RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli fl-Irlanda ta' Fuq

29.10.2020 - (COM(2020)0360 – C9-0279/2020 – 2020/0165(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Irene Tinagli
(Simplified procedure – Rule 52(1) of the Rules of Procedure)

Proċedura : 2020/0165(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0200/2020
Testi mressqa :
A9-0200/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli fl-Irlanda ta' Fuq

(COM(2020)0360 – C9-0279/2020 – 2020/0165(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0360),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0279/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0200/2020),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


 

NOTA SPJEGATTIVA

Mill-1 ta' Jannar 2021, il-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-UE ma tibqax tapplika fir-Renju Unit. Madankollu, abbażi tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq, li jifforma parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, l-Irlanda ta' Fuq tibqa' soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-VAT tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-merkanzija biex jiġi evitat li jkun hemm fruntiera fiżika bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Min-naħa l-oħra, fejn jidħlu s-servizzi, l-Irlanda ta' Fuq titqies li hi barra l-UE, flimkien mal-bqija tar-Renju Unit.

Sabiex is-sistema tal-VAT tal-UE taħdem tajjeb, huwa essenzjali li l-persuni taxxabbli li jfornu provvisti ta' merkanzija jew akkwisti ta' merkanzija intra-Komunitarja fl-Irlanda ta' Fuq jiġu identifikati għall-finijiet tal-VAT skont ir-regoli tal-UE.

Minn din il-perspettiva, huwa importanti li dawk il-persuni taxxabbli jiġu identifikati fl-Irlanda ta' Fuq permezz ta' numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-UE li jingħata skont ir-regoli tal-UE u li jkun differenti minn kull numru tal-identifikazzjoni tal-VAT tar-Renju Unit. Jista' jkun il-każ li dan in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-UE se jkollu jiġi attribwit flimkien man-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT li jintuża fir-Renju Unit, meta pereżempju, negozju jforni kemm merkanzija kif ukoll servizzi fl-Irlanda ta' Fuq.

Għan-negozji, b'mod partikolari dawk li huma involuti fin-negozju tal-merkanzija mill-Irlanda ta' Fuq u lejha, jeħtieġ ikun ċar u faċli biex wieħed jifhem liema regoli japplikaw, jiġifieri jekk hux dawk li hemm fis-seħħ fl-UE, inkella dawk fis-seħħ fir-Renju Unit. In-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-UE għandu rwol importanti fil-funzjonament tas-sistema tal-VAT tal-UE, eż. biex jiġġustifika l-eżenzjoni għall-hekk imsejħa "provvisti intra-Komunitarji" ta' merkanzija, biex jiddetermina l-proċeduri applikabbli għar-rifużjoni tal-VAT jew għal proċeduri oħra.

Għalhekk ġie propost li n-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT fl-Irlanda ta' Fuq ikollhom il-prefiss speċifiku "XI".

Ir-rapporteur tappoġġja din il-proposta, ma tqisx li temendaha u tipproponi li tiġi adottata l-opinjoni tal-PE skont proċedura simplifikata (l-Artikolu 52) sabiex il-proposta tkun tista' tiġi adottata malajr kemm jista' jkun qabel l-1 ta' Jannar 2021.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli fl-Irlanda ta’ Fuq

Referenzi

COM(2020)0360 – C9-0279/2020 – 2020/0165(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

28.8.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.9.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Irene Tinagli

7.9.2020

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

27.10.2020

Eżami fil-kumitat

27.10.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.10.2020

 

 

 

Data tat-tressiq

29.10.2020

 

 

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Novembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza