Proċedura : 2020/0140(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0171/2020

Testi mressqa :

A9-0171/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0244

<Date>{30/09/2020}30.9.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0171/2020</NoDocSe>
PDF 174kWORD 51k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn</Titre>

<DocRef>(COM(2020)0309 – C9-0202/2020 – 2020/0140(COD))</DocRef>


<Commission>{LIBE}Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern</Commission>

Rapporteur: <Depute>Joachim Stanisław Brudziński</Depute>

(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn

(COM(2020)0309 – C9-0202/2020 – 2020/0140(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0309),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 78(2), l-Artikolu 79(2) u (4), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0202/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-22 ta' Settembru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0171/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tirreferi għall-implimentazzjoni tal-Programmi Nazzjonali fl-ambitu tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) għall-perjodu 2014-2020. L-għan tal-proposta hu li jiġi żgurat li fid-dawl tal-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri kollha jagħmlu użu sħiħ mir-regola N+2 u jkollhom biżżejjed żmien biex jimplimentaw il-fondi allokati u jiddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni.

 

B'mod aktar speċifiku, l-għan hu li jkun garantit li r-regola ta' diżimpenn (N+2) tqis talba għal pagament li tkopri għalkollox is-sena N+2 sottomessa mill-Istati Membri. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li l-iskadenza tad-diżimpenn tiġi allinjata mal-iskadenza tas-sottomissjoni tal-kontijiet.

 

Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata konsistenza fl-approċċ għad-diżimpenn u biex l-Istati Membri jingħataw perjodu ta' implimentazzjoni skont ir-regola N+2, qed jiġi propost li d-diżimpenn tal-allokazzjonijiet addizzjonali pprovduti għall-programmi nazzjonali fl-2018 u fl-2019 jiġi allinjat mar-regoli applikabbli għall-allokazzjoni bażika tal-programmi nazzjonali.

 

Għaldaqstant qed jiġi propost li r-Regolament (UE) Nru 514/2014 jiġi emendat biex ikun żgurat li t-talbiet kollha għal pagament li jkopru s-sena N+2 ippreżentati mill-Istat Membru fl-iskadenzi regolatorji stabbiliti fl-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tad-diżimpenn. Barra minn hekk, qed jiġi propost li r-Regolament (UE) Nru 514/2014 jiġi emendat biex ikun żgurat li l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-ammonti korrispondenti għall-allokazzjonijiet addizzjonali pprovduti għall-programmi nazzjonali fl-2018 u fl-2019 jiġi allinjat mal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-allokazzjoni inizjali.

 

Skont ir-Regolament fis-seħħ, id-diżimpenn se jsir sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara s-sena li fiha sar l-impenn baġitarju partikolari. Skont id-dispożizzjoni l-ġdida, id-diżimpenn se jsir sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara t-tieni sena li fiha jkun sar l-impenn baġitarju. Fil-qosor, il-proposta ser ittawwal l-iskadenza meta l-Kummissjoni tiddetermina l-ammont li għandu jiġi diżimpenjat.

 

Is-sitwazzjoni mingħajr preċedent li nħolqot minħabba l-COVID-19 f'ħafna każijiet żammet lill-benefiċjarji tal-AMIF u l-ISF milli jimplimentaw għalkollox il-proġetti ppjanati.

 

Għaldaqstant, ir-Rapporteur jemmen li l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni se tippermetti lill-benefiċjarji tal-fondi tal-affarijiet interni jikkompletaw l-attivitajiet interrotti u jeliminaw id-dewmien li kien hemm fl-implimentazzjoni tal-proġetti minħabba l-pandemija.

 

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proċedura tad-diżimpenn

Referenzi

COM(2020)0309 – C9-0202/2020 – 2020/0140(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

23.7.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

23.7.2020

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

BUDG

3.9.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Joachim Stanisław Brudziński

2.9.2020

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Joachim Stanisław Brudziński

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

16.7.2020

Eżami fil-kumitat

2.9.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.9.2020

 

 

 

Data tat-tressiq

30.9.2020

 

 

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Ottubru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza