RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu (2020-2026)

8.10.2020 - (05243/2020 – C9-0073/2020 – 2020/0002(NLE)) - ***

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Caroline Roose

Proċedura : 2020/0002(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0185/2020
Testi mressqa :
A9-0185/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu (2020-2026)

(05243/2020 – C9-0073/2020 – 2020/0002(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05243/2020),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) (05246/2020),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0073/2020),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta'...[1] dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0185/2020),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.


 

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea ffirmat ftehim ta' sħubija ġdid dwar is-sajd sostenibbli (SFPA) mar-Repubblika tas-Seychelles u protokoll tiegħu li jimplimentah; it-tnejn li huma se jkunu fis-seħħ għal perjodu ta' sitt snin (2020-2026). Il-ftehim preċedenti UE-Seychelles kien ġie ffirmat u daħal fis-seħħ fl-2007 u, fil-passat, ġie mġedded awtomatikament. Il-protokoll ta' implimentazzjoni preċedenti kien fis-seħħ ukoll għal sitt snin, bejn Jannar 2014 u Jannar 2020.

Dan il-ftehim jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-UE għall-ilmijiet tas-Seychelles. Bi skambju mad-drittijiet tas-sajd, l-Unjoni Ewropea tipprovdi għajnuna finanzjarja u teknika lis-Seychelles. L-UE u s-Seychelles qablu wkoll dwar sett ta' mekkaniżmi u regoli mfassla bil-għan li jippromwovu s-sajd sostenibbli, inkluż billi jtejbu l-kontroll tas-sajd u l-ġbir tad-data, billi jsaħħu l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), u permezz ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li tagħhom kemm l-UE kif ukoll is-Seychelles huma membri.

F'termini finanzjarji, il-ftehim UE-Seychelles huwa l-ħames ftehim l-aktar importanti tal-UE dwar is-sajd fis-seħħ u l-aktar wieħed importanti tagħha fl-Oċean Indjan.

Il-kontenut tal-ftehim u l-protokoll

F'konformità mal-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti mill-2014 u r-regoli dwar l-SFPAs, il-ftehim il-ġdid u l-protokoll tiegħu jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu rrispettati l-prinċipji tas-sostenibbiltà u li jsir sajd biss tal-ħut żejjed, li jrid jiġi kkalkulat abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli.

 

Opportunitajiet tas-sajd

Il-ftehim bejn l-UE u s-Seychelles huwa ftehim dwar it-tonn. Huwa jagħti drittijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE li prinċipalment jistadu għall-ispeċijiet differenti ta' tonn li jinsabu fl-ilmijiet tas-Seychelles.

Il-protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għal 40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun tal-borża (l-istess ammont bħall-protokoll preċedenti), tmien bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ (żewġ bastiment aktar mill-protokoll preċedenti) u bastimenti ta' appoġġ, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC).

Skont il-valutazzjoni tal-impatt ex post/ex ante dwar il-ftehim UE-Seychelles, ir-rata medja ta' utilizzazzjoni tal-ftehim preċedenti kienet 69 % għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u 7 % għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

 

Appoġġ finanzjarju

L-UE tipprovdi lis-Seychelles b'EUR 5,3 miljun fis-sena, li minnhom f'EUR 2,5 miljuni huma għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd u EUR 2,8 miljuni huma biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tas-Seychelles.

Il-ftehim jistabbilixxi li l-appoġġ settorjali jinkludi miżuri ta' ġestjoni u appoġġ għas-sajd, inkluż għas-sajd fuq skala żgħira u l-akkwakultura, il-ġestjoni ta' kwistjonijiet tas-saħħa u ta' kwalità, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd, l-indirizzar tas-sajd IUU, il-promozzjoni tal-kapaċità xjentifika, b'mod partikolari fir-rigward tad-data dwar il-qabdiet u t-titjib tal-infrastruttura.

Il-bastimenti li jistadu fil-qafas ta' dan il-ftehim jeħtiġilhom jħallsu EUR 80 għal kull tunnellata ta' ħut maqbud matul l-ewwel sentejn tal-ftehim u EUR 85 matul l-erba' snin ta' wara. Din il-kontribuzzjoni mis-sidien tal-bastimenti hija mistennija li tammonta għal madwar EUR 26,4 miljun għas-sitt snin li matulhom il-Protokoll se jkun fis-seħħ.

 

Is-settur tas-sajd u r-riżorsi fis-Seychelles u fl-Oċean Indjan

Is-settur tas-sajd tas-Seychelles huwa żviluppat sew. Huwa jifforma parti importanti mill-ekonomija tas-Seychelles, meta jitqies li jirrappreżenta kważi 90 % tal-esportazzjonijiet tiegħu, u għandu rwol ewlieni fis-sikurezza tal-ikel. Waħda mill-karatteristiċi li jiddistingwu s-settur hija li jinkorpora speċijiet migratorji, bħat-tonn, li jistadu għalih ukoll il-bastimenti Ewropej.

Il-livelli tal-bijomassa huma għoljin fiż-żoni ta' sajd tas-Seychelles. Dawn iż-żoni huma parti mir-rotot migratorji li jsegwi ħut pelaġiku kbir bħall-palamit, it-tonn isfar u t-tonn obeż. Għalkemm il-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-IOTC fl-Oċean Indjan ikkonkludiet li l-istokkijiet tal-palamit u tat-tonn obeż jinsabu fi stat tajjeb, l-istokkijiet tat-tonn isfar ilhom is-snin taħt li limitu ta' twissija, peress li jsir sajd eċċessiv tat-tonn isfar.

Fl-2015, il-Kumitat Xjentifika tal-IOTC beda jirrakkomanda li l-qabdiet tat-tonn isfar jitnaqqsu b'20 %. Huwa tenna din ir-rakkomandazzjoni fl-2018, iżda ma ġietx segwita.

Is-settur tas-sajd, inklużi l-flotot barranin, huwa wkoll sors importanti ta' impjiegi fis-Seychelles, partikolarment l-ingaġġ tal-baħrin u l-industrija tal-ipproċessar.

 

Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

L-SFPA jeħtieġlu jiżgura li l-flotta Ewropea awtorizzata biex tistad fl-ilmijiet tas-Seychelles tkun konformi mal-għanijiet ta' sostenibbiltà u ta' ħarsien ambjentali u li ma tagħmilx ħsara lill-bijodiversità tal-baħar. B'hekk, dan ifisser li l-bastimenti Ewropej jistgħu jistadu biss għall-ħut żejjed, ikkalkulat fuq il-bażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Huwa tal-akbar importanza li dan il-ftehim ikun kompatibbli mal-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni stabbiliti, b'mod partikolari l-miżuri tal-IOTC, u li l-ftehim jikkontribwixxi għalihom. F'dan ir-rigward, huwa partikolarment pożittiv il-fatt li ż-żewġ partijiet għandhom l-intenzjoni li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fi ħdan il-qafas tal-IOTC.

Il-ftehim jippromwovi wkoll kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika aktar mill-qrib bejn l-UE u s-Seychelles, li għandha timmira lejn is-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd.

Meta titqies ir-rata ta' utilizzazzjoni tal-ftehim u l-istat prekarju ta' wħud mill-istokkijiet, huwa ta' diżappunt li l-għadd ta' bastimenti awtorizzati ma tnaqqasx. Jekk ma jsirx tnaqqis f'dan l-ammont, dan jista' jwassal għal żieda fil-kapaċità tas-sajd fir-reġjun, b'riżultati diżastrużi. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni jeħtiġilha tieħu miżuri ġodda favur il-konservazzjoni tat-tonn isfar.

Bil-għan li jitrażżnu drastikament il-qabdiet aċċessorji u l-qabdiet ta' ħut li jkun għadu qed jikber, is-selettività trid titjieb. Hija ħaġa pożittiva li l-miżuri tal-IOTC imfassla biex jiġi limitat l-għadd ta' bastimenti ta' appoġġ u l-kannizzati (FADs) ġew ikkunsidrati, iżda dawn il-miżuri waħedhom mhux se jkunu biżżejjed biex itaffu l-impatt negattiv tal-kannizzati fuq ir-riżorsi tas-sajd u t-tniġġis tal-baħar. Huma meħtieġa passi deċiżivi biex jitnaqqas l-għadd ta' kannizzati u ta' bastimenti ta' appoġġ.

Il-ġbir ta' data affidabbli u preċiża huwa prerekwiżit għall-ġestjoni sostenibbli tas-sajd. Għalhekk, huwa importanti li l-ftehim jgħin biex jitjiebu l-ġbir, il-kondiviżjoni u l-ipproċessar tad-data, partikolarment dwar il-qabdiet u l-istat tal-istokkijiet. Il-monitoraġġ u l-kontroll tas-sajd huma essenzjali biex jiġi żgurat li r-regoli fis-seħħ jiġu effettivament applikati. F'dan ir-rigward, il-possibbiltà introdotta mill-ftehim UE-Seychelles ta' spezzjonijiet konġunti ta' bastimenti Ewropej hija pass pożittiv ħafna. L-istandards jistgħu jittejbu għall-flotta barranija sħiħa li tistad fis-Seychelles b'riżultat tal-impenn tal-pajjiż, kif previst fil-ftehim, li jippubblika l-ftehimiet u l-liċenzji tas-sajd kollha mogħtija lid-dgħajjes li mhumiex tas-Seychelles u b'riżultat tal-klawsola li tiżgura li bastimenti oħra barranin ma jirċevux kundizzjonijiet aktar favorevoli mill-bastimenti Ewropej. Huwa sinifikanti li parti mdaqqsa tal-appoġġ settorjali previst fil-ftehim ikun dirett lejn it-tisħiħ tal-kapaċità tal-pajjiż li jindirizza s-sajd IUU.

Il-ftehim għandu jkun ukoll ta' benefiċċju għas-settur tas-sajd tas-Seychelles, b'mod partikolari l-operaturi fuq skala żgħira. L-appoġġ settorjali għandu jkun aktar immirat u jiffinanzja biss miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sajd lokali, biex jiġi żgurat li s-sajd jiġi ġestit kif xieraq u jittejbu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza. Għandha tingħata importanza partikolari lit-tisħiħ tat-taħriġ tal-baħrin tas-Seychelles, b'mod partikolari rigward l-aspetti ta' sikurezza abbord. Il-pubblikazzjoni ta' listi komprensivi ta' proġetti ffinanzjati mill-appoġġ settorjali u ż-żjarat fi proġetti bħal dawn minn osservaturi jikkostitwixxu pass kbir ħafna lejn aktar trasparenza u fiduċja. Aktar minn hekk, is-settur tas-sajd tas-Seychelles, fid-diversità kollha tiegħu, għandu jkun involut fin-negozjati dwar il-ftehim, kemm fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd, kif ukoll fir-rigward tal-appoġġ settorjali.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tenfasizza li l-Parlament jeħtieġlu jkun infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-ftehim, il-Protokoll tiegħu u, jekk ikun rilevanti, it-tiġdid tiegħu. Barra minn hekk, ir-rapporteur tenfasizza li l-użu kważi sistematiku tal-applikazzjoni proviżorja rigward il-ftehimiet internazzjonali, qabel ma l-Parlament ikun seta' japprovahom, imur kontra l-prinċipji tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u jimmina l-integrità demokratika tal-UE b'mod globali.


 

 

 

 

6.5.2020

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u tal-protokoll ta' implimentazzjoni tiegħu (2020-2026)

(05243/2020 – C9-0073/2020 – 2020/0002(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Lefteris Christoforou

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli[2] bejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Unjoni") u r-Repubblika tas-Seychelles daħal fis-seħħ fit-2 ta' Novembru 2007. Il-Protokoll ta' Implimentazzjoni ta' 6 snin[3] daħal fis-seħħ fit-18 ta' Jannar 2014 u skada fis-17 ta' Jannar 2020. Il-Kummissjoni mexxiet negozjati mal-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles biex tikkonkludi Ftehim ġdid u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u t-tnejn li huma ġew inizjalati fit-22 ta' Ottubru 2019.

In-negozjar ta' Ftehim ġdid mar-Repubblika tas-Seychelles huwa parti mill-azzjoni esterna tal-Unjoni mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (imsejħin "il-pajjiżi AKP") u jqis, b'mod partikolari, l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Ftehim il-ġdid iqis il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata[4].

Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona ta' sajd tas-Seychelles skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u filwaqt li jħares ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean tal-Indja (IOTC). L-għan huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tas-Seychelles jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fir-Repubblika tas-Seychelles u fl-Oċean Indjan, u li jippromwovu kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fl-attivitajiet tas-sajd.

Dan il-Protokoll ġdid iqis ir-riżultati ta' evalwazzjoni tal-Ftehim u l-Protokoll preċedenti (2014-2020) u ta' evalwazzjoni li tħares 'il quddiem dwar jekk għandhomx jiġu konklużi Ftehim u Protokoll ġodda. Dawn it-tnejn saru minn esperti esterni.

Il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

(a) 40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-borża;

(b) tmien bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ;

(c) bastimenti ta' appoġġ skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean tal-Indja.

Il-Protokoll ikopri perjodu ta' sitt snin mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, jiġifieri mid-data li fiha ġie ffirmat.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni hija ta' EUR 5 300 000, abbażi ta':

(a) ammont annwali ta' EUR 2 500 000 għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles, li jkun ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 50 000 tunnellata fis-sena għall-ispeċijiet li jpassu ħafna;

(b) ammont annwali ta' EUR 2 800 000 għall-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd fis-Seychelles. Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-Pjan komprensiv tas-Seychelles għall-qasam tas-sajd.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiġi stabbilit matul il-proċedura baġitarja annwali, inkluż għal-linja ta' riżerva għall-protokolli li jkun għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena[5].

Il-Ftehim il-ġdid jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni tkun awtorizzata tapprova, f'isem l-Unjoni, emendi għall-Protokoll adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit fl-ambitu tal-Ftehim.

 

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (2020-2026) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2020-2026)

Referenzi

05243/2020 – C9-0073/2020 – 2020/0002(NLE)

Kumitat responsabbli

 

PECH

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

9.3.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Lefteris Christoforou

28.1.2020

Eżami fil-kumitat

2.3.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.5.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valerie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Ioannis Lagos, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damian Boeselager, Petros Kokkalis

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

36

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

GUE/NGL

Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis

NI

Ioannis Lagos

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

RENEW

Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valerie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

VERTS/ALE

Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Francisco Guerreiro

 

1

-

ID

Hélène Laporte

 

4

0

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs

NI

Mislav Kolakušić

 

Tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjonijiet

 

 

 

 

 

 


 

29.5.2020

 

ITTRA TAL-KUMITAT ĠĦALL-IŻVILUPP

Pierre Karleskind,

President,

Kumitat għas-Sajd,

BRUSSELL.

Suġġett: Opinjoni dwar il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (għall-2020 sal-2026) (COM(2020)0002 – C9-0000/2020 – 2020/0002(NLE))

Għażiż Sur Karleskind,

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għall-Iżvilupp ingħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Mejju 2020, il-Kumitat iddeċieda li jibgħat l-opinjoni fil-forma ta' ittra.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp ikkunsidra l-kwistjoni matul il-laqgħa tiegħu tad-29 ta' Mejju 2020. Matul dik il-laqgħa, iddeċieda li jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (għall-2020 sal-2026).

 

Dejjem tiegħek,

Tomas Tobé

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2020-2026)

Referenzi

05243/2020 – C9-0073/2020 – 2020/0002(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

26.2.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

9.3.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

9.3.2020

BUDG

9.3.2020

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Caroline Roose

4.2.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.2.2020

18.5.2020

25.5.2020

 

Data tal-adozzjoni

1.10.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Aguilera, François-Xavier Bellamy, Izaskun Bilbao Barandica, Isabel Carvalhais, Rosanna Conte, Rosa D’Amato, Fredrick Federley, Giuseppe Ferrandino, João Ferreira, Francisco Guerreiro, Niclas Herbst, France Jamet, Pierre Karleskind, Predrag Fred Matić, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Grace O’Sullivan, Manuel Pizarro, Caroline Roose, Bert-Jan Ruissen, Annie Schreijer-Pierik, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Theodoros Zagorakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel Bompard, Nicolás González Casares, Valentino Grant

Data tat-tressiq

8.10.2020

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

 

21

+

ECR

Bert-Jan RUISSEN, Ruža TOMAŠIĆ

ID

Valentino GRANT, Rosanna CONTE

NI

Rosa D'AMATO

PPE

François-Xavier BELLAMY, Niclas HERBST, Francisco José  MILLÁN MON, Cláudia  MONTEIRO DE AGUIAR, Annie  SCHREIJER-PIERIK, Peter VAN DALEN, Theodoros ZAGORAKIS

RENEW

Izaskun BILBAO, Fredrick FEDERLEY, Pierre KARLESKIND

S&D

Clara AGUILERA, Isabel CARVALHAIS, Giuseppe FERRANDINO, Nicolás GONZALEZ CASARES, Predrag Fred MATIĆ, Manuel PIZARRO

 

2

-

GUE/NGL

Manuel BOMBARD

ID

France JAMET

 

4

0

ID

João FERREIRA

VERTS/ALE

Francisco GUERREIRO, Grace O'SULLIVAN, Caroline ROOSE

 

Tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Ottubru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza