RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji

18.9.2020 - (COM(2020)0355 – C9-0280/2020 – 2020/0163(CNS)) - *

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Younous Omarjee
(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2020/0163(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0157/2020
Testi mressqa :
A9-0157/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji

(COM(2020)0355 – C9-0280/2020 – 2020/0163(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0355),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0280/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0157/2020),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


 

NOTA SPJEGATTIVA

A. Il-kuntest ġuridiku

 

L-Artikolu 349 tat-TFUE jippermetti derogi mir-regoli tal-UE fir-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jikkumpensa parzjalment għall-permanenza u l-kombinazzjoni ta' firxa kbira ta' restrizzjonijiet li jaffettwaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom. Din il-proposta hija waħda minn għadd ta' proposti li japplikaw miżuri speċifiċi fil-qasam tat-tassazzjoni matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, jiġifieri 2021-2027.

 

B. Kamp ta' applikazzjoni tad-deroga fiskali

 

L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni proposta jippermetti eżenzjonijiet sħaħ jew parzjali għal oġġetti prodotta lokalment mill-"Arbitrio sobre las Importaciones y Entregas de Mercancías en las islas Canarias (AIEM)", li hija taxxa fuq l-oġġetti fil-Gżejjer Kanarji. Din id-deroga ilha teżisti mill-2002, u sservi biex tikkumpensa parzjalment lill-industrija lokali għall-ispejjeż miżjuda tal-produzzjoni relatati mal-iżolament tal-Gżejjer Kanarji. L-eżenzjonijiet ma jistgħux jaffettwaw il-prezz tal-oġġetti kkonċernati b'aktar minn 15 %, jew jaqbżu limitu massimu annwali globali ta' EUR 150 miljun.

 

C. Definizzjoni tal-oġġetti koperti

 

Il-kategoriji ta' oġġetti li jistgħu jkunu koperti mill-eżenzjonijiet jinsabu fl-Anness I, b'referenza għan-nomenklatura tal-UE. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli għandhom jistabbilixxu l-lista ta' oġġetti speċifiċi manifatturati lokalment koperti, u l-livell tal-eżenzjoni f'kull każ, fil-limiti ta' din id-deċiżjoni ta' eżenzjoni. L-Artikolu 2 jistabbilixxi t-tliet kriterji li ġejjin għal din id-deċiżjoni: irid ikun hemm produzzjoni lokali b'sehem mis-suq lokali ta' mhux anqas minn 5 %; irid ikun hemm importazzjoni sinifikanti ta' oġġetti li jistgħu jipperikolaw il-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali, b'sehem mis-suq lokali ta' mill-inqas 10 %; u jrid  ikun hemm spejjeż ta' produzzjoni lokali addizzjonali li jikkompromettu l-kompetittività tal-produzzjoni lokali. Eċċezzjonijiet limitati minn dawn il-kriterji huma possibbli, pereżempju biex jiżguraw is-sigurtà tal-ikel lokali u l-provvisti mediċi.

 

D. Rapportar

 

Spanja għandha tipprovdi l-lista ta' oġġetti eżentati, u kull tibdil fihom, lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3. Id-Deċiżjoni toħloq obbligu għal Spanja li tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tad-deroga, fir-rigward ta' kull kategorija ta' oġġetti eżentati, skont l-Artikolu 4 u l-Anness II.

 

E. Valutazzjoni tar-Rapporteur

 

Ir-rapporteur iqis li din il-proposta b'regoli ta' tassazzjoni speċifiċi hija ġustifikata u kompletament konformi mal-Artikolu 349. Ma hemm l-ebda periklu ta' distorsjoni tas-suq intern. Għalhekk jissuġġerixxi li din id-deċiżjoni proposta tiġi approvata mill-Parlament mingħajr emendi, skont il-proċedura simplifikata stabbilita fl-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

It-taxxa AIEM fil-Gżejjer Kanarji

Referenzi

COM(2020)0355 – C9-0280/2020 – 2020/0163(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

31.8.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.9.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.9.2020

PECH

14.9.2020

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ECON

7.9.2020

PECH

26.8.2020

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Younous Omarjee

11.8.2020

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

7.9.2020

Data tal-adozzjoni

7.9.2020

 

 

 

Data tat-tressiq

18.9.2020

 

 

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Ottubru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza