjoni għall-ħatra ta' Froukelien Wendt bħala membru indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ħatra ta’ Membru Indipendenti tal-Kumitat Superviżorju tas-CCP

Referenzi

N9-0042/2020 – C9-0278/2020 – 2020/0908(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

27.8.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

 

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Irene Tinagli

28.7.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

2.9.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.9.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

2

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Francesca Donato, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Sven Giegold, Valentino Grant, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Georgios Kyrtsos, Aurore Lalucq, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Sirpa Pietikäinen, Dragoș Pîslaru, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Alfred Sant, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Carême, Christian Doleschal, Eugen Jurzyca, Chris MacManus, Margarida Marques, Eva Maydell, Pina Picierno, Stéphane Séjourné

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Domènec Ruiz Devesa

Data tat-tressiq

11.9.2020

 

 

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Settembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza