RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi tal-COVID-19
2.10.2020 - (COM(2020)0223 – C9‑0151/2020 – 2020/0105(COD)) - ***I
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Lucia Ďuriš Nicholsonová
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi tal-COVID-19
(COM(2020)0223 – C9‑0151/2020 – 2020/0105(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0223),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0151/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2020[1],
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0174/2020),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie proklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, bħala reazzjoni għall-isfidi soċjali fl-Ewropea. L-għoxrin prinċipju ewlieni tal-pilastru huma strutturati madwar tliet kategoriji: opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; protezzjoni u inklużjoni soċjali. L-għoxrin prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ li jiggwidaw l-azzjonijiet b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 sabiex jiġi żgurat irkupru soċjalment ġust. |
(2) Fis-17 ta' Novembru 2017, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie proklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, bħala reazzjoni għall-isfidi soċjali fl-Ewropea. L-għoxrin prinċipju ewlieni tal-pilastru huma strutturati madwar tliet kategoriji: opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; protezzjoni u inklużjoni soċjali. L-għoxrin prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ li jiggwidaw l-azzjonijiet b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 sabiex jiġi żgurat irkupru soċjalment ġust u reżiljenti. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-Istati Membri ġew affettwati mingħajr preċedent mill-konsegwenzi tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19. Il-kriżi wasslet għal konsegwenzi ekonomiċi u soċjali serji ħafna. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ tiġi indirizzata b'miżuri speċifiċi f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
(3) L-Istati Membri ġew affettwati mingħajr preċedent mill-konsegwenzi tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19. Il-kriżi wasslet għal konsegwenzi ekonomiċi u soċjali serji ħafna, u aggravat is-sitwazzjoni ta' aktar minn 109 miljun persuna li qed jesperjenzaw jew li diġà jinsabu f'riskju ta' faqar u intensifikat l-iżbilanċi soċjali, u żiedet it-telf tal-impjiegi, ir-rati tal-qgħad u l-inugwaljanzi, speċjalment fil-gruppi żvantaġġati. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ tiġi indirizzata b'mod urġenti, b'miżuri speċifiċi f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ma' miżuri oħra bil-għan li jiġi miġġieled il-faqar. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Dan għandu impatt partikolari fuq il-FAED. Meta jitqies li l-għadd ta' persuni li qed ibatu minn privazzjoni mill-ikel u dik materjali qed jiżdied minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u li l-persuni l-aktar fil-bżonn huma esposti għal riskji partikolari u tbatijiet ulterjuri waqt din il-kriżi, l-Istati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma' ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali fl-għoti tal-appoġġ mill-Fond. |
(4) Dan għandu impatt partikolari fuq il-FAED. Meta jitqies li madwar l-Unjoni għadd konsiderevoli ta' persuni kienu diġà qed ibatu minn privazzjoni mill-ikel u dik materjali (13-il miljun persuna, inkluż madwar 4 miljun tifel u tifla, kienu diġà jirċievu l-appoġġ tal-FEAD kull sena, qabel il-kriżi tal-COVID-19), u ċ-ċifri qed jiżdiedu minħabba l-pandemija tal-COVID-19, bil-persuni l-aktar fil-bżonn qed ikunu esposti aktar għal riskji partikolari u tbatijiet ulterjuri waqt din il-kriżi, l-Istati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma' ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali fl-għoti tal-appoġġ mill-FEAD. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Sabiex jinstab rimedju għax-xokkijiet kbar fuq l-ekonomija u l-impatti serji fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku minħabba r-restrizzjonijiet eċċezzjonali li tqiegħdu fis-seħħ mill-Istati Membri biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19, fit-23 ta' April 2020, il-Kunsill Ewropew approva l-"Pjan direzzjonali għall-irkupru" b'komponent ta' investiment b'saħħtu, sejjaħ għall-istabbiliment tal-[Istrument Ewropew għall-Irkupru] u ta l-mandat lill-Kummissjoni biex tanalizza l-ħtiġijiet sabiex ir-riżorsi jiġu mmirati għas-setturi u l-partijiet ġeografiċi l-aktar milquta tal-Ewropa, filwaqt li kkjarifika wkoll ir-rabta mal-QFP. |
(5) Sabiex jinstab rimedju għax-xokkijiet kbar fuq is-soċjetà u l-ekonomija u l-impatti serji fuq il-funzjonament tal-Mudell Soċjali Ewropew u s-Suq Uniku minħabba r-restrizzjonijiet eċċezzjonali li tqiegħdu fis-seħħ mill-Istati Membri biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-COVID-19, fit-23 ta' April 2020, il-Kunsill Ewropew approva l-"Pjan direzzjonali għall-irkupru" b'komponent ta' investiment b'saħħtu, sejjaħ għall-istabbiliment tal-[Istrument Ewropew għall-Irkupru] u ta l-mandat lill-Kummissjoni biex tanalizza l-ħtiġijiet sabiex ir-riżorsi jiġu mmirati għas-setturi u l-partijiet ġeografiċi l-aktar milquta tal-Ewropa, filwaqt li kkjarifika wkoll ir-rabta mal-QFP. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Fis-27 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni ħarġet proposta għal Regolament11 li jemenda lir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/201312 u fetħet riżorsi addizzjonali biex jappoġġaw lill-Istati Membri fit-tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fil-preparazzjoni għall-irkupru tal-ekonomija. Bħala parti minn dan il-pakkett, huwa disponibbli għal dan l-iskop ammont addizzjonali eċċezzjonali ta' EUR 58 272 800 000 għall-impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt l-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi għas-snin 2020, 2021 u 2022, bil-ħsieb li jinħareġ malajr għall-ekonomija reali permezz tal-istrutturi eżistenti għall-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-2014-2020. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-qsim tar-riżorsi addizzjonali għal kull Stat Membru fuq il-bażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika objettiva disponibbli fir-rigward tal-prosperità relattiva tal-Istati Membri u l-firxa tal-effetti tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji tagħhom. Sabiex tiġi riflessa n-natura li dejjem tevolvi tal-effetti tal-kriżi, il-qsim jenħtieġ li jiġi rivedut fl-2021 abbażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aħħar data statistika disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021. Sabiex tipprevedi r-reazzjoni effettiva għall-impatt soċjali tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, jixraq li r-riżorsi addizzjonali jkunu jistgħu jiġu allokati mill-Istati Membri tal-FAED, skont il-ħtiġijiet tagħhom. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni xierqa liż-żidiet fl-għadd tal-persuni l-aktar fil-bżonn mill-pandemija tal-COVID-19 'l hawn. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni tar-riżorsi miżjuda għall-assistenza teknika tal-Istat Membru. Filwaqt li jitqies l-infiq malajr mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma' dawn ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati wkoll mal-għeluq tal-programmi. Il-possibbiltajiet għat-trasferimenti finanzjarji taħt l-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi bejn il-FEŻR, l-ESF u l-FAED huma introdotti wkoll għar-riżorsi addizzjonali. |
(6) Fis-27 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni ħarġet proposta għal Regolament11 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/201312 u fetħet riżorsi addizzjonali biex jappoġġaw lill-Istati Membri fl-azzjonijiet tagħhom ta' tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fil-preparazzjoni għal irkupru soċjali, reżiljenti u sostenibbli tal-ekonomija. Bħala parti minn dan il-pakkett, qed isir disponibbli għal dan l-iskop ammont addizzjonali eċċezzjonali ta' EUR 58 272 800 000 għall-impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt l-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi għas-snin 2020, 2021 u 2022, bil-ħsieb li jinħareġ malajr għall-ekonomija reali permezz tal-istrutturi eżistenti għall-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-2014-2020. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-qsim tar-riżorsi addizzjonali għal kull Stat Membru fuq il-bażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika objettiva disponibbli, inkluża dwar l-ekwità, fir-rigward tal-prosperità relattiva, il-faqar u r-rati ta' esklużjoni soċjali tal-Istati Membri u n-natura u l-firxa tal-effetti tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom, b'enfasi speċjali fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, b'attenzjoni speċifika għal gruppi bħall-persuni mingħajr dar u l-persuni li jgħixu f'istituzzjonijiet segregati, li tradizzjonalment ma jintlaħqux mill-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, għandha tinġabar data rilevanti u komparabbli bl-involviment tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-awtoritajiet lokali li jaħdmu fil-qasam tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u fl-għoti ta' servizzi lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Sabiex jirrifletti n-natura li dejjem tevolvi tal-effetti tal-kriżi tal-COVID-19, it-tqassim jenħtieġ li jiġi rivedut fl-2021 abbażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aħħar data statistika u ta' ugwaljanza disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021. Sabiex tipprevedi r-reazzjoni effettiva għall-impatt soċjali tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, u b'deroga mill-Artikolu 92(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/201312a, sehem mir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġi allokat ukoll mill-Istati Membri lill-FEAD. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni xierqa liż-żidiet fl-għadd tal-persuni l-aktar fil-bżonn mill-pandemija tal-COVID-19 'l hawn. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti limiti massimi li jikkonċernaw l-allokazzjoni tar-riżorsi miżjuda għall-assistenza teknika tal-Istat Membru. Filwaqt li jitqies l-infiq malajr mistenni tar-riżorsi addizzjonali, l-impenji marbuta ma' dawn ir-riżorsi addizzjonali jenħtieġ li jiġu diżimpenjati wkoll mal-għeluq tal-programmi. Il-possibbiltajiet għat-trasferimenti finanzjarji taħt l-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi bejn il-FEŻR, l-FSE u l-FAED jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll għar-riżorsi addizzjonali. Meta jitqies ir-rwol vitali tal-FSE fl-eradikazzjoni tal-faqar u fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, jenħtieġ li s-sehem tal-FSE ma jitnaqqasx għal anqas mill-obbligu legali attwali ta' 23,1 % fil-livell tal-Unjoni. |
__________________ |
__________________ |
11 COM(2020)446. |
11 COM(2020)446. |
12 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884). |
12 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884). |
|
12a Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320). |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Minħabba li l-femminizzazzjoni tal-faqar tirriżulta f'inċidenza ogħla u faqar aktar sever fost in-nisa1a, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti tal-ġeneru matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEAD. Barra minn hekk, minħabba r-rabta inseparabbli bejn id-diskriminazzjoni u l-faqar, u bi qbil mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, hija pprojbita kull diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, l-ilsien, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. |
|
__________________ |
|
1a https://eige.europa.eu/gender-mainstreaming/policy-areas/poverty |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr azzjonijiet għat-tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u jippreparaw l-irkupru tal-ekonomija, huwa meħtieġ li jingħata livell ogħla ta' pagament ta' prefinanzjament għall-implimentazzjoni ta' malajr tal-azzjonijiet appoġġati mir-riżorsi addizzjonali. Il-kobor tal-prefinanzjament jenħtieġ li jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jorganizzaw pagamenti avvanzati għall-benefiċjarji meta neċessarju u biex jirrimborżaw malajr lill-benefiċjarji wara t-tressiq tat-talbiet għall-pagamenti. |
(8) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr azzjonijiet għat-tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, fid-dawl tal-impatt tagħha fuq il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u jippreparaw irkupru soċjali, reżiljenti u sostenibbli tal-ekonomija u s-soċjetà, huwa meħtieġ li jingħata livell ogħla ta' pagament ta' prefinanzjament kmieni kemm jista' jkun għall-implimentazzjoni ta' malajr tal-azzjonijiet appoġġati mir-riżorsi addizzjonali. Il-kobor tal-prefinanzjament jenħtieġ li jiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-mezzi biex jorganizzaw pagamenti avvanzati għall-benefiċjarji meta neċessarju u biex jirrimborżaw malajr lill-benefiċjarji wara t-tressiq tat-talbiet għall-pagamenti. Sabiex tiġi żgurata għajnuna immedjata għall-benefiċjarji, l-Istati Membri jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom li jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iniedu l-pagamenti bil-quddiem malajr kemm jista' jkun. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Il-mod ta' twassil tal-FEAD jenħtieġ li ma jkunx modifikat bħala konsegwenza ta' dan ir-Regolament u l-FEAD jenħtieġ li jibqa' taħt ġestjoni kondiviża. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Bl-għan li jittaffa l-piż fuq il-baġits pubbliċi rigward it-tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-preparazzjoni għall-irkupru tal-ekonomija, jixraq li r-riżorsi addizzjonali ma jkunux soġġetti għall-kofinanzjament. |
(9) Bl-għan li jittaffa l-piż fuq il-baġits pubbliċi rigward azzjonijiet ta' tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-preparazzjoni għal irkupru soċjali, reżiljenti u sostenibbli tal-ekonomija u tas-soċjetà, jixraq li r-riżorsi addizzjonali ma jkunux soġġetti għall-kofinanzjament. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, prinċipalment li jindirizza l-impatt tal-kriżi tas-saħħa pubblika fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, ma jistax jintlaħaq biżżejjed minn Stat Membru waħdu, u għalhekk, bir-raġunament fuq l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħaq dan l-objettiv. |
(11) Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, prinċipalment li jindirizza l-impatt tal-kriżi soċjoekonomika u tas-saħħa pubblika fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, ma jistax jintlaħaq biżżejjed minn Stat Membru waħdu, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħaq dan l-objettiv. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-urġenza biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha, jitqies li hemm bżonn tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(14) Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-urġenza li tiġi indirizzata l-kriżi soċjoekonomika u tas-saħħa pubblika assoċjata, jitqies neċessarju li jintuża l-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 223/2014
Artikolu 6a – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Żieda volontarja tar-riżorsi b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 |
Żieda tar-riżorsi b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) Nru 223/2014
Artikolu 6a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 6 jistgħu jiżdiedu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, f'konformità mas-seba' subparagrafu tal-punt 5 tal-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Iż-żieda tista' taffettwa l-impenji baġitarji għall-2020, l-2021 u l-2022. |
1. Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jiżdiedu mill-Istati Membri b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, b'sehem minimu li tal-anqas jammonta għal 3 % tar-riżorsi addizzjonali, f'konformità mas-seba' subparagrafu tal-punt 5 tal-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Iż-żieda tista' taffettwa l-impenji baġitarji għall-2020, l-2021 u l-2022. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) huwa l-istrument li jgħin lil dawk li spiċċaw fil-faqar biex jieħdu l-ewwel passi tagħhom biex joħorġu mill-faqar u l-esklużjoni soċjali. Madwar 13-il miljun persuna jirċievu l-appoġġ tal-FEAD kull sena, inkluż madwar 4 miljun tifel u tifla taħt l-età ta' 15-il sena.
L-effetti diretti u indiretti tal-pandemija tal-COVID-19 qed ikomplu jiżdiedu fl-Istati Membri kollha. Is-sitwazzjoni attwali hija bla preċedent u teħtieġ miżuri eċċezzjonali adattati għas-sitwazzjoni li għandhom jiġu applikati f'dawn iċ-ċirkostanzi, inkluż għall-appoġġ tal-persuni l-aktar fil-bżonn mogħti mill-FEAD.
L-ewwel "Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus" (CRII)[2], li hija pakkett ta' miżuri li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2020, introduċiet għadd ta' bidliet importanti fil-qafas leġiżlattiv applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej li jippermettu reazzjoni aktar effettiva fis-sitwazzjoni attwali. Ġew adottati miżuri komplementari taħt l-"Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus" (CRII Plus)[3]. Dan il-pakkett kien jinkludi wkoll l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 223/2014[4] (ir-Regolament dwar il-FEAD), permezz tar-Regolament (UE) 2020/559 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020[5], li daħal fis-seħħ fil-25 ta' April 2020. Dawn l-emendi kellhom l-għan li jadattaw il-FEAD sabiex jilqa' l-isfida tal-pandemija COVID-19 u b'mod partikolari biex jirreaġixxi malajr għall-ħtiġijiet addizzjonali emerġenti tal-gruppi fil-mira li huma esposti għal tbatija akbar li tirriżulta minn din il-kriżi. Għalhekk, ir-Regolament introduċa miżuri speċifiċi ta' likwidità u flessibbiltà addizzjonali għall-Istati Membri biex jindirizzaw il-pandemija tal-COVID-19 fil-qafas tal-FEAD, inkluża l-possibbiltà li tingħata għajnuna f'ikel u assistenza materjali bażika permezz ta' vawċers.
Filwaqt li s-sitwazzjoni għadha qed tevolvi u l-Istati Membri qed inaqqsu r-restrizzjonijiet fuq is-soċjetajiet u l-intrapriżi tagħhom u jniedu mill-ġdid lill-ekonomiji tagħhom, l-effetti diretti u indiretti tal-kriżi diġà ħallew riperkussjonijiet negattivi f'ħafna setturi. Il-proċess ta' rkupru se jieħu ż-żmien u l-ħtieġa għal aktar miżuri ta' konfinament ma tistax tiġi eskluża, billi diġà qed naraw mewġiet ġodda tal-COVID-19 f'ħafna Stati Membri tal-UE. F'dan il-kuntest, hemm riskju serju li l-għadd ta' persuni li jsofru minn privazzjoni mill-ikel u dik materjali se jiżdied, u għalhekk hija meħtieġa azzjoni ulterjuri bħala reazzjoni għall-konsegwenzi soċjali tal-pandemija tal-COVID-19 sabiex jiġi żgurat irkupru soċjali ġust f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
Fis-27 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni ħarġet proposta għal Regolament[6] li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013[7] u fetħet riżorsi addizzjonali li jappoġġaw lill-Istati Membri fit-tiswija tal-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u fil-preparazzjoni għall-irkupru soċjali u reżiljenti tal-ekonomija. Bħala parti minn dan il-pakkett, qed isir disponibbli għal dan l-iskop ammont addizzjonali eċċezzjonali ta' EUR 58 272 800 000 għall-impenn baġitarju mill-Fondi Strutturali taħt l-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi għas-snin 2020, 2021 u 2022, bil-ħsieb li jinħareġ malajr għall-ekonomija reali permezz tal-istrutturi eżistenti għall-programmi tal-politika ta' koeżjoni għall-2014-2020.
Ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi t-tqassim tar-riżorsi addizzjonali għal kull Stat Membru fuq il-bażi ta' metodu ta' allokazzjoni bbażat fuq l-aħħar data statistika objettiva disponibbli fir-rigward tal-prosperità relattiva tal-Istati Membri u data statistika, inkluża data dwar l-ekwità, dwar il-firxa tal-effetti tal-kriżi attwali fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom, b'enfasi speċjali fuq dawk l-aktar fil-bżonn, bħall-persuni mingħajr dar u l-persuni li jgħixu f'istituzzjonijiet segregati, li tradizzjonalment ma jintlaħqux mill-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri; għal dan il-għan, għandha tinġabar data rilevanti u komparabbli bl-involviment ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Sabiex jirrifletti n-natura li dejjem tevolvi tal-effetti tal-kriżi, it-tqassim għandu jiġi rivedut fl-2021 abbażi tal-istess metodu ta' allokazzjoni bl-użu tal-aħħar data statistika u ta' ekwità disponibbli sad-19 ta' Ottubru 2021.
Ir-Rapporteur tirrimarka li reazzjoni effettiva għall-impatt soċjali tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn, u b'deroga mill-Artikolu 92(7) tar-Regolament Nru 1311/2013, tirrikjedi, fejn xieraq, li sehem mir-riżorsi addizzjonali għandu jiġi allokat mill-Istati Membri lill-FEAD (qabel jew fl-istess waqt tal-allokazzjoni għall-FEŻR u l-FSE). Fl-aħħar nett, l-aspetti tal-ġeneru għandhom jitqiesu matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fond, bi qbil mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi tal-COVID-19 |
|||
Referenzi |
COM(2020)0223 – C9-0151/2020 – 2020/0105(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
28.5.2020 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 17.6.2020 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Lucia Ďuriš Nicholsonová 25.6.2020 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
31.8.2020 |
21.9.2020 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
1.10.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
52 2 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Marc Angel, Dominique Bilde, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Andrea Bocskor, Milan Brglez, Sylvie Brunet, David Casa, Leila Chaibi, Margarita de la Pisa Carrión, Klára Dobrev, Jarosław Duda, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Heléne Fritzon, Helmut Geuking, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Agnes Jongerius, Radan Kanev, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Miriam Lexmann, Elena Lizzi, Radka Maxová, Kira Marie Peter-Hansen, Dragoș Pîslaru, Manuel Pizarro, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Guido Reil, Daniela Rondinelli, Mounir Satouri, Monica Semedo, Beata Szydło, Eugen Tomac, Romana Tomc, Marie-Pierre Vedrenne, Marianne Vind, Maria Walsh, Stefania Zambelli, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Konstantinos Arvanitis, Brando Benifei, Marc Botenga, Samira Rafaela, Eugenia Rodríguez Palop |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
52 |
+ |
ECR |
Lucia Ďuriš Nicholsonová, Helmut Geuking, Elżbieta Rafalska, Beata Szydło, Margarita de la Pisa Carrión |
GUE/NGL |
Konstantinos Arvanitis, Marc Botenga, Leila Chaibi, Eugenia Rodríguez Palop |
ID |
Dominique Bilde, France Jamet, Elena Lizzi, Stefania Zambelli |
NI |
Daniela Rondinelli |
PPE |
Andrea Bocskor, David Casa, Jarosław Duda, Rosa Estaràs Ferragut, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Radan Kanev, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Miriam Lexmann, Dennis Radtke, Eugen Tomac, Romana Tomc, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Atidzhe Alieva‑Veli, Sylvie Brunet, Radka Maxová, Dragoș Pîslaru, Samira Rafaela, Monica Semedo, Marie‑Pierre Vedrenne |
S&D |
Marc Angel, Brando Benifei, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Klára Dobrev, Estrella Durá Ferrandis, Heléne Fritzon, Alicia Homs Ginel, Agnes Jongerius, Manuel Pizarro, Marianne Vind |
Verts/ALE |
Katrin Langensiepen, Kira Marie Peter‑Hansen, Mounir Satouri, Tatjana Ždanoka |
2 |
- |
ID |
Nicolaus Fest, Guido Reil |
1 |
0 |
Renew |
Abir Al-Sahlani |
Tifsira tas-simboli:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni(jiet)
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
- [2] Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tat-30 ta' Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f'setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID‐19 (Inizjattiva ta' Investiment b'Reazzjoni għall-Coronavirus) (ĠU L 99, 31.03.2020, p. 5)
- [3] Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej b'reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 130, 24.04.2020, p. 1).
- [4] Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
- [5] ĠU L 130, 24.04.2020, p. 7.
- [6] COM(2020) 446.
- [7] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).