Proċedura : 2020/2015(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0176/2020

Testi mressqa :

A9-0176/2020

Dibattiti :

PV 19/10/2020 - 18
CRE 19/10/2020 - 15
CRE 19/10/2020 - 18

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0277

<Date>{02/10/2020}2.10.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0176/2020</NoDocSe>
PDF 270kWORD 88k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali</Titre>

<DocRef>(2020/2015(INI))</DocRef>


<Commission>{JURI}Kumitat għall-Affarijiet Legali</Commission>

Rapporteur: <Depute> Stéphane Séjourné</Depute>

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali

(2020/2015(INI))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 4, 16, 26, 114 u 118 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Berna għall-Protezzjoni ta' Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi,

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet[1] u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar (COM(2015)0215),

 wara li kkunsidra t-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar id-Drittijiet tal-Awtur, it-Trattat tad-WIPO dwar l-Interpretazzjonijiet, l-Eżekuzzjonijiet u l-Fonogrammi u d-Dokument ta' Pożizzjoni rivedut tad-WIPO tad-29 ta' Mejju 2020 dwar il-Politika tal-Proprjetà Intellettwali u l-Intelliġenza Artifiċjali,

 wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE[2],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta' databases[3],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter[4],

 wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom[5],

 wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku[6],

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE[7],

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropea[8],

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online[9],

 wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu "L-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja" (COM(2020)0065),

 wara li kkunsidra l-ħidma tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali stabbilit mill-Kummissjoni,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija Ewropea għad-data" (COM(2020)0066) u "Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa" (COM(2020)0102),

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-Eżami fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma 2016/05 dwar l-ekonomija diġitali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u l-Istitut tiegħu tal-Istudju tal-Prospettivi Teknoloġiċi bit-titolu "An Economic Policy Perspective on Online Platforms" (Perspettiva ta' Politika Ekonomika dwar il-Pjattaformi Online),

 wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni li jmiss (2019 – 2024) bit-titolu "Unjoni li tirsisti għal aktar: L-aġenda tiegħi għall-Ewropa",

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Regoli ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika,[10],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0176/2020),

A. billi l-qafas legali tal-Unjoni għall-proprjetà intellettwali għandu l-għan li jippromwovi l-innovazzjoni, il-kreattività u l-aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni;

B. billi l-Artikolu 118 tat-TFUE jipprevedi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jrid jistabbilixxi miżuri għall-ħolqien ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI) Ewropej sabiex tiġi pprovduta protezzjoni uniformi ta' dawk id-drittijiet fl-Unjoni kollha; billi s-suq uniku jwassal għat-tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu li hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-prosperità taċ-ċittadini tal-Unjoni;

C. billi l-iżviluppi riċenti fl-intelliġenza artifiċjali (IA) u teknoloġiji emerġenti simili jirrappreżentaw avvanz teknoloġiku sinifikanti li qed joħloq opportunitajiet u sfidi għaċ-ċittadini, in-negozji, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-ħallieqa, u s-settur tad-difiża tal-Unjoni;

D. billi t-teknoloġiji tal-IA jistgħu jagħmlu t-traċċabilità tal-IPRs u l-applikazzjoni tagħhom għal output iġġenerat mill-IA diffiċli, u b'hekk ma jħallux li l-ħallieqa umani li x-xogħol oriġinali tagħhom jintuża biex jitħaddmu tali teknoloġiji jiġu remunerati b'mod ġust;

E. billi l-għan li l-Unjoni ssir mexxejja dinjija fit-teknoloġiji tal-IA jrid jinkludi sforzi biex terġa' tinkiseb u tiġi ssalvagwardjata s-sovranità diġitali u industrijali tal-Unjoni, tiġi żgurata l-kompetittività tagħha u tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni, u jrid jirrikjedi riforma strutturali tal-politika industrijali tal-Unjoni biex tkun tista' tkun minn ta' quddiem nett fit-teknoloġiji tal-IA filwaqt li tirrispetta d-diversità kulturali; billi t-tmexxija globali tal-Unjoni fl-IA titlob sistema ta' proprjetà intellettwali effettiva li tkun adattata għall-era diġitali, li tippermetti lill-innovaturi jintroduċu prodotti ġodda fis-suq; billi s-salvagwardji b'saħħithom huma kruċjali għall-protezzjoni tas-sistema tal-privattivi tal-Unjoni kontra l-abbuż, li huwa ta' detriment għall-iżviluppaturi innovattivi tal-IA; billi jenħtieġ approċċ għall-IA li jkun iċċentrat fuq il-bniedem u jirrispetta l-prinċipji etiċi u d-drittijiet tal-bnieden sabiex it-teknoloġija tibqa' għodda għas-servizz tan-nies u tal-ġid komuni;

F. billi l-Unjoni hija l-livell xieraq għar-regolamentazzjoni tat-teknoloġiji tal-IA sabiex jiġu evitati l-frammentazzjoni tas-suq uniku u linji gwida u dispożizzjonijiet nazzjonali differenti; billi qafas regolatorju tal-Unjoni armonizzat għalkollox fil-qasam tal-IA jkollu l-potenzjal li jsir punt ta' riferiment leġiżlattiv fil-livell internazzjonali; billi regoli komuni ġodda għas-sistemi tal-IA għandhom jieħdu l-forma ta' regolament sabiex jiġu stabbiliti standards ugwali madwar l-Unjoni, u billi l-leġiżlazzjoni trid tibqa' valida fil-futur biex jiġi żgurat li tkun tista' żżomm il-pass mal-iżvilupp mgħaġġel ta' din it-teknoloġija, u trid tiġi segwita permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa; billi ċ-ċertezza tad-dritt trawwem l-iżvilupp teknoloġiku, u billi l-fiduċja tal-pubbliku fit-teknoloġiji l-ġodda hija essenzjali għall-iżvilupp ta' dan is-settur, peress li ssaħħaħ il-vantaġġ kompetittiv tal-Unojni; billi l-qafas regolatorju li jirregola l-IA għandu għalhekk jispira fiduċja fis-sikurezza u l-affidabilità tal-IA u jsib bilanċ bejn il-protezzjoni tal-pubbliku u l-inċentivi tan-negozju għall-investiment fl-innovazzjoni;

G. billi l-IA u t-teknoloġiji relatati huma bbażati fuq algoritmi u mudelli komputazzjonali, li huma meqjusa bħala metodi matematiċi skont it-tifsira tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw privattiva; billi l-metodi matematiċi u l-programmi tal-kompjuter jistgħu jiġu protetti bi privattivi skont l-Artikolu 52(3) tal-KEP meta jintużaw bħala parti minn sistema tal-IA li tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' effett tekniku ulterjuri; billi l-impatt ta' tali protezzjoni potenzjali tal-privattivi għandu jiġi vvalutat bir-reqqa;

H. billi l-IA u t-teknoloġiji relatati huma bbażati fuq il-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta' programmi tal-kompjuter li, bħala tali, huma soġġetti għal reġim speċifiku ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, fejn l-espressjoni ta' programm tal-kompjuter biss tista' tiġi protetta, u mhux l-ideat, il-metodi u l-prinċipji sottostanti ta' kwalunkwe element tiegħu;

I. billi qed jingħata għadd dejjem jikber ta' privattivi relatati mal-IA;

J. billi l-iżvilupp tal-IA u t-teknoloġiji relatati jqajjem mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tal-innovazzjoni nnifisha u l-applikazzjoni tad-DPI għall-materjali, il-kontenut jew id-data ġġenerati mill-IA u t-teknoloġiji relatati, li jistgħu jkunu ta' natura industrijali jew artistika u li joħolqu diversi opportunitajiet kummerċjali; billi f'dan ir-rigward huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-kreazzjonijiet umani assistiti mill-IA u l-kreazzjonijiet iġġenerati b'mod awtonomu mill-IA;

J. billi l-IA u t-teknoloġiji relatati jiddependu ħafna mill-kontenut preeżistenti u volumi kbar ta' data; billi aċċess aktar trasparenti u miftuħ għal ċerti data u bażijiet ta' data mhux personali fl-Unjoni, speċjalment għall-SMEs u n-negozji ġodda, kif ukoll l-interoperabilità tad-data, li tillimita l-effetti ta' intrappolament, se jkollhom rwol kruċjali fl-avvanz tal-iżvilupp tal-IA Ewropea u fl-appoġġ tal-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej fil-livell globali; billi l-ġbir tad-data personali jrid jirrispetta d-drittijiet fundamentali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u jirrikjedi governanza mfassla apposta, jiġifieri f'termini ta' ġestjoni tad-data u t-trasparenza tad-data użata fl-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji tal-IA, u dan matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' sistema ffaċilitata mill-IA;

1. Jieħu nota tal-White Paper tal-Kummissjoni dwar "L-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja" u tal-Istrateġija Ewropea għad-Data; jenfasizza li l-approċċi deskritti fil-qosor f'dawn id-dokumenti x'aktarx li jikkontribwixxu biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-IA ċċentrata fuq il-bniedem fl-UE; jinnota, madankollu, li l-kwistjoni tal-protezzjoni tad-DPI fil-kuntest tal-iżvilupp tal-IA u t-teknoloġiji relatati ma ġietx indirizzata mill-Kummissjoni, minkejja l-importanza ewlenija ta' dawn id-drittijiet; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq spazju uniku Ewropew tad-data u jemmen li l-użu tiegħu se jkollu rwol importanti fl-innovazzjoni u l-kreattività fl-ekonomija tal-Unjoni, u dan għandu jiġi inċentivat; jenfasizza li l-Unjoni għandu jkollha rwol essenzjali fl-istabbiliment tal-prinċipji bażiċi dwar l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu tal-IA, mingħajr ma jiġi mxekkel l-avvanz tagħha jew tiġi ostakolata l-kompetizzjoni;

2. Jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp tal-IA u t-teknoloġiji relatati fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu se jġib miegħu l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-mobilizzazzjoni tal-investiment u benefiċċji konsiderevoli f'termini ekonomiċi, soċjetali, ambjentali, pubbliċi u ta' sikurezza, filwaqt li jagħmel is-settur aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda u joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg u mudelli ta' negozju aktar sostenibbli, iżda jenfasizza li dan ma għandux jikkawża ħsara jew dannu lin-nies jew lis-soċjetà;

3. Jenfasizza l-importanza li jinħoloq qafas regolatorju operattiv u kompletament armonizzat fil-qasam tat-teknoloġiji tal-IA; jissuġġerixxi li tali qafas għandu jieħu l-forma ta' regolament aktar milli direttiva sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq uniku diġitali Ewropew u tiġi promossa l-innovazzjoni;

4 Jistieden lill-Kummissjoni tqis is-seba' rekwiżiti ewlenin identifikati fil-Linji Gwida tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, li ntlaqgħu tajjeb minnha fil-komunikazzjoni tagħha tat-8 ta' April 2019[11], u timplimentahom kif xieraq fil-leġiżlazzjoni kollha li tittratta l-IA;

5. Jenfasizza li l-iżvilupp, it-tixrid u l-użu tat-teknoloġiji tal-IA u t-tkabbir tal-ekonomija tad-data globali jirrikjedu l-indirizzar ta' kwistjonijiet tekniċi, soċjali, ekonomiċi, etiċi u legali sinifikanti f'oqsma ta' politika differenti, inklużi d-DPI u l-impatt tagħhom fuq dawn l-oqsma ta' politika; jenfasizza li sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-teknoloġiji tal-IA, jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli legali bla bżonn, ħalli ma jixxekklux it-tkabbir tal-ekonomija tad-data tal-Unjoni li qed tiżviluppa jew l-innovazzjoni fiha; jitlob valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-protezzjoni tad-DPI fil-kuntest tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-IA;

6. Jenfasizza l-importanza ewlenija ta' protezzjoni tad-DPI bbilanċjata fir-rigward tat-teknoloġiji tal-IA, u tan-natura multidimensjonali ta' tali protezzjoni, u, fl-istess ħin, jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-DPI, li tinħoloq ċertezza tad-dritt u li tinbena l-fiduċja meħtieġa biex jitħeġġeġ l-investiment f'dawn it-teknoloġiji u jiġu żgurati l-vijabilità u l-użu fit-tul tagħhom mill-konsumaturi; iqis li l-UE għandha l-potenzjali li tkun minn ta' quddiem nett fil-ħolqien tat-teknoloġiji tal-IA billi tadotta qafas regolatorju operattiv li jiġi vvalutat regolarment fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u billi timplimenta politiki pubbliċi proattivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-programmi ta' taħriġ u l-appoġġ finanzjarju għar-riċerka u l-kooperazzjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku; itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata biżżejjed flessibilità għall-iżvilupp ta' teknoloġiji, prodotti u servizzi ġodda; jenfasizza li l-ħolqien ta' ambjent li jwassal għall-kreattività u l-innovazzjoni billi jitħeġġeġ l-użu tat-teknoloġiji tal-IA min-naħa tal-ħallieqa m'għandux isir għad-detriment tal-interessi tal-ħallieqa umani u lanqas tal-prinċipji etiċi tal-Unjoni;

7. Iqis ukoll li l-Unjoni trid tindirizza l-aspetti varji tal-IA permezz ta' definizzjoni teknoloġikament newtrali u suffiċjentement flessibbli biex ikunu jistgħu jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi futuri kif ukoll l-użijiet sussegwenti; iqis li huwa neċessarju li titkompla r-riflessjoni dwar l-interazzjonijiet bejn l-IA u d-DPI, mill-perspettiva kemm tal-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali kif ukoll tal-utenti; jemmen li l-isfida tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-IA toħloq il-ħtieġa ta' ċerti rekwiżiti ta' trasparenza u l-iżvilupp ta' metodi ġodda peress li, pereżempju, is-sistemi ta' tagħlim adattiv jistgħu jikkalibraw mill-ġdid wara kull input, u b'hekk ċerti divulgazzjonijiet ex ante jsiru ineffettivi;

8. Jenfasizza l-importanza li s-servizzi tal-istreaming ikunu trasparenti u responsabbli fl-użu li jagħmlu mill-algoritmi, sabiex l-aċċess għall-kontenut kulturali u kreattiv f'diversi forom u b'lingwi differenti kif ukoll l-aċċess imparzjali għax-xogħlijiet Ewropej ikunu ggarantiti aħjar;

9. Iqis il-bżonn dejjem ikbar tal-IA u t-teknoloġiji relatati fil-qasam tat-teknoloġiji tar-rikonoxximent remot jew bijometriku, bħall-applikazzjonijiet ta' traċċar fis-settur tat-trasport u tat-turiżmu, bħala mod ġdid ta' kif jiġu indirizzati l-COVID-19 u l-kriżijiet sanitarji u tas-saħħa pubblika eventwali fil-ġejjieni, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-bżonn ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, tal-privatezza u tad-data personali;

10. Jirrakkomanda li tingħata prijorità lill-valutazzjoni settorjali u skont it-tip tal-implikazzjonijiet tat-teknoloġiji tal-IA fil-qasam tad-DPI; iqis li tali approċċ għandu jqis, pereżempju, il-livell ta' intervent uman, l-awtonomija tal-IA, l-importanza tar-rwol u l-oriġini tad-data u tal-materjal protett mid-drittijiet tal-awtur użati u l-involviment possibbli ta' fatturi rilevanti oħra; ifakkar li kwalunkwe approċċ għandu jsib il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li jiġu protetti l-investimenti kemm tar-riżorsi kif ukoll tal-isforz u l-ħtieġa li jiġu inċentivati l-kreazzjoni u l-kondiviżjoni; huwa tal-fehma li hija meħtieġa riċerka aktar bir-reqqa għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-input uman fir-rigward tad-data algoritmika tal-IA; jemmen li teknoloġiji rivoluzzjonarji bħall-IA joffru lill-kumpaniji żgħar u kbar l-opportunità li jiżviluppaw prodotti ewlenin tas-suq; iqis li l-kumpaniji kollha għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni ugwalment effiċjenti u effikaċi tad-DPI; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joffru appoġġ lin-negozji l-ġodda u l-SMEs permezz tal-Programm għas-Suq Uniku u l-hubs ta' Innovazzjoni Diġitali fil-protezzjoni tal-prodotti tagħhom;

11. Jissuġġerixxi li din il-valutazzjoni tiffoka fuq l-impatt u l-implikazzjonijiet tal-IA u t-teknoloġiji relatati skont is-sistema attwali tal-liġi dwar il-privattivi, tal-protezzjoni tat-trademarks u tad-disinni u l-mudelli, tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati, inkluża l-applikabilità tal-protezzjoni legali tal-bażijiet tad-data u tal-programmi tal-kompjuter, u tal-protezzjoni tal-kompetenza esperta u tal-informazzjoni kummerċjali mhux żvelata ("sigrieti kummerċjali") kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom; jirrikonoxxi l-potenzjal tat-teknoloġiji tal-IA li jtejbu l-infurzar tad-DPI, minkejja l-ħtieġa ta' verifika u rieżami mill-bniedem, speċjalment fejn ikun hemm involuti konsegwenzi legali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġi vvalutat jekk id-dritt kuntrattwali għandux jiġi aġġornat sabiex il-konsumaturi jiġu protetti bl-aħjar mod u jekk jeħtieġx li r-regoli tal-kompetizzjoni jiġu adattati sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti u l-abbużi tas-suq fl-ekonomija diġitali, il-ħtieġa li jinħoloq qafas legali aktar komprensiv għas-setturi ekonomiċi li fihom l-IA għandha rwol, u b'hekk il-kumpaniji Ewropej u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jkunu jistgħu jespandu, u l-ħtieġa li tinħoloq ċertezza tad-dritt; jenfasizza li l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali trid dejjem tiġi rikonċiljata ma' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra;

12. Ifakkar li l-metodi matematiċi bħala tali huma esklużi mill-jedd għall-privattiva dment li ma jintużawx għal skop tekniku fil-kuntest tal-invenzjonijiet tekniċi, li huma stess jistgħu jingħataw privattiva biss jekk il-kriterji applikabbli relatati mal-invenzjonijiet jiġu ssodisfati; ifakkar ukoll li jekk invenzjoni tirrigwarda metodu li jinvolvi mezzi tekniċi jew apparat tekniku, l-għan tagħha, ikkunsidrat fil-kumplessità tiegħu, huwa fil-fatt ta' natura teknika u għalhekk mhuwiex eskluż mill-possibilità li jingħata l-privattiva; jissottolinja, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-qafas ta' protezzjoni tal-privattivi biex jinċentiva l-invenzjonijiet tal-IA u jippromwovi t-tixrid tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa li jinħolqu opportunitajiet għall-kumpaniji u n-negozji l-ġodda Ewropej biex jitrawmu l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IA fl-Ewropa; jirrimarka li l-privattivi essenzjali għal standard għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-tixrid tal-IA u teknoloġiji relatati ġodda u fl-iżgurar tal-interoperabilità; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-istabbiliment ta' standards industrijali u tħeġġeġ l-istandardizzazzjoni formali;

13. Jinnota li l-protezzjoni skont il-privattiva tista' tingħata kemm-il darba l-invenzjoni tkun ġdida u ma tkunx evidenti minnha nnifisha u tkun tinvolvi pass inventiv; jinnota, barra minn hekk, li l-liġi dwar il-privattivi timplika deskrizzjoni komprensiva tat-teknoloġija sottostanti, u dan jista' joħloq sfidi għal ċerti teknoloġiji tal-IA minħabba l-kumplessità tar-raġunament; jenfasizza wkoll l-isfidi legali tal-inġinerija inversa, li tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tal-programmi tal-kompjuter u l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, li min-naħa tagħhom huma ta' importanza kruċjali għall-innovazzjoni u r-riċerka u li għandhom jitqiesu kif xieraq fil-kuntest tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilitajiet biex il-prodotti jiġu ttestjati b'mod adegwat, pereżempju b'mod modulari, mingħajr ma jinħolqu riskji għad-detenturi tad-DPI jew għas-sigrieti kummerċjali minħabba żvelar estensiv ta' prodotti li jistgħu jiġu replikati faċilment; jenfasizza li t-teknoloġiji tal-IA għandhom ikunu disponibbli b'mod miftuħ għal skopijiet edukattivi u ta' riċerka, bħal pereżempju metodi ta' tagħlim iktar effettivi;

14. Jinnota li l-awtonomizzazzjoni tal-proċess kreattiv tal-ħolqien ta' kontenut ta' natura artistika tista' tqajjem kwistjonijiet relatati mas-sjieda tad-DPI li jkopru dak il-kontenut; iqis, f'dan ir-rigward, li ma jkunx xieraq li wieħed ifittex li jagħti personalità ġuridika lit-teknoloġiji tal-IA u jindika l-impatt negattiv ta' tali possibilità fuq l-inċentivi għall-ħallieqa umani;

15. Jirrimarka d-differenza bejn il-kreazzjonijiet umani assistiti mill-IA u l-kreazzjonijiet iġġenerati mill-IA, u dawn tal-aħħar joħolqu sfidi regolatorji ġodda għall-protezzjoni tad-DPI, bħal kwistjonijiet li jirrigwardaw sjieda, min huma l-inventuri u remunerazzjoni xierqa, kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-konċentrazzjoni potenzjali tas-suq; iqis ukoll li għandha ssir distinzjoni bejn DPI mogħtija għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-IA u DPI mogħtija potenzjalment għal kreazzjonijiet iġġenerati mill-IA; jenfasizza li meta l-IA tintuża biss bħala għodda biex tassisti lil awtur fil-proċess tal-kreazzjoni, il-qafas attwali tad-drittijiet tal-awtur jibqa' applikabbli;

16. Huwa tal-fehma li l-kreazzjonijiet tekniċi ġġenerati mit-teknoloġija tal-IA jridu jiġu protetti skont il-qafas legali tad-DPI sabiex jitħeġġeġ l-investiment f'din il-forma ta' kreazzjoni u tittejjeb iċ-ċertezza tad-dritt għaċ-ċittadini, in-negozji u, peress li għalissa huma fost l-utenti ewlenin tat-teknoloġiji tal-IA, l-inventuri; iqis li xogħlijiet prodotti b'mod awtonomu minn aġenti artifiċjali u robots jistgħu ma jkunux eliġibbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, sabiex jiġi osservat il-prinċipju tal-oriġinalità, li huwa marbut ma' persuna fiżika, u peress li l-kunċett ta' "kreazzjoni intellettwali" jindirizza l-personalità tal-awtur; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa approċċ orizzontali, ibbażat fuq l-evidenza u teknoloġikament newtrali għal dispożizzjonijiet komuni u uniformi dwar id-drittijiet tal-awtur applikabbli għal xogħlijiet iġġenerati mill-IA fl-Unjoni, jekk jiġi meqjus li tali xogħlijiet jistgħu jkunu eliġibbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur; jirrakkomanda li s-sjieda tad-drittijiet, jekk ikun hemm, għandha tiġi assenjata biss lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ħolqu x-xogħol legalment u biss jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur jekk ikun qed jintuża materjal protett bid-drittijiet tal-awtur, sakemm ma jkunux japplikaw eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-dritt tal-awtur; jenfasizza l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess għad-data u l-kondiviżjoni tad-data, l-istandards miftuħa u t-teknoloġija b'sors miftuħ, filwaqt li jitħeġġeġ l-investiment u tingħata spinta lill-innovazzjoni;

17. Jinnota li l-IA tagħmilha possibbli li tiġi indirizzata kwantità kbira ta' data relatata mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku jew l-eżistenza tad-DPI; jinnota, fl-istess ħin, li l-IA jew it-teknoloġiji relatati użati għall-proċedura ta' reġistrazzjoni għall-għoti tad-DPI u għad-determinazzjoni tar-responsabilità għall-ksur tad-DPI ma jistgħux ikunu sostitut għal rieżami mill-bniedem imwettaq fuq bażi ta' kull każ għalih, sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-ekwità tad-deċiżjonijiet; jinnota li l-IA qed tikseb b'mod progressiv il-kapaċità li twettaq kompiti li tipikament jiwettqu mill-bnedmin u jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati, inklużi sistemi ta' disinn bi proċessi ta' rieżami u ta' kontroll human-in-the-loop, trasparenza, akkontabilità u verifika tal-proċessi deċiżjonali permezz tal-IA;

18. Jinnota, fir-rigward tal-użu ta' data mhux personali mit-teknoloġiji tal-IA, li l-użu legali ta' xogħlijiet u materjal ieħor protetti bid-drittijiet tal-awtur u d-data assoċjata, inkluż kontenut preeżistenti, settijiet tad-data u ta' metadata ta' kwalità għolja, jeħtieġ jiġi vvalutat fid-dawl tar-regoli eżistenti dwar il-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, bħall-eċċezzjoni tal-estrazzjoni ta' test u ta' data, kif previst mid-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali; jappella għal kjarifika ulterjuri fir-rigward tal-protezzjoni tad-data skont il-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u l-protezzjoni potenzjali tat-trademarks u tad-disinn industrijali għal xogħlijiet iġġenerati b'mod awtonomu permezz ta' applikazzjonijiet tal-IA; iqis li l-kondiviżjoni volontarja ta' data mhux personali bejn in-negozji u s-setturi għandha tiġi promossa u bbażata fuq ftehimiet kuntrattwali ekwi, inklużi ftehimiet ta' liċenzjar; jenfasizza l-kwistjonijiet relatati mad-DPI li jirriżultaw mill-kreazzjoni ta' deep fakes abbażi ta' data qarrieqa, manipulata jew sempiċement ta' kwalità baxxa, irrispettivament minn jekk tali deep fakes ikunx fihom data li tista' tkun soġġetta għad-dritt tal-awtur; jinsab imħasseb dwar il-possibilità li l-manipulazzjoni tal-massa taċ-ċittadini tintuża biex jiġu destabbilizzati d-demokraziji u jitlob żieda fis-sensibilizzazzjoni u l-litteriżmu medjatiku kif ukoll li jsiru disponibbli teknoloġiji tal-IA meħtieġa b'mod urġenti biex jiġu vverifikati l-fatti u l-informazzjoni; iqis li rekords verifikabbli mhux personali ta' data użata matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' teknoloġiji ffaċilitati mill-IA f'konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data jistgħu jiffaċilitaw it-traċċar tal-użu ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur u b'hekk jipproteġu aħjar lid-detenturi tad-drittijiet u jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-privatezza, jekk ir-rekwiżit li jinżammu rekords verifikabbli jiġi estiż biex ikopri data li jkun fiha jew li tkun ġejja minn immaġni u/jew vidjos li jkun fihom data bijometrika; jenfasizza li t-teknoloġiji tal-IA jistgħu jkunu utli fil-kuntest tal-infurzar tad-DPI, iżda jkunu jeħtieġu rieżami mill-bniedem u garanzija li kwalunkwe sistema ta' teħid ta' deċiżjonijiet xprunata mill-IA tkun kompletament trasparenti; jenfasizza li kwalunkwe reġim futur tal-IA ma jistax jevita r-rekwiżiti possibbli għal teknoloġija b'sors miftuħ f'offerti pubbliċi jew jipprevjeni l-interkonnettività tas-servizzi diġitali; jinnota li s-sistemi tal-IA huma bbażati fuq software u jiddependu fuq mudelli statistiċi, li jistgħu jinkludu żbalji; jenfasizza li l-output iġġenerat mill-IA ma jridx ikun diskriminatorju u li wieħed mill-aktar modi effiċjenti biex jitnaqqas il-preġudizzju fis-sistemi tal-IA huwa li jiġi żgurat – sa fejn hu possibbli skont id-dritt tal-Unjoni – li l-ammont massimu ta' data mhux personali jkun disponibbli għal skopijiet ta' taħriġ u tagħlim awtomatiku; jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti dwar l-użu ta' data tad-dominju pubbliku għal tali skopijiet;

19. Jenfasizza l-importanza li tiġi implimentata b'mod sħiħ l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali sabiex jittejbu l-aċċessibilità u l-interoperabilità tad-data mhux personali fl-UE; jenfasizza li l-Istrateġija Ewropea dwar id-Data trid tiżgura bilanċ bejn il-promozzjoni tal-fluss tad-data, l-aċċess usa' għad-data u l-użu u l-kondiviżjoni tad-data minn naħa waħda, u l-protezzjoni tad-DPI u s-sigrieti kummerċjali min-naħa l-oħra, filwaqt li jiġu rispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi vvalutat f'dak ir-rigward jekk ir-regoli tal-Unjoni dwar il-proprjetà intellettwali humiex għodda adegwata għall-protezzjoni tad-data, inkluża d-data settorjali meħtieġa għall-iżvilupp tal-IA, filwaqt li jfakkar li d-data strutturata, bħal pereżempju l-bażijiet ta' data, meta tibbenefika minn protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, normalment ma tistax titqies bħala data; iqis li għandha tingħata informazzjoni komprensiva dwar l-użu ta' data protetta bid-DPI, b'mod partikolari fil-kuntest tar-relazzjonijiet bejn il-pjattaformi u n-negozji; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħloq spazju uniku Ewropew tad-data;

20. Jinnota li l-Kummissjoni qed tikkunsidra kemm hu opportun li jsir intervent leġiżlattiv dwar kwistjonijiet li għandhom impatt fuq ir-relazzjonijiet bejn l-atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom hu li jagħmlu użu minn data mhux personali, u jilqa' r-reviżjoni possibbli tad-Direttiva dwar il-Bażijiet tad-Data u kjarifika possibbli tal-applikazzjoni tad-direttiva dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali bħala qafas ġeneriku; jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika varata mill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Ewropea dwar id-Data;

21. Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni timmira li tipprovdi protezzjoni bbilanċjata u xprunata mill-innovazzjoni tal-proprjetà intellettwali, għall-benefiċċju tal-iżviluppaturi Ewropej tal-IA, biex issaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tal-kumpaniji Ewropej, inkluż kontra tattiċi ta' litigazzjoni abbużivi possibbli, u biex tiżgura ċertezza tad-dritt massima għall-utenti, notevolment fin-negozjati internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-IA u r-rivoluzzjoni tad-data taħt l-awspiċji tad-WIPO; jilqa' s-sottomissjonijiet reċenti tal-Kummissjoni dwar il-fehmiet tal-Unjoni għall-konsultazzjoni pubblika tad-WIPO dwar l-abbozz tad-Dokument ta' Pożizzjoni tad-WIPO dwar il-Politika tal-Proprjetà Intellettwali u l-Intelliġenza Artifiċjali; ifakkar f'dan ir-rigward fid-dmir etiku tal-Unjoni li tappoġġa l-iżvilupp madwar id-dinja billi tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-IA, inkluż permezz ta' limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet għar-riċerka transfruntiera u l-estrazzjoni ta' test u ta' data, kif previst mid-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali;

22. Jinsab kompletament konxju mill-fatt li, sabiex ikun jista' jilħaq il-milja tiegħu, il-progress fil-qasam tal-IA se jkollu jkun akkompanjat minn investiment pubbliku fl-infrastruttura, taħriġ fil-ħiliet diġitali u titjib kbir fil-konnettività u l-interoperabilità; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' networks 5G siguri u sostenibbli għall-mobilizzazzjoni sħiħa tat-teknoloġiji tal-IA iżda, aktar importanti minn hekk, tal-ħidma meħtieġa fil-livell tal-infrastruttura u s-sigurtà ta' tali teknoloġiji tal-IA fl-Unjoni kollha; jieħu nota tal-attività intensiva fil-ħruġ ta' privattivi li qed isseħħ fis-settur tat-trasport f'dak li għandu x'jaqsam mal-IA; jesprimi t-tħassib tiegħu li dan jista' jirriżulta f'tilwim massiv li jkun ta' detriment għall-industrija kollha kemm hi u jista' jaffettwa wkoll is-sikurezza tat-traffiku jekk ma nilleġiżlawx dwar l-iżvilupp tat-teknoloġiji relatati mal-IA fil-livell tal-Unjoni mingħajr aktar dewmien;

23. Japprova r-rieda tal-Kummissjoni li tistieden lill-atturi ewlenin mis-settur tal-manifattura – il-manifatturi fil-qasam tat-trasport, l-innovaturi fil-qasam tal-IA u l-konnettività, il-fornituri ta' servizzi mis-settur tat-turiżmu u atturi oħra fil-katina ta' valur tas-settur awtomobilistiku – jaqblu dwar il-kundizzjonijiet li skonthom ikunu disposti li jikkondividu d-data tagħhom;

24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

 


 

NOTA SPJEGATTIVA

L-Intelliġenza Artifiċjali (IA) hija qasam ta' riċerka xjentifika, li l-oriġini tagħha tmur lura għal nofs is-seklu 20. L-objettiv ta' din ir-riċerka huwa wieħed ambizzjuż: li tifhem kif taħdem is-sistema konjittiva tal-bniedem sabiex tirriproduċiha u b'hekk toħloq proċessi komparabbli tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Għal xi snin issa, l-IA daħlet f'era ġdida, bis-saħħa tal-konverġenza ta' qawwa kbira fil-komputazzjoni, ta' għadd ħafna ikbar ta' settijiet ta' data u ta' algoritmi effettivi.

 

Din id-dinamika ġdida qed tiffavorixxi l-iżvilupp u l-mobilizzazzjoni tal-IA f'ħafna setturi. Hija tippermetti pereżempju li tiġi awtomatizzata l-analiżi ta' kampjuni kliniċi, jew ukoll li d-dwal tat-traffiku jiġu aġġustati skont it-traffiku fit-triq mingħajr l-intervent tal-bniedem. Il-potenzjal ta' din it-teknoloġija, f'dik li hi innovazzjoni, huwa għalhekk wiesa' ħafna u jaqa' fuq l-Unjoni Ewropea li tipprovdi qafas legali operattiv għall-iżvilupp ta' IA Ewropea kif ukoll politiki pubbliċi li jkunu proporzjonati mal-kwistjonijiet involuti, b'mod partikolari f'dawk li huma t-taħriġ tal-Ewropej u l-appoġġ finanzjarju għar-riċerka applikata u fundamentali. Dan il-qafas għandu neċessarjament jinkludi riflessjoni dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI) sabiex jiġu inkoraġġiti u protetti l-innovazzjoni u l-kreattività f'dan il-qasam.

 

Id-definizzjoni tal-IA għadha kwistjoni ta' dibattitu, iżda ċ-ċertezza tad-dritt x'aktarx li tistimula l-investiment meħtieġ f'dan il-qasam fl-UE. Għalhekk għandha tiġi promossa forma ta' flessibilità leġiżlattiva sabiex titqies ir-realtà multidimensjonali tal-IA u jinħoloq qafas li jibqa' validu fil-futur (u li jaħseb għall-progress teknoloġiku ulterjuri).

 

Mil-lat upstream, l-ewwel nett għandha tiġi kunsidrata valutazzjoni tal-liġi dwar il-privattivi fid-dawl tal-iżvilupp tal-IA. Il-privattiva tipproteġi l-invenzjonijiet tekniċi, jiġifieri l-prodotti li jipprovdu soluzzjoni teknika ġdida għal problema teknika partikolari. B'hekk, jekk l-algoritmi, il-metodi matematiċi u l-programmi tal-kompjuter ma jkunux jistgħu jingħataw il-privattiva bħala tali, dawn jistgħu jkunu integrati f'invenzjoni teknika li tkun tista' tingħata l-privattiva. Huwa kruċjali għat-tifrix tal-IA Ewropea li l-atturi ekonomiċi, b'mod partikolari n-negozji ġodda Ewropej, ikunu konxji ta' din l-opportunità.

 

L-applikazzjonijiet għall-privattivi rreġistrati mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għall-invenzjonijiet relatati direttament mal-operat tal-IA (teknoloġiji prinċipali tal-IA) żdiedu b'aktar mit-triplu matul dawn l-aħħar għaxar snin: biex minn 396 fl-2010 telgħu għal 1 264 fl-2017. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-għadd ta' applikazzjonijiet li qed jitressqu f'ċerti pajjiżi terzi huwa aktar sinifikanti u li l-kompetizzjoni internazzjonali f'dan il-qasam strateġiku hija waħda b'saħħitha.

 

L-IA tintuża wkoll mill-uffiċċji tal-privattivi biex tiġi ffaċilitata r-riċerka dwar l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. F'dak ir-rigward, jidher li huwa importanti li wieħed jiftakar li t-teknoloġija tipprovdi għajnuna utli iżda li m'għandhiex tissostitwixxi l-analiżi li ssir minn eżaminatur uman bħala bażi għall-għoti tad-drittijiet. Fil-qasam tal-privattivi, għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-kumplessità tar-raġunament ta' ċerti teknoloġiji tal-IA tista' żżid id-diffikultà biex jiġi vverifikat li dawn l-invenzjonijiet jikkonformaw mar-regolamenti eżistenti.

 

Mil-lat downstream, l-awtonomizzazzjoni dejjem akbar ta' ċerti proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tista' twassal għal kreazzjonijiet tekniċi jew artistiċi. Il-valutazzjoni tad-DPI kollha fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi għandha tkun prijorità għal dan il-qasam tad-dritt tal-UE, sabiex isservi l-iskop li trawwem ambjent favorevoli biex jiffjorixxu l-kreattività u l-innovazzjoni billi jiġu ppremjati l-ħallieqa. Ir-rwol tal-intervent tal-bniedem jibqa' fundamentali għall-ipprogrammar tal-apparati tal-IA, l-għażla tad-dħul ta' data u l-aġġustament tar-riżultati miksuba. Il-prospett ta' IA "b'saħħitha", jiġifieri waħda li hi konxja tagħha nfisha, jidher wara kollox li għadu futuristiku wisq.

 

Fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur, il-kundizzjoni tal-oriġinalità, li tikkaratterizza lix-xogħol bis-saħħa tas-singolarità tal-personalità tal-awtur tagħha, tista' tikkostitwixxi ostaklu għall-protezzjoni tal-kreazzjonijiet iġġenerati mill-IA. Madankollu, din il-kundizzjoni għandha t-tendenza ġenerali li tevolvi lejn kunċett oġġettiv li għandu x-xejra li jikkaratterizza novità relattiva li tippermetti li ssir distinzjoni bejn ix-xogħlijiet protetti u x-xogħlijiet diġà maħluqa. L-għan komuni tal-kreazzjoni ġġenerata bl-IA u l-kreazzjoni "tradizzjonali" jibqa' t-tkabbir tal-wirt kulturali, anke jekk il-kreazzjoni sseħħ permezz ta' att differenti. Fi żmien meta l-każi ta' kreazzjonijiet artistiċi maħluqa permezz tal-IA qed jiżdiedu (wieħed jista' jsemmi bħala eżempju l-inkwatru "The Next Rembrandt"[12] iġġenerat wara li 346 biċċa xogħol tal-pittur ġew diġitalizzati biex jiġu pproċessati permezz tal-IA), jidher li resqin lejn ir-rikonoxximent li kreazzjoni ġġenerata permezz tal-IA tista' tikkostitwixx opra tal-arti abbażi tar-riżultat kreattiv aktar milli tal-proċess kreattiv. Għandu jiġi nnotat ukoll li n-nuqqas ta' protezzjoni tal-kreazzjonijiet iġġenerati bl-IA jista' jħalli lill-interpreti ta' tali kreazzjonijiet mingħajr drittijiet, peress li l-protezzjoni mogħtija mis-sistema tad-drittijiet relatati timplika l-eżistenza ta' drittijiet tal-awtur fuq ix-xogħol interpretat.

 

Għalhekk, qed jiġi propost li jiġi vvalutat kemm hu opportun li jingħataw id-drittijiet tal-awtur ta' tali "xogħol kreattiv" lill-persuna fiżika li tħejjih u tippubblikah legalment, kemm-il darba d-disinjatur(i) tat-teknoloġija sottostanti ma jopponix/jopponux għal tali użu. Dan ir-raġunament ikun konformi mas-sistema Ewropea ta' protezzjoni tad-"data tax-xogħlijiet" (works data); tali data tista' tiġi sfruttata bħala parti mid-data li tintuża għat-tħarriġ tat-teknoloġiji tal-IA li jiġġeneraw kreazzjonijiet sekondarji, inkluż għal użijiet kummerċjali, dment li tali użu ma jkunx ġie espressament riżervat mid-detenturi tad-drittijiet tagħhom.

 

Fl-aħħar nett, meta jitqies ir-rwol essenzjali tad-data u l-għażla tagħha fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-IA, iqumu diversi mistoqsijiet dwar l-aċċessibilità ta' tali data, b'mod partikolari d-dipendenza mid-data, l-effetti ta' intrappolament, il-pożizzjoni dominanti ta' ċerti impriżi u, b'mod ġenerali, iċ-ċirkolazzjoni insuffiċjenti tad-data. Għalhekk ser ikun importanti li titħeġġeġ il-kondiviżjoni tad-data li tiġi ġġenerata fl-Unjoni Ewropea sabiex jiġu stimulati l-innovazzjonijiet fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali. Għall-futur qrib, dan l-isforz jista' b'mod partikolari jkun ibbażat fuq it-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar id-Data Miftuħa u l-promozzjoni tal-konklużjoni ta' kuntratti ta' liċenzjar biex tiġi inkoraġġita l-kondiviżjoni ta' data industrijali. Fit-terminu medju, il-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-qafas leġiżlattiv ġeneriku għall-governanza tal-ispazji Ewropej komuni tad-data hija waħda kruċjali, b'mod partikolari għall-aċċess għal bażijiet ta' data sensittivi bħalma huma dawk fil-qasam tas-saħħa.

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (9.7.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali</CommissionInt>


<Titre>dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali</Titre>

<DocRef>(2020/2015(INI))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Adam Bielan</Depute>

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar fil-potenzjal li għandha l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) b'rabta mal-għoti ta' servizzi innovattivi lin-negozji, lill-konsumaturi u lis-settur pubbliku; jenfasizza r-rwol ewlieni li t-teknoloġiji tal-IA jista' jkollhom fid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija f'ħafna setturi, bħall-industrija, il-kura tas-saħħa, il-kostruzzjoni u t-trasport, li jista' jwassal għall-istabbiliment ta' mudelli kummerċjali ġodda; jenfasizza li l-Unjoni trid tħaddan b'mod attiv l-iżviluppi f'dan il-qasam biex tiffavorixxi l-avvanz tas-suq uniku diġitali; jissottolinja l-fatt li l-iżvilupp u l-użu tal-IA fis-suq intern se jibbenefikaw minn sistema affidabbli, bilanċjata u effikaċi ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI); jinnota l-importanza li ssir distinzjoni bejn l-applikazzjonijiet jew l-algoritmi tal-IA, it-teknoloġija u l-prodotti ġġenerati bl-IA, il-bażijiet ta' data u d-data individwali, li jirrikjedu forom differenti ta' drittijiet;

2. Jemmen li t-teknoloġiji fixkiela bħall-IA joffru lill-kumpaniji żgħar u kbar l-opportunità li jiżviluppaw prodotti ewlenin tas-suq; iqis li l-kumpaniji kollha u sidien oħra ta' tali prodotti għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni tad-DPI ugwalment effiċjenti u effikaċi; iqis li dan jista' jrawwem l-emerġenza ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju Ewropej (SMEs) u jirriżulta f'vantaġġ kompetittiv sinifikanti fl-Unjoni; jitlob li ssir analiżi tal-impatt tal-prattiki abbużivi permezz ta' "patent trolls" u ta' litigazzjoni strateġika dwar id-DPI, li jistgħu jaġixxu bħala ostakolu artifiċjali għad-dħul u jipproteġu l-operaturi tas-suq kbar diġà stabbiliti; jissottolinja l-importanza ta' teknoloġiji tal-IA li jippermettu ġestjoni aktar trasparenti, effiċjenti u affidabbli tal-aspetti tat-transazzjonijiet relatati mal-PI;

3. Jenfasizza l-importanza ta' miżuri u mezzi ta' informazzjoni li jgħinu l-SMEs u n-negozji l-ġodda jużaw b'mod effettiv il-protezzjoni tad-DPI fit-teknoloġiji tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joffru appoġġ lin-negozji l-ġodda u l-SMEs permezz tal-Programm għas-Suq Uniku u ċ-Ċentri ta' Innovazzjoni Diġitali biex jiżviluppaw u jipproteġu l-prodotti tagħhom u b'hekk ikunu jistgħu jiżviluppaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa; jenfasizza l-importanza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jfittxu koordinazzjoni ma' atturi globali importanti oħrajn fid-DPI għall-iżvilupp tal-IA, sabiex jinħoloq approċċ globalment kompatibbli li jkun ta' benefiċċju kemm għall-SMEs kif ukoll għan-negozji l-ġodda;

4. Jenfasizza l-importanza li jkunu protetti d-DPI, inkluzi s-sigrieti kummerċjali, fi kwalunkwe qafas regolatorju tal-IA, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwalunkwe rekwiżit dettaljat għal ġabra ridotta ta' applikazzjonijiet meqjusa ta' "riskju għoli"; filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li dawn ikunu rikonċiljati mal-applikazzjoni ta' objettivi oħrajn tal-politika pubblika, inkluż ir-rispett għad-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali; jemmen li sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' IA ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli, hija meħtieġa implimentazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni dwar l-informaturi;

5. Jenfasizza li minbarra l-protezzjoni tad-DPI, huwa fl-interess tal-konsumaturi li jkollhom ċertezza legali dwar l-użi permessi ta' xogħlijiet protetti, speċjalment fir-rigward ta' prodotti algoritmiċi kkumplikati; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri għat-traċċabbiltà tad-data, filwaqt li tikkunsidra kemm il-legalità tal-akkwist tad-data kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-konsumatur;

6. Jemmen li l-isfida tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-IA tirrikjedi l-iżvilupp ta' metodi ġodda u kapaċità amministrativa xierqa għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq; jinnota li s-sistemi ta' tagħlim adattiv jistgħu jiġu rikalibrati wara kull input, u dan jagħmel ċertu żvelar ex ante ineffettiv fuq bażi awtonoma;

7. Iqis li fejn l-applikazzjonijiet tal-IA jkunu ċċertifikati, dawn għandhom juru trasparenza, spjegabilità – skont kemm ikun possibbilment fattibbli – u konformità mal-istandards tal-etika; jinnota li dan l-għan ma jistax jinkiseb biss, jekk jista' jinkiseb, permezz tas-sempliċi żvelar tal-algoritmu jew tal-kodiċi; ifakkar li s-settijiet ta' data huma importanti wkoll f'dan il-proċess;

8. Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif tivvaluta modi li jippermettu li l-prodotti jkunu ttestjati, pereżempju b'mod modulari jew bl-użu ta' għodda tal-verifika li tkun tippermetti li l-prodotti jkunu ttestjati b'mod adegwat filwaqt li tkun osservata l-kunfidenzjalità sabiex jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali miżmuma mid-detenturi ta' DPI.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

7.7.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alex Agius Saliba, Andrus Ansip, Brando Benifei, Adam Bielan, Hynek Blaško, Biljana Borzan, Vlad-Marius Botoş, Markus Buchheit, Dita Charanzová, Deirdre Clune, David Cormand, Petra De Sutter, Carlo Fidanza, Evelyne Gebhardt, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Svenja Hahn, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Jean-Lin Lacapelle, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Antonius Manders, Beata Mazurek, Leszek Miller, Kris Peeters, Anne-Sophie Pelletier, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Marco Campomenosi, Maria da Graça Carvalho, Edina Tóth, Stéphanie Yon-Courtin

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ECR

Adam Bielan, Carlo Fidanza, Eugen Jurzyca, Beata Mazurek

EPP

Pascal Arimont, Maria da Graça Carvalho, Deirdre Clune, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Kris Peeters, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Edina Tóth, Marion Walsmann

EUL/NGL

Kateřina Konečná, Anne-Sophie Pelletier

GREENS/EFA

David Cormand, Petra De Sutter, Alexandra Geese, Marcel Kolaja, Kim Van Sparrentak,

ID

Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Virginie Joron, Jean-Lin Lacapelle

NI

Marco Zullo

RENEW

Andrus Ansip, Vlad-Marius Botoş, Dita Charanzová, Sandro Gozi, Svenja Hahn, Stéphanie Yon-Courtin

S&D

Alex Agius Saliba, Brando Benifei, Biljana Borzan, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, Christel Schaldemose

 

0

-

 

 

 

1

0

ID

Hynek Blaško

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (14.7.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali</CommissionInt>


<Titre>dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali</Titre>

<DocRef>(2020/2015(INI))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Andor Deli</Depute>

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Introduzzjoni

1. Jilqa' l-ambizzjonijiet iddikjarati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħha tad-19 ta' Frar 2020 kif ukoll fil-White Paper tagħha dwar l-"Intelliġenza Artifiċjali − Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja" u fl-Istrateġija Ewropea għad-Data, fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u d-data; jinnota, madankollu, li l-kwistjoni tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali (IPRs) fil-kuntest tal-iżvilupp tal-IA u ta' teknoloġiji relatati ma ġietx indirizzata b'mod iktar serju;

2. Jenfasizza li l-iżvilupp u l-użu tal-IA u t-teknoloġiji relatati jirrikjedu l-indirizzar ta' kwistjonijiet tekniċi, soċjali, ekonomiċi, etiċi u legali u l-implikazzjonijiet transsettorjali f'bosta oqsma ta' politika, inklużi d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, u jirrikjedu l-għoti ta' tweġibiet u l-formulazzjoni ta' politiki fil-livell Ewropew;

3. Jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp tal-IA u ta' teknoloġiji relatati fis-setturi tat-trasport u t-turiżmu se jġib miegħu l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-mobilizzazzjoni tal-investiment u benefiċċji konsiderevoli f'termini ekonomiċi, soċjetali, ambjentali, pubbliċi u ta' sikurezza, filwaqt li jagħmel is-settur aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda u joħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg u mudelli ta' negozju aktar sostenibbli, iżda dan ma għandux jikkawża ħsara lin-nies jew lis-soċjetà;

4. Jieħu nota tal-kompetizzjoni globali bejn kumpaniji u reġjuni ekonomiċi fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tal-IA għas-settur tat-trasport; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali ta' kumpaniji Ewropej li joperaw fis-settur tat-trasport permezz tal-ħolqien ta' ambjent fl-UE li jwassal għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' soluzzjonijiet tal-IA. jissottolinja barra minn hekk li l-IA għandha wkoll tintuża fil-mezzi kollha tat-trasport, kemm fiż-żoni urbani kif ukoll f'dawk rurali, u li approċċ olistiku li jkun teknoloġikament newtrali u flessibbli huwa għalhekk meħtieġ biex jiġu indirizzati b'mod adegwat l-isfidi kollha fis-settur tat-trasport u tal-mobbiltà;

5.  Jafferma li definizzjoni fil-livell tal-UE tal-qafas legali xieraq għall-IPRs għall-innovazzjonijiet fil-qasam tal-IA u tal-konnettività, kif ukoll għall-aċċess u s-sigurtà tad-data se tkun kruċjali għall-iżvilupp u t-tixrid bla xkiel, sikur u fuq skala kbira tal-IA u ta' teknoloġiji relatati fl-ekosistemi tat-trasport u t-turiżmu;

6.  Iqis li l-istrateġiji ta' protezzjoni tal-proprjetà intellettwali (IP) se jevolvu kontinwament matul iż-żmien, b'mod parallel mal-iżvilupp tal-IA, u li se jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati kwistjonijiet bħall-adattament għal dan l-ambjent li qed jinbidel ta' protezzjoni flessibbli tad-drittijiet tal-awtur, il-privattivi, it-trademarks u d-disinni jew anke regoli fil-qasam tas-sigriet kummerċjali, u li jiġi kkunsidrat liema mod se jipprovdi lill-innovaturi bl-aktar mezzi ta' protezzjoni wesgħin u robusti tal-IP li jinkludu ċ-ċertezza tad-dritt u li jħeġġu investiment ġdid fl-intrapriżi privati, l-universitajiet, l-SMEs u r-raggruppamenti li jużaw kollaborazzjoni pubblika-privata biex jappoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp;

7. Jistieden lill-Kummissjoni tqis is-seba' rekwiżiti ewlenin identifikati fil-Linji Gwida tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli, li ntlaqgħu tajjeb minnha fil-komunikazzjoni tagħha tat-8 ta' April 2019[13], u timplimentahom kif xieraq fil-leġiżlazzjoni kollha relatata mal-IA;

8. Iqis il-bżonn dejjem ikbar tal-IA u teknoloġiji relatati fil-qasam tat-teknoloġiji tar-rikonoxximent remot jew bijometriku, bħall-applikazzjonijiet ta' traċċar fis-settur tat-trasport u tat-turiżmu, bħala mod ġdid ta' kif jiġu indirizzati l-Covid-19 u kriżijiet sanitarji u tas-saħħa pubblika eventwali fil-ġejjieni, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-bżonn ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, tal-privatezza u tad-data personali.

Id-drittijiet tal-IP u l-innovazzjonijiet fil-qasam tal-IA

9. Jinnota li l-qafas legali frammentat attwali tad-drittijiet tal-IP u l-inċertezza tad-dritt jaffettwaw l-iżvilupp tal-IA u t-teknoloġiji relatati fis-settur tat-trasport; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni  tevalwa l-adegwatezza tar-reġim tal-proprjetà intellettwali tagħha għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-IA u, insegwitu ta' analiżi u rieżami dettaljati tal-leġiżlazzjoni attwali, biex tressaq il-proposti leġiżlattivi li hija tqis li huma meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-fiduċja, iċ-ċertezza tad-dritt u t-trasparenza u tiġi evitata iktar frammentazzjoni, biex b'hekk jitħeġġu l-investimenti f'dawn it-teknoloġiji;

10. Jinnota li għalkemm l-IA tagħmilha possibbli li tiġi pproċessata kwantità kbira ta' data relatata mal-IPRs, din ma tistax tkun sostitut għall-verifika mill-bniedem fir-rigward tal-għoti tal-IPRs u d-determinazzjoni tar-responsabbiltà f'każ ta' ksur ta' dawn id-drittijiet;

11. Jinnota li fir-rigward tal-użu ta' data mill-IA, l-użu ta' data protetta bid-drittijiet tal-awtur jeħtieġ li jiġi vvalutat fid-dawl tal-eċċezzjonijiet relatati mal-estrazzjoni ta' testi u ta' data, previsti mid-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u fid-dawl tal-użi kollha koperti mil-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet għall-protezzjoni tad-IPR;

12. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà u r-rilevanza għall-kumpaniji, inklużi l-SMEs, li jiksbu privattivi għal softwer jew algoritmi bil-ħsieb li jiġu żgurati kemm il-protezzjoni tal-innovazzjoni kif ukoll il-ħtieġa tat-trasparenza meħtieġa għal IA affidabbli, kif ukoll id-disponibbiltà tal-algoritmi użati għal skopijiet pubbliċi; jenfasizza l-bżonn li jinżammu kundizzjonijiet ekwi bejn dawn il-kumpaniji, kif ukoll l-importanza li tinżamm il-koerenza mad-dritt fil-qasam tal-kompetizzjoni;

13. Huwa kompletament konxju mill-fatt li, sabiex ikun jista' jiġi żviluppat b'mod sħiħ, il-progress fil-qasam tal-IA se jkollu jkun akkompanjat minn investiment pubbliku fl-infrastruttura, taħriġ fil-ħiliet diġitali u titjib kbir fil-konnettività u l-interoperabbiltà; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' netwerks 5G sikuri u sostenibbli għall-iskjerament sħiħ tat-teknoloġiji tal-IA iżda, aktar importanti minn hekk, tal-ħidma meħtieġa fil-livell tal-infrastruttura u s-sigurtà tat-teknoloġiji tal-IA fl-Unjoni kollha; jieħu nota tal-attività intensiva fil-ħruġ ta' privattivi li qed isseħħ fis-settur tat-trasport f'dak li għandu x'jaqsam mal-IA; jesprimi t-tħassib tiegħu li dan jista' jirriżulta f'numru enormi ta' tilwim li se jkun ta' detriment għall-industrija kollha kemm hi u jista' jaffettwa s-sikurezza fir-rigward tat-traffiku jekk ma nadottawx b'mod urġenti u fil-livell Ewropew leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp tat-teknoloġiji relatati mal-IA;

14. Jirrimarka li l-privattivi essenzjali għal standard (SEPs) għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-tixrid tal-IA u teknoloġiji relatati ġodda u fl-iżgurar tal-interoperabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' standards transsettorjali u ta' standardizzazzjoni formali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2017 dwar il-liċenzjar tas-SEPs u l-prinċipji ewlenin li stabbiliet għat-trasparenza għal dak li jikkonċerna s-SEPs, jiġifieri l-liċenzjar u l-infurzar b'mod ġust, raġonevoli u mhux diskriminatorju (FRAND); jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għas-SEPs li jistgħu jtejbu l-aċċessibbiltà, sikurezza fit-toroq u s-sigurtà għall-utenti tat-trasport;

Drittijiet ta' proprjetà intellettwali u data

15. Jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tiżgura li d-data se tinġabar u tintuża f'konformità sħiħa mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-UE u regoli stretti oħra dwar il-protezzjoni tad-data; jenfasizza l-ħtieġa li tkompli tiġi protetta d-data taċ-ċittadini Ewropej, iżda jqis li huwa meħtieġ bilanċ ġust bejn il-protezzjoni tad-data u r-regoli dwar l-IP sabiex tingħata l-flessibbiltà meħtieġa lill-innovaturi tal-IA;

16. Jilqa' l-objettiv tal-Kummissjoni li toħloq spazju uniku Ewropew tad-data b'investiment fl-istandards, l-għodod u l-infrastruttura; jappoġġa b'mod partikolari l-istabbiliment ta' spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-qafas leġiżlattiv Ewropew eżistenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data;

17. Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza b'mod adegwat u urġenti l-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data u tal-proprjetà intellettwali u l-proposti leġiżlattivi relatati ma' din il-protezzjoni bi flessibbiltà ekwa u xierqa u f'konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, anke permezz tal-iżvilupp ta' inizjattivi għall-iskambju tal-aħjar prattiki u permezz ta' investiment fir-riċerka f'dan il-qasam;

18. Jilqa' l-istabbiliment futur ta' qafas leġiżlattiv abilitanti u flessibbli għall-governanza ta' spazji komuni Ewropej tad-data, kif ukoll ir-rieda tal-Kummissjoni li tippromwovi l-kondiviżjoni ta' data bejn in-negozji u l-gvern u bejn in-negozji nfushom u li tillimita l-aċċess obbligatorju għad-data taħt il-kundizzjonijiet FRAND għal każijiet fejn dan ikun meħtieġ f'ċirkostanzi speċifiċi; jenfasizza l-importanza ta' aċċess għal data ġġenerata mill-vetturi għall-partijiet ikkonċernati kollha fil-qasam tal-mobbiltà sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' servizzi innovattivi bbażati fuq id-data;

19. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-aċċess tal-SMEs u r-raggruppamenti għal data li tista' ssaħħaħ l-attività tagħhom, kif ukoll taċ-ċentri tat-teknoloġija u l-universitajiet biex jippromwovu l-programmi ta' riċerka tagħhom;

20. Japprova r-rieda tal-Kummissjoni li tistieden lill-atturi ewlenin mis-settur tal-manifattura - il-manifatturi fil-qasam tat-trasport, l-innovaturi fil-qasam tal-IA u l-konnettività, il-fornituri ta' servizzi mis-settur tat-turiżmu u atturi oħra fil-katina ta' valur tas-settur awtomobilistiku - biex jaqblu dwar il-kundizzjonijiet li taħthom ikunu disposti jaqsmu d-data tagħhom.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

14.7.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Johan Danielsson, Andor Deli, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Dominique Riquet, Dorien Rookmaker, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Leila Chaibi, Angel Dzhambazki, Markus Ferber, Carlo Fidanza, Maria Grapini, Roman Haider, Alessandra Moretti

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ECR

Angel Dzhambazki, Carlo Fidanza, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

NI

Mario Furore, Dorien Rookmaker

PPE

Magdalena Adamowicz, Andor Deli, Gheorghe Falcă, Markus Ferber, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

RENEW

José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Johan Danielsson, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Bogusław Liberadzki, Alessandra Moretti, Rovana Plumb, István Ujhelyi

VERTS/ALE

Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz

 

2

-

GUE/NGL

Leila Chaibi, Kateřina Konečná

 

6

0

GUE/NGL

Elena Kountoura

ID

Marco Campomenosi, Roman Haider, Julie Lechanteux, Philippe Olivier, Lucia Vuolo

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI (3.9.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali</CommissionInt>


<Titre>dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali</Titre>

<DocRef>(2020/2015(INI))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Sabine Verheyen</Depute>

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li l-intelliġenza artifiċjali (IA) u t-teknoloġiji relatati, b'mod aktar ġenerali, għandhom ikunu għas-servizz tal-umanità u li l-benefiċċji tagħhom għandhom jiġu kondiviżi b'mod wiesa', mingħajr ebda diskriminazzjoni; jenfasizza li, peress li l-IA hija ġabra li dejjem tinbidel ta' teknoloġiji li qed jiġu żviluppati b'ħeffa kbira, u hekk kif qed tikseb b'mod progressiv il-kapaċità li twettaq aktar kompiti tipikament imwettqa mill-bnedmin, tista' saħansitra taqbeż, fuq perjodu twil, il-kapaċità intellettwali tal-bniedem f'xi oqsma; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, li jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati inkluż, meta jkun raġonevoli, sistemi ta' disinn bi proċessi human-in-the-loop ta' kontroll u ta' rieżami, trasparenza u verifika tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-IA; jirrikonoxxi li fis-setturi kulturali u kreattivi, il-ħallieqa diġà jagħmlu użu estensiv minn teknoloġiji ġodda tal-IA biex jipproduċu x-xogħlijiet artistiċi tagħhom;

2. Jenfasizza li l-UE għandu jkollha rwol essenzjali fl-istabbiliment ta' prinċipji bażiċi dwar l-iżvilupp, l-introduzzjoni, l-ipprogrammar u l-użu tal-IA, mingħajr ma jxekklu l-iżvilupp tagħha jew il-kompetizzjoni, b'mod partikolari fir-regolamenti u l-kodiċijiet ta' kondotta tal-UE; ifakkar li d-Direttiva (UE) 2019/790 tipprovdi qafas ġuridiku għall-użu ta' xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur fil-proċessi tal-estrazzjoni tat-test u tad-data (TDM), li huma kruċjali fi kwalunkwe proċess relatat mal-IA; jenfasizza, għalhekk, ir-rekwiżit li kwalunkwe xogħol użat irid jiġi aċċessat b'mod legali, kif ukoll id-dritt garantit tad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu minn qabel li x-xogħlijiet tagħhom ma jintużawx fi proċess relatat mal-IA mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' qafas u strateġija etiċi għad-data diġitali, akkumpanjati, jekk ikun meħtieġ, minn leġiżlazzjoni li fiha huma minquxa d-drittijiet fundamentali u l-valuri tal-Unjoni;

3. Jenfasizza l-importanza li tintuża l-IA fl-iskejjel u fl-universitajiet, biex ikunu jistgħu jadottaw metodi ta' tagħlim ġodda u aktar effiċjenti li se jżidu r-rati ta' suċċess tal-istudenti; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-kurrikuli tal-IA mfassla biex jgħinu lill-istudenti jiksbu l-għarfien meħtieġ għal impjiegi futuri; jenfasizza li t-teknoloġiji tal-IA għandhom ikunu disponibbli b'mod miftuħ għal skopijiet edukattivi u ta' riċerka;

4. Jenfasizza li l-aċċess miftuħ u ugwali għall-IA madwar l-Unjoni u fl-Istati Membri huwa ta' importanza kbira; jenfasizza li l-appoġġ tal-Unjoni għall-innovazzjoni u r-riċerka tal-IA għandu jkun disponibbli b'mod wiesa' madwar l-Unjoni; jenfasizza li huwa meħtieġ li jingħata appoġġ speċjali lill-iżviluppaturi u lill-benefiċjarji tal-IA minn gruppi żvantaġġati u lil dawk b'diżabilità;

5. Iqis li l-gwida u l-konsulenza għall-iżviluppaturi u l-utenti tal-IA dwar il-protezzjoni tal-IPR għandhom ikunu disponibbli b'mod wiesa';

6. Ifakkar li l-IA ma twettaqx biss attivitajiet li kienu jkunu esklussivament umani, iżda tista' wkoll tikseb u tiżviluppa karatteristiċi awtonomi u konjittivi, permezz tat-tagħlim mill-esperjenza jew it-tagħlim tat-tisħiħ; jenfasizza l-kunċett ta' responsabilità fir-rigward tas-sistemi tal-IA li kapaċi jitgħallmu permezz tat-tisħiħ; jenfasizza li s-sistemi mħarrġa tal-IA jistgħu b'mod kważi awtonomu joħolqu u jiġġeneraw xogħlijiet kulturali u kreattivi, b'kontribut minimu biss min-naħa tal-bniedem; jinnota, barra minn hekk, li s-sistemi tal-IA jistgħu jevolvu b'mod imprevedibbli, billi joħolqu xogħlijiet oriġinali li ma jkunux magħrufa lanqas lill-programmaturi inizjali tagħhom, fatt li għandu jitqies ukoll meta jiġi stabbilit qafas għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' sfruttament derivati minn xogħlijiet bħal dawn; itenni, madankollu, li l-IA għandha tassisti u mhux tissostitwixxi l-ħsieb kreattiv tal-bniedem;

7. Jieħu nota li s-sistemi tal-IA huma bbażati fuq software u juru mġiba intelliġenti bbażata fuq analiżi tal-ambjent tagħhom; jenfasizza li din l-analiżi hija bbażata fuq mudelli statistiċi li l-iżbalji tagħhom jiffurmaw parti inevitabbli minnhom, xi drabi b'ċirkwiti ta' feedback li jirreplikaw, isaħħu u jtawlu l-preġudizzji, l-iżbalji u s-suppożizzjonijiet preeżistenti; jinnota l-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ sistemi u metodi li jippermettu li l-algoritmi jiġu vverifikati u spjegati, u li kwalunkwe problema tiġi solvuta;

8. Iqis li għandha ssir distinzjoni bejn l-IPR għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-IA u l-IPR għall-kontenut iġġenerat mill-IA; jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli legali bla bżonn għall-iżvilupp tal-IA sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal ta' tali teknoloġiji fil-kultura u l-edukazzjoni;

9. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-awtur relatati ma' xogħlijiet kulturali u kreattivi ġġenerati mill-IA; jenfasizza li l-ħolqien mill-bniedem, bħala awtur u produttur tax-xogħlijiet, għandu jifforma l-bażi tas-sistema tal-IPR; jinnota, barra minn hekk, li l-kwistjoni tal-punt sa fejn xogħol maħluq mill-IA jista' jiġi traċċat lura għal kreatur uman hija ta' importanza ewlenija; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi vvalutat jekk jeżistix "ħolqien oriġinali" li ma jeħtieġ l-ebda intervent uman; iqis li hemm bżonn ta' riċerka bir-reqqa biex wieħed jifhem jekk l-assenjazzjoni awtomatika tad-drittijiet tal-awtur ta' xogħlijiet iġġenerati mill-IA lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur tas-software, tal-algoritmu jew tal-programm tal-IA hijiex l-aħjar triq 'il quddiem, peress li hemm il-ħtieġa li bniedem jiġi kreditat bħala l-awtur ta' xogħol kreattiv ġdid; jilqa' t-talba tal-Kummissjoni għal studju dwar id-drittijiet tal-awtur u t-teknoloġiji l-ġodda;

10. Jesprimi tħassib dwar il-vojt potenzjali li baqa' bejn l-IPR u l-iżvilupp tal-IA, li jista' jrendi lill-industriji kulturali u kreattivi u tal-edukazzjoni vulnerabbli għax-xogħlijiet iġġenerati mill-IA protetti mid-drittijiet tal-awtur; jinsab imħasseb dwar ksur possibbli tal-proprjetà intellettwali u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mmonitorjat kwalunkwe falliment tas-suq jew ħsara li jseħħu; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa approċċ orizzontali, ibbażat fuq l-evidenza u teknoloġikament newtrali għal dispożizzjonijiet komuni u uniformi dwar id-drittijiet tal-awtur applikabbli għal xogħlijiet iġġenerati mill-IA fl-Unjoni, li jżid it-tkabbir tagħhom u jattira wkoll l-investiment tas-settur privat fl-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku tas-settur tal-IA u tar-robotika;

11. Jinnota l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-IA fit-tixrid ta' informazzjoni ħażina u l-ħolqien ta' diżinformazzjoni; jinsab imħasseb li dan jista' jwassal għal ħafna ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali, u barra minn hekk, huwa estremament imħasseb dwar il-possibilità li l-manipulazzjoni tal-massa taċ-ċittadini tintuża biex tiddestabbilizza d-demokraziji; jitlob, f'dan ir-rigward, li tittieħed azzjoni biex jiżdied l-għarfien dwar l-informazzjoni u l-litteriżmu medjatiku, filwaqt li jitqies il-fatt li t-trasformazzjoni diġitali hija aspett indispensabbli tagħhom; jitlob li l-iżvilupp ta' software għall-verifika tal-fatti u l-informazzjoni jsir prijorità;

12. Ifakkar li d-data hija l-element ċentrali tal-iżvilupp u t-taħriġ ta' kwalunkwe sistema tal-IA; jenfasizza li dan jinkludi data strutturata, bħal bażijiet ta' data, xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur u kreazzjonijiet oħra li jgawdu minn protezzjoni tal-PI li normalment ma jistgħux jitqiesu bħala data; jenfasizza, għalhekk, li huwa importanti wkoll li jiġi indirizzat il-kunċett ta' użi rilevanti għall-PI relatati mal-funzjonament tat-teknoloġiji tal-IA;

13. Jirrimarka li l-aktar mod effiċjenti biex jitnaqqas il-preġudizzju fis-sistemi tal-IA huwa li jiġi żgurat li l-ammont massimu ta' data jkun disponibbli biex jitħarrġu, u għal dan huwa meħtieġ li jiġi limitat kwalunkwe ostaklu bla bżonn għall-estrazzjoni tat-test u tad-data u li jiġu ffaċilitati l-użi transfruntiera;

14. Jenfasizza li fejn l-IA tintuża biss bħala għodda biex tgħin lil awtur fil-proċess tal-ħolqien, il-qafas attwali tad-drittijiet tal-awtur jibqa' applikabbli għax-xogħol maħluq u l-intervent tal-IA ma jitqiesx;

15. Jirrakkomanda li jiġu introdotti karatteristiċi u regoli ta' sigurtà speċjali sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-privatezza relatati mat-teknoloġiji tal-IA; jenfasizza li l-awditjar tal-privatezza tat-teknoloġiji tal-IA għandu jkun obbligatorju;

16. Ifakkar ukoll li r-riforma tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur introduċiet eċċezzjoni għall-estrazzjoni tat-test u tad-data li skontha r-riċerka xjentifika tista' tibbenefika minn użi ta' data mingħajr ħlas, u li, jekk jiġu ssodisfati aktar rekwiżiti, l-estrazzjoni tat-test u tad-data mwettqa għal skopijiet oħra se jkunu permessi wkoll taħt l-eċċezzjoni l-ġdida;

17. Jenfasizza li l-IA tista' tkun ukoll għodda effettiva għad-detezzjoni u r-rappurtar tal-preżenza ta' kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur online; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni tar-responsabilità għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur u ta' proprjetà intellettwali oħra mwettqa mis-sistemi tal-IA, kif ukoll il-kwistjoni tas-sjieda tad-data; jenfasizza, madankollu, li għandha ssir distinzjoni ċara bejn ksur awtonomu u l-ikkupjar ta' xogħlijiet ta' partijiet terzi li ġew iffaċilitati jew mhux impediti mill-operatur tas-software tal-IA; jiddikjara li t-traċċabilità għandha tkun kundizzjoni indispensabbli fl-allokazzjoni tar-responsabilità, peress li taġixxi kemm bħala bażi għal azzjoni legali kif ukoll tippermetti d-dijanjożi u l-korrezzjoni ta' ħsarat;

18. Jenfasizza l-importanza li s-servizzi tal-istreaming ikunu trasparenti u responsabbli fl-użu tagħhom tal-algoritmi, sabiex l-aċċess għall-kontenut kulturali u kreattiv f'diversi forom u lingwi differenti kif ukoll l-aċċess imparzjali għax-xogħlijiet Ewropej ikunu ggarantiti aħjar;

19. Ifakkar fid-dmir etiku tal-Unjoni li tappoġġa l-iżvilupp madwar id-dinja billi tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-IA, inkluż permezz ta' limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet għar-riċerka transfruntiera u l-estrazzjoni tat-test u tad-data, u għalhekk iħeġġeġ li titħaffef l-azzjoni internazzjonali fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali biex jinkiseb dan;

20. Jirrikonoxxi li minħabba l-avvanz teknoloġiku ta' ċerti stati, l-Unjoni għandha obbligu fundamentali li tippromwovi l-kondiviżjoni tal-benefiċċji tal-IA, bl-użu ta' għadd ta' għodod, inkluż l-investiment fir-riċerka fl-Istati Membri kollha.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.9.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Christine Anderson, Ilana Cicurel, Gilbert Collard, Gianantonio Da Re, Laurence Farreng, Tomasz Frankowski, Romeo Franz, Hannes Heide, Irena Joveva, Petra Kammerevert, Niyazi Kizilyürek, Predrag Fred Matić, Dace Melbārde, Victor Negrescu, Peter Pollák, Marcos Ros Sempere, Andrey Slabakov, Massimiliano Smeriglio, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Salima Yenbou, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabel Benjumea Benjumea, Christian Ehler, Ibán García Del Blanco, Bernard Guetta, Marcel Kolaja, Elżbieta Kruk, Martina Michels

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

PPE

Isabel Benjumea Benjumea, Christian Ehler, Tomasz Frankowski, Peter Pollák, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Milan Zver

S&D

Ibán García del Blanco, Hannes Heide, Petra Kammerevert, Predrag Fred Matić, Victor Negrescu, Marcos Ros Sempere, Massimiliano Smeriglio

RENEW

Ilana Cicurel, Laurence Farreng, Bernard Guetta, Irena Joveva

ID

Gilbert Collard

VERTS/ALE

Romeo Franz, Marcel Kolaja, Salima Yenbou

ECR

Elżbieta Kruk, Dace Melbārde, Andrey Slabakov

GUE/NGL

Niyazi Kizilyürek, Martina Michels

NI

Isabella Adinolfi

 

1

-

ID

Christine Anderson

 

1

0

ID

Gianantonio Da Re

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

1.10.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Manon Aubry, Gunnar Beck, Geoffroy Didier, Angel Dzhambazki, Ibán García Del Blanco, Jean-Paul Garraud, Esteban González Pons, Mislav Kolakušić, Gilles Lebreton, Karen Melchior, Jiří Pospíšil, Franco Roberti, Marcos Ros Sempere, Liesje Schreinemacher, Stéphane Séjourné, Raffaele Stancanelli, József Szájer, Marie Toussaint, Adrián Vázquez Lázara, Axel Voss, Tiemo Wölken, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Patrick Breyer, Evelyne Gebhardt

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

EPP

Geoffroy Didier, Esteban González Pons, Jiří Pospíšil, József Szájer, Axel Voss, Javier Zarzalejos

S&D

Ibán García Del Blanco, Evelyne Gebhardt, Franco Roberti, Marcos Ros Sempere, Tiemo Wölken

RENEW

Liesje Schreinemacher, Stéphane Séjourné, Adrián Vázquez Lázara

ID

Jean-Paul Garraud, Gilles Lebreton

ECR

Angel Dzhambazki, Raffaele Stancanelli

NI

Mislav Kolakušić

 

3

-

VERTS/ALE

Patrick Breyer, Marie Toussaint

GUE/NGL

Manon Aubry

 

2

0

RENEW

Karen Melchior

ID

Gunnar Beck

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

[2] ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92.

[3] ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20.

[4] ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16.

[5] ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1.

[6] ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56.

[7] ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

[8] ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59.

[9] ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57.

[10] ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.

[11] "Nibnu l-fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem" (COM(2019)0168).

[13]"Nibnu l-fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem (COM(2019)0168)".

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza