<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19</Titre>
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19
–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2020)0491),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0285/2020)),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
–wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Ottubru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0190/2020),
1.Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2.Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titlu
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi dwar vetturi ta' tmiem is-serje tal-kategorija L b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19