RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

10.11.2020 - (COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)) - ***I

Kumitat għall-Baġits
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteurs: Eider Gardiazabal, Siegfried Muresan, Dragos Pîslaru
(Proċedura b'kumitat konġunt – Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporteurs għal opinjoni (*):
Dragoș Pîslaru, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Pascal Canfin, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
François-Xavier Bellamy, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Roberts Zīle, Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2020/0104(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0214/2020
Testi mressqa :
A9-0214/2020
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0408),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0150/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0214/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[*]

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Skont l-Artikoli 120 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu l-politiki ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni u fil-kuntest tal-linji gwida ġenerali li l-Kunsill jifformula. Skont l-Artikolu 148 tat-TFUE, l-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw il-politiki tal-impjiegi li jqisu l-linji gwida għall-impjiegi. Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri hija għalhekk kwistjoni ta' tħassib komuni.

(2) L-Artikolu 175 tat-TFUE jiddisponi, fost l-oħrajn, li l-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom b'tali mod li jiksbu l-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174.

(2a) L-Artikolu 174 tat-TFUE jiddisponi li sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż ġenerali tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa u ssegwi l-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha. Jiddisponi wkoll li, b'mod partikolari, l-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti. Fost ir-reġjuni kkonċernati, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, liż-żoni affettwati mit-tranżizzjoni industrijali, lill-gżejjer, lir-reġjuni ultraperiferiċi u lir-reġjuni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b'densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna u r-reġjuni insulari, transfruntieri u muntanjużi u l-pożizzjoni tal-bidu u l-ispeċifiċitajiet tagħhom jenħtieġ li jitqiesu fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni.

(3) Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (is-Semestru Ewropew), inkluż il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima adottati fil-qafas tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, u l-pjanijiet għal tranżizzjoni ġusta, huma oqfsa biex jiġu identifikati l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-riformi bbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni, il-ġustizzja soċjali u distribuzzjoni ekwa tal-ġid jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll, bl-għan li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u tkabbir sostenibbli, jiġu żgurati l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-protezzjoni soċjali, u l-aċċess għalihom, jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli u jittejbu l-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini kollha. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta' investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawk ir-riformi. Meta jkun rilevanti, dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni.

(3a) Kif iddeskriviet il-Kummissjoni fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020 u l-Pakkett tar-Rebbiegħa u tas-Sajf tas-Semestru Ewropew 2020, is-Semestru Ewropew jenħtieġ li jgħin biex tinkiseb l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

(4) It-tifqigħa ▌tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi, soċjali u baġitarji għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti, effiċjenti u kkoordinat kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali sabiex jiġu ffaċċjati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku, l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali ġew amplifikati bil-COVID-19 u wasslu għal konsegwenzi asimmetriċi għall-Istati Membri. Il-kriżi tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji ▌sodi, sostenibbli u reżiljenti kif ukoll sistemi finanzjarji u ta' protezzjoni soċjali mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr b'mod ekwu u inklużiv. Nuqqas ta' reżiljenza jista' jwassal ukoll għal effetti konsegwenzjali negattivi tax-xokkijiet bejn l-Istati Membri jew fl-Unjoni kollha kemm hi, u b'hekk joħloq sfidi għall-konverġenza u għall-koeżjoni fl-Unjoni. F'dan ir-rigward, tnaqqis fl-infiq fuq l-edukazzjoni, il-kultura u l-kura tas-saħħa jista' jkun kontroproduċenti biex jinkiseb irkupru rapidu. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali u l-miżuri li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex ▌jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji u l-istrutturi soċjali tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti sostenibbli u li jsaħħu t-tkabbir biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji, ▌tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Istati Membri, jiżdiedu l-produttività u l-kompetittività u titnaqqas id-dipendenza fuq l-enerġija bbażata fuq il-karbonju. Għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw fid-direzzjoni t-tajba, u biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-diverġenzi fl-Unjoni.

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti sostenibbli u li jsaħħu t-tkabbir li jikkontribwixxu għall-koeżjoni u l-bini ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji, is-soċjetajiet u l-istituzzjonijiet nazzjonali, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir, b'mod li jkun kompatibbli mal-Ftehim ta' Pariġi, huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. ▌ Dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli, ekwu u inklużiv u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

(5a) L-Artikoli 2 u 8 tat-TFUE jiddisponu li, fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, inkluż l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, għalhekk jenħtieġ li jiġu implimentati fil-politiki u l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni.

(5b) In-nisa kienu fuq quddiem fil-kriżi tal-COVID-19, peress li jiffurmaw il-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa madwar l-Unjoni, u jibbilanċjaw ix-xogħol ta' kura mhux imħallas mar-responsabbiltajiet tal-impjieg tagħhom. Is-sitwazzjoni saret dejjem aktar diffiċli għall-ġenituri waħedhom, li 85 % minnhom huma nisa. L-investiment f'infrastruttura tal-kura robusta huwa wkoll essenzjali sabiex jiġu żgurati l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa, jinbnew soċjetajiet reżiljenti, jiġu miġġielda l-kundizzjonijiet prekarji f'settur iddominat min-nisa, tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, jiġu evitati l-faqar u l-esklużjoni soċjali, minbarra li għandu effett pożittiv fuq il-Prodott Domestiku Gross, peress li jippermetti lil aktar nisa jkollhom xogħol imħallas.

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Fid-dawl ta' dan, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment strateġiku pubbliku u privat b'valur miżjud Ewropew, jiġu mmitigati l-effetti tal-pandemija biex jiġi aċċellerat l-irkupru, jingħata kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali, jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul b'riżultati tanġibbli fl-ekonomija reali, kif ukoll jissaħħu r-reżiljenza istituzzjonali u t-tħejjija għall-kriżijiet. L-investiment f'teknoloġiji ekoloġiċi u diġitali, ir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), inkluż f'ekonomija bbażata fuq l-għarfien, kapaċitajiet u proċessi li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ċirkolari u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huma importanti biex jinkiseb it-tkabbir ekwu, inklużiv u sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. Tali investimenti jgħinu wkoll biex l-Unjoni ▌ssir ▌iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-ktajjen ewlenin tal-provvista. Huwa daqstant importanti li jsir investiment f'servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u f'servizzi soċjali ta' interess ġenerali sabiex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni soċjali.

(6a) L-irkupru jenħtieġ li jinkiseb u r-reżiljenza tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li tissaħħaħ permezz tal-finanzjament ta' sitt prijoritajiet Ewropej, jiġifieri t-tranżizzjoni ekoloġika ġusta, it-trasformazzjoni diġitali, il-koeżjoni ekonomika, il-produttività u l-kompetittività, il-koeżjoni soċjali u territorjali, ir-reżiljenza istituzzjonali u politiki biex ikun żgurat li l-ġenerazzjoni li jmiss ta' Ewropej ma ssirx "ġenerazzjoni ta' lockdown".

(6b) L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u riformi ekoloġiċi li għandhom l-għan li jassistu t-tranżizzjoni ekoloġika ġusta, jagħtu spinta lit-tranżizzjoni għall-enerġija sostenibbli, is-sigurtà u l-effiċjenza fl-akkomodazzjoni u f'setturi ewlenin oħra tal-ekonomija huwa importanti sabiex jingħata kontribut għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tal-ekonomija u l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, tiġi promossa l-bijodiversità, jinkiseb tkabbir sostenibbli, isir avvanz fl-ekonomija ċirkolari u jkun ta' għajnuna biex jinħolqu l-impjiegi.

(6c) L-investiment fit-teknoloġiji, l-infrastruttura u l-proċessi diġitali jżid il-kompetittività tal-Unjoni fil-livell globali u jgħin ukoll biex l-Unjoni ssir aktar reżiljenti, aktar innovattiva u inqas dipendenti billi jiddiversifika l-ktajjen tal-provvista ewlenin. Ir-riformi u l-investimenti jenħtieġ li jippromwovu b'mod partikolari d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi, l-iżvilupp ta' infrastruttura diġitali u tad-data, raggruppamenti u ċentri ta' innovazzjoni diġitali u soluzzjonijiet diġitali miftuħa. It-tranżizzjoni diġitali jenħtieġ li tinċentiva wkoll id-diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). L-akkwist pubbliku jenħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tal-interoperabbiltà, tal-effiċjenza enerġetika u tal-protezzjoni tad-data personali, filwaqt li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-SMEs u tan-negozji ġodda u jippromwovi l-użu ta' soluzzjonijiet b'sors miftuħ.

(6d) Ir-riformi u l-investimenti bl-għan li jżidu l-koeżjoni ekonomika u l-produttività, li jappoġġaw lill-SMEs, li jsaħħu s-Suq Uniku u jtejbu l-kompetittività jenħtieġ li jippermettu rkupru sostenibbli tal-ekonomija tal-Unjoni. Dawk ir-riformi u l-investimenti jenħtieġ li jippromwovu wkoll l-intraprenditorija, l-ekonomija soċjali, l-iżvilupp ta' infrastruttura u trasport sostenibbli u l-industrijalizzazzjoni u r-reindustrijalizzazzjoni, u jtaffu l-effett tal-kriżi fuq il-proċess tal-adozzjoni tal-munita unika mill-Istati Membri applikanti li mhumiex fiż-żona tal-euro.

(6da) Ir-riformi u l-investimenti jenħtieġ ukoll li jtejbu l-koeżjoni soċjali u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-faqar u l-indirizzar tal-qgħad. Jenħtieġ li jwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja u stabbli, l-inklużjoni ta' gruppi żvantaġġati u kategoriji ta' ċittadini, jippermettu t-tisħiħ tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali, id-djalogu soċjali, u l-protezzjoni u l-benessri soċjali. Tali miżuri huma ta' importanza fundamentali biex l-ekonomiji tagħna jirkupraw filwaqt li ħadd ma jitħalla lura.

(6e) L-Unjoni jenħtieġ li tieħu azzjonijiet biex tiżgura li l-ġenerazzjoni li jmiss ta' Ewropej ma tiġix affettwata b'mod permanenti mill-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u li d-distakk ġenerazzjonali ma jikbirx aktar. Ir-riformi u l-investimenti huma essenzjali għall-promozzjoni tal-edukazzjoni u l-ħiliet, inklużi l-ħiliet diġitali, ir-rwol tal-ħiliet permezz tad-definizzjoni tal-prijoritajiet fil-livell ġenerazzjonali għat-titjib tal-ħiliet, it-taħriġ mill-ġdid u rikwalifikazzjoni tal-forza tax-xogħol attiva, il-programm ta' integrazzjoni għal dawk qiegħda, il-politiki ta' investiment fl-aċċess u fl-opportunità għat-tfal u ż-żgħażagħ relatati mal-edukazzjoni, is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-impjiegi u l-akkomodazzjoni, u l-politiki li jeliminaw id-distakk ġenerazzjonali.

(6f) Il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat ukoll l-importanza tat-tisħiħ tar-reżiljenza istituzzjonali u amministrattiva u tat-tħejjija għall-kriżijiet, b'mod partikolari permezz tat-titjib tal-kontinwità tal-operat u tas-servizz pubbliku, u l-aċċessibbiltà u l-kapaċità tas-sistemi tas-saħħa u l-kura, tat-titjib tal-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika u s-sistemi nazzjonali, inkluża l-minimizzazzjoni tal-piż amministrattiv, u tat-titjib tal-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji kif ukoll is-superviżjoni tal-prevenzjoni tal-frodi u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Jenħtieġ li jinkisbu tagħlimiet u li tiżdied ir-reżiljenza istituzzjonali tal-Istati Membri.

(6g) Mill-inqas 40 % tal-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità, filwaqt li jitqies li mill-inqas 37 % tal-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jiġi dirett għall-finanzjament tal-integrazzjoni tal-klima. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025.

(6h) Mill-inqas 20 % tal-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-Istrateġija Diġitali Ewropea u l-kisba ta' Suq Uniku Diġitali bl-għan li tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni fil-livell globali u li jgħin biex l-Unjoni ssir aktar reżiljenti, aktar innovattiva u strateġikament awtonoma.

(6i) Mill-inqas 7 % tal-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jikkontribwixxi għal miżuri ta' investiment u riforma li jaqgħu taħt kull waħda mis-sitt prijoritajiet Ewropej, filwaqt li l-allokazzjoni finanzjarja sħiħa tal-Faċilità jenħtieġ li taqa' taħt is-sitt prijoritajiet Ewropej.

(6j) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun li jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi tas-sitt prijoritajiet Ewropej identifikati fl-ambitu tar-Regolament permezz tal-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-politiki tal-Unjoni, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Ftehim ta' Pariġi, u għat-tisħiħ tas-Suq Uniku. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali ▌biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19 u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

(6k) Il-Faċilità jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-irkupru u r-reżiljenza permezz ta' riformi u investimenti li jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà, id-demografija, u b'mod partikolari t-tfal, iż-żgħażagħ u l-gruppi vulnerabbli, permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ittejjeb l-ambjent tan-negozju, l-oqfsa ta' insolvenza, il-ġlieda kontra prattiki tat-taxxa aggressivi, timmodernizza l-ekonomiji u l-industrija tagħna, ir-R&I, l-infrastruttura u l-konnettività sostenibbli diġitali, tal-enerġija u tat-trasport. Il-Faċilità jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari sostenibbli, tappoġġa l-intraprenditorija inklużi l-SMEs, is-setturi tas-saħħa u tal-kura, il-kultura u l-midja, l-isport, it-turiżmu u l-ospitalità, is-setturi tal-agrikoltura u agroalimentari, issaħħaħ il-bijodiversità u l-protezzjoni ambjentali, il-ktajjen tal-provvista tal-ikel, trawwem it-tranżizzjoni ekoloġika permezz tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u tikkontribwixxi għall-investiment f'akkomodazzjoni sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Ir-riformi u l-investimenti jenħtieġ li jsaħħu s-sistemi tal-protezzjoni u l-benessri soċjali, l-amministrazzjoni u s-servizzi pubbliċi ta' interessi ġenerali, inklużi l-ġustizzja u d-demokrazija, u jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi.

(6l) Il-kriżi tal-COVID-19 għandha konsegwenzi serji għall-attivitajiet soċjali fl-Istati Membri kollha. Is-setturi tal-edukazzjoni, kulturali u kreattivi, kif ukoll l-ospitalità u t-turiżmu waqfu joperaw. L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jinvestu wkoll f'dawk l-oqsma ta' importanza fundamentali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jiddedikaw mill-inqas 2 % tal-baġit globali għas-setturi kulturali u kreattivi u 10 % għal investimenti f'edukazzjoni ta' kwalità u inklużiva.

(7) Fil-preżent, ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b'rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri b'rispons għal kriżi tal-portata tal-kriżi tal-COVID-19. L-irkupru tal-ekonomija tal-Unjoni inġenerali jista' jinkiseb, inkluż permezz tat-twassil tal-investimenti u l-orjentazzjoni tar-riformi lejn l-istrateġiji u l-isfidi eżistenti tal-UE, inkluż, iżda mhux limitat għal, dawk identifikati fis-Semestru Ewropew, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima adottati fil-qafas tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, u fil-pjanijiet għal tranżizzjoni ġusta, bil-ħsieb li jkun hemm impatt dejjiemi fuq ir-reżiljenza tal-Istati Membri.

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan, il-Faċilità jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-qafas ta' dan ir-Regolament biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi sostenibbli u tal-investiment pubbliku u privat relatat fl-Istati Membri bħala strument dedikat imfassal biex jindirizza l-effetti u l-konsegwenzi negattivi tal-kriżi tal-COVID-19 fl-Unjoni. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra. Il-Faċilità tista' tinkludi wkoll miżuri li jinċentivaw l-investiment privat permezz ta' skemi ta' appoġġ, inkluż permezz ta' strumenti finanzjarji, sussidji, jew skemi simili, dment li jkun hemm konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Faċilità tista' tinkludi wkoll miżuri li jippromwovu l-iżvilupp ta' banek promozzjonali nazzjonali.

(9) Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni fl-ambitu ta' dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqies ir-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3]  (ir-Regolament Finanzjarju).

(9a) Il-miżuri li għandhom l-għan li jrawmu l-irkupru mix-xokk soċjali u ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 jenħtieġ li jkunu ggwidati mill-prinċipji ta' reżiljenza u sostenibbiltà ekoloġika u soċjali. Jenħtieġ li jkollhom l-għan ukoll li jikkombinaw il-ħtieġa ta' urġenza ma' perspettiva fit-tul. Il-miżuri li kienu appoġġati minn evidenza xjentifika b'saħħitha u ftehim politiku u soċjali wiesa' jenħtieġ li ma jiġux imdgħajfa jew posposti, iżda jenħtieġ li jibqgħu jingħataw prijorità.

(10) F'konformità mar-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, il-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza fil-qafas tal-Faċilità ▌jenħtieġ li jittieħdu biex jindirizzaw l-impatt soċjali u ekonomiku bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li tali riżorsi addizzjonali jintużaw b'tali mod li jiżguraw il-konformità mal-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament [EURI].

(10a) Jenħtieġ li l-Faċilità tappoġġa proġetti li jirrispettaw il-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni u li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew ġenwin. Jenħtieġ li l-Faċilità ma tkunx sostitut għan-nefqiet nazzjonali rikorrenti u jenħtieġ li ma tmurx kontra l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li ma tiffinanzjax pjanijiet ta' investiment ta' pajjiżi terzi.

(10b) Il-valur miżjud Ewropew jenħtieġ li jirriżulta mill-interazzjoni u mill-interkonnessjonijiet bejn is-sitt prijoritajiet Ewropej, u jenħtieġ li jiġġenera koerenza u sinerġiji, u jipprovdi gwadanji ta' koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effikaċja akbar u komplementarjetajiet.

(10c) Waħda mit-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 hija li l-Unjoni jenħtieġ li tiddiversifika l-ktajjen tal-provvista kritiċi u għalhekk wieħed mill-objettivi tal-Faċilità jenħtieġ li jkun li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni.

(10d) L-ammonti ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet diżimpenjati mhux użati jenħtieġ li jintużaw biex jirrinforzaw programmi b'valur miżjud Ewropew, b'mod partikolari taħt ġestjoni diretta, bħal dawk fl-oqsma tar-R&I, l-edukazzjoni u l-infrastruttura, fost oħrajn.

(10e) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jaħdmu f'sinerġija mal-Programm InvestEU, u jistgħu jippermettu kontribuzzjonijiet lill-kompartiment tal-Istati Membri fl-ambitu tal-Programm InvestEU, b'mod partikolari għas-solvenza ta' kumpaniji stabbiliti fl-Istati Membri kkonċernati. Il-pjanijiet jistgħu jippermettu wkoll kontribuzzjonijiet lill-programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) taħt ġestjoni diretta għat-tfal, iż-żgħażagħ, inkluż Erasmus, il-kultura, kif ukoll ir-R&I, inkluż Orizzont Ewropa.

(10f) Next Generation EU jenħtieġ li ma jsirx piż finanzjarju għall-ġenerazzjonijiet li jmiss u jenħtieġ li jitħallas lura mir-riżorsi proprji l-ġodda tal-Unjoni. Barra minn hekk, huwa kruċjali li s-self imġarrab fil-kuntest ta' Next Generation EU jitħallas lura fi żmien debitu.

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb mira ġenerali li 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni tkun tappoġġa objettivi klimatiċi, u mira ġenerali li 10 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni tkun tappoġġa objettivi relatati mal-bijodiversità. Fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-appoġġ u l-emanċipazzjoni tal-ħaddiema li jistgħu jbatu minħabba l-konsegwenza tat-tranżizzjonijiet, b'mod partikolari billi jimplimentaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jiddefendu l-prinċipju tan-negozjar kollettiv.

(15) Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi appoġġ finanzjarju bil-għan li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri ċari tar-riformi u tal-investimenti stabbiliti fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li dak l-objettiv speċifiku jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti, rilevanti, effettiv u effiċjenti għall-irkupru u r-reżiljenza. ▌

(16a) Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jkun fih spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-pjanijiet u l-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza se jikkontribwixxu għal kull waħda mis-sitt prijoritajiet Ewropej, inklużi l-allokazzjonijiet baġitarji minimi rispettivi u ġenerali.

(16b) Il-pjan jenħtieġ li jispjega wkoll kif jikkontribwixxi għall-politiki tal-Unjoni, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Ftehim ta' Pariġi u t-tisħiħ tas-Suq Uniku, u kif ma jmurx kontrihom. Il-pjan jenħtieġ li jispjega wkoll kif jikkontribwixxi għall-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni, ma jissostitwixxix in-nefqa baġitarja nazzjonali, jirrispetta l-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni u l-prinċipju ta' "tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti", u kif ma jmur kontra xejn minn dan. Jenħtieġ li jispjega kif inhu konsistenti mal-prinċipji tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025.

(16c) Il-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li ma jaffettwax id-dritt li jiġu konklużi jew infurzati ftehimiet kollettivi jew li tittieħed azzjoni kollettiva f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u mad-dritt u l-prattiki tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

(16d) Il-pjan jenħtieġ li jispjega kif jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti għall-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. F'każ li Stat Membru jkun qed jesperjenza żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi kif konkluż mill-Kummissjoni wara analiżi fil-fond, il-pjan jenħtieġ li jkun fih spjegazzjoni tal-mod kif ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4] huma kompatibbli mal-pjanijiet. Il-pjan jenħtieġ li jiddeskrivi l-istadji importanti ċari, il-miri u l-iskeda ta' żmien previsti għall-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investimenti.

(16e) Il-pjan jenħtieġ li jirrappreżenta pakkett komprensiv ta' riformi u investiment u jiġġustifika l-koerenza tiegħu. Il-pjan jenħtieġ li jiddeskrivi l-proġetti previsti ta' investiment pubbliku u privat, u l-perjodu ta' investiment relatat kif ukoll referenzi għall-involviment ta' sħab privati, meta jkun rilevanti. Il-pjan jenħtieġ li jiddeskrivi l-kost totali stmat tar-riformi u l-investimenti. Jenħtieġ li jkun fih, meta jkun rilevanti, informazzjoni dwar finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni u r-rabta ma' riformi preċedenti jew ippjanati fil-qafas tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali jew tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku u informazzjoni dwar il-miżuri ta' akkumpanjament li jistgħu jkunu meħtieġa, inkluża skeda ta' żmien tal-azzjonijiet politiċi kollha.

(16f) Peress li l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma l-eqreb taċ-ċittadini tagħhom, u għandhom esperjenza diretta rigward il-ħtiġijiet u l-problemi tal-komunitajiet u l-ekonomiji lokali, huma għandhom rwol kruċjali fl-irkupru ekonomiku u soċjali. Filwaqt li jitqies dan, jenħtieġ li jkunu involuti mill-qrib fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, inkluż fit-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif ukoll fil-ġestjoni tal-proġetti fl-ambitu tal-Faċilità. Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-kisba tal-irkupru u r-reżiljenza, parti mir-riżorsi tal-Faċilità jenħtieġ li tiġi implimentata minnhom, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-Istat Membru.

(16g) Il-pjan jenħtieġ li jiddeskrivi, meta jkun xieraq, it-talba għal appoġġ għal self u l-istadji importanti addizzjonali.

(16h) Il-pjan jenħtieġ li jkun fih spjegazzjoni tal-pjanijiet, tas-sistemi u tal-miżuri konkreti tal-Istati Membri biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw kunflitti ta' interess, korruzzjoni u frodi meta jintużaw il-fondi kif derivati mill-Faċilità.

(16i) Il-pjan jenħtieġ li jkun fih dettalji ta' arranġamenti magħmula mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-intrapriżi benefiċjarji ma jkunux involuti f'xi arranġament fiskali rapportabbli skont id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822[5] fir-rigward ta' arranġamenti transfruntieri.

(16j) Meta jkun rilevanti, il-pjanijiet jenħtieġ li jinkludu investimenti fi proġetti transfruntieri jew pan-Ewropej biex jappoġġaw il-kooperazzjoni Ewropea.

 L-Istati Membri kollha li jibbenefikaw mill-Faċilità jenħtieġ li jirrispettaw u jippromwovu l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tibda s-sospensjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn jew ta' pagament għall-Istati Membri fl-ambitu tal-Faċilità f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fejn dawn jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Faċilità jenħtieġ li tipprevedi regoli u proċeduri ċari dwar il-bidu tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni jew dwar it-tneħħija tiegħu. F'dan ir-rigward, il-proċedura biex tinbeda s-sospensjoni tal-finanzjament fl-ambitu tal-Faċilità u t-tqegħid sussegwenti tiegħu f'riżerva jenħtieġ li tiġi mblukkata biss jekk maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill jew maġġoranza fil-Parlament Ewropew topponiha. Il-pagamenti lill-benefiċjarji finali, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jenħtieġ li jkomplu.

(16l) Il-miżuri li jibdew mill-1 ta' Frar 2020 relatati mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19 jenħtieġ li jkunu eliġibbli.

(17) Fejn Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-Semestru Ewropew abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 472/2013[6], jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002[7], jenħtieġ li jkun possibbli li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jiġu applikati għall-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet, soġġetti għall-miżuri stabbiliti skont dan ir-regolament.

(18) Għall-finijiet ta' informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jiddiskutu, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru, tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta' aġġustament fl-Unjoni. Sabiex tkun żgurata evidenza xierqa, jenħtieġ li din id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika tal-Kummissjoni disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill fl-istess ħin u b'termini ugwali. Jenħtieġ li fil-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew isir Djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza mfassal skont id-djalogu ekonomiku strutturat eżistenti sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont.

(19) Sabiex tiġi żgurata kontribuzzjoni finanzjarja proporzjonata għall-bżonnijiet effettivi tal-Istati Membri biex iwettqu u jlestu r-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, huwa xieraq li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja massima li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-qafas tal-Faċilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli). Fl-2021 u l-2022, jenħtieġ li dik il-kontribuzzjoni massima tkun ikkalkolata fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita u r-rata tal-qgħad relattiva ta' kull Stat Membru għall-perjodu 2015-2019. Fl-2023 u l-2024, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja massima jenħtieġ li tkun ikkalkolata fuq il-bażi tal-popolazzjoni, il-PDG invers, u t-telf kumulattiv fil-PDG reali osservat matul il-perjodu bejn l-2020 u l-2021, meta mqabbel mal-2019.

(20) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit proċess għall-preżentazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri, u l-kontenut tagħhom. Bil-għan li tiġi żgurata l-espedjenza tal-proċeduri, jenħtieġ li Stat Membru jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza sa mhux iktar tard mit-30 ta' April, bħala anness separat tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, jenħtieġ li l-Istat Membru jippreżenta l-abbozz tal-pjan flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena li ġejja fil-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel. Għat-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-Istrument ta' Appoġġ Tekniku f'konformità mar-Regolament XX/SSSS [li jistabbilixxi l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku].

(20a) Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis is-sinerġiji maħluqa bejn il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' Stati Membri differenti u l-komplementarjetà bejn dawk il-pjanijiet u pjanijiet ta' investiment oħra fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha, fejn rilevanti, tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-Unjoni kollha biex tiġbor il-fehmiet tagħhom dwar is-sjieda, il-konsistenza u l-effikaċja tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi wkoll valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri tal-pjan imwettaq minn espert indipendenti jew tipproċedi għal din il-valutazzjoni hija stess.

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u jenħtieġ li tqis ukoll is-sinerġiji maħluqa bejn il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' Stati Membri differenti u l-komplementarjetà bejn dawk il-pjanijiet u pjanijiet oħra ta' investiment fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza abbażi ta' lista ta' rekwiżiti u lista ta' kriterji li jenħtieġ li jagħtu prova tal-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tagħhom u għal dak il-għan, jenħtieġ li jqisu l-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat ▌.

(23) Jenħtieġ li jiġu stabbiliti linji gwida xierqa, bħala Anness ta' dan ir-Regolament, biex iservu bħala bażi għall-Kummissjoni biex tivvaluta b'mod trasparenti u ekwu l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u biex tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-objettivi u ma' kwalunkwe rekwiżit rilevanti ieħor stabbiliti f'dan ir-Regolament. Fl-interess tat-trasparenza u l-effiċjenza, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għal dan il-għan. Il-punteġġi attribwiti għall-pjanijiet adottati jenħtieġ li jiġu żvelati.

(24) Għall-finijiet tat-tħejjija ta' pjanijiet ta' kwalità għolja u biex il-Kummissjoni tkun assistita fil-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u fil-valutazzjoni tal-grad tal-kisba tagħhom, jenħtieġ li jkun previst l-użu ta' parir minn esperti u, fuq talba tal-Istat Membru, konsulenza bejn il-pari u appoġġ tekniku. Meta għarfien espert bħal dan jikkonċerna b'mod partikolari l-politiki relatati max-xogħol, jenħtieġ li jkunu involuti s-sħab soċjali.

(25) Għall-finijiet ta' semplifikazzjoni, id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li ssegwi kriterji sempliċi. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat. Il-finanzjament mill-Faċilità ma għandux jappoġġja miżuri li jnaqqsu d-dħul tal-gvern għal perjodu ta' żmien twil jew b'mod permanenti, bħat-tnaqqis fit-taxxi jew it-tnaqqis fl-imposti.

(26) Dment li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza b'mod sodisfaċenti l-kriterji ta' valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat il-kontribuzzjoni finanzjarja massima fejn il-kost totali stmat tar-riforma u tal-investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess jew ogħla minnu. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat ammont ugwali għall-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk dan il-kost totali stmat ikun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess. Jenħtieġ li ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jindirizzax b'mod sodisfaċenti l-kriterji tal-valutazzjoni. Kull meta l-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jindirizzax b'mod sodisfaċenti l-kriterji tal-valutazzjoni, jenħtieġ li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jippreżenta pjan rivedut.

(28) Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju għall-pjan ta' Stat Membru jkun possibbli fil-forma ta' self, bil-konklużjoni ta' ftehim ta' self mal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' talba debitament motivata mill-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li s-self li jsostni l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jingħata b'dati ta' maturità li jirriflettu n-natura fit-tul ta' dan l-infiq, filwaqt li jkollhom skeda ta' ħlas lura li tkun ċara u preċiża. Dawn id-dati ta' maturità jistgħu jvarjaw mid-dati ta' maturità tal-fondi li l-Unjoni tissellef fis-swieq kapitali biex tiffinanzja s-self. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta' deroga mill-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju, li jipprevedi li l-maturitajiet tas-self għall-assistenza finanzjarja jenħtieġ li ma jiġux ittrasformati.

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx is-6,8 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

(30) Stat Membru jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jagħmel talba motivata biex jiġi emendat il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fil-perjodu ta' implimentazzjoni, jekk iċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talba motivata u tieħu deċiżjoni ġdida fi żmien xahrejn. Jenħtieġ li l-Istat Membru jkun jista' jitlob, fi kwalunkwe ħin matul is-sena, assistenza permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku f'konformità mar-Regolament XX/SSSS [li jistabbilixxi l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku] għall-fini li jemenda jew jissostitwixxi l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

(30a) L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex inaqqsu ż-żmien tal-ipproċessar u jissemplifikaw il-proċeduri sabiex jiżguraw l-adozzjoni bla xkiel u rapida tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Faċilità.

(31) Għal raġunijiet ta' effiċjenza u semplifikazzjoni fil-ġestjoni finanzjarja tal-istrument, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jieħu l-forma ta' finanzjament ibbażat fuq il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għal stadji importanti u miri indikati fil-pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżiljenza. Għal dan il-għan, l-appoġġ addizzjonali għas-self jenħtieġ li jkun marbut mal-istadji importanti u l-miri addizzjonali meta mqabbla ma' dawk rilevanti għall-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ mhux ripagabbli). L-iżborżi jenħtieġ li jsiru biss mal-implimentazzjoni tal-istadji importanti rilevanti.

(32) Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja soda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, għall-kanċellazzjoni u għall-irkupru ta' fondi. Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jippreżentaw talbiet għall-pagamenti fuq bażi biannwali. Il-pagamenti jenħtieġ li jsiru b'mod rateali u jkunu bbażati fuq valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli prefinanzjament sa 20 % tal-appoġġ totali mill-Fondi stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni, kif ukoll it-tnaqqis u l-irkupru tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx ġie implimentat b'mod sodisfaċenti mill-Istat Membru jew fil-każ ta' irregolaritajiet serji, fosthom frodi, korruzzjoni u kunflitti ta' interess. Jenħtieġ li l-irkupru, fejn possibbli, jiġi żgurat permezz ta' tpaċija kontra l-iżborżi pendenti skont il-Faċilità. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu kummenti.

(32a) Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-funzjonament ta' sistemi ta' kontroll intern effettivi u effiċjenti u jirkupraw ammonti mħallsa jew użati ħażin b'mod mhux dovut. L-Istati Membri għandhom jiġbru data u informazzjoni li jippermettu l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta' irregolaritajiet serji, fosthom frodi, korruzzjoni u kunflitti ta' interess fir-rigward tal-miżuri appoġġjati mill-Faċilità.

(33) Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw fuq bażi biannwali fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu, fi kwalunkwe stadju, jisimgħu lir-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u kwalunkwe istituzzjoni u parti kkonċernata rilevanti oħra biex jiddiskutu l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament.

(34) Għall-finijiet ta' trasparenza, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni kif xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-viżibilità tal-infiq fl-ambitu tal-Faċilità billi tindika b'mod ċar li fuq il-proġetti appoġġjati jkun hemm immarkat il-kliem "Inizjattiva ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea".

(35) L-infiq fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jkun effiċjenti, filwaqt li jkollu impatt pożittiv doppju fuq l-irkupru tal-Ewropa mill-kriżi u fuq it-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija sostenibbli. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni, biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda u biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, l-azzjonijiet f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari mal-programmi attwali tal-Unjoni, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju għall-istess nefqa. B'mod partikolari, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni effettiva sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn is-sorsi ta' finanzjament u appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat meta jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni. L-appoġġ finanzjarju permezz tal-Faċilità jenħtieġ li jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt fondi u programmi oħra tal-Unjoni, u proġetti ta' riforma u investiment iffinanzjati mill-Faċilità jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu finanzjament minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kostijiet.

(36) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata l-Faċilità ▌fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrument fil-prattika. Jenħtieġ li tiġi stabbilita tabella ta' valutazzjoni ddedikata li għandha tikkomplementa t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali eżistenti u t-Tabella ta' Valutazzjoni eżistenti dwar il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku għal dak il-għan. L-infiq fl-ambitu tal-Faċilità għandu jkun soġġett għal proċedura ta' kwittanza ddedikata f'kapitolu separat tar-rapport ta' evalwazzjoni tal-kwittanza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 318 tat-TFUE. Id-data miġbura għall-finijiet ta' monitoraġġ jenħtieġ li tinġabar diżaggregata skont il-ġeneru.

(36a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Faċilità u li tidher quddiem il-Parlament Ewropew biex tipprovdi spjegazzjonijiet fejn meħtieġ, inkluż f'każijiet ta' negliġenza serja jew imġiba ħażina. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew jista' jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati.

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport biannwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-progress li sar mill-Istati Membri, inkluż l-istatus tal-implimentazzjoni tal-miri u tal-istadji importanti, skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

(38) Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-kisba tal-objettivi tal-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tagħha u l-valur miżjud tagħha. Jekk xieraq, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-istrumenti.

(38a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rieżamijiet tal-implimentazzjoni tal-Faċilità u tipproponi, jekk ikun xieraq, modifiki tar-Regolament sabiex jiġi żgurat impenn sħiħ tal-approprjazzjonijiet.

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati. Is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' azzjonijiet delegati. Wara l-adozzjoni ta' att delegat, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist, il-premju, l-implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-Unjoni.

(40) F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95[9], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[10] u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939[11], l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u jekk xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12]. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa, ir-riċevituri finali jew il-benefiċjarji tal-finanzjament mill-Faċilità għandhom jiġu żvelati. Għall-fini tal-awditjar u l-kontroll tal-użu tal-fondi, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni f'format elettroniku f'bażi tad-data unika, mingħajr ma jżidu piż amministrattiv bla bżonn.

(41) Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. Jenħtieġ li jingħataw rieżamijiet u aġġornamenti regolari dwar il-funzjonament tal-programm lill-Parlament Ewropew sabiex jiġu infurmati d-diskussjonijiet, pereżempju waqt il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

(42) Sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali u pakkett finanzjarju

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità").

Jistabbilixxi l-objettivi tiegħu, il-finanzjament, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. "Fondi tal-Unjoni" tfisser il-fondi koperti mir-Regolament (UE) SSS/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-suċċessur CPR][13];

2. "Kontribuzzjoni finanzjarja" tfisser appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli disponibbli għall-allokazzjoni jew allokat lill-Istati Membri fil-Faċilità; ▌

2a. "self mhux rotanti" tfisser self magħmul lil Stat Membru bi skeda ta' żmien fissa għall-ħlas lura permezz ta' pagamenti regolari;

3. "Semestru Ewropew ta' koordinazzjoni tal-politika ▌" jew "Semestru Ewropew tfisser il-proċess stabbilit mill-Artikolu 2-a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 ▌[14];

3a. "awtorità nazzjonali" tfisser awtorità pubblika waħda jew aktar fil-livell tal-gvern, inklużi awtoritajiet pubbliċi f'livelli reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet ta' Stati Membri fis-sens tal-Artikolu 2(42) tar-Regolament Finanzjarju, li tikkoopera fi spirtu ta' sħubija skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Istati Membri;

3b. "addizzjonalità" għall-fini ta' dan ir-Regolament tfisser konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-[Artikolu 209(2)(b)] tar-[Regolament Finanzjarju] u, jekk applikabbli, massimizzazzjoni tal-investiment privat f'konformità mal-[Artikolu 209(2)(d)] tar-[Regolament Finanzjarju];

3c. "stadji importanti" tfisser impenji ċari, kwalitattivi u kwantitattivi, miżurabbli u verifikabbli li Stat Membru jkun wettaq fil-kuntest tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza;

3d. "reżiljenza" tfisser il-kapaċità li jiġu ffaċċjati xokkijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali u bidliet strutturali persistenti li jirriżultaw minn kwalunkwe tip ta' kriżi b'mod ġust, sostenibbli u inklużiv, u l-promozzjoni tal-benesseri għal kulħadd;

3e. "ma ssirx ħsara sinifikanti" tfisser li ma jiġux appoġġjati jew imwettqa attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara sinifikanti lil kwalunkwe objettiv ambjentali, kif imsemmi, fejn rilevanti, fir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15] (ir-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE). Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa noti ta' gwida teknika dwar l-applikazzjoni prattika tal-prinċipju "tagħmilx ħsara sinifikanti", filwaqt li tqis dak ir-Regolament.

3f. "Objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni" tfisser l-objettivi u l-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) .../... [il-Liġi Ewropea dwar il-Klima].

Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità ▌stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal sitt prijoritajiet Ewropej strutturati f'pilastri kif ġej:

- it-tranżizzjoni ekoloġika ġusta, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku;

- it-trasformazzjoni diġitali, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali Ewropea;

- il-koeżjoni ekonomika, il-produttività u l-kompetittività, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Istrateġiji Industrijali u tal-SMEs;

- il-koeżjoni soċjali, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

- ir-reżiljenza istituzzjonali, bil-ħsieb li tiżdied il-kapaċità ta' reazzjoni u ta' tħejjija għall-kriżijiet; kif ukoll

- il-politiki għan-Next Generation, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Garanzija għat-Tfal.

Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament skont dan l-istrument għandhom jallokaw 100 % tal-allokazzjoni tiegħu, imkejla f'kost aggregat, għal miżuri ta' investiment u ta' riforma li jaqgħu taħt is-sitt prijoritajiet Ewropej. Kull pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jalloka mill-inqas 7 % tal-allokazzjoni tiegħu, imkejla f'kost aggregat, għal miżuri ta' investiment u ta' riforma li jaqgħu taħt kull waħda mis-sitt prijoritajiet Ewropej.

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa noti ta' gwida teknika dwar l-applikazzjoni prattika tal-allokazzjoni.

Biex jikkontribwixxu u jkunu kompletament konsistenti mal-objettivi dwar il-klima u l-ambjent tal-Unjoni, partikolarment it-tranżizzjoni lejn il-kisba tal-miri għall-klima tal-2030 aġġornati tal-Unjoni u l-konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 f'konformità ma' [Regolament 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima"), mill-inqas 40 % tal-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità fis-sitt prijoritajiet Ewropej.

Fid-dawl tal-prijoritajiet tal-Aġenda Diġitali Ewropea u n-neċessità li jinkiseb Suq Uniku Diġitali li jżid il-kompetittività tal-Unjoni fil-livell globali u jgħin ukoll biex l-Unjoni ssir aktar reżiljenti, aktar innovattiva u strateġikament awtonoma, tal-anqas 20 % tal-ammont ta' kull Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jikkontribwixxi biex jiffinanzja n-nefqa diġitali fis-sitt prijoritajiet Ewropej.

Artikolu 4
Objettivi ġenerali u speċifiċi

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità ▌għandu jkun li jiffoka fuq is-sitt prijoritajiet Ewropej imsemmija fl-Artikolu 3. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-interazzjoni u lill-interkonnessjonijiet bejn is-sitt prijoritajiet Ewropej sabiex jiġu pprovduti koerenza u sinerġiji, u b'hekk jiġi ġġenerat valur miżjud Ewropew. Il-Faċilità għandha tippromwovi l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali kif ukoll l-awtonomija strateġika tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza, ta' tħejjija għall-kriżijiet u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi kif ukoll l-impatt relatat mal-ġeneri, ▌tappoġġja t-tranżizzjonijiet ġusti ekoloġiċi u diġitali, ▌ tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità għolja wara l-kriżi tal-COVID-19, ▌tippromwovi t-tkabbir sostenibbli u t-tisħiħ taż-żona tal-euro.

1b. Il-Faċilità għandha tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politiki tal-Unjoni, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Ftehim ta' Pariġi u t-tisħiħ tas-Suq Uniku.

2. Sabiex jinkiseb dak l-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti ċari u l-miri tat-tkabbir sostenibbli li jsaħħu r-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib u trasparenti mal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 4a
Prinċipji orizzontali

1. Il-Faċilità m'għandhiex tmur kontra l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, ma għandux jiġi pprovdut appoġġ għal proġetti li huma parti mill-pjanijiet ta' investiment strateġiku ta' pajjiżi terzi, li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-fatturi li x'aktarx jaffettwaw is-sigurtà jew l-ordni pubblika li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16].

2. L-appoġġ mill-Faċilità m'għandux jissostitwixxi n-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti u għandu jirrispetta l-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni.

3. Il-Faċilità għandha tiffinanzja biss proġetti li jirrispettaw il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti".

Artikolu 5
Riżorsi mill-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea

1. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [EURI] għandhom jiġu implimentati skont il-Faċilità:

(a) bl-ammont ta' EUR 337 968 000 000 imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament [EURI] fi prezzijiet kurrenti [EUR 312 500 000 000, fi prezzijiet tal-2018], disponibbli għal appoġġ mhux ripagabbli, soġġett għall-Artikolu 4(4) u (8) tar-Regolament [EURI].

Dawk l-ammonti għandhom jikkostitwixxu fi dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

(b) permezz tal-ammont ta' EUR 385 856 000 000 imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament [EURI] fi prezzijiet kurrenti, [EUR 360 000 000 000, fi prezzijiet tal-2018] disponibbli għall-appoġġ tas-self mhux rotanti lill-Istati Membri skont l-Artikoli 12 u 13, soġġett għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament [EURI].

2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Faċilità u r-realizzazzjoni tal-objettivi tagħha, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Faċilità.  L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi li jsaħħu t-tkabbir sostenibbli u investimenti. Fid-dawl ta' tali attivitajiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll appoġġ tekniku f'konformità mar-Regolament XX/SSSS [li jistabbilixxi l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku].

2a. Sal-31 ta' Diċembru [2024], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammont mistenni ta' approprjazzjonijiet ta' impenn mhux użati u approprjazzjonijiet diżimpenjati disponibbli għal appoġġ mhux ripagabbli msemmi fil-paragrafu 1 punt a ta' dan l-Artikolu li jista' jiddaħħal fil-baġit tal-UE biex isaħħaħ il-programmi b'valur miżjud Ewropew bħala dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju fl-Abbozz ta' Baġit tal-2025 tal-UE.

Il-Kummissjoni għandha tipproponi, fuq bażi individwali, li ssaħħaħ il-programmi identifikati fl-ewwel subparagrafu biss wara valutazzjoni, li għandha tikkonkludi li l-programmi kkonċernati jeħtieġu żieda fil-finanzjament sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rispettiva.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja. Il-Parlament u l-Kunsill għandu jkollhom il-possibbiltà li jemendaw, japprovaw jew jirrifjutaw individwalment il-proposti tal-Kummissjoni biex isaħħu programmi speċifiċi identifikati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-ammonti mhux użati biex isaħħu l-programmi identifikati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jintuża kollu kemm hu għall-ħlas lura tal-finanzjament imfassal mill-Kummissjoni għall-fini tal-finanzjament tal-Faċilità.

Artikolu 6
Riżorsi mill-programmi b'ġestjoni kondiviża

1. Jekk jitolbu dan, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b'ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Faċilità. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b'mod dirett f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat b'limitu massimu ta' 5 % tal-pakkett baġitarju tal-Istat Membru.

2. L-Istati Membri jistgħu jipproponu li jallokaw sa 5 % tal-pjan għar-riforma u r-reżiljenza tagħhom għall-Istrument ta' Appoġġ Tekniku u għall-Programm InvestEU, b'mod partikolari għal miżuri ta' appoġġ għas-solvenza, kif ukoll programmi tal-QFP taħt ġestjoni diretta għat-tfal u ż-żgħażagħ, inkluż Erasmus, il-kultura, kif ukoll ir-R&I, inkluż Orizzont Ewropa - jekk, u biss jekk, l-ammont allokat għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi u jirrispetta r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament skont l-Artikoli 3, 4 u 4a u jsegwi l-proċedura ta' valutazzjoni tal-Artikolu 17. L-ammont allokat għandu jiġi implimentat f'konformità mar-regoli tal-Fondi li fihom ir-riżorsi huma ttrasferiti u għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. L-ebda kofinanzjament mhuwa meħtieġ għall-ammont ittrasferit. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 7
Implimentazzjoni

Il-Faċilità ▌għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni b'ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8
Addizzjonalità u finanzjament komplementari

L-appoġġ mill-Faċilità ▌għandu jkun addizzjonali mal-appoġġ ipprovdut minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni u minn finanzjament ipprovdut mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra li fihom Stat Membru jkun azzjonist. Proġetti ta' riforma u ta' investiment jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.

Artikolu 9
Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika soda

Meta l-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir tiġi diżattivata, il-Kummissjoni għandha tipproponi, fi żmien 3 xhur, proposta emendatorja ta' dan ir-Regolament biex torbot il-Faċilità ma' governanza ekonomika tajba kif stabbilit fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...)] [CPR]. ▌

Artikolu 9a
Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt

1. Il-Faċilità għandha tkun disponibbli biss għall-Istati Membri impenjati li jirrispettaw l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali tal-Unjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tniedi s-sospensjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn jew ta' pagament lill-Istati Membri fl-ambitu tal-Faċilità f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt meta dawn jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3. Il-punti li ġejjin għandhom, b'mod partikolari, jiġu kkunsidrati bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt meta jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

(a) it-tqegħid f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż l-iffissar ta' kwalunkwe limitazzjoni fuq il-kapaċità tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji b'mod awtonomu billi jsiru interventi esterni f'garanziji ta' indipendenza, billi jiġi limitat il-ġudizzju b'ordni esterna, billi jiġu riveduti b'mod arbitrarju r-regoli dwar il-ħatra jew it-termini tas-servizz ta' persunal ġudizzjarju, jew billi jiġi influwenzat il-persunal ġudizzjarju bi kwalunkwe mod li jipperikola l-imparzjalità tiegħu jew billi jkun hemm ndħil fl-indipendenza tal-professjoni legali;

(b) in-nuqqas li jiġu pprevenuti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, iż-żamma ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament xieraq tagħhom jew in-nuqqas ta' żgurar li ma jeżistux kunflitti ta' interessi;

(c) il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, in-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew is-sanzjonar effettivi ta' ksur tal-liġi;

(d) it-tqegħid f'riskju tal-kapaċità amministrattiva ta' Stat Membru li jirrispetta l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni, inkluża l-kapaċità li jimplimenta b'mod effettiv ir-regoli, l-istandards u l-politiki li jiffurmaw il-korp tad-dritt tal-Unjoni;

(e) miżuri li jdgħajfu l-protezzjoni tal-komunikazzjoni kunfidenzjali bejn avukat u klijent.

4. Jista' jiġi stabbilit nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru meta wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, b'mod partikolari, jiġu affettwati jew jirriskjaw li jiġu affettwati:

(a) il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet tal-Istat Membru li jimplimenta l-Faċilità, b'mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri tal-għotjiet;

(b) il-funzjonament xieraq tal-ekonomija tas-suq, biex b'hekk jiġu rispettati l-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fl-Unjoni kif ukoll jiġu implimentati b'mod effettiv l-obbligi tas-sħubija, inkluża l-aderenza mal-għan tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja;

(c) il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar intern u estern, u l-funzjonament xieraq ta' sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta' rendikont;

(d) il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta' investigazzjoni u ta' prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-prosekuzzjoni ta' frodi, inklużi frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Faċilità;

(e) rieżami ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta' azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti a), c) u d);

(f) il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi, inklużi frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Faċilità, u l-impożizzjoni ta' pieni effettivi u dissważivi fuq dawk ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;

(g) l-irkupru tal-fondi mħallsa indebitament;

(h) il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-evażjoni tat-taxxa u tal-kompetizzjoni fil-qasam tat-taxxa u l-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni amministrattiva fi kwistjonijiet tat-taxxa;

(i) il-kooperazzjoni effettiva u f'waqtha mal-OLAF u, soġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, mal-UPPE fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet tagħhom skont l-atti ġuridiċi rispettivi u l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali;

(j) l-implimentazzjoni xierqa tal-Faċilità wara ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali.

5. Meta l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 ikunu ssodisfati, jistgħu jiġu adottati waħda jew aktar minn dawn il-miżuri:

(a) projbizzjoni ta' dħul f'impenji legali ġodda;

(b) sospensjoni tal-impenji;

(c) tnaqqis ta' impenji, inkluż permezz ta' korrezzjonijiet finanzjarji;

(d) tnaqqis fil-prefinanzjament;

(e) interruzzjoni tal-iskadenzi tal-pagamenti;

(f) sospensjoni tal-pagamenti.

Sakemm mhux previst mod ieħor mid-deċiżjoni li tadotta l-miżuri, l-impożizzjoni ta' miżuri xierqa ma għandhiex taffettwa l-obbligu ta' Stat Membru li jagħmel pagamenti lil riċevituri jew benefiċjarji finali. Azzjonijiet reġjonali u lokali li huma eliġibbli għall-appoġġ għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-Faċilità. Fil-każ ta' nuqqas minn Stat Membru, azzjonijiet reġjonali u lokali li huma eliġibbli għall-appoġġ għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-Faċilità.

Il-miżuri meħuda għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-gravità, it-tul ta' żmien u l-ambitu tan-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt. Dawn il-miżuri għandhom, sa fejn huwa possibbli, jimmiraw lejn l-azzjonijiet tal-Unjoni affettwati jew potenzjalment affettwati minn dak in-nuqqas.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u gwida għall-benefiċċju tar-riċevituri jew il-benefiċjarji finali dwar l-obbligi mill-Istati Membri permezz ta' sit web jew portal fuq l-internet.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll, fuq l-istess sit web jew portal, għodod adegwati għar-riċevituri jew il-benefiċjarji finali biex dawn jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur ta' dawn l-obbligi li, fil-fehma ta' dawn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, jaffettwawhom direttament. L-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali f'konformità ma' dan il-paragrafu tista' titqies biss mill-Kummissjoni jekk tkun akkumpanjata minn prova li r-riċevitur jew il-benefiċjarju finali kkonċernat ikun ressaq ilment formali lill-awtorità kompetenti.

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri jew mill-benefiċjarji finali, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull ammont dovut mill-Istati Membri jkun imħallas b'mod effettiv lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali.

6. Meta l-Kummissjoni tqis li għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 huma ssodisfati, hija għandha tibgħat notifika bil-miktub lil dak l-Istat Membru, fejn tistabbilixxi r-raġunijiet li fuqhom hija bbażat il-konstatazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar notifika bħal din u dwar il-kontenut tagħha.

Meta tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4 ikunux qed jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni rilevanti kollha, deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet u n-networks internazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-kriterji użati fil-kuntest tan-negozjati għall-adeżjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kapitoli tal-acquis dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-kontroll finanzjarju u t-tassazzjoni, kif ukoll il-linji gwida użati fil-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika biex jiġi segwit il-progress ta' Stat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Bord ta' esperti indipendenti, li għandu jiġi stabbilit permezz ta' att delegat.

Il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-valutazzjoni tagħha, kemm qabel kif ukoll wara konstatazzjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jista' jagħmel osservazzjonijiet f'limitu ta' żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li ma għandux ikun inqas minn xahar u lanqas aktar minn tliet xhur mid-data tan-notifika tal-konstatazzjoni. Fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Istat Membru jista' jipproponi l-adozzjoni ta' miżuri ta' rimedju.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni li tasal u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll l-adegwatezza ta' kwalunkwe miżura ta' rimedju, meta tkun qed tiddeċiedi jekk tadottax jew le deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-segwitu li għandu jingħata lill-informazzjoni rċevuta f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla ta' dik l-informazzjoni.

Meta tivvaluta l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq l-informazzjoni u l-gwida msemmija f'dan il-paragrafu.

Meta l-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt huwa stabbilit, hija għandha tadotta deċiżjoni dwar il-miżuri msemmija fil-paragrafu 5 permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tittrasferixxi lejn riżerva baġitarja ammont ekwivalenti għall-valur tal-miżuri adottati.

B'deroga mill-Artikolu 31(4) u (6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeliberaw fuq il-proposta għal trasferiment fi żmien erba' ġimgħat minn meta din tasal għand iż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proposta għal trasferiment għandha tiġi kkunsidrata bħala approvata sakemm, fi żmien erba' ġimgħat, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, jew il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemendawha jew jirrifjutawha. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jemendaw il-proposta għal trasferiment, għandu japplika l-Artikolu 31(8) tar-Regolament Finanzjarju.

Id-deċiżjoni msemmija fit-tmien subparagrafu għandha tidħol fis-seħħ jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jirrifjutaw il-proposta għal trasferiment fil-perjodu msemmi fl-għaxar subparagrafu.

7. L-Istat Membru kkonċernat jista', fi kwalunkwe ħin, jippreżenta lill-Kummissjoni notifika formali, li tinkludi evidenza li turi li n-nuqqas ġeneralizzat fir-rigward tal-istat tad-dritt ikun ġie rimedjat jew ma għadux jeżisti.

Fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat f'limitu ta' żmien indikattiv ta' xahar, u fi kwalunkwe każ f'perjodu ta' żmien raġonevoli mid-data tal-wasla tan-notifika formali. Ladarba n-nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt li fuq il-bażi tagħhom ġew adottati l-miżuri msemmija fil-paragrafu 5 ma jibqgħux jeżistu kompletament jew parzjalment, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta deċiżjoni li tneħħi dawk il-miżuri kompletament jew parzjalment. Fl-istess waqt li tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex tneħħi, kompletament jew parzjalment, ir-riżerva baġitarja msemmija fil-paragrafu 6. Għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu 5.

 KAPITOLU II

Kontribuzzjoni finanzjarja, proċess ta' allokazzjoni u self

Artikolu 10
Kontribuzzjoni finanzjarja massima

Kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru għall-allokazzjoni tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a), bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, ibbażata fuq il-popolazzjoni, l-invers tal-Prodott Domestiku Gross (PDG), ▌ per capita u r-rata ta' qgħad relattiva ta' kull Stat Membru u t-telf kumulattiv fil-PDG reali osservat matul il-perjodu 2020-2021 meta mqabbel mal-2019.

Għall-perjodu 2021-2022 il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, ibbażata fuq il-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita u r-rata ta' qgħad relattiva ta' kull Stat Membru għall-perjodu 2015-2019.

Għall-perjodu 2023-2024, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkolata permezz tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-PDG per capita, u t-telf kumulattiv fil-PDG reali osservat matul il-perjodu 2020-2021 meta mqabbel mal-2019 u għandu jiġi kkalkolat sat-30 ta' Ġunju 2022.

Artikolu 11
Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1. Għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli allokazzjoni ta' EUR 337 968 000 000, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1). Kull Stat Membru jista' jippreżenta talbiet sal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 10, biex jimplimenta l-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza tiegħu.

2. Għal perjodu li jibda mill-31 ta' Diċembru 2022 sal-31 ta' Diċembru 2024, jekk ir-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli, il-Kummissjoni tista' torganizza sejħiet f'konformità mal-kalendarju tas-Semestru Ewropew. Għal dan il-għan, għandha tippubblika kalendarju indikattiv tas-sejħiet li għandhom jiġu organizzati f'dak il-perjodu, u għandha tindika, f'kull sejħa, l-ammont disponibbli għall-allokazzjoni. Kull Stat Membru jista' jipproponi li jirċievi sa ammont massimu li jikkorrispondi għas-sehem ta' allokazzjoni tiegħu mill-ammont disponibbli għall-allokazzjoni, kif imsemmi fl-Anness I, biex jimplimenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

Artikolu 12
Self

1. Sal-31 ta' Diċembru 2024, u b'talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti appoġġ ta' self lill-Istat Membru kkonċernat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza tiegħu.

2. Stat Membru jista' jitlob self fl-istess ħin tal-preżentazzjoni ta' pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 15, jew f'mument differenti sal-31 ta' Awwissu 2024. Fil-każ tal-aħħar, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn pjan rivedut, li jinkludi stadji importanti u miri addizzjonali.

3. It-talba għal self minn Stat Membru għandha tistipula:

(a) ir-raġunijiet għall-appoġġ tas-self, ġustifikati mill-ħtiġijiet finanzjarji ogħla marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali;

(b) ir-riformi u l-investimenti addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 15;

(c) il-kost ogħla tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kkonċernat imqabbel mal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10 jew mal-kontribuzzjoni finanzjarja allokata għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-bażi tal-Artikolu 17(3)(b);

(ca) informazzjoni dwar il-kif it-talba ta' self tidħol fl-ippjanar finanzjarju globali tal-Istat Membru u l-objettiv ġenerali ta' politiki fiskali sodi.

4. L-appoġġ tas-self għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun ogħla mid-differenza bejn il-kost totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, kif rivedut jekk rilevanti, u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10. Il-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma għandux jaqbeż 6,8 % tad-Dħul Nazzjonali Gross tiegħu.

5. B'deroga mill-paragrafu 4, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi, l-ammont tal-appoġġ tas-self jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiżdied.

6. L-appoġġ tas-self għandu jkun żborżat f'pagamenti parzjali soġġetti għat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri f'konformità mal-Artikolu 17(4)(g).

7. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar it-talba għal appoġġ tas-self f'konformità mal-Artikolu 17. Jekk xieraq, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa emendat skont dan.

Artikolu 13
Ftehim ta' self

1. Qabel ma tidħol fi ftehim ta' self mal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk:

(a) il-ġustifikazzjoni biex jintalab is-self u l-ammont tiegħu humiex ikkunsidrati raġonevoli u plawżibbli fir-rigward tar-riformi u l-investimenti addizzjonali; kif ukoll

(b) ir-riformi u l-investimenti addizzjonali jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

2. Jekk it-talba għal self tissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, u mal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tidħol fi ftehim ta' self mal-Istat Membru kkonċernat. Il-ftehim ta' self, flimkien mal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a) l-ammont tas-self f'ewro, inkluż, fejn applikabbli, l-ammont tal-appoġġ tas-self prefinanzjat f'konformità mal-Artikolu XX;

(b) il-maturità medja; l-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika fir-rigward ta' din il-maturità;

(c) il-formula tal-ipprezzar, u l-perjodu ta' disponibbiltà tas-self;

(d) in-numru massimu ta' pagamenti u skeda ta' ħlas lura li tkun ċara u preċiża;

(e) l-elementi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tas-self b'rabta mar-riformi u l-proġetti ta' investiment ikkonċernati f'konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(2).

3. F'konformità mal-Artikolu 220(5)(e) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet marbuta mas-self ta' fondi għas-selfiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri benefiċjarji.

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta' self relatati ma' self mogħti f'konformità ma' dan l-Artikolu.

5. Stat Membru li jibbenefika minn self mogħti f'konformità ma' dan l-Artikolu għandu jiftaħ kont dedikat għall-ġestjoni tas-self riċevut. Għandu wkoll jittrasferixxi l-kapital u l-imgħax dovuti għal kwalunkwe self relatat f'kont indikat mill-Kummissjoni f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti skont il-paragrafu preċedenti, għoxrin jum ta' negozju TARGET2 qabel id-data ta' maturità korrispondenti.

Artikolu 13a
Rieżamijiet u reviżjonijiet

1. Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rieżami tal-implimentazzjoni tar-riżorsi msemmija fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rieżami obbligatorju, għandu jkun akkumpanjat, kif xieraq, minn proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament biex ikun żgurat l-użu sħiħ tar-riżorsi.

2. Sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rieżami tal-implimentazzjoni tar-riżorsi msemmija fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rieżami obbligatorju, għandu jkun akkumpanjat minn miżuri meħtieġa għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament biex ikun żgurat l-użu sħiħ tal-approprjazzjonijiet ta' impenn.

KAPITOLU III

Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza

Artikolu 14
Eliġibilità

1. Skont il-prijoritajiet Ewropej imsemmija fl-Artikolu 3 u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba' snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku u privat permezz ta' pakkett komprensiv u koerenti. Għat-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-Istrument ta' Appoġġ Tekniku f'konformità mar-Regolament XX/SSSS [li jistabbilixxi l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku].

Il-miżuri li nbdew mill-1 ta' Frar 2020 'il quddiem relatati mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19 għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-faċilità għall-irkupru u r-reżiljenza, sakemm jaderixxu mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jikkontribwixxu għas-sitt prijoritajiet Ewropej kif definiti fl-Artikolu 3, inklużi l-ishma minimi tal-infiq identifikati fl-Artikolu 3, l-objettivi ġenerali u speċifiċi kif definiti fl-Artikolu 4 u għandhom jirrispettaw il-prinċipji orizzontali stabbiliti skont l-Artikolu 4a.

2a. Skont l-ambitu tal-Faċilità, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jikkontribwixxu biex jindirizzaw b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti għaż-żona tal-euro kif approvati mill-Kunsill.

2b. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1999[17], fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta[18], fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni u fl-azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni.

2c. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri tal-miżuri ppjanati u għandhom jinkludu azzjonijiet ewlenin biex jiġi indirizzat b'mod effettiv l-impatt negattiv tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri flimkien ma' miżuri għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-istrateġiji nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

2d. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza m'għandhomx ikunu ta' detriment għas-Suq Uniku.

3. Jekk Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-Semestru Ewropew fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għall-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati mill-miżuri stabbiliti skont ir-regolamenti tiegħu.

3a. Il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza m'għandhomx jaffettwaw id-dritt li jiġu konklużi jew infurzati ftehimiet kollettivi jew li tittieħed azzjoni kollettiva f'konformità mad-dritt nazzjonali u prattiki nazzjonali f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u mad-dritt u l-prattiki tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

Artikolu 15
Pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

1. Stat Membru li jixtieq jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja li tkun disponibbli għall-allokazzjoni f'konformità mal-Artikolu 11(1) għandu jippreżenta lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif definit fl-Artikolu 14(1).

Wara li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għal allokazzjoni l-ammont imsemmi fl-Artikolu 11(2) Stat Membru għandu, fejn rilevanti, jaġġorna u jippreżenta lill-Kummissjoni, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fil-paragrafu 1 biex tqis il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 10(2).

2. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat għandu jiġi ppreżentat flimkien mal-Programm ta' Riforma Nazzjonali f'dokument uniku integrat u bħala regola għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment mhux aktar tard mit-30 ta' April. Jista' jiġi ppreżentat abbozz ta' pjan minn Stat Membru li jibda mill-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel, flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena sussegwenti.

Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ permezz tal-Faċilità għandu jistabbilixxi djalogu f'diversi livelli, li fih l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u l-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod attiv u jiddiskutu t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-abbozz ta' pjan għandu jiġi ppreżentat għall-attenzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u l-pubbliku ġenerali għal konsultazzjoni qabel id-data ta' preżentazzjoni lill-Kummissjoni u s-sħab soċjali għandu jkollhom tal-anqas 30 jum biex jirreaġixxu bil-miktub, f'konformità mal-prinċipju tas-sħubija.

3. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun debitament motivat u sostanzjat. B'mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a) spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-pjanijiet u l-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jikkontribwixxu għal kull waħda mis-sitt prijoritajiet Ewropej kif definiti fl-Artikolu 3 u għandhom jikkontribwixxu u ma jmorrux kontra l-objettivi tal-Artikolu 4(1)(b);

(ab) skont l-ambitu tal-Faċilità, ġustifikazzjoni dwar kif il-pjan jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti għaż-żona tal-euro kif approvati mill-Kunsill;

(ac) f'każ li Stat Membru jkun qiegħed jesperjenza żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi kif konkluż mill-Kummissjoni wara analiżi fil-fond, għandha tingħata spjegazzjoni tal-mod li bih ir-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 huma kompatibbli mal-pjanijiet;

(ad)  spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-pjan jikkonforma mal-ishma minimi tal-allokazzjoni għal kull waħda mis-sitt prijoritajiet Ewropej stabbiliti skont l-Artikolu 3;

(ae) spjegazzjoni dettaljata ta' kif mill-inqas 40 % tal-ammont mitlub għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità bl-użu tal-metodoloġija ta' traċċar ipprovduta mill-Kummissjoni. Qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att delegat, il-metodoloġija korrispondenti bl-użu, kif xieraq, tal-kriterji stabbiliti mit-tassonomija tal-UE;

(af) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan huma mistennija li jikkontribwixxu għal azzjonijiet diġitali u jekk jirrappreżentawx ammont li jirrappreżenta tal-inqas 20 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan, abbażi tal-metodoloġija għat-tikkettar diġitali stabbilita fl-Anness ...; il-metodoloġija għandha tintuża kif xieraq għal miżuri li ma jistgħux jiġu assenjati direttament għal qasam ta' intervent elenkat fit-tabella; il-koeffiċjenti għal appoġġ għall-objettivi diġitali jistgħu jiżdiedu biex investimenti individwali jqisu l-miżuri ta' riforma akkumpanjanti li jżidu l-impatt tagħhom fuq l-objettivi diġitali;

(ag) spjegazzjoni dwar kif il-miżuri ma jmorrux kontra l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni, ma jissostitwixxux in-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti u jirrispettaw il-prinċipju tal-addizzjonalità u l-prinċipju li ma ssirx ħsara sinifikanti f'konformità mal-Artikolu 4a;

(ah) ġustifikazzjoni ta' kif il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa konsistenti mal-prinċipji tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, l-istrateġija nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri u spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan huma mistennija jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri jew tal-isfidi li jirriżultaw minnha;

(d) l-istadji importanti ċari previsti, il-miri u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi tul perjodu massimu ta' erba' snin, u tal-investimenti tul perjodu massimu ta' seba' snin;

(da) ġustifikazzjoni ta' kif il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżentaw pakkett komprensiv ta' riforma u investiment u kif huma konsistenti, u s-sinerġiji mistennija mal-pjanijiet, l-istrateġiji u l-programmi stabbiliti fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(2b);

(e) il-proġetti previsti ta' investiment pubbliku u privat, u l-perjodu ta' investiment relatat kif ukoll referenzi għall-involviment ta' sħab privati, meta jkun rilevanti;

(ea) f'każ li l-miżuri previsti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunux eżentati mill-obbligu ta' notifika tal-għajnuna mill-Istat imsemmi fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014[19], il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jiġi analizzat bi prijorità mill-Kummissjoni għall-finijiet ta' konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-kompetizzjoni;

(f) il-kost totali stmat tar-riformi l-investimenti koperti mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat (imsejjaħ ukoll "il-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza") appoġġjat minn ġustifikazzjoni ċara vvalidata minn korp pubbliku indipendenti u kif il-kost huwa proporzjonat għall-impatti ▌soċjali u ekonomiċi skont il-prinċipju tal-kosteffiċjenza;

(g) fejn rilevanti, informazzjoni dwar finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat u r-rabta ma' riformi preċedenti jew ippjanati fil-qafas tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali jew l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku;

(h) il-miżuri ta' akkumpanjament li jistgħu jkunu meħtieġa, inkluż skeda ta' żmien tal-azzjonijiet ta' politika kollha;

(i) sommarju tad-djalogu f'diversi livelli, kif imsemmi fil-paragrafu 2(2), dwar kif tqiesu l-inputs tal-partijiet ikkonċernati u, fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, l-opinjonijiet tagħhom jistgħu jiżdiedu mal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza kif ukoll id-dettalji, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti, tal-konsultazzjonijiet u d-djalogi ppjanati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(j) l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri kwalitattivi u kwantitattivi ċari proposti, u l-indikaturi relatati, inkluż kif il-pjan itejjeb il-prestazzjoni bbażata fuq il-pajjiżi skont it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali u t-tabella ta' valutazzjoni tal-Proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku;

(k) fejn xieraq, it-talba għal appoġġ ta' self u l-istadji importanti addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) u (3) u l-elementi tagħhom; u

(ka) spjegazzjoni tal-pjanijiet, is-sistemi u l-miżuri konkreti tal-Istati Membri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta' kunflitti ta' interess, korruzzjoni u frodi meta jintużaw il-fondi kif derivat mill-Faċilità, inkluż dawk li għandhom l-għan li jevitaw il-finanzjament doppju minn programmi oħra tal-Unjoni u jirkupraw il-fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod skorrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet;

(kb) arranġamenti magħmula mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-impriżi benefiċjarji ma jkunux involuti f'xi arranġament fiskali rapportabbli skont id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 fir-rigward ta' arranġamenti transfruntieri;

(l) kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

4. Fit-tħejjija ta' proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta' prattiki tajba biex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta' Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu, fi kwalunkwe mument matul is-sena, appoġġ tekniku permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku skont ir-regolament tiegħu. L-appoġġ tekniku għandu jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli u l-prattiki nazzjonali li jikkonċernaw in-negozjar kollettiv. L-attivitajiet ta' appoġġ tekniku ma jistgħux idgħajfu r-rwol tas-sħab soċjali jew jheddu l-awtonomija tan-negozjar kollettiv.

4a. Biex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u, fejn ikun xieraq, lill-Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti, ladarba mistiedna, għandhom jidhru quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew biex jippreżentaw il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill fl-istess waqt u b'termini ugwali.

Artikolu 16
Valutazzjoni tal-Kummissjoni

1. Waqt li tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fejn rilevanti l-aġġornament tiegħu, kif ippreżentat mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 15(1), il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista' jirrevedi l-pjan jekk ikun meħtieġ, qabel jew wara l-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 17(1) b'perjodu ta' żmien raġonevoli jekk ikun meħtieġ.

1a. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis is-sinerġiji maħluqa bejn il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' Stati Membri differenti u l-komplementarjetà bejn dawk il-pjanijiet u pjanijiet ta' investiment oħra fil-livell nazzjonali.

2. Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra inkluż, b'mod partikolari, dik li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat u, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta, fil-pjanijiet ta' implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

Għandha titqies ukoll l-informazzjoni li tinsab fir-Rapport Annwali dwar l-Istat tad-Dritt, fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Proċedura tal-Iżbilanċi Makroekonomiċi u fit-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali. Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi wkoll valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri tal-pjan imwettaq minn espert indipendenti jew tipproċedi għal tali valutazzjoni hija stess.

Il-Kummissjoni għandha, fejn rilevanti, tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni kollha biex tiġbor il-fehmiet tagħhom dwar is-sjieda, il-konsistenza u l-effikaċja tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u ▌għal dan il-għan, għandha tqis l-elementi li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-pjanijiet kollha għall-irkupru u r-reżiljenza għandhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) jekk il-pjan jikkontribwixxix b'mill-inqas 40 % tal-ammont tiegħu għall-integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità u jekk il-metodoloġija ta' traċċar imsemmija fl-Artikolu 15(3)(ae) hijiex applikata b'mod korrett;

(b) jekk il-pjan jikkontribwixxix b'mill-inqas 20 % tal-ammont tiegħu għal azzjonijiet diġitali u jekk il-metodoloġija ta' traċċar imsemmija fl-Artikolu 15(3)(af) hijiex applikata b'mod korrett;

(c) jekk kull miżura tmurx kontra l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni, tissostitwixxix in-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti u tirrispettax il-prinċipju tal-addizzjonalità u l-prinċipju li ma ssirx ħsara sinifikanti skont l-Artikolu 4a;

(d) jekk il-pjan jikkonformax mal-ishma minimi tal-allokazzjoni għal kull waħda mill-prijoritajiet Ewropej stabbiliti skont l-Artikolu 3;

(e) jekk l-arranġamenti magħmula mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-impriżi benefiċjarji ma jkunux involuti f'xi arranġament fiskali rapportabbli skont id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 fir-rigward ta' arranġamenti transfruntieri;

Effikaċja:

(f) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxix għal kull waħda mis-sitt prijoritajiet Ewropej kif definiti fl-Artikolu 3 u jekk jikkontribwixxix u jmurx kontra l-objettivi tal-Artikolu 4(1)(b);

(g) jekk ikunx sar id-djalogu f'diversi livelli kif imsemmi fl-Artikolu 15(2)(2) u jekk il-partijiet ikkonċernati rispettivi jingħatawx opportunitajiet effettivi biex jipparteċipaw fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(h) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-istadji importanti u l-miri kwalitattivi u kwantitattivi ċari previsti, u l-indikaturi relatati u jekk il-pjan itejjibx il-prestazzjoni bbażati fuq il-pajjiż li jinkludu progress fit-titjib tal-prestazzjonijiet fl-oqsma koperti mit-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali u tat-Tabella ta' Valutazzjoni dwar il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku;

(i) jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat;

(j) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludix investimenti fi proġetti transfruntiera jew pan-Ewropej li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew, fejn rilevanti, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom;

Effiċjenza:

(k) jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impattiekonomiċi u soċjali mistennija skont il-prinċipju ta' kosteffiċjenza;

(l) jekk l-arranġament proposta mill-Istati Membri kkonċernati huwa mistenni li jipprevjeni, jidentifika u jikkoreġi kunflitti ta' interess, korruzzjoni u frodi meta jintużaw il-fondi kif derivat mill-Faċilità, inkluż dawk li għandhom l-għan li jevitaw il-finanzjament doppju minn programmi oħra tal-Unjoni;

Rilevanza:

(m) jekk il-pjan jinkludix miżuri li, bi qbil mal-ambitu tal-Faċilità, effettivament jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati b'mod uffiċjali mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inklużi r-rakkomandazzjonijiet rilevanti għaż-żona tal-euro kif approvati mill-Kunsill;

(n) jekk il-pjan, f'każ li Stat Membru jkun qiegħed jesperjenza żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi kif konkluż mill-Kummissjoni wara analiżi fil-fond, huwiex kompatibbli mar-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011;

(o) jekk il-pjan jinkludix informazzjoni preċiża msemmija fl-Artikolu 15;

Koerenza:

(p) jekk il-pjan jirrappreżentax pakkett komprensiv ta' riforma u investiment u jekk l-arranġamenti jipprovdux konsistenza u sinerġiji kif imsemmi fl-Artikolu 14(2b);

(q) jekk il-pjan huwiex konsistenti mal-prinċipji tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, l-istrateġija nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jekk twettqitx valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri u jekk il-miżuri fil-pjan humiex mistennija jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri jew għall-isfidi li jirriżultaw minnha.

Dawn il-kriterji ta' valutazzjoni għandhom jiġu applikati f'konformità mal-Anness II.

4. F'każ li l-Istat Membru kkonċernat ikun talab għal appoġġ għal self kif imsemmi fl-Artikolu 12, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk it-talba għal appoġġ għal self tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(1), b'mod partikolari jekk ir-riformi u l-investimenti addizzjonali kkonċernati mit-talba għal self jissodisfawx il-kriterji ta' valutazzjoni skont il-paragrafu 3.

4a. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni debitament ġustifikata sal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 17(1).

5. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti, inklużi dawk maħtura mill-Parlament Ewropew.

Artikolu 17
Deċiżjoni tal-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att delegat f'konformità mal-Artikolu 25a. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi r-riformi u l-proġetti ta' investiment sostenibbli li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri meħtieġa għall-iżborż tal-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

2. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jitlob appoġġ ta' self, id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi wkoll l-ammont tal-appoġġ għal self kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) u (5) u r-riformi u l-proġetti ta' investiment addizzjonali li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru koperti minn dan l-appoġġ għal self, inklużi l-istadji importanti u l-miri addizzjonali.

3. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-pjanijiet għall-irkupru u reżiljenza li jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3) ▌għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 10 jew ogħla, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun daqs l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10;

(b) fejn il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jkun konformi b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jkun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 10, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza;

(ba) meta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-pjan jirċievi kull B b'aktar minn żewġ B għall-kriterji fil-punti h, i, l, m, p stabbiliti fl-Artikolu 16(3), l-allokazzjoni finanzjarja għandha titnaqqas bi 2 % għal kull kriterju u t-tnaqqis globali ma għandux jaqbeż is-6 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali;

(c) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkun jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), ma għandha tiġi allokata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat jista' jagħmel talba għal appoġġ tekniku bħala parti mill-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, biex jippermetti tħejjija aħjar tal-proposta fiċ-ċikli sussegwenti.

4. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistabbilixxi wkoll:

(a) il-kontribuzzjoni finanzjarja li trid titħallas biss bin-nifs ladarba l-Istat Membru jkun implimenta b'mod sodisfaċenti l-istadji importanti u l-miri rilevanti identifikati b'rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(aa) il-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, l-ammont ta' appoġġ għal self li għandu jitħallas fil-forma ta' prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 11a wara l-approvazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(b) id-deskrizzjoni tar-riformi u tal-proġetti ta' investiment u l-ammont tal-kost totali stmata tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(c) il-perjodu għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif ġej:

(1) fir-rigward tal-ikkompletar tal-investiment, il-perjodu ta' investiment sa meta l-proġett ta' investiment irid jiġi implimentat għandu jintemm mhux aktar tard minn seba' snin wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni;

(2) fir-rigward tat-tlestija tar-riformi, il-perjodu sa meta r-riformi jridu jiġu implimentati għandu jintemm mhux aktar tard minn erba' snin wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni.

(d) l-arranġamenti u l-iskeda ta' żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż stadji importanti kwalitattivi u kwantitattivi ċari u fejn rilevanti l-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu -19;

(e) l-indikaturi rilevanti fir-rigward tal-issodisfar tal-istadji importanti u tal-miri previsti, inkluża l-metodoloġija biex titkejjel il-konformità mal-miri ta' nfiq klimatiċi u ambjentali, imsemmija fl-Artikolu 15; kif ukoll

(f) l-arranġamenti biex jingħata aċċess sħiħ lill-Kummissjoni għad-data u r-rapporti sottostanti rilevanti;

(g) jekk ikun xieraq, l-ammont tas-self li jrid jitħallas bin-nifs u l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-iżborż tal-appoġġ għas-self.

5. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni debitament ġustifikata fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-proposta mill-Istat Membru. Dik il-komunikazzjoni għandha tinkludi wkoll rakkomandazzjoni għall-Istat Membru biex juża l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku f'konformità mar-Regolament XX/SSSS [li jistabbilixxi l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku] biex jemenda jew jissostitwixxi l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. Wara stedina mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni se tidher quddiem il-kumitati kompetenti biex tippreżenta spjegazzjonijiet għall-valutazzjoni negattiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill fl-istess waqt u b'termini ugwali.

6. L-arranġamenti u l-iskeda għall-implimentazzjoni kif imsemmija fil-punt (d), l-indikaturi rilevanti relatati mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti msemmija fil-punt (e), l-arranġamenti għall-għoti ta' aċċess mill-Kummissjoni għad-data sottostanti msemmija fil-punt (f), u, jekk ikun xieraq, l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-iżborż tal-appoġġ għas-self imsemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu spjegati ulterjorment f'arranġament operazzjonali li jrid jiġi miftiehem mill-Istat Membru kkonċernat u mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pjan adottat u l-informazzjoni rilevanti, inkluż il-ftehim operazzjonali msemmi fil-paragrafu 6 disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fl-istess ħin u b'termini ugwali, immedjatament wara d-deċiżjoni u l-pubblikazzjoni fis-sit web tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tispeċifika l-kontenut tal-arranġamenti operazzjonali bil-għan li jitrawmu l-koerenza u l-komparabbiltà tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri u tingħata data standardizzata għat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, imsemmija fl-Artikolu 21a.

7. L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità ▌mal-Artikolu 25(a).

Artikolu 18
Emendar tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru

1. Jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta' Stat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, la parzjalment u lanqas totalment, mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, jew jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun identifika miżuri ta' investiment u ta' riforma addizzjonali importanti, eliġibbli għal appoġġ skont dan ir-Regolament jew meta l-Istati Membri kkonċernati jkollhom l-intenzjoni li jtejbu b'mod sostanzjali r-riżultat tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 16 u 17, l-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta talba motivata lill-Kummissjoni biex jemenda jew jissostitwixxi d-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(1) u 17(2). Għal dan l-għan, l-Istat Membru jista' jipproponi pjan għall-irkupru u r-reżiljenza modifikat jew ġdid. L-Istat Membru jista' jitlob fi kwalunkwe ħin matul is-sena biex juża l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku f'konformità mar-Regolament XX/SSSS [li jistabbilixxi l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku] għall-fini li jemenda jew jissostitwixxi l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan il-ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, u għandha tieħu deċiżjoni ġdida f'konformità mal-Artikolu 17 fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba.

3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Wara stedina mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni ser tidher quddiem il-kumitati kompetenti biex tippreżenta spjegazzjonijiet għall-valutazzjoni negattiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

3a. L-Istati Membri għandhom jallinjaw, fejn rilevanti u permezz ta' aġġornament, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom skont il-mira klimatika għall-2030 aġġornata tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") fi żmien sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet aġġornati għall-irkupru u r-reżiljenza b'mod konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u għandha tieħu deċiżjoni ġdida f'konformità mal-Artikolu 17 fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu -19
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1. Fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, l-Istati Membri, bħala benefiċjarji jew mutwatarji tal-fondi fl-ambitu tal-Faċilità, għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jiżguraw li kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli.

2. Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 13(2) u 19(1) għandhom jipprevedu l-obbligi tal-Istati Membri:

(a) li jivverifikaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif xieraq skont ir-regoli applikabbli kollha u li kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ġiet implimentata kif xieraq skont ir-regoli applikabbli kollha, inkluża l-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli;

(b) li jieħdu miżuri xierqa biex jevitaw, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitt ta' interess kif iddefinit fl-Artikolu 61(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jieħdu azzjonijiet legali biex jirkupraw fondi li ġew miżapproprjati, inkluż b'rabta ma' kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(c) li jakkumpanjaw talba għall-ħlas bi:

(i) dikjarazzjoni ta' ġestjoni li l-fondi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, li l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għall-ħlas hija kompluta, preċiża u affidabbli, u li s-sistemi ta' kontroll stabbiliti jagħtu l-assigurazzjonijiet meħtieġa li l-fondi ġew ġestiti f'konformità mar-regoli applikabbli kollha, b'mod partikolari r-regoli dwar l-evitat tal-kunflitt ta' interess, il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba; u

(ii) rendikont dettaljat tal-awditi, ġustifikazzjoni xierqa tal-estimi tal-ispejjeż kif ivvalidati minn korp pubbliku indipendenti, valutazzjonijiet tal-impatt, dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni rilevanti oħra, kif ukoll il-kontrolli mwettqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-proġetti ta' investiment, inklużi d-dgħufijiet identifikati u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda;

(d) li jiġbru, għall-finijiet ta' awditu u kontroll tal-użu tal-fondi b'rabta mal-miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, f'format elettroniku ġewwa bażi tad-data unika li tippermetti, mingħajr ma jiżdied piż amministrattiv bla bżonn, livell komparabbli ta' aċċess minn korpi tal-Unjoni ta' investigazzjoni u awditu, il-kategoriji tad-data li ġejjin:

(i) l-isem tar-riċevitur finali tal-fondi;

(ii) l-isem tal-kuntrattur u tas-sottokuntrattur, meta r-riċevitur finali tal-fondi huwa awtorità kontraenti skont id-dispożizzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku;

(iii) l-isem/ismijiet, il-kunjom/kunjomijiet u d-data tat-twelid tas-sid(ien) benefiċjarju/benefiċjarji tar-riċevitur tal-fondi jew tal-kuntrattur, kif iddefinit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20];

(iv) il-lista ta' kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi jew proġetti ta' investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, l-ammont totali ta' finanzjament pubbliku, billi jiġi indikat l-ammont ta' fondi żborżati fl-ambitu tal-Faċilità u fl-ambitu ta' fondi oħra tal-Unjoni;

(e) li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti tal-Awdituri biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju u biex jimponu obbligi simili għar-riċevituri finali kollha tal-fondi żborżati għall-miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jew għall-persuni jew għall-entitajiet l-oħra kollha involuti fl-implimentazzjoni tagħhom;

(f) li jżommu rekords skont l-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju;

(fa) li jżommu rekords skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju. B'riżultat ta' dan, id-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit għandhom jinżammu għal tal-inqas ħames snin mid-data li fiha l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza. Id-dokumenti relatati mal-operazzjonijiet għandhom fi kwalunkwe każ jinżammu sal-aħħar tas-sena ta' wara s-sena li fiha dawk l-operazzjonijiet jingħalqu b'mod definittiv. Fil-każ ta' proċedimenti legali, il-perjodu ta' żmien għandu jiġi sospiż sakemm tkun skadiet l-aħħar possibbiltà ta' appell ġudizzjarju;

(g) id-data personali li tinsab fid-dokumenti ta' prova għandha, fejn possibbli, titħassar meta din id-data ma tkunx meħtieġa għal finijiet ta' kwittanza, kontroll u awditjar tal-baġit. Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21] għandu japplika għall-konservazzjoni tad-data data dwar it-traffiku.

3. L-Istati Membri huma s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u għandhom jittraċċaw, jiġbru u jaħżnu informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' finanzjament għal proġetti li huma koperti mill-Faċilità.

Il-Kummissjoni tibqa' responsabbli lejn l-awtorità tal-baġit fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza annwali u tippreżenta lill-Faċilità proċedura ta' kwittanza ddedikata bħala kapitolu separat fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-kwittanza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 318 tat-TFUE.

4. Il-fondi tal-Unjoni żborżati taħt il-Faċilità huma soġġetti għall-verifika esterna tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri f'konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE.

5. Il-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu espressament awtorizzati mill-Istati Membri, fi ħdan dan ir-Regolament, li jeżerċitaw drittijiethom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju.

L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' appoġġ fi ħdan il-Faċilità.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati. Il-Kummissjoni għandha, għal dan il-għan, tiżviluppa jew tadatta s-sistemi tal-IT eżistenti biex toħloq sistema diġitali ta' rapportar tal-prestazzjoni li tippermetti l-monitoraġġ, l-identifikazzjoni u r-rapportar ta' irregolaritajiet jew frodi.

6. Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 19(1) għandhom jipprevedu wkoll id-dritt tal-Kummissjoni li tnaqqas b'mod proporzjonat l-appoġġ fi ħdan il-Faċilità u tirkupra kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni jew li titlob ħlas lura bikri tas-self, f'każijiet ta' frodi, korruzzjoni, u kunflitt ta' interessi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehimiet imsemmija.

Meta tiddeċiedi dwar l-ammont tal-irkupru, it-tnaqqis jew l-ammont li għandu jitħallas lura kmieni, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis il-gravità tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-kunflitt ta' interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew il-ksur tal-obbligi. L-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu qabel isir it-tnaqqis jew jintalab ripagament bikri.

Artikolu 19
Impenn tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1. Id-deċiżjoni ▌msemmija fl-Artikolu 17(1) għandha tikkostitwixxi f'impenn legali individwali fis-sens tar-Regolament Finanzjarju, li jista' jkun ibbażat fuq impenji globali. Jekk ikun xieraq, l-impenji baġitarji jistgħu jitqassmu f'pagamenti akkont annwali mifruxin fuq bosta snin.

1a. L-impenji baġitarji jistgħu jkunu bbażati fuq impenji globali u, fejn xieraq, jinqasmu f'pagamenti annwali mifruxa fuq diversi snin.

Artikolu 19a
Regoli dwar il-pagamenti, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji

2. Il-pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istat Membru kkonċernat skont dan l-Artikolu għandu jsir skont l-approprjazzjonijiet baġitarji u soġġett għall-finanzjament disponibbli. Id-deċiżjonijiet ▌tal-Kummissjoni msemmijin f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità ▌mal-Artikolu 25(a).

2a. Fl-2021, soġġett għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-impenn legali msemmi fl-Artikolu 19(1) ta' dan ir-Regolament, u meta mitlub minn Stat Membru flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagament ta' prefinanzjament ta' ammont sa 20 % tal-impenn legali fil-forma ta' appoġġ mhux ripagabbli, u, fejn applikabbli, sa 20 % tal-appoġġ għal self fil-forma ta' assi ta' self stabbilit skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament. B'deroga mill-Artikolu 116(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tħallas il-pagament korrispondenti fi żmien xahrejn wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-impenn legali msemmi fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament.

F'każijiet ta' prefinanzjament skont il-paragrafu 2a, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u, fejn applikabbli, l-appoġġ għal self li għandu jitħallas kif imsemmi fl-Artikolu 17(4)(a) għandhom jiġu aġġustati b'mod proporzjonat.

Jekk l-ammont ta' prefinanzjament tal-kontribuzzjoni finanzjarja fl-għamla ta' appoġġ mhux ripagabbli mħallas fl-2021 skont il-paragrafu 1 jaqbeż 20 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 10(2) sat-30 ta' Ġunju 2022, l-iżborż awtorizzat li jmiss f'konformità mal-Artikolu 19a(3), u jekk meħtieġ l-iżborżi sussegwenti, għandu jitnaqqas sakemm jiġi paċut l-ammont żejjed. F'każ li l-iżborżi pendenti jkunu insuffiċjenti, l-ammont żejjed għandu jingħata lura.

2b. Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 19(1) għandhom jipprevedu wkoll id-dritt tal-Kummissjoni li tnaqqas b'mod proporzjonat l-appoġġ fi ħdan il-Faċilità u tirkupra kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni jew li titlob ħlas lura bikri tas-self, f'każijiet ta' frodi, korruzzjoni, u kunflitt ta' interessi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma ġewx rettifikati mill-Istati Membri, jew ksur serju tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn il-ftehimiet jew deċiżjonijiet.

Meta tiddeċiedi dwar l-ammont tal-irkupru, it-tnaqqis jew l-ammont li għandu jitħallas lura kmieni, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis il-gravità tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-kunflitt ta' interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew tal-ksur tal-obbligi. L-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu qabel isir it-tnaqqis jew jintalab ripagament bikri.

3. Fid-dawl tal-prefinanzjament skont l-Artikolu 19(2a), mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att delegat tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja li tikkorrispondi għall-implimentazzjoni tal-miri u tal-istadji importanti u, fejn rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas għandhom, fejn rilevanti, jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. L-iżborż tal-fondi għandu jikkorrispondi għal-livell ta' implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri miftiehma. Il-Kummissjoni tista' tkun megħjuna minn esperti, inkluż dawk maħtura mill-Parlament Ewropew.

Jekk il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva, din għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont ir-Regolament Finanzjarju. Kull deċiżjoni dwar il-pagament għandha tiġi żborżata biss jekk ikunu ġew implimentati stadji importanti u miri rilevanti li juru progress kalkolabbli.

4. Jekk, b'riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ma jkunux ġew implimentati b'mod sodisfaċenti, il-parti rilevanti tal-applikazzjoni ▌ għal pagament għandha tiġi sospiża. L-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Is-sospensjoni għandha titneħħa biss jekk l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri msemmijin fl-Artikolu 17(1).

5. B'deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-iskadenza tal-pagament għandha tibda tiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tal-eżitu pożittiv lill-Istat Membru kkonċernat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, jew mid-data tal-komunikazzjoni tat-tneħħija tas-sospensjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

6. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tnaqqas b'mod proporzjonali l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.

7. Jekk, fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha ttemm il-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(2) jew fl-Artikolu 19(1) ta' dan ir-Regolament u għandha tiddiżimpenja l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(3) tar-Regolament Finanzjarju. Kwalunkwe prefinanzjament skont il-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu għandu jiġi rkuprat fl-intier tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, fejn applikabbli, tal-irkupru tal-prefinanzjament wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tagħha dwar sarx progress tanġibbli.

7a. Jekk jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali, l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 19a(3) tista' tiġi posposta b'mhux aktar minn tliet xhur.

8. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu japplikaw mutatis mutandis għall-appoġġ ta' self addizzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' self imsemmi fl-Artikolu 13, u tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(2).

KAPITOLU V

Rappurtar u Informazzjoni

Artikolu 20
Rappurtar mill-Istat Membru fis-Semestru Ewropew

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6), l-implimentazzjoni tal-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi individwali relatati proposti, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni bħala parti mill-istrument għall-appoġġ tekniku jekk l-Istat Membru jkun talbu. Għal dan il-għan, ir-rapporti ta' kull tliet xhur tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u l-istituzzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti għandhom, fuq talba tal-Parlament Ewropew, jidhru quddiem il-kumitati kompetenti biex jiddiskutu l-miżuri previsti u li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi kwalunkwe stadju matul il-proċess, bl-informazzjoni rilevanti fl-istess ħin.

L-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, kif iddefiniti mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE[22], huma mistiedna, fuq bażi biannwali, jikkomplementaw u jivvalutaw tali rapporti li jiffukaw fuq l-affidabbiltà tal-informazzjoni, tad-data u tal-previżjonijiet ipprovduti, kif ukoll fuq il-prestazzjoni u l-progress ġenerali li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Artikolu 20a
Djalogu dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza

1. Sabiex jitjieb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu jistiednu rappreżentanti tal-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu, tal-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, tal-Grupp tal-Euro, jidhru quddiemu biex jiddiskutu l-miżuri kollha meħuda skont dan ir-Regolament u dawk adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill XXX[EURI].

2. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, il-kumitat jew il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu jistiednu lir-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u, fejn ikun xieraq, lill-istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali, jidhru quddiem il-kumitati biex jippreżentaw il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-miżuri previsti u li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament.

3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fl-istess ħin, l-informazzjoni kollha pprovduta mill-Istati Membri li tkun rilevanti għall-istituzzjonijiet biex iwettqu l-mandati tagħhom skont dan ir-Regolament. Informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali tista' tintbagħat soġġett għal obbligi ta' kunfidenzjalità speċifiċi.

4. Informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Kunsill jew lil kwalunkwe wieħed mill-korpi preparatorji tiegħu fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jew l-implimentazzjoni tiegħu għandha ssir disponibbli fl-istess ħin għall-Parlament Ewropew, soġġett għal arranġamenti ta' kunfidenzjalità jekk ikun meħtieġ. Eżiti rilevanti tad-diskussjonijiet li jsiru fil-korpi preparatorji tal-Kunsill għandhom jiġu kondiviżi mal-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 21
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u komunikazzjoni dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att delegat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17, u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti, fl-istess ħin u b'termini ugwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Parlament u l-Kunsill dwar kif l-informazzjoni editjata tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod kunfidenzjali. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u l-istituzzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti għandhom, fuq talba tal-Parlament Ewropew, jidhru quddiem il-kumitati kompetenti biex jiddiskutu l-miżuri previsti u li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi kwalunkwe stadju matul il-proċess, bl-informazzjoni rilevanti fl-istess ħin.

2. Il-Kummissjoni tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti billi tpoġġi tikketta viżibbli tal-Unjoni, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-infiq fl-ambitu tal-Faċilità billi tindika b'mod ċar li l-proġetti appoġġati għandhom ikunu ttikkettati biċ-ċar bil-kliem "Inizjattiva ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea".

2a. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta darbtejn fis-sena lill-Parlament Ewropew dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istadji importanti u l-miri tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif ukoll dwar il-komplementarjetà tal-pjanijiet mal-programmi eżistenti tal-Unjoni.

2b. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dettaljat dwar l-obbligi finanzjarji li impenjat ruħha fihom ma' partijiet terzi għall-fini tal-finanzjament tal-Faċilità lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill darbtejn fis-sena. Ir-rapport għandu jkun fih pjan ta' ħlas lura ċar u kredibbli, mingħajr rikors għall-QFP skont l-Artikolu 7. L-informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali għandha tkun disponibbli għall-Membri tal-Parlament Ewropew taħt kunfidenzjalità stretta miftiehma minn qabel.

Artikolu 21a
Tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza (it-"Tabella ta' Valutazzjoni") li għandha tikkomplementa, mingħajr ma timmodifika, it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali eżistenti b'indikaturi mfassla mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u t-Tabella ta' Valutazzjoni eżistenti dwar il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha turi l-istatus tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti miftiehma permezz tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' kull Stat Membru, u l-istatus tal-iżborż tal-pagamenti lill-Istati Membri marbut mal-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri ċari.

2. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha turi l-progress irreġistrat mill-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza f'kull wieħed mis-sitt prijoritajiet li jiddefinixxu l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tinkludi indikaturi ewlenin relatati mal-prijoritajiet Ewropea msemmija fl-Artikolu 3 u l-objettivi speċifiċi tal-Artikolu 4 u l-prinċipji orizzontali tal-Artikolu 4a, bħal indikaturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali, li jevalwaw il-progress irreġistrat mill-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza f'kull wieħed mis-sitt prijoritajiet Ewropej tal-Artikolu 3 li jiddefinixxu l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll sommarju tal-proċess ta' monitoraġġ dwar il-konformità mal-ishma minimi tan-nefqa fuq l-objettivi klimatiċi u ambjentali oħra.

4. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tindika l-grad ta' twettiq tal-istadji importanti rilevanti tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u n-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni biex tindirizza n-nuqqasijiet rispettivi.

5. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tindika arranġamenti u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, u għall-iżborż tal-pagamenti marbut mal-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri ċari.

6. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha sservi bħala bażi għal skambju permanenti tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri li għandhom jitwettqu fil-forma ta' djalogu strutturat organizzat fuq bażi regolari.

7. It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tiġi aġġornata kontinwament u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Din għandha tindika l-istatus ta' talbiet għal pagament, pagamenti, sospensjonijiet u kanċellazzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

8. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta t-Tabella ta' Valutazzjoni matul seduta ta' smigħ organizzata mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

9. Meta tistabbilixxi t-tabella ta' valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddependi kemm jista' jkun minn tabelli operattivi bbażati fuq indikaturi multipli, għall-monitoraġġ tad-dimensjoni soċjali u ekonomika tar-reżiljenza u tabelli operattivi għall-monitoraġġ tad-dimensjoni ekoloġika u diġitali tar-reżiljenza kif annessi mar-rapport tagħha ta' prospettiva strateġika għall-2020 "Inwittu t-triq lejn Ewropa iktar reżiljenti".

KAPITOLU VI

Komplementarjetà, monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 22
Koordinazzjoni u komplementarjetà

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, f'miżura proporzjonata għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Faċilità stabbilita minn dan ir-Regolament u minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, inkluż l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku u b'mod partikolari ma' miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni u l-finanzjament ipprovdut mill-Grupp tal-Bank ta' Investiment Ewropew jew minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li tagħhom Stat Membru jkun detentur tal-ishma. Għal dan il-għan, huma għandhom:

(a) jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(b) jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforz; kif ukoll

(c) jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni, il-kontroll u s-superviżjoni fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali biex jinkisbu l-objettivi tal-istrumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament.

Artikolu 23
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorizza l-implimentazzjoni tal-Faċilità u tikkalkula l-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4. L-indikaturi li jridu jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Faċilità lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi huma stabbiliti fl-Anness III. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqin taħt il-Faċilità.

2. Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati tinġabar b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin u tkun diżaggregata skont il-ġeneru u l-livelli ta' introjtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-Unjoni.

2a. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu d-dritt li jiskrutinizza bis-sħiħ id-deċiżjonijiet dwar l-infiq tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess sħiħ għall-korp rilevanti tal-Parlament Ewropew u għall-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew fuq bażi trimestrali dwar l-istatus tal-pjanijiet approvati, il-modifiki approvati għal dawk il-pjanijiet, l-applikazzjonijiet għall-ħlas li jkunu saru, id-deċiżjonijiet dwar il-pagamenti li jkunu ttieħdu, is-sospensjoni tal-ħlasijiet, il-kanċellazzjoni tal-ħlasijiet u l-irkupru tal-fondi. Fuq bażi trimestrali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta ħarsa ġenerali ta' din l-informazzjoni f'seduta ta' smigħ organizzata mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

2ab. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew fuq bażi trimestrali billi tistabbilixxi bażi ta' data b'data miftuħa u aċċessibbli għall-pubbliku tad-destinatarji finali tal-fondi mill-Faċilità. L-informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali għandha tkun disponibbli għall-Membri tal-Parlament Ewropew taħt kunfidenzjalità stretta miftiehma minn qabel.

2ac. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew fuq bażi trimestrali, permezz ta' seduti ta' smigħ pubbliċi, dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità fl-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni ddettaljata dwar l-ammonti impenjati u mħallsa lill-Istati Membri, l-istatus tal-implimentazzjoni tal-istadji importanti miftiehma, kif ukoll l-informazzjoni rilevanti kollha biex jiġu żgurati trasparenza u żvelar sħaħ dwar il-Faċilità. 

2ad. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas ta' monitoraġġ effettiv għall-proġetti mlestija.

Artikolu 24
Rapport biannwali

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapporti biannwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament.

2. Ir-rapport biannwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità.

3. Ir-rapport biannwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-volum tar-rikavati assenjati għall-Faċilità permezz tal-Istrument ta' Rkupru mill-Unjoni Ewropea fis-sena ta' qabel, imqassam skont il-linja tal-baġit;

(b) il-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità;

(ba) dettalji dwar it-talbiet li jkunu saru għall-istrument ta' appoġġ tekniku fir-rigward tal-abbozzar, ir-reviżjoni, l-implimentazzjoni u t-titjib tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(bb) l-istatus tal-implimentazzjoni tal-miri u l-istadji importanti għal kull Stat Membru, l-ammonti impenjati u mħallsa lil kull Stat Membru u b'kollox, l-applikazzjonijiet għal pagament li jkunu saru, id-deċiżjonijiet dwar il-pagament li jkunu ġew adottati, is-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni tal-pagamenti, l-irkupru tal-fondi, ir-riċevituri tal-fondi u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha li tiżgura trasparenza u obbligu ta' rendikont sħaħ, kif ukoll il-komplementarjetà tal-pjanijiet mal-programmi eżistenti tal-Unjoni;

(bc) taqsima għal kull Stat Membru, li tagħti dettalji dwar kif ir-rispett lejn il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda ġie implimentat skont l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju;

(bd) is-sehem tal-Faċilità li jikkontribwixxi għall-klima u l-ambjent tal-Unjoni;

(be) lista tar-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-fondi mill-Faċilità.

4. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew bħala parti mir-Rappurtar dwar ir-Responsabbiltà Finanzjarja Integrat u għandu jkun jagħmel parti mill-proċedura ta' kwittanza ddedikata bħala kapitolu separat fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-kwittanza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 318 tat-TFUE.

Artikolu 25
Evalwazzjoni u evalwazzjoni ex post tal-Faċilità

1. Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ta' evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tiegħu u rapport ta' evalwazzjoni ex post indipendenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard minn 12-il xahar wara tmiem l-2027.

2. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu, b'mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha.

3. Jekk ikun xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta għall-emendar ta' dan ir-Regolament.

4. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fit-tul.

Artikolu 25a
Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 u l-Artikolu 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 17 u fl-Artikolu 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 u l-Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU VII

Komunikazzjoni u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 26
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni billi jpoġġu tikketta viżibbli tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi l-media, il-media soċjali u l-pubbliku. Ir-riċevituri għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-infiq fl-ambitu tal-Faċilità permezz ta' tikkettar ċar tal-proġetti appoġġati bħala "Inizjattiva ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea".

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Faċilità stabbilita minn dan ir-Regolament, mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4.

2a. Meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni u l-Kummissjoni għandhom jinformaw u jinvolvu regolarment lill-uffiċċji ta' rappreżentanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar proġetti fl-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 28
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima (l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli) għal kull Stat Membru taħt il-Faċilità

Dan l-anness jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 10. Il-metodu jqis:

 il-popolazzjoni;

 l-invers tal-PDG per capita;

 ir-rata medja tal-qgħad matul dawn l-aħħar ħames snin imqabbla mal-medja tal-UE (2015-2019);

 it-tnaqqis kumulattiv fil-PDG reali matul il-perjodu mill-2020 sal-2021, jiġifieri l-bidla reali fil-PDG sal-2021 meta mqabbla mal-2019.

Biex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta' riżorsi:

 il-PDG invers per capita huwa limitat għal 150 % tal-medja tal-UE;

 id-devjazzjoni tar-rata tal-qgħad ta' pajjiż individwali mill-medja tal-UE hija limitata għal 150 % tal-medja tal-UE;

 biex jitqiesu s-swieq tax-xogħol ġeneralment aktar stabbli ta' Stati Membri aktar sinjuri (b'ING per capita ogħla mill-medja tal-UE), id-devjazzjoni tar-rata tal-qgħad tagħhom mill-medja tal-UE hija limitata għal 75 %.

Għall-2021 u l-2022, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima ta' Stat Membru taħt il-Faċilità () hija definita kif ġej:

MFCi(2021-2022) = αi × 0,6 × (FS)

Għall-2023 u l-2024, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima ta' Stat Membru taħt tal-Faċilità (MFCi) hija definita kif ġej:

MFCi(2023-2024) = betai × [ 0,4(FS) + ammont mhux impenjat (2021-2022)

fejn:

FS (Appoġġ Finanzjarju) huwa l-pakkett finanzjarju disponibbli taħt il-Faċilità kif imsemmi

fl-Artikolu 5(1)(a); u hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-Istat Membru i, definit bħala:

,

b'1.

u b'  1.u b'0.75 għal Stati Membri bi

Bi:

  huwa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-pajjiż i huwa l-prodott domestiku gross per capita tal-2019 tal-pajjiż i, il-prodott Domestiku Gross medju ponderat per capita tal-UE-27

L-Istati Membri,

 hija l-popolazzjoni totali tal-2019 fil-pajjiż i,

 hija l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istati Membri tal-UE-27

 hija r-rata medja tal-qgħad matul il-perjodu 2015-2019 tal-pajjiż i

 hija r-rata medja tal-qgħad matul il-perjodu 2015-2019 fl-UE-27

FS (Appoġġ Finanzjarju) huwa l-pakkett finanzjarju disponibbli fl-ambitu tal-Faċilità kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a); kif ukoll

betai hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-Istat Membru i, definit bħala

b'1.

u b'    u 0,75 għal Stati Membri bi

Fejn:

  hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-pajjiż i

huwa l-PDG per capita tal-2019 tal-pajjiż i,

Il-PDG medju per capita ponderat tal-2019 tal-Istati Membri tal-UE-27,

hija l-popolazzjoni totali tal-2019 fil-pajjiż i,

hija l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istati Membri tal-UE-27

huwa t-telf kumulattiv fil-PDG reali matul il-perjodu 2020-2021 tal-pajjiż i

huwa t-telf kumulattiv fil-PDG reali tal-Istati Membri tal-UE 27 matul il-perjodu 2020-2021

Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-perjodu mill-2023 sal-2024 għandu jiġi kkalkulat sat-30 ta' Ġunju 2022 abbażi tad-data tal-Eurostat.

L-applikazzjoni tal-metodoloġija se tirriżulta fis-sehem u l-ammont li ġejjin għall-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru.

Kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru tal-UE

Sehem bħala % tat-total

Ammont (miljuni, prezzijiet tal-2018)

BE

1,55

4821

BG

1,98

6131

CZ

1,51

4678

DK

0,56

1723

DE

6,95

21545

EE

0,32

1004

IE

0,39

1209

EL

5,77

17874

ES

19,88

61618

FR

10,38

32167

HR

1,98

6125

IT

20,45

63380

CY

0,35

1082

LV

0,70

2170

LT

0,89

2766

LU

0,03

101

HU

1,98

6136

MT

0,07

226

NL

1,68

5197

AT

0,95

2950

PL

8,65

26808

PT

4,16

12905

RO

4,36

13505

SI

0,55

1693

SK

1,98

6140

FI

0,71

2196

SE

1,24

3849

Total

100,00

310000

ANNESS II

Gwida tal-valutazzjoni għall-Faċilità

1. Ambitu

L-għan ta' dawn il-linji gwida tal-valutazzjoni huwa li jservu flimkien ma' dan ir-Regolament bħala bażi biex il-Kummissjoni tivvaluta - b'mod trasparenti u ekwu - il-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u biex tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja f'konformità mal-għanijiet u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti stabbilit f'dan ir-Regolament. Dawn il-linji gwida b'mod partikolari jirrappreżentaw il-bażi għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni u għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 16(3) u 17(3).

Il-linji gwida tal-valutazzjoni huma mfassla biex:

(a) jagħtu gwida ulterjuri dwar il-proċess tal-valutazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri;

(b) jipprovdu aktar dettalji dwar il-kriterji tal-valutazzjoni u jistipulaw sistema ta' klassifikazzjoni, li trid tiġi stabbilita bil-ħsieb li tiżgura proċess ekwu u trasparenti; u

(c) jiddefinixxu r-rabta bejn il-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni skont il-kriterji tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja li trid tiġi stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza magħżulin.

Il-linji gwida huma għodda biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif ippreżentati mill-Istati Membri, u biex jiġi żgurat li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jappoġġaw riformi u investiment pubbliku li jkunu rilevanti, u jirrispettaw l-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni u jiġġeneraw valur miżjud Ewropew ġenwin, filwaqt li jiżguraw trattament ugwali fost l-Istati Membri.

2. Kriterji tal-valutazzjoni

Skont l-Artikolu 16(3),il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, ▌u għal dak il-għan, hija għandha tqis l-elementi li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kollha għandhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) jekk il-pjan jikkontribwix b'mill-inqas 40 % tal-ammont tiegħu għall-integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità u jekk il-metodoloġija ta' traċċar imsemmija fl-Artikolu 15(3)(ae) hijiex applikata b'mod korrett;

(b) jekk il-pjan jikkontribwix b'mill-inqas 20 % tal-ammont tiegħu għal azzjonijiet diġitali u jekk il-metodoloġija ta' traċċar imsemmija fl-Artikolu 15(3)(af) hijiex applikata b'mod korrett;

(c) jekk kull miżura tmurx kontra l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni, tissostitwix in-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti u tirrispettax il-prinċipju tal-addizzjonalità u l-prinċipju ta' "tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti" skont l-Artikolu 4a ġdid;

(d) jekk il-pjan jikkonformax mal-ishma minimi tal-allokazzjoni għal kull waħda mill-prijoritajiet Ewropej stabbiliti skont l-Artikolu 3;

(e) jekk l-arranġamenti magħmula mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-impriżi benefiċjarji ma jkunux involuti f'xi arranġament fiskali rapportabbli skont id-Direttiva (UE) 2018/822 fir-rigward ta' arranġamenti transfruntieri;

Effikaċja:

(f) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwix għal kull waħda mis-sitt prijoritajiet Ewropej kif definiti fl-Artikolu 3 u jekk jikkontribwix u jmurx kontra l-objettivi tal-Artikolu 4, paragrafu 1, punt b;

(g) jekk ikunx sar id-djalogu f'diversi livelli kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) u jekk il-partijiet ikkonċernati rispettivi jingħatawx opportunitajiet effettivi biex jipparteċipaw fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(h) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, l-istadji importanti u l-miri kwalitattivi u kwantitattivi previsti, u l-indikaturi relatati u jekk il-pjan itejjibx il-prestazzjoni bbażata fuq il-pajjiż fl-ambitu tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali u tat-Tabella ta' Valutazzjoni dwar il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku;

(i) jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat;

(j) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludix investimenti fi proġetti transfruntiera jew pan-Ewropej li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew, fejn rilevanti, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom;

Effiċjenza:

(k) jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatti  mistennija fuq l-ekonomija u l-impjiegi soċjali u ekonomiċi bi qbil mal-prinċipju ta' kosteffiċjenza;

(l) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati huwiex mistenni li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrettifikaw kunflitti ta' interess, korruzzjoni u frodi meta jintużaw il-fondi kif derivati minn din il-Faċilità, inkluż dawk li għandhom l-għan li jevitaw il-finanzjament doppju minn programmi oħra tal-Unjoni;

Rilevanza:

(m) jekk il-pjan jinkludix miżuri li, bi qbil mal-ambitu tal-Faċilità, effettivament jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati b'mod uffiċjali mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inklużi r-rakkomandazzjonijiet rilevanti għaż-żona tal-euro kif approvati mill-Kunsill;

(n) jekk il-pjan, f'każ li Stat Membru jkun qed jesperjenza żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi kif konkluż mill-Kummissjoni wara analiżi fil-fond, huwiex kompatibbli mar-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011;

(o) jekk il-pjan jinkludix l-informazzjoni preċiża msemmija fl-Artikolu 15;

Koerenza:

(p) jekk il-pjan jirrappreżentax pakkett komprensiv ta' riforma u investiment u jekk l-arranġamenti jipprovdux konsistenza u sinerġiji kif imsemmi fl-Artikolu 14(2b);

(q) jekk il-pjan huwiex konsistenti mal-prinċipji tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, l-istrateġija nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jekk twettqitx valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri u jekk il-miżuri fil-pjan humiex mistennija jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri jew għall-isfidi li jirriżultaw minnha.

▌Bħala riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti klassifikazzjonijiet għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri, skont kull wieħed mill-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3), sabiex tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-pjanijiet u bil-għan li tistabbilixxi l-allokazzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 17(3).

Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u effiċjenza, is-sistema ta' klassifikazzjoni għandha tvarja minn A sa C, kif stabbilit f'dan li ġej:

Klassifikazzjoni għall-punti (a) sa (e)

A - Kriterji ssodisfati

C - Kriterji mhux issodisfati

Klassifikazzjoni għall-punti (f), (g), (h), (i), (j), (k), (l), (m), (n), (o), (p), (q)

A - Kriterji ssodisfati sa punt għoli / Arranġamenti adegwati għall-implimentazzjoni effettiva għal (h)

B - Kriterji ssodisfati sa punt moderat / Arranġamenti minimi għall-implimentazzjoni effettiva għal (h)

C - Kriterji ssodisfati sa punt baxx / Arranġamenti insuffiċjenti għall-implimentazzjoni effettiva għal (h)

Għall-kriterju (j) tapplika biss il-klassifikazzjoni ta' A jew B u ma tingħata l-ebda klassifikazzjoni għall-Istati Membri li għandhom restrizzjonijiet oġġettivi derivati mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

▌3. Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-istrument baġitarju għall-irkupru u r-reżiljenza

F'konformità mal-Artikolu 17(3), il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja filwaqt li tqis l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat, kif ivvalutat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17(3). Għal dak il-għan, hija għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:

(a) fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 10 jew ogħla, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun daqs l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10;

(b) fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konformi b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 10, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(ba) fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-pjan jirċievi kull B b'aktar minn żewġ B għall-kriterji fil-punti h, i, l, m, p stabbiliti fl-Artikolu 16(3), l-allokazzjoni finanzjarja għandha titnaqqas bi 2 % għal kull kriterju u t-tnaqqis globali ma għandux jaqbeż is-6 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali;

(c) fejn il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja ma għandha tiġi allokata lill-Istat Membru kkonċernat.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan is-subparagrafu, il-formuli li ġejjin għandhom japplikaw:

 għal (a) hawn fuq:      l-Istat Membru  jirċievi  

 għal (b) hawn fuq:    <  l-Istat Membru  jirċievi  

 fejn: 

 i  tirreferi għall-Istat Membru kkonċernat

 MFC  hija l-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Istat Membru kkonċernat 

 C  huwa l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

Bħala riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni skont l-Artikolu 16(3), u filwaqt li jitqiesu l-klassifikazzjonijiet:

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji tal-valutazzjoni:

Jekk il-klassifikazzjoni finali għall-kriterji (a) sa (q) tinkludi punteġġi ta':

- A għall-kriterji (a) sa (f);

u għall-kriterji l-oħrajn:

- kollha A,

jew

- maġġoranza ta' A fuq B u l-ebda C,

Il-pjan jirċievi kull B aktar minn żewġ B għall-kriterji fil-punti h, i, l, m, p stabbiliti fl-Artikolu 16(3) l-allokazzjoni finanzjarja għandha titnaqqas bi 2 % għal kull kriterju u t-tnaqqis globali ma għandux jaqbeż is-6 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali.

Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti mal-kriterji tal-valutazzjoni:

Jekk il-klassifikazzjoni finali għall-kriterji (a) sa (q) tinkludi punteġġi ta':

- mhux A fil-kriterji (a) sa (f);

u għall-kriterji l-oħrajn:

- maġġoranza ta' B fuq A

jew

- mill-inqas C waħda

ANNESS III

Indikaturi

Il-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4 għandha titkejjel abbażi tal-indikaturi li ġejjin, maqsumin skont l-Istat Membru u skont il-qasam ta' intervent.

L-indikaturi għandhom jintużaw skont id-data u l-informazzjoni disponibbli, inkluża data kwantitattiva u/jew kwalitattiva.

  Indikaturi tal-output:

(a) l-għadd ta' pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżistenza ▌;

(b) il-kontribuzzjoni finanzjarja kumplessiva allokata għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

  Indikaturi tar-riżultati:

(c) l-għadd ta' pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza implimentati; Indikaturi tal-impatt stabbiliti minn dan ir-Regolament

(d) L-għanijiet stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li nkisbu, fost l-oħrajn, minħabba l-appoġġ finanzjarju kumplessiv (inkluż, fejn xieraq, l-appoġġ għal self) riċevuti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament;

L-evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 25 għandha ssir mill-Kummissjoni wkoll bil-għan li jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-appoġġ finanzjarju kumplessiv (inkluż, fejn xieraq, l-appoġġ għal self) mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jissaħħu l-irkupru, ir-reżiljenza, it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-koeżjoni.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (16.10.2020)

għall-Kumitat għall-Baġit u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dragoș Pîslaru 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-28 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni ressqet proposta għall-istabbiliment ta' Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li tissostitwixxi l-proposta rtirata tal-Kummissjoni għal Programm ta' Appoġġ għal Riformi (RSP). Il-proposta l-ġdida hija bbażata fuq l-aħħar test dwar l-RSP u hija allinjata mill-qrib mal-gwida ta' politika pprovduta fl-ambitu tas-Semestru Ewropew. L-objettivi tagħha ġew riveduti u l-mod ta' implimentazzjoni tal-Faċilità ġie adattat biex jitqiesu r-realtajiet il-ġodda li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19. F'dan il-kuntest il-ġdid, huwa ta' importanza kruċjali li l-irkupru jiġi ppjanat b'mod strateġiku u li jiġi żgurat tkabbir sostenibbli billi tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tkun programm ewlieni tal-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali rivedut. Il-Faċilità hija wkoll parti minn firxa ta' miżuri żviluppati b'rispons għall-pandemija attwali tal-COVID-19 bħall-"Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus".

Il-Faċilità għandha l-għan li tipprovdi appoġġ finanzjarju fuq skala kbira biex tagħti spinta lit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi aktar fit-tul li huma tant meħtieġa, kif ukoll investimenti pubbliċi relatati fl-Istati Membri. L-objettiv ġenerali tagħha huwa li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni, permezz ta' miżuri li jippermettu lill-Istati Membri kkonċernati jirkupraw b'mod aktar rapidu u sostenibbli u jsiru aktar reżiljenti, filwaqt li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi u jappoġġaw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u enerġetiċi, irawmu l-ħolqien tal-impjiegi u jippromwovu t-tkabbir sostenibbli.

F'perspettiva usa', il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-kuntest tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

L-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità se jingħata b'rispons għal talba mill-Istat Membru kkonċernat li ssir fuq bażi volontarja. Dan l-appoġġ se jingħata fil-forma ta' għajnuna li ma titħallasx lura taħt ġestjoni diretta u fil-forma ta' self.

L-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza li jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pakkett koerenti u għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fl-ambitu tal-fondi tal-Unjoni. Dawn il-pjanijiet se jikkostitwixxu anness tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma u r-rapportar dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet se jsir ukoll fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

B'mod parallel mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Kummissjoni pproponiet ukoll regolament għal Strument ta' Appoġġ Tekniku li se jipprovdi appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u r-riformi strutturali fit-tul fl-Istati Membri u se jrawwem l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta' Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u huwa konvint li din il-Faċilità se jkollha rwol kruċjali għall-irkupru u t-tiġdid tal-Unjoni. Huwa jirrakkomanda l-ħolqien ta' pilastru, f'din il-Faċilità, iddedikat għar-riformi u l-investimenti mfassla għall-ġenerazzjoni li jmiss, speċjalment għaż-żgħażagħ u t-tfal. Dan jirrifletti l-impenn sod tar-rapporteur favur l-idea li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tkun strument orjentat lejn il-futur imfassal għall-benefiċċju tal-ġenerazzjoni li jmiss.

L-opinjoni attwali tibni fuq l-opinjoni dwar "L-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi" (2018/0213(COD)) li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali adotta fis-26 ta' Mejju 2020. Konsegwentement, din tinkorpora l-emendi kollha li huma rilevanti wkoll għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Barra minn hekk, ir-rapporteur jixtieq jipproponi bidliet addizzjonali li jenfasizzaw l-importanza tar-riformi strutturali bbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni u l-ġustizzja soċjali bħala parti mill-għanijiet tas-Semestru Ewropew sabiex jiġu żgurati l-ugwaljanza u l-aċċess għall-opportunitajiet u l-protezzjoni soċjali, għall-protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli u għat-titjib tal-livell ta' għajxien taċ-ċittadini kollha. Fil-fehma tiegħu, ir-riformi segwiti jistgħu jiksbu appoġġ wiesa' jekk l-Istati Membri jipprevedu, bħala parti mill-proċess ta' preżentazzjoni ta' talbiet għal appoġġ finanzjarju fl-ambitu tal-Faċilità, konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u mal-parlamenti nazzjonali.

Ir-rapporteur jipproponi estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità (l-Artikolu 3) bl-inklużjoni ta' firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika eż. miżuri għall-edukazzjoni, għat-tagħlim tul il-ħajja u għat-taħriġ; miżuri għal futur aħjar għat-tfal żvantaġġati, għaż-żgħażagħ, għall-anzjani u għall-persuni b'diżabilità; miżuri li jnaqqsu d-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri u jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; miżuri li jippromwovu kundizzjonijiet għat-tisħiħ tal-opportunitajiet u l-ħiliet intraprenditorjali; miżuri għall-implimentazzjoni ta' azzjoni klimatika; miżuri li jtejbu l-kapaċità tal-istituzzjonijiet pubbliċi li jiggarantixxu d-drittijiet tal-ħaddiema mobbli u transfruntieri; miżuri għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; miżuri ta' riforma tal-pensjonijiet kif ukoll miżuri għat-titjib tas-sistemi tas-saħħa pubblika.

Ir-rapporteur jipproponi wkoll emenda li tindirizza b'mod speċifiku s-sitwazzjoni tal-Istati Membri li qed jesperjenzaw żbilanċi eċċessivi u tal-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro li huma soġġetti għal dewmien sinifikanti fl-iżvilupp strutturali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) L-Artikoli 2 u 8 tat-Trattat jiddisponu li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur tal-Unjoni u li, fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, inkluż l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, jenħtieġ għalhekk li tiġi implimentata fil-politiki u fir-regolamenti kollha tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ("is-Semestru Ewropew"), inkluż il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta' investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u / jew tal-Unjoni.

(3) Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ("is-Semestru Ewropew"), inkluż l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSDGs), huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. Bħala parti mill-għanijiet tas-Semestru Ewropew, qed jiġu indirizzati wkoll riformi strutturali bbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni u l-ġustizzja soċjali, bl-għan li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u tkabbir, jiġu żgurati l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u l-protezzjoni soċjali u l-aċċess għalihom, jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli u jittejbu l-istandards tal-għajxien għal kulħadd. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta' investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u / jew tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku u soċjali ġew amplifikati bil-COVID-19, b'mod partikolari għan-nisa u l-bniet minħabba l-inugwaljanzi eżistenti. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji u ta' protezzjoni soċjali sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom li jiżguraw standard ta' għajxien deċenti jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika, soċjali, ekoloġika u amministrattiva tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni u effetti sekondarji evitabbli ta' xokkijiet bejn l-Istati Membri jew fi ħdan l-Unjoni inġenerali, bi sfidi konsegwenzjali għall-konverġenza u l-koeżjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali tal-Istati Membri jiżguraw li s-soċjetajiet u ċ-ċittadini jingħataw is-servizzi integrati u l-benefiċċji ekonomiċi meħtieġa għal ħajja deċenti, li jkopru l-oqsma ta' intervent li ġejjin: is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, l-impjiegi, il-ġustizzja u s-servizzi soċjali għall-gruppi vulnerabbli. Għandhom rwol ewlieni fil-kisba ta' żvilupp soċjali sostenibbli, filwaqt li jippromwovu l-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali. Minħabba l-kriżi tal-COVID-19, is-sistemi ta' protezzjoni soċjali tal-Istati Membri qegħdin f'sitwazzjoni ta' stress u pressjoni bla preċedent, peress li ma kinux imfassla biex ikopru d-domanda soċjali tiżdied fil-kuntest ta' emerġenza tal-kura tas-saħħa u ekonomika. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali se jkollhom bżonn jissaħħu b'mod li jkunu jistgħu jwettqu u jgħinu lill-popolazzjoni kollha, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew xokkijiet sistemiċi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) Il-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19 naqqsu b'mod konsiderevoli l-marġni ta' manuvra fiskali għal ħafna Stati Membri, u dan idgħajjef il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw prijoritajiet importanti ta' riforma u investiment. Filwaqt li s-Semestru Ewropew jirrappreżenta l-qafas tal-Unjoni biex jiġu identifikati l-prijoritajiet ta' riforma u investiment, il-ħtieġa li jissaħħu l-irkupru u r-reżiljenza, enfasizzata mill-kriżi tal-COVID-19, tmur lil hinn mill-qasam tal-politika ekonomika u jeħtieġ li tingħata prijorità adegwata fit-tfassil u fl-istabbiliment tas-Semestru Ewropew.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji u s-soċjetajiet nazzjonali, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament, jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir inklużiv u jadattaw għall-iżviluppi teknoloġiċi huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Anki qabel il-kriżi tal-COVID-19, l-ekonomiji u s-soċjetajiet fl-Unjoni kienu fil-proċess ta' tibdil profond minħabba l-isfidi tat-tibdil fil-klima, l-isfidi ambjentali, diġitali u demografiċi u diskrepanza fl-investiment soċjali. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu. Is-sostenibbiltà u l-inklużjoni soċjali jridu jkunu l-pedament ta' dan il-proċess ta' bini ta' soċjetajiet inklużivi u reżiljenti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) In-nisa kienu fuq quddiem fil-kriżi tal-COVID-19, peress li jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa madwar l-Unjoni, u jkollhom jibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet ta' kura mhux imħallsa mar-responsabbiltajiet tal-impjieg tagħhom, li qed isir dejjem aktar diffiċli fil-każ tal-familji b'ġenitur wieħed li 85 % minnhom huma nisa. L-investiment f'infrastruttura robusta tal-kura huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa u biex jinbnew soċjetajiet reżiljenti, jiġu miġġielda l-kundizzjonijiet prekarji f'settur iddominat min-nisa, tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u jiġu evitati l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Barra minn hekk, investiment bħal dan għandu effett pożittiv fuq il-PDG peress li jippermetti li aktar nisa jieħdu sehem f'xogħol imħallas.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru ekonomiku u soċjali u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli fit-tul, jiżdiedu r-reżiljenza u l-koeżjoni soċjali, u biex tiġi evitata żieda tal-inugwaljanzi u l-faqar. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli, jinħolqu u jinżammu l-impjiegi ta' kwalità u jinbnew swieq tax-xogħol reżiljenti. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u aktar indipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u li jiġi previst mekkaniżmu li jippermetti d-distribuzzjoni ta' appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi marbuta mar-rakkomandazzjoni speċifiċi għall-pajjiż tal-Kummissjoni maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri, partikolarment fid-dawl tal-objettivi tal-istrateġija l-ġdida għat-tkabbir sostenibbli ppreżentata fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-prinċipji tal-EPSR u l-UNSDGs biex tinkiseb koeżjoni soċjali u territorjali. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Il-Faċilità jenħtieġ li tiżgura sinerġiji mal-programm InvestEU u tkun komplementari għalih, u tippermetti lill-Istati Membri jallokaw fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza ammont li għandu jitqassam permezz ta' InvestEU biex jappoġġa s-solvenza tal-kumpaniji stabbiliti fl-Istati Membri u l-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni tagħhom.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb tranżizzjoni ġusta li ma tħalli lil ħadd lura u mira ġenerali li 37% tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi, filwaqt li ebda fond ma jingħata għal miżuri li jaffettwaw b'mod negattiv il-perkors lejn Unjoni newtrali għall-klima fl-2050. Barra minn hekk, minħabba li l-Aġenda 2030 tirrikjedi approċċ politiku olistiku u transsettorjali biex jiġi żgurat li l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali jiġu indirizzati flimkien, is-sostenibbiltà soċjali jeħtieġ li tingħata prijorità ugwali fil-qafas tal-Faċilità.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Fid-dawl tal-EPSR bħala l-istrateġija soċjali tal-Ewropa biex tiżgura li t-tranżizzjonijiet ta' newtralità klimatika, diġitalizzazzjoni u bidla demografika, kif ukoll l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19, ikunu soċjalment ġusti u ekwi, il-Faċilità se tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-20 prinċipju tiegħu u għall-kisba tal-miri u l-istadji importanti tal-progress soċjali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika tajba, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni uniformi, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata s-setgħa li jissospendi, fuq proposta mill-Kummissjoni u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-perjodu għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar proposti ta' pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u li jissospendi l-pagamenti fil-qafas ta' din il-Faċilità f'każ ta' nuqqas ta' konformità serju b'rabta mal-każijiet rilevanti relatati mal-proċess ta' governanza ekonomika stipulat fir-Regolament (UE) Nru XXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [CPR] (...). Jenħtieġ li l-Kunsill jingħata wkoll is-setgħa li jirrevoka dawk is-sospensjonijiet permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni, b'rabta mal-istess każijiet rilevanti.

(13) Sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika tajba, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni jew it-tneħħija tas-sospensjoni fir-rigward tal-perjodu għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar proposti ta' pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u l-pagamenti, parzjalment jew totalment, fil-qafas ta' din il-Faċilità f'każ ta' nuqqas ta' konformità serju b'rabta mal-każijiet rilevanti relatati mal-proċess ta' governanza ekonomika stipulat fir-Regolament (UE) Nru XXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [CPR] (...). Id-deċiżjoni li jiġu sospiżi l-pagamenti ma għandhiex tapplika dment li l-klawżola liberatorja ġenerali tkun attiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità jenħtieġ li jirreferi għall-oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, mas-saħħa, mal-kompetittività, mal-intraprenditorija, mar-reżiljenza, mal-produttività, mal-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji, mal-kultura, mal-politiki dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet, it-tfal u ż-żgħażagħ, mar-riċerka u l-innovazzjoni, mat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, mas-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika, kif ukoll mal-politiki f'konformità mal-EPSR li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tagħha, bħall-protezzjoni soċjali, l-impjiegi u l-investiment ta' kwalità għolja, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità, id-djalogu soċjali u t-tisħiħ tas-sistemi demokratiċi, inklużi sistemi ġudizzjarji effiċjenti u indipendenti kif ukoll il-pluraliżmu tal-midja u l-libertà tal-midja.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi tat-tkabbir sostenibbli.

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u l-kontribut għall-objettivi tal-politiki tal-Unjoni, il-UNSDGs, l-EPSR, il-Ftehim ta' Pariġi, it-tisħiħ tas-suq intern, strutturi ekonomiċi u soċjali reżiljenti, swieq tax-xogħol reżiljenti, l-indirizzar tal-isfidi demografiċi u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, b'mod partikolari fir-rigward tal-gruppi vulnerabbli, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll riindustrijalizzazzjoni innovattiva u sostenibbli, riformi tas-sistemi tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet u appoġġ għar-riformi fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tal-euro bħala l-munita tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi appoġġ finanzjarju bil-għan li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u tal-investimenti stabbiliti fil-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza. Jenħtieġ li dak l-objettiv speċifiku jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

(15) Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-għan li tingħata spinta lill-proġetti li jrawmu l-iżvilupp tagħhom, l-investiment f'setturi produttivi u strateġiċi u li jkollhom rwol strutturali fil-provvista ta' servizzi pubbliċi universali, mingħajr ħlas u ta' kwalità għolja. Jenħtieġ li dak l-objettiv speċifiku jiġi segwit b'rispett xieraq għall-istrateġiji speċifiċi ta' żvilupp tal-Istati Membri kkonċernati, u jagħti kontribut sinifikanti billi jipprovdi risponsi immedjati għall-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u investimenti pubbliċi li jkollhom rwol strutturali fl-iżgurar tal-koeżjoni soċjali u territorjali tal-Istati Membri u tal-Unjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Sabiex ir-riformi li jridu jsiru jkollhom livell wiesa' ta' appoġġ, l-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw mill-Faċilità jenħtieġ li, bħala parti mill-proċess tat-tfassil tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, jikkonsultaw lill-awtoritajiet u l-muniċipalitajiet reġjonali u lokali u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar is-Sħubija fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni, kif ukoll il-parlamenti nazzjonali. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, il-UNSDGs, l-impenji tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi u l-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti", u mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk relatati mal-politiki soċjali u tal-impjieg u filwaqt li jitqiesu l-indikaturi soċjali speċifiċi identifikati għal kull Stat Membru, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jinkludi wkoll indikaturi soċjali speċifiċi li jridu jinkisbu u valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri konsistenti mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, il-Garanzija għat-Tfal, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-prinċipji tal-EPSR, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għas-sitt oqsma politiċi identifikati f'dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għalihom. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li s-sħab soċjali jiġu kkonsultati meta jiġu abbozzati l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza u li jingħataw l-possibbiltà li jagħtu l-input tagħhom fi stadju bikri.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Għall-finijiet ta' informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jiddiskuti, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru, tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta' aġġustament fl-Unjoni. Sabiex tkun żgurata evidenza xierqa, jenħtieġ li din id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika tal-Kummissjoni disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti.

(18) Għall-finijiet ta' informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jiddiskutu, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru, tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta' aġġustament fl-Unjoni. Sabiex tkun żgurata evidenza xierqa, jenħtieġ li din id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika tal-Kummissjoni disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, il-portata tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u ta' partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, imwettqa qabel il-preżentazzjoni tal-pjan, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-prinċipji tal-EPSR u l-UNSDGs, b'mod partikolari l-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità u r-reżiljenza ekonomika u soċjali, kif ukoll l-indikaturi soċjali li jridu jittejbu, bi qbil mal-prinċipji tal-EPSR u l-UNSDGs; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u li jikkontribwixxu direttament għalihom, u, fejn xieraq, stima tal-impatt tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali f'termini ta' impjiegi mitlufa u nuqqas ta' protezzjoni soċjali, kif ukoll ta' miżuri xierqa biex jiġu indirizzati dawk il-problemi; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jenħtieġ li juri wkoll kif il-pjan mistenni jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għal tkabbir u ħolqien tal-impjiegi bbilanċjati fir-rigward tal-ġeneri. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni u bil-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, b'mod partikolari fir-rigward tal-gruppi vulnerabbli u ż-żgħażagħ u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni u tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi, il-UNSDGs u l-EPSR, biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jitnaqqas id-distakk infrastrutturali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija, l-impjiegi u l-progress soċjali; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Għall-finijiet tat-tħejjija ta' pjanijiet ta' kwalità għolja u biex il-Kummissjoni tkun assistita fil-valutazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u fil-valutazzjoni tal-grad tal-kisba tagħhom, jenħtieġ li jkun previst l-użu ta' parir minn esperti u, fuq talba tal-Istat Membru, konsulenza bejn il-pari.

(24) Għall-finijiet tat-tħejjija ta' pjanijiet ta' kwalità għolja u biex il-Kummissjoni tkun assistita fil-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u fil-valutazzjoni tal-grad tal-kisba tagħhom, jenħtieġ li jkun previst l-użu ta' parir minn esperti u, fuq talba tal-Istat Membru, konsulenza bejn il-pari. Meta għarfien espert bħal dan jikkonċerna politiki relatati max-xogħol, is-sħab soċjali jiġu infurmati u eventwalment jiġu involuti. L-assistenza teknika jenħtieġ li ma tintalabx f'oqsma li jaqgħu kompletament jew parzjalment fil-kompetenza tas-sħab soċjali, sakemm is-sħab soċjali ma jaqblux. Tali attivitajiet ma jistgħux jikkompromettu r-rwol tas-sħab soċjali jew jheddu l-awtonomija tan-negozjar kollettiv.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx s-6,8 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talba għal appoġġ permezz ta' self fi żmien xahrejn mid-data tat-talba.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32a) Meta l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, la parzjalment u lanqas totalment, inkluż meta l-bidliet fl-indikaturi soċjali u ekonomiċi jaffettwaw b'mod sinifikanti l-pjan inizjali ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħmel talba motivata lill-Kummissjoni biex temenda jew tissostitwixxi d-deċiżjoni tagħha. Għal dak il-għan, l-Istat Membru jenħtieġ li jkun jista' jipproponi emendi għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u jagħmel użu mill-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 32b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32b) Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tissospendi l-finanzjament allokat lil Stat Membru f'każ ta' nuqqas fir-rigward tal-istat tad-dritt, l-azzjonijiet fil-livell reġjonali u lokali li jkunu eliġibbli jenħtieġ li jkomplu jibbenefikaw mill-Faċilità.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 32c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32c) L-Istati Membri li jesperjenzaw żbilanċi eċċessivi, l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex il-euro u l-Istati Membri li huma soġġetti għal dewmien sinifikanti fl-iżvilupp strutturali jenħtieġ li jkunu jistgħu jipproponu riformi fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, biex jindirizzaw il-problemi li wasslu għal żbilanċi eċċessivi bħal dawn.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34a) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li jkun hemm viżibbiltà tal-appoġġ ipprovdut fil-qafas tal-Faċilità, jiġu mifruxa sew fil-livell reġjonali u lokali xieraq fuq diversi mezzi tal-informazzjoni, b'mod mhux diskriminatorju.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li jiġu eżerċitati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-proċedura ta' eżami tiegħu13. Wara l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(39) Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti li trid tiġi allokata għalihom. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Wara l-adozzjoni ta' att delegat, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, bħar-rispett għall-istat tad-dritt, ġudikatura indipendenti, il-pluraliżmu tal-midja u l-libertà tal-midja huma prekundizzjonijiet essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-Unjoni.

________________________________

13 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu, permezz tal-ħolqien ta' futur aħjar għall-ġenerazzjoni li jmiss, tat-titjib tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, tal-promozzjoni ta' riformi li jsaħħu t-tkabbir u tat-tisħiħ tas-suq intern, jirreferi għas-sitt oqsma ta' politika li ġejjin:

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-trasformazzjoni diġitali, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-koeżjoni ekonomika, il-produttività u l-kompetittività, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-industrija u l-SMEs;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-koeżjoni soċjali, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-EPSR;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-reżiljenza istituzzjonali u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-politiki għan-Next Generation, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Garanzija għat-Tfal.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3a

1. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tirrispetta bis-sħiħ l-Artikolu 152 tat-Trattat, u l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza maħruġa fl-ambitu ta' dan ir-Regolament jirrispettaw il-prattiki u l-istituzzjonijiet nazzjonali b'rabta mal-formazzjoni tal-pagi. Dan ir-Regolament jirrispetta l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant ma jaffettwax id-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi jew jinforza ftehimiet kollettivi jew li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tikkontribwixxi għall-indirizzar tal-isfidi tas-sitt oqsma ta' politika msemmija fl-Artikolu 3, biex b'hekk tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, tippromwovi t-tkabbir sostenibbli u tiġġenera valur miżjud Ewropew.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-Faċilità għandha tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politiki tal-Unjoni, l-impenji tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi u t-tisħiħ tas-suq intern, l-EPSR u l-UNSDGs, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri, bħal dawk:

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għat-tranżizzjoni għal Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, tranżizzjoni ġusta b'appoġġ għar-reġjuni l-aktar milquta, mobilità u infrastruttura sostenibbli, l-indirizzar tal-faqar enerġetiku, il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, il-kisba tad-diversifikazzjoni tal-enerġija u l-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, miżuri għas-settur agrikolu, is-sajd u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u transfruntieri;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)  – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għad-diġitalizzazzjoni u l-espansjoni tar-rwol tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, u li jrawmu l-infrastruttura diġitali, itejbu l-aċċess għax-xogħol diġitali u jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għall-bini ta' swieq tax-xogħol reżiljenti b'kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, it-tisħiħ tal-investiment, it-trawwim tal-investiment u l-appoġġ tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq, miżuri biex tingħata spinta lill-opportunitajiet u l-ħiliet intraprenditorjali, il-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-investiment u l-SMEs, inkluż għal riindustrijalizzazzjoni innovattiva u sostenibbli, investimenti fis-settur tal-industrija, il-konsolidazzjoni tal-kapaċità produttiva u strateġika tal-Unjoni, l-iżvilupp ta' ekosistemi industrijali u l-appoġġ lill-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw il-munita unika;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) għall-inklużjoni soċjali, it-tisħiħ tas-sigurtà soċjali u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, id-djalogu soċjali, l-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali, impjiegi ta' kwalità, l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-indirizzar tal-faqar u l-inugwaljanzi, id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, leave adattat għall-familja u arranġamenti tax-xogħol flessibbli u żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, anki permezz tal-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs u progressjoni fil-karriera;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) – punt e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali tal-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali rispettivi tagħhom fir-rigward tal-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali, biex jitjiebu s-sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa, inkluż kapaċità aħjar ta' rispons għall-kriżijiet, l-iżvilupp ta' servizzi ta' kura u kura fid-djar ta' kwalità u bi prezz raġonevoli, ċentri tal-kura u djar tal-kura aktar sikuri, ta' kwalità ogħla u aktar aċċessibbli, tagħmir mediku u servizzi mediċi aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, miżuri biex tittejjeb il-kapaċità tal-istituzzjonijiet pubbliċi biex jiggarantixxu d-drittijiet tal-ħaddiema mobbli u transfruntieri, inkluż li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u pagi konformi mal-liġi u l-informazzjoni kollha meħtieġa, għall-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji, it-tisħiħ ta' sistemi ġudizzjarji effiċjenti u indipendenti, il-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-midja u l-libertà tal-midja;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) – punt f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, u għall-kultura, l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja u l-ETV, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji u azzjonijiet nazzjonali u reġjonali għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, tbassir aħjar tal-evoluzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, politiki dwar it-tfal u ż-żgħażagħ, opportunitajiet indaqs u aċċess għal kulħadd, riformi tal-pensjonijiet, b'enfasi fuq is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif ukoll opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel biex jiksbu drittijiet tal-pensjoni.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jinkiseb dakn-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

2. Sabiex jinkiseb dak l-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, filwaqt li jitqies li d-disparitajiet ekonomiċi, l-inugwaljanza soċjali u l-ħarsien soċjali batut għandhom effetti sekondarji li jdgħajfu l-istabbiltà ġenerali tal-Unjoni. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, li huma soġġetti għal dewmien sinifikanti fl-iżvilupp strutturali jistgħu jipproponu pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li jindirizzaw il-problemi tagħhom.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Ir-riformi u l-investimenti mibdija mill-Istati Membri wara l-1 ta' Frar 2020 huma eliġibbli fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta' kull strument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti.

2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, u dment li ma jkunux azzjonijiet eliġibbli għal appoġġ tekniku skont l-Artikolu 7 tar-Regolament ... [dwar Strument ta' Appoġġ Tekniku, 2020/0103(COD)]. Meta Stat Membru ma jagħmilx użu mill-finanzjament allokat, dak il-finanzjament jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għal proposti abbozzati wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex jiġi promoss dibattitu miftuħ għall-appoġġ ta' azzjonijiet li jistimulaw ir-riċerka, id-dibattitu pubbliku u jxerrdu informazzjoni dwar ir-riformi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi negattivi tal-kriżi tal-COVID-19.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...)] is- [CPR], il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni biex jissospendi l-perjodu ta' żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) jew jissospendi l-pagamenti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...)] is- [CPR], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 27a rigward deċiżjoni biex jiġi sospiż il-perjodu ta' żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) jew jiġu sospiżi l-pagamenti, parzjalment jew totalment, taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Id-deċiżjoni li tissospendi l-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal pagament ippreżentati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Is-sospensjoni tal-perjodu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 17 għandha tapplika mill-jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1c.  Id-deċiżjoni ta' sospensjoni tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika dment li l-klawżola liberatorja ġenerali tkun attiva.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk iseħħ xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...], il-Kunsill għandu, bi proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni biex iwaqqaf is-suspensjoni tal-perjodu ta' żmien jew tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu preċedenti.

2. Jekk iseħħ xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 27a rigward id-deċiżjoni biex titneħħa s-sospensjoni tal-perjodu ta' żmien jew tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. Il-proċeduri jew il-pagamenti rilevanti għandhom jerġgħu jibdew mill-jum wara t-tneħħija tas-sospensjoni.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  F'każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tissospendi l-finanzjament allokat lil Stat Membru minħabba nuqqasijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt, l-azzjonijiet fil-livell reġjonali u lokali li jkunu eliġibbli għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-Faċilità.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-appoġġ tas-self għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun ogħla mid-differenza bejn il-kost totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, kif rivedut jekk rilevanti, u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10. Il-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma għandux jaqbeż l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu.

4. L-appoġġ tas-self għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun ogħla mid-differenza bejn il-kost totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, kif rivedut jekk rilevanti, u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10. Il-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma għandux jaqbeż is-6,8 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan huma mistennija jindirizzaw in-nuqqasijiet fir-rigward tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan iqisu l-pożizzjonijiet li jaslu minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mingħajr skop ta' qligħ u awtoritajiet lokali jew reġjonali fl-Istat Membru.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba' snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pakkett koerenti.

1. Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba' snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pakkett koerenti. Għat-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-Istrument ta' Appoġġ Tekniku f'konformità mar-Regolament XX/YYYY [li jistabbilixxi l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku].

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-UNSDGs, mill-inqas 37 % tal-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-bijodiversità u l-objettivi dwar is-sostenibbiltà ambjentali. Permezz ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tadotta l-metodoloġija rilevanti biex tgħin lill-Istati Membri jissodisfaw dak ir-rekwiżit.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Fid-dawl tal-EPSR bħala l-istrateġija tal-Ewropa għall-progress soċjali, parti sinifikanti mill-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-EPSR. Permezz ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tadotta l-metodoloġija rilevanti biex tgħin lill-Istati Membri jissodisfaw dak ir-rekwiżit.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1c.  Fid-dawl tal-karattru orjentat lejn il-futur tal-istrument għall-irkupru Next Generation EU u b'rikonoxximent tal-importanza tal-Aġenda għall-Ħiliet Diġitali, il-Garanzija għat-Tfal u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jikkontribwixxi biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' ħsara fit-tul għall-prospetti taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u għall-benessri ġenerali tagħhom permezz ta' soluzzjonijiet u risponsi apposta għaż-żgħażagħ fir-rigward ta' impjiegi ta' kwalità, edukazzjoni u kwalifiki.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għall-oqsma ta' politika stabbiliti fl-Artikolu 3, kif ukoll il-koeżjoni soċjali u ekonomika, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' investiment u l-isfidi marbuta mad-disparitajiet reġjonali u lokali. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jikkontribwixxu għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika sal-2050 u għas-sostenibbiltà soċjali permezz tal-implimentazzjoni tal-EPSR u tal-UNSDGs. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

______________________________

________________________

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

22 […]

22 […]

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jitfasslu wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) XX/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

____________________________

1a Ir-Regolament (UE) XX/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' XX li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (ĠU L ...).

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi, il-Faċilità tista' tikkontribwixxi għall-adozzjoni ta' pjanijiet ta' investiment integrati fl-infrastrutturi u l-ħiliet diġitali kif ukoll għall-istabbiliment ta' qafas ta' finanzjament effettiv sabiex tiġi żgurata l-ogħla kompetittività possibbli tar-reġjuni fl-Unjoni.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat għandu jikkostitwixxi f'anness mal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu u għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment mhux aktar tard mit-30 ta' April. Jista' jiġi ppreżentat abbozz ta' pjan minn Stat Membru li jibda mill-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel, flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena sussegwenti.

2. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat għandu jikkostitwixxi anness tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu u għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment mhux aktar tard mit-30 ta' April. Jista' jiġi ppreżentat abbozz ta' pjan minn Stat Membru li jibda mill-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel, flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena sussegwenti. Tali abbozz ta' pjanijiet għandhom jiġu ppreżentati lis-sħab soċjali għal konsultazzjoni sa mhux aktar tard minn Frar qabel l-iskadenza ta' April għall-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan lill-Kummissjoni, biex b'hekk is-sħab soċjali jkollhom mill-inqas 30 jum biex jirreaġixxu bil-miktub.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) spjegazzjoni tal-mod kif l-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mistennija jiġu indirizzati;

(a) spjegazzjoni ta' kif l-isfidi u l-prijoritajiet identifikati fil-qafas tas-Semestru Ewropew x'aktarx li jiġu indirizzati, b'mod partikolari dawk relatati mal-politiki soċjali u tal-impjiegi;

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità, il-progress soċjali u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, inaqqas id-distakk infrastrutturali, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, b'rabta mal-gruppi l-aktar vulnerabbli u ż-żgħażagħ u l-impatt ekonomiku tal-SMEs, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali, kif ukoll l-awtonomija strateġika tal-Unjoni;

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-portata tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u ta' partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li twettqet qabel il-preżentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; il-kontribut bil-miktub tas-sħab soċjali għandu jiġi ppreżentat minbarra l-pjan;

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3– punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għas-sitt pilastri stabbiliti fl-Artikolu 3;

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) l-indikaturi soċjali li għandhom jinkisbu mill-pjan propost għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut li sar favur l-implimentazzjoni tal-EPSR u l-ilħuq tal-UNSDGs;

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) stima, meta jkun xieraq, tal-impatt tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali f'termini ta' impjiegi mitlufa jew impjiegi maħluqa, kif ukoll ta' miżuri xierqa biex jiġu indirizzati dawk il-problemi, b'mod partikolari f'reġjuni li se jgħaddu minn tranżizzjonijiet enerġetiċi sinifikanti;

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri jirrispettaw il-prinċipji ta' interoperabbiltà, effiċjenza fl-enerġija, protezzjoni tad-data, il-promozzjoni ta' ugwaljanza diġitali, aċċessibbiltà diġitali, soluzzjonijiet ta' software miftuħ u ta' hardware miftuħ u data personali;

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd) spjegazzjoni tal-koerenza tal-pjan mad-dokumenti rilevanti adottati fil-kuntest tal-aħħar Semestru Ewropew;

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ce) spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-miżuri mistennija jiżguraw li mill-inqas 37 % tal-ammont mitlub għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u tal-bijodiversità u l-objettivi dwar is-sostenibbiltà ambjentali bbażati fuq il-metodoloġija pprovduta mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 14(1);

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cf) spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-miżuri mistennija jiżguraw li parti sinifikanti mill-ammont mitlub għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-EPSR fuq il-bażi tal-metodoloġija pprovduta mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 14(1);

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cg) valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri tal-pjan, bi qbil mal-objettivi deskritti fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, biex jiġi indirizzat b'mod effettiv l-impatt negattiv tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari billi jiġi żgurat il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għan-nisa, it-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u l-aċċess għall-kreditu għall-imprendituri nisa, u permezz ta' miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-fastidju sesswali;

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ch (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ch) garanzija tan-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għall-miżuri kollha ta' investiment pubbliku inklużi fil-pjan;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ci (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ci) dimostrazzjoni li r-riformi u l-investimenti previsti inklużi fil-pjan jikkonformaw mal-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti";

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) l-arranġamenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati;

(j) l-arranġamenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati, inkluż kif il-pjan itejjeb il-prestazzjoni bbażata fuq il-pajjiżi skont it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali;

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja) garanzija li l-assistenza finanzjarja tingħata biss lill-impriżi li jirrispettaw il-ftehimiet kollettivi applikabbli u li mhumiex ibbażati f'ġurisdizzjoni msemmija fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill fuq il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa;

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fit-tħejjija ta' proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta' Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu appoġġ tekniku permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku skont ir-regolament tiegħu.

4. Fit-tħejjija ta' proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta' Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu appoġġ tekniku permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku skont ir-regolament tiegħu. L-appoġġ tekniku għandu jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli u l-prattiki nazzjonali li jikkonċernaw in-negozjar kollettiv. L-attivitajiet ta' appoġġ tekniku ma jistgħux idgħajfu r-rwol tas-sħab soċjali jew jheddu l-awtonomija tan-negozjar kollettiv. L-assistenza teknika ma tistax tintalab f'oqsma li jaqgħu kompletament jew parzjalment fil-kompetenza tas-sħab soċjali, sakemm is-sħab soċjali ma jagħtux il-kunsens tagħhom.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tiegħu għall-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa. Għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew;

(a) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat, speċjalment dawk marbuta mal-politiki soċjali u tal-impjiegi, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew;

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

imħassar

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwix għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni biex tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, inklużi l-impenji tagħha fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-EPSR, l-Istrateġija Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-UNSDGs;

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3– punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat;

(c) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat u jekk 37 % tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwix għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima;

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-kamp ta' applikazzjoni u l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4;

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi;

(e) jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali;

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investimenti pubbliċi li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti;

(f) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri koerenti għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investimenti pubbliċi li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti;

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-iskeda ta' żmien, l-istadji importanti u l-miri previsti, u l-indikaturi relatati.

(g) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-iskeda ta' żmien, l-istadji importanti u l-miri previsti, u l-indikaturi relatati, li għandhom jinkludu l-progress fl-oqsma koperti mit-tabella ta' valutazzjoni soċjali;

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwix għall-iżvilupp ta' infrastruttura ewlenija, speċjalment fl-Istati Membri fejn il-PDG per capita huwa taħt il-medja tal-UE u l-livell ta' dejn pubbliku huwa sostenibbli;

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(gb) jekk parti sinifikanti mill-ammont mitlub għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tikkontribwix għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-EPSR abbażi tal-metodoloġija pprovduta mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 14(1).

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

1. Fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att delegat f'konformità mal-Artikolu 27a li tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jitlob appoġġ ta' self, id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi wkoll l-ammont tal-appoġġ għal self kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) u (5) u r-riformi u l-proġetti ta' investiment addizzjonali li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru koperti minn dan l-appoġġ għal self, inklużi l-istadji importanti u l-miri addizzjonali.

2. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jitlob appoġġ ta' self, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll l-ammont tal-appoġġ għal self kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) u (5) u r-riformi u l-proġetti ta' investiment addizzjonali li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru koperti minn dan l-appoġġ għal self, inklużi l-istadji importanti u l-miri addizzjonali.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

imħassar

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, la totalment u lanqas parzjalment, mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta talba motivata lill-Kummissjoni biex jemenda jew jissostitwixxi d-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(1) 17(2). Għal dan l-għan, l-Istat Membru jista' jipproponi pjan għall-irkupru u r-reżiljenza modifikat jew ġdid.

1. Jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, la totalment u lanqas parzjalment, inkluż fejn il-bidliet fl-indikaturi soċjali u ekonomiċi jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proposta inizjali magħmula mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta talba motivata lill-Kummissjoni biex jemenda jew jissostitwixxi d-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(1) 17(2). Għal dan l-għan, l-Istat Membru jista' jipproponi pjan għall-irkupru u r-reżiljenza modifikat jew ġdid, wara li jikkonsulta lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. L-Istat Membru jista' jagħmel użu mill-Istrument ta' Appoġġ Tekniku għal dak il-għan u jista' jippreżenta talba għal appoġġ tekniku fi kwalunkwe ħin.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba dovutament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

3. Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att delegat tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 17(1), l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biannwali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tikkanċella l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.

6. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. F'każ ta' sospensjoni ta' fondi minħabba nuqqasijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet reġjonali u lokali eliġibbli u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ikomplu jibbenefikaw mill-Faċilità.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Jekk, fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi kkanċellat skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju.

7. Jekk, fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tagħha dwar sarx progress tanġibbli.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jkollu l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk sarx progress tanġibbli.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6). Għal dan il-għan, ir-rapporti ta' kull tliet xhur tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta fuq bażi biannwali fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6). Għal dan il-għan, ir-rapporti biannwali tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, fosthom dwar il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn il-Faċilità, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u programmi oħra ffinanzjati mill-Unjoni. Ir-rapport għandu jintbagħat simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati u l-valutazzjoni tagħhom fl-att delegat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li jsir użu mill-appoġġ ipprovdut fil-qafas tal-Faċilità, jitqassmu sew fil-livelli reġjonali u lokali xierqa.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 21a

Tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżiljenza

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni tal-irkupru u r-reżistenza (it-"Tabella ta' Valutazzjoni") li turi l-istatus tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti miftiehma permezz tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ta' kull Stat Membru.

2.  It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tinkludi indikaturi ewlenin, bħal indikaturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali, li jevalwaw il-progress irreġistrat mill-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza f'kull wieħed mis-sitt oqsma li jiddefinixxu l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.  It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tindika l-grad ta' twettiq tal-istadji importanti rilevanti tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u n-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet rispettivi.

4.  It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha wkoll tiġbor fil-qosor ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin indirizzati lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom. Għall-pjanijiet ta' progress soċjali, it-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq it-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali tal-proċess tas-Semestru, u tkun komplementari għaliha.

5.  It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha sservi bħala bażi għal skambju permanenti tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri li għandu jitwettaq fil-forma ta' djalogu strutturat organizzat fuq bażi regolari.

6.  It-Tabella ta' Valutazzjoni għandha tiġi aġġornata kontinwament u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Kummissjoni. Għandha tindika l-istatus ta' talbiet għal pagament, pagamenti, sospensjonijiet u kanċellazzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

7.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta t-Tabella ta' Valutazzjoni matul seduta ta' smigħ organizzata mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapport annwali

Rapport trimestrali

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament.

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport trimestrali simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità.

2. Ir-rapport trimestrali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

3. Ir-rapport trimestrali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) l-użu tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku għall-abbozzar, l-implimentazzjoni, ir-reviżjoni u t-titjib tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza;

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) informazzjoni dwar il-portata tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u ta' partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, qabel il-preżentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza;

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc) sa liema punt id-dispożizzjonijiet fil-punt (ba) tal-Artikolu 16(3) ġew issodisfati.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ta' evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tiegħu u rapport ta' evalwazzjoni ex post indipendenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem l-2027.

1. Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ta' evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tiegħu u valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri ex post indipendenti simultanjament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem l-2027.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fit-tul.

4. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fit-tul, inkluż dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1. Il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lill-pubbliku, inkluż permezz tal-midja fuq bażi mhux diskriminatorja.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li jsir użu mill-appoġġ ipprovdut fil-qafas tal-Faċilità, jitqassmu sew fil-livelli reġjonali u lokali xierqa.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Proċedura ta' kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27a

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) u l-Artikolu 17(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) u l-Artikolu 17(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(1) u (2) u l-Artikolu 17(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 –punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwix għall-iżvilupp ta' infrastruttura ewlenija, speċjalment fl-Istati Membri fejn il-PDG per capita huwa taħt il-medja tal-Unjoni u l-livell ta' dejn pubbliku huwa sostenibbli.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2.4 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-EPSR u għall-ilħuq tal-UNSDGs,

Emenda  120

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2.4 – inċiż 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi għal futur aħjar għall-ġenerazzjoni li jmiss,

Emenda  121

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2.4 – inċiż 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi għall-adozzjoni ta' pjanijiet ta' investiment integrati fl-infrastrutturi u l-ħiliet diġitali kif ukoll għall-ħolqien ta' qafas ta' finanzjament effettiv għalihom li għandu jiżgura l-ogħla kompetittività possibbli tar-reġjuni fl-Unjoni,

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Referenzi

COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)

Kumitati responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.6.2020

ECON

17.6.2020

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

17.6.2020

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Dragoș Pîslaru

25.6.2020

Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Eżami fil-kumitat

7.9.2020

1.10.2020

Data tal-adozzjoni

15.10.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

8

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Marc Angel, Dominique Bilde, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Sylvie Brunet, David Casa, Leila Chaibi, Margarita de la Pisa Carrión, Klára Dobrev, Jarosław Duda, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Heléne Fritzon, Helmut Geuking, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Agnes Jongerius, Radan Kanev, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Miriam Lexmann, Elena Lizzi, Radka Maxová, Sandra Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Dragoș Pîslaru, Manuel Pizarro, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Guido Reil, Daniela Rondinelli, Mounir Satouri, Monica Semedo, Beata Szydło, Eugen Tomac, Romana Tomc, Yana Toom, Marie-Pierre Vedrenne, Nikolaj Villumsen, Marianne Vind, Maria Walsh, Stefania Zambelli, Tatjana Ždanoka, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Konstantinos Arvanitis, José Manuel Fernandes

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ECR

Helmut Geuking

NI

Daniela Rondinelli

PPE

David Casa, Jarosław Duda, Rosa Estaràs Ferragut, José Manuel Fernandes, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Radan Kanev, Stelios Kympouropoulos, Miriam Lexmann, Dennis Radtke, Eugen Tomac, Romana Tomc, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský

Renew

Atidzhe Alieva-Veli, Sylvie Brunet, Radka Maxová, Dragoș Pîslaru, Monica Semedo, Yana Toom, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Marc Angel, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Klára Dobrev, Estrella Durá Ferrandis, Heléne Fritzon, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, Agnes Jongerius, Manuel Pizarro

Verts/ALE

Katrin Langensiepen, Kira Marie Peter-Hansen, Mounir Satouri, Tatjana Ždanoka

8

-

ECR

Elżbieta Rafalska, Beata Szydło, Margarita de la Pisa Carrión

ID

Dominique Bilde, Nicolaus Fest, France Jamet, Guido Reil

PPE

Ádám Kósa

9

0

ECR

Lucia Ďuriš Nicholsonová

GUE/NGL

Konstantinos Arvanitis, Leila Chaibi, Sandra Pereira, Nikolaj Villumsen

ID

Elena Lizzi, Stefania Zambelli

Renew

Abir Al-Sahlani

S&D

Marianne Vind

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL (14.10.2020)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Pascal Canfin

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Filwaqt li tqis l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni kollha kemm hi u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li ssegwi l-objettivi li ġejjin fl-Artikolu 191 tat-Trattat: is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b) Jiddispjaċih ħafna għall-konklużjoni tal-Kunsill Ewropew tat-21 ta' Lulju 2020 li naqqset b'mod sinifikanti l-finanzjament immirat lejn l-irkupru u r-reżiljenza permezz tal-programmi tal-Unjoni u l-istrumenti ta' finanzjament mill-pakkett ta' rkupru u reżiljenza.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ("is-Semestru Ewropew"), inkluż il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta' investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u / jew tal-Unjoni.

(3) Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ("is-Semestru Ewropew"), inkluż il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. Sabiex jipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar fejn ir-riformi strutturali u l-investimenti huma l-aktar meħtieġa biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea newtrali għall-klima, is-Semestru Ewropew jirrikjedi li jkun progressivament aġġornat permezz tal-użu ta' indikaturi armonizzati, sabiex jinkludi l-Għanijiet kollha ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSDGs) u l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fl-evalwazzjoni tiegħu. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta' investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ li jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u / jew tal-Unjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) L-atmosfera qed tisħon u l-klima qed tinbidel ma' kull sena li tgħaddi. Miljun mit-tmien miljun speċi fuq il-pjaneta huma f'riskju li jintilfu. Il-foresti u l-oċeani qed jitniġġsu u jinqerdu. Ir-reazzjoni għal dawn l-isfidi hija l-Patt Ekoloġiku Ewropew1a. Dan għandu l-għan li jipproteġi, jippreserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. L-implimentazzjoni effettiva tiegħu se tirrikjedi infiq pubbliku u investimenti privati li jgħaddu b'rata dejjem akbar lejn soluzzjonijiet intelliġenti kemm għall-klima kif ukoll għall-ambjent u għall-ekonomija tal-Unjoni.

_________________

1a COM(2019) 640 final

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi, ambjentalment sostenibbli u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, kif ukoll fuq it-tisħiħ tar-reżiljenza ambjentali u t-tranżizzjoni sostenibbli tal-ekonomiji tagħhom. Għaldaqstant riformi u investimenti li jibnu fuq l-irkupru ambjentali, jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza ambjentali, soċjali u ekonomika tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament, ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni ċirkolari u ekoloġika u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir u l-kisba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla u rkupru ambjentalment sostenibbli. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu u sostenibbli. Jilqa' l-ħames prinċipji ta' livell għoli għall-irkupru u r-reżiljenza introdotti mill-Grupp ta' Esperti Tekniċi tal-UE dwar il-Finanzi Sostenibbli (TEG)1a.

_________________

1a https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/business_economy_euro/banking_and_finance/documents/200715-sustainable-finance-teg-statement-resilience-recovery_en.pdf

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Għalhekk, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi sostenibbli, ċirkolari, newtrali għall-klima u diġitali, li għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi tal-Unjoni ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050 u jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, it-tisħiħ tal-enerġija, l-iżvilupp ta' mudelli tal-ekonomija ċirkolari u setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) L-investiment fit-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-saħħa bi tħejjija għal pandemiji futuri, inkluża l-prestazzjoni ta' testijiet tal-istress tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u reġjonali, u bil-ħsieb li titjieb is-saħħa b'mod ġenerali fis-soċjetajiet, li jirriżulta f'popolazzjoni aktar b'saħħitha li hija inqas suxxettibbli għat-theddid tas-saħħa u tingħata spinta lit-twaqqif ta' Unjoni Ewropea tas-saħħa, huma importanti biex jinkiseb tkabbir sostenibbli u biex tiġi promossa koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b'rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri b'rispons għall-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, u bil-għan li jkun hemm impatt dewwiem fuq il-produttività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istati Membri.

(7) Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b'rabta mal-kisba tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri b'rispons għall-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, u bil-għan li jkun hemm impatt dewwiem fuq il-produttività, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istati Membri.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri fid-dawl tal-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija l-ġdida għat-tkabbir sostenibbli stabbilita fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) F'konformità mar-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, il-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza fil-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jenħtieġ li jittieħdu biex jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li tali riżorsi addizzjonali jintużaw b'tali mod li jiżguraw il-konformità mal-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament [EURI].

(10) F'konformità mar-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, il-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza fil-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jenħtieġ li jittieħdu biex jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19 u biex jiżguraw l-irkupru sostenibbli u ekoloġiku. Jenħtieġ li tali riżorsi addizzjonali jintużaw b'tali mod li jiżguraw il-konformità mal-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament [EURI].

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Jenħtieġ li l-Faċilità tappoġġa proġetti li jirrispettaw il-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament tal-Unjoni u li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew ġenwin. Jenħtieġ li l-Faċilità ma tkunx sostitut għall-infiq nazzjonali rikorrenti u jenħtieġ li ma tmurx kontra l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li ma tiffinanzjax pjanijiet ta' investiment ta' pajjiżi terzi.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali, inkluża l-bijodiversità, u biex tinkiseb il-mira tan-nefqa relatata mal-klima ta' 30 % u l-mira tan-nefqa relatata mal-bijodiversità ta' 10 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE. Bħala prinċipju ġenerali, jenħtieġ li l-infiq kollu tal-Unjoni jkun konsistenti mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. It-tassonomija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jenħtieġ li tintuża biex tiġi segwita l-implimentazzjoni ta' dawk l-objettivi.

_________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta' rieżami rilevanti. Minbarra dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali. It-tnejn li huma se jkollhom rwol ta' prijorità fir-rilanċ mill-ġdid tal-ekonomija u fl-immodernizzar tagħha.

(12) Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta' rieżami rilevanti. Minbarra dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u newtrali għall-klima kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali. It-tnejn li huma se jkollhom rwol ta' prijorità fir-rilanċ mill-ġdid, id-dekarbonizzazzjoni u l-immodernizzar tal-ekonomija tagħna.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika tajba, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni uniformi, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata s-setgħa li jissospendi, fuq proposta mill-Kummissjoni u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-perjodu għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar proposti ta' pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u li jissospendi l-pagamenti fil-qafas ta' din il-Faċilità f'każ ta' nuqqas ta' konformità serju b'rabta mal-każijiet rilevanti relatati mal-proċess ta' governanza ekonomika stipulat fir-Regolament (UE) Nru XXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [CPR] (...). Jenħtieġ li l-Kunsill jingħata wkoll is-setgħa li jirrevoka dawk is-sospensjonijiet permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni, b'rabta mal-istess każijiet rilevanti.

imħassar

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jikkontribwixxi biex jindirizza l-isfidi tal-oqsma ta' politika identifikati taħt dan ir-Regolament permezz tal-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jikkontribwixxi għall-objettivi tal-politiki tal-Unjoni, l-UNSDGs, il-"Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali", il-Ftehim ta' Pariġi u għat-tisħiħ tas-Suq Uniku. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, trawwem it-tranżizzjoni diġitali, u tappoġġa t-tranżizzjoni ġusta u inklużiva lejn ekonomija ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi u ċirkolari, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet ta' gassijiet serra netti sa mhux aktar tard mill-2050, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi bbilanċjati mil-lat tal-ġeneri u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun koerenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, u jappoġġa t-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea sostenibbli u newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u t-tranżizzjoni diġitali tagħha. Jenħtieġ li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jfasslu l-investimenti tagħhom f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew kif ukoll l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni tat-tkabbir sostenibbli, il-"Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali", l-UNSDGs u l-Aġenda Diġitali.  Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u jirrispettaw il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmi fir-Regolament 2020/852.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Għall-finijiet ta' informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jiddiskuti, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru, tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta' aġġustament fl-Unjoni. Sabiex tkun żgurata evidenza xierqa, jenħtieġ li din id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika tal-Kummissjoni disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti.

(18) Għall-finijiet ta' informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kunsill, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, ikun jista' jiddiskuti, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru, tar-reżiljenza, tat-tranżizzjoni klimatika u tal-kapaċità ta' aġġustament fl-Unjoni. Sabiex tkun żgurata evidenza xierqa, jenħtieġ li din id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika tal-Kummissjoni disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti u l-progress fil-pjanijiet nazzjonali ta' tranżizzjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b'mod partikolari il-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali, u l-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea sostenibbli u newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u t-tranżizzjoni diġitali tagħha; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew aġġornat. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Sabiex jiġi żgurat li l-Faċilità tikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika, jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza mħejjija mill-Istati Membri jkunu allinjati bis-sħiħ mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b'mod partikolari l-għan ġenerali tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u jimxu mal-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/852.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li effettivament isaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, jimmitiga l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jappoġġa t-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea sostenibbli u newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u t-tranżizzjoni diġitali tagħha, biex tindirizza l-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru huwiex mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew aġġornat; jekk il-pjan huwiex konsistenti mal-impenji tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-[Regolament (UE) 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima")] u jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan jeskludix attivitajiet li mhumiex konformi mal-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/852; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) Sabiex jiġi vvalutat jekk il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri jservux effettivament l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li tintuża t-tassonomija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2020/852. L-evalwazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni ta' pjan jenħtieġ li tkun kondizzjonali fuq il-kontribut effettiv tal-pjan għat-tranżizzjoni ekoloġika.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Għall-finijiet tat-tħejjija ta' pjanijiet ta' kwalità għolja u biex il-Kummissjoni tkun assistita fil-valutazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u fil-valutazzjoni tal-grad tal-kisba tagħhom, jenħtieġ li jkun previst l-użu ta' parir minn esperti u, fuq talba tal-Istat Membru, konsulenza bejn il-pari.

(24) Għall-finijiet tat-tħejjija ta' pjanijiet ta' kwalità għolja u biex il-Kummissjoni tkun assistita fil-valutazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u fil-valutazzjoni tal-grad tal-kisba tagħhom, jenħtieġ li jkun previst l-użu ta' parir minn esperti u, fuq talba tal-Istat Membru, konsulenza bejn il-pari. It-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Kummissjoni jenħtieġ li tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjija u l-elaborazzjoni tal-pjanijiet rispettivi tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u jenħtieġ li tiżgura li dawn ikunu allinjati mal-prijoritajiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-objettiv tan-newtralità klimatika, bl-użu tal-għodod ipprovduti mit-tassonomija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2020/852.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Dment li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza b'mod sodisfaċenti l-kriterji ta' valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat il-kontribuzzjoni finanzjarja massima fejn il-kost totali stmat tar-riforma u tal-investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess jew ogħla minnu. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat ammont ugwali għall-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk dan il-kost totali stmat ikun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess. Jenħtieġ li ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jindirizzax b'mod sodisfaċenti l-kriterji tal-valutazzjoni.

(26) Dment li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza b'mod sodisfaċenti l-kriterji ta' valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat il-kontribuzzjoni finanzjarja massima fejn il-kost totali stmat tar-riforma u tal-investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess jew ogħla minnu. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat ammont ugwali għall-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk dan il-kost totali stmat ikun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess. Jenħtieġ li ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jindirizzax b'mod sodisfaċenti l-kriterji tal-valutazzjoni, inkluża t-tassonomija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2020/852 u l-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmi f'dak ir-Regolament.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea sostenibbli u newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u t-tranżizzjoni diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri marbuta biż-żmien u bbażati fuq ix-xjenza addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità. Jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kontribut tal-Faċilità biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u s-sostenibbiltà, b'mod partikolari l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-[Regolament (UE) 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima")] u l-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali għall-klima u l-enerġija (NECPs).

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li jiġu eżerċitati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-proċedura ta' eżami tiegħu13. Wara l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li jiġu eżerċitati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-proċedura ta' eżami tiegħu13. Wara l-adozzjoni ta' att delegat, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

_________________

_________________

13 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

13 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-objettivi klimatiċi u ambjentali, notevolment it-tranżizzjoni lejn il-kisba tal-miri tal-Unjoni dwar il-klima għall-2030 u l-konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 f'konformità mar-[Regolament 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/199 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima")], it-tranżizzjoni diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli, ibbilanċjat mil-lat tal-ġeneri u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri u tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjoni lejn il-kisba tal-miri tal-Unjoni dwar il-klima għall-2030 u tikkonforma mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 u t-tranżizzjoni diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

L-attivitajiet kollha li jirċievu l-appoġġ fl-ambitu tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jirrispettaw il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852. Barra minn hekk, l-attivitajiet li jirċievu appoġġ skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li jaqgħu fi ħdan is-setturi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi koperti mir-Regolament (UE) 2020/852 għandhom ikunu konformi mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament.

Biex jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u biex ikun konsistenti bis-sħiħ magħhom, tal-inqas 37 % tal-Faċilità għandu jkun indirizzat biex jiffinanzja l-azzjonijiet klimatiċi. 10 % tal-Faċilità għandu jkun indirizzat lejn azzjonijiet tal-bijodiversità, li parti minnhom jistgħu jikkoinċidu ma' investimenti indirizzati lejn azzjonijiet klimatiċi. Il-kombinament tal-infiq relatat mal-klima u l-bijodiversità għandu jwassal għal allokazzjoni ta' mill-inqas 40 % tal-baġit totali tal-Faċilità.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Faċilità ma għandhiex tmur kontra l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni. F'dak ir-rigward, ma għandux jingħata appoġġ lil proġetti li jagħmlu parti mill-pjanijiet ta' investiment strateġiku ta' pajjiżi terzi.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika soda

1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...)] is- [CPR], il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni biex jissospendi l-perjodu ta' żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) jew jissospendi l-pagamenti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Id-Deċiżjoni li tissospendi l-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal pagament ippreżentati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 17 għandha tapplika mill-jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Jekk ikun hemm sospensjoni tal-pagamenti, għandu japplika l-Artikolu 15(9) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il- (...).

2. Jekk iseħħ xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...], il-Kunsill għandu, bi proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni biex iwaqqaf is-suspensjoni tal-perjodu ta' żmien jew tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu preċedenti.

Il-proċeduri jew il-pagamenti rilevanti għandhom jerġgħu jibdew mill-jum wara t-tneħħija tas-sospensjoni.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1999 , fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Faċilità kif definiti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni jew li jirriżultaw minnha, b'mod partikolari t-tranżizzjoni lejn il-kisba tal-miri tal-Unjoni aġġornati dwar il-klima għall-2030 u l-konformità mal-objettivi tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 f'konformità mar-[Regolament 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima")] u t-tranżizzjoni diġitali. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom kif ukoll l-istrateġiji fit-tul tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti ma' perkors immirat lejn il-kisba tal-mira fit-tul dwar it-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi filwaqt li titqies l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, b'mod partikolari r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) intitolat "Tisħin globali ta' 1,5 °C".

Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jappoġġaw biss attivitajiet li ma jikkawżawx ħsara sinifikanti skont l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-attivitajiet li jirċievu appoġġ skont il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza li jaqgħu fi ħdan is-setturi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi koperti mir-Regolament (UE) 2020/852 għandhom ikunu konformi mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852.

Biex jiġi żgurat li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxu għall-kisba fl-Istati Membri tal-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u jkunu kompletament konsistenti mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, mill-inqas 37 % tal-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jiġi dirett lejn il-finanzjament ta' azzjonijiet klimatiċi. 10 % tal-ammont ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun dirett lejn azzjonijiet tal-bijodiversità, li parti minnhom jistgħu jikkoinċidu ma' investimenti indirizzati lejn azzjonijiet klimatiċi. Il-kombinament tal-infiq relatat mal-klima u l-bijodiversità għandu jwassal għal allokazzjoni ta' mill-inqas 40 % tal-baġit totali ta' kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

_________________

_________________

21. Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

21. Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

22. […]

22. […]

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jinkludu miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-kura tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa bi tħejjija għal pandemiji futuri, u bil-ħsieb li tittejjeb is-saħħa ġenerali fis-soċjetajiet, biex jinkiseb objettiv ġenerali ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa noti ta' gwida teknika dwar l-applikazzjoni prattika tal-kriterji "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, u tal-atti delegati adottati abbażi tagħhom għall-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza m'għandhomx jiffinanzjaw attivitajiet li jwasslu għal lock-in ta' assi li jimminaw il-kisba tal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. B'mod partikolari, m'għandhomx jinkludu investimenti relatati mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, it-trasport, il-ħżin jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun dovutament motivat u sostanzjat. B'mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

3. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun dovutament motivat u sostanzjat. B'mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin, li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 14 jiġu ssodisfati:

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, ambjentali u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, il-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali, u kif il-pjan se jnaqqas b'mod sinifikanti d-diskrepanza fl-investiment, liema tnaqqis huwa meħtieġ biex jinkisbu l-miri klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Fil-każijiet fejn il-Faċilità tintuża biex tappoġġa kumpanija kbira f'settur b'livell għoli ta' użu ta' karbonju, l-Istati Membri għandhom jiżvelaw kif il-kumpanija tippjana li tallinja l-mudell tan-negozju tagħha mal-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet klimatiċi assoċjati tal-Unjoni, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta' pjanijiet ta' tranżizzjoni mill-kumpanija.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u b'mod partikolari kif jikkontribwixxu għal kull wieħed minn dawn:

(i) it-tranżizzjoni lejn il-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni aġġornati għall-2030 u l-konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 skont [ir-Regolament (UE) 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima")];

(ii) ir-rispett għall-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 u l-konsistenza mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament;

(iii) il-kontribut biex jintlaħqu l-miri tal-integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 14(2), li għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2020/852;

(iv) it-tnaqqis sinifikanti tad-diskrepanza fl-investiment nazzjonali meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni;

(v) il-kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta' sostenibbiltà tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-objettivi stabbiliti fl-NECPs; kif ukoll

(vi) il-kontribut fl-indirizzar tal-isfidi soċjali, ekonomiċi jew ambjentali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw minnha;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan huma mistennija jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari l-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Ftehim ta' Pariġi, l-NECPs u l-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta fl-ambitu tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi fl-ambitu ta' fondi oħra tal-Unjoni;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc) spjegazzjoni dwar kif il-miżuri fil-pjan se jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-kura tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa bi tħejjija għal pandemiji futuri, u bil-ħsieb li tittejjeb is-saħħa ġenerali fis-soċjetajiet, biex jinkiseb objettiv ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan huma mistennija jġibu valur miżjud Ewropew;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra inkluż, b'mod partikolari, dik li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

2. Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra inkluż, b'mod partikolari, il-pjan ta' tranżizzjoni ġusta u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u b'mod partikolari kif jikkontribwixxu għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) it-tranżizzjoni lejn il-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni aġġornati għall-2030 u l-konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 skont [ir-Regolament (UE) 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima")];

(ii)ir-rispett għall-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 u l-konsistenza mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament;

(iii) il-kontribut biex jintlaħqu l-miri tal-integrazzjoni tal-klima u tal-bijodiversità msemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 14(2) li għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2020/852;

(iv) it-tnaqqis sinifikanti tad-diskrepanza fl-investiment nazzjonali meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni;

(v) il-kontribut biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta' sostenibbiltà tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-objettivi stabbiliti fl-NECPs; kif ukoll

(vi) il-kontribut għall-indirizzar tal-isfidi soċjali, ekonomiċi jew ambjentali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jekk il-pjan fihx miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) jekk il-pjan fihx miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-kura tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa bi tħejjija għal pandemiji futuri, u bil-ħsieb li tittejjeb is-saħħa ġenerali fis-soċjetajiet, biex jinkiseb objettiv ġenerali ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) jekk il-konsultazzjonijiet li saru għat-tħejjija tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u d-djalogi ppjanati, b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Faċilità jiżgurawx li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jingħataw opportunitajiet effettivi biex jipparteċipaw fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza;

Emenda  48

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) il-konformità tal-Istat Membru mal-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  49

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar minn... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 26a li jissupplimenta l-punt b ta' dan il-paragrafu billi tistabbilixxi metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-infiq fuq l-integrazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi u azzjonijiet ambjentali, inklużi azzjonijiet tal-bijodiversità kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament. Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq it-tassonomija tal-UE stabbilita bir-Regolament (UE) 2020/852 u tuża l-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10(3) u 11(3) ta' dak ir-Regolament, kif ukoll il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2020/852.

Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi rivedut bil-ħsieb li jintużaw il-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852.

Emenda  50

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-valutazzjonijiet imwettqa skont dan l-Artikolu.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att delegat. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

7. L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 26a.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba dovutament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

3. Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att delegat implimentazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba dovutament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att delegat tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni.

2. Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, affidabbli, indipendenti, effikaċi u fil-ħin, u jiġu ppubblikati. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1. Il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom permezz ta' tikkettar ċar tal-finanzjament bħall-finanzjament tal-Unjoni u billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku. Il-benefiċjarji għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-infiq fl-ambitu tal-Faċilità permezz ta' tikkettar ċar tal-proġetti appoġġati bħala "Inizjattiva ta' Rkupru tal-UE".

Emenda  57

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26a

Eżerċitar tad-delega

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 16(3) u 17(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' seba' snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 16(3) u 17(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. L-effetti tagħha għandhom jibdew jiddekorru mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 16(3) u 17(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea sostenibbli u newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 b'mod partikolari l-kontribut tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar is-sostenibbiltà filwaqt li jitqiesu l-objettivi stabbiliti fl-NECPs u l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-[Regolament (UE) 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima")] u l-kontribut tagħhom għall-indirizzar tal-isfidi soċjali, ekonomiċi jew ambjentali li jirriżultaw minn din it-tranżizzjoni.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2 jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

2.2 jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi kollha li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Kamp ta' applikazzjoni

Emenda  60

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1– subparagrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu stabbiliti sistemi favur il-klima u l-ambjent u biex is-setturi ekonomiċi jew soċjali jsiru aktar ekoloġiċi bil-għan li jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali ta' Ewropa newtrali għall-klima sal-2050;

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu ssodisfati l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni notevolment it-tranżizzjoni lejn il-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni aġġornati għall-2030 u konformi mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 f'konformità mar-[Regolament 2020/XXX li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima")] u b'kunsiderazzjoni tal-objettivi stabbiliti fl-NECPs u l-kriterji stabbiliti fit-tassonomija tal-UE;

Emenda  61

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali;

imħassar

Emenda  62

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u/jew diġitali

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mill-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, notevolment it-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea sostenibbli u newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050

Emenda  63

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti tkun konsistenti ma' perkors immirat lejn il-kisba tal-mira fit-tul dwar it-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi filwaqt li titqies l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, b'mod partikolari r-rapport speċjali tal-IPCC intitolat "Tisħin globali ta' 1,5 °C"

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija konformi mal-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852

Emenda  64

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri proposti mill-pjan humiex probabbli li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi relatati mal-miri klimatiċi stabbiliti fl-Artikolu 4.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2a Il-pjan jinkludi miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha.

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija konformi mal-istabbiliment ta' sistemi favur il-klima u l-ambjent u l-ekonomija tagħna ssir aktar ekoloġika bil-għan li tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta' Ewropa newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050;

kif ukoll

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija Ewropea;

kif ukoll

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni diġitali

kif ukoll

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, ambjentali u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

Emenda  67

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – paragrafu 1– subparagrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri u li jagħtu spinta lill-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi, filwaqt li jevitaw impatti negattivi ta' dawk il-miżuri fuq il-klima u l-ambjent.

 Il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri u li jagħtu spinta lill-potenzjal ta' tkabbir sostenibbli tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, b'mod partikolari għall-SMEs, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi, jippromwovu tkabbir sostenibbli, filwaqt li jevitaw impatti negattivi ta' dawk il-miżuri fuq il-klima u l-ambjent, f'konformità mal-kriterji stabbiliti fit-tassonomija tal-UE

Emenda  68

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mmirat biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-ekonomija tal-Istat Membru għax-xokkijiet,

 il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mmirat biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-ekonomija tal-Istat Membru għax-xokkijiet, inklużi dawk relatati mal-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima jew ma' xi periklu ambjentali ieħor;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Referenzi

COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)

Kumitati responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.6.2020

ECON

17.6.2020

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

17.6.2020

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Pascal Canfin

10.6.2020

Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Data tal-adozzjoni

13.10.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

62

15

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Bartosz Arłukowicz, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurelia Beigneux, Monika Beňová, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Malin Björk, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Miriam Dalli, Esther de Lange, Christian Doleschal, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Agnès Evren, Fredrick Federley, Pietro Fiocchi, Andreas Glück, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Dan-Ştefan Motreanu, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Ivan Vilibor Sinčić, Linea Søgaard-Lidell, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Margarita de la Pisa Carrión, Kateřina Konečná

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

62

+

PPE

Bartosz ARŁUKOWICZ, Traian BĂSESCU, Alexander BERNHUBER, Nathalie COLIN-OESTERLÉ, Christian DOLESCHAL, Agnès EVREN, Adam JARUBAS, Ewa KOPACZ, Esther de LANGE, Peter LIESE, Fulvio MARTUSCIELLO, Liudas MAŽYLIS, Dolors MONTSERRAT, Dan-Ştefan MOTREANU, Ljudmila NOVAK, Stanislav POLČÁK, Jessica POLFJÄRD, Christine SCHNEIDER, Pernille WEISS, Michal WIEZIK

S&D

Nikos ANDROULAKIS, Marek Paweł BALT, Monika BEŇOVÁ, Simona BONAFÈ, Delara BURKHARDT, Sara CERDAS, Mohammed CHAHIM, Tudor CIUHODARU, Miriam DALLI, Jytte GUTELAND, Javi LÓPEZ, César LUENA, Alessandra MORETTI, Sándor RÓNAI, Günther SIDL, Petar VITANOV, Tiemo WÖLKEN

Renew

Pascal CANFIN, Fredrick FEDERLEY, Martin HOJSÍK, Frédérique RIES, María Soraya RODRÍGUEZ RAMOS, Nicolae ŞTEFĂNUȚĂ, Linea SØGAARD-LIDELL, Nils TORVALDS, Véronique TRILLET-LENOIR

ID

Luisa REGIMENTI

Verts/ALE

Margrete AUKEN, Bas EICKHOUT, Pär HOLMGREN, Yannick JADOT, Tilly METZ, Ville NIINISTÖ, Grace O'SULLIVAN, Jutta PAULUS

GUE/NGL

Malin BJÖRK, Petros KOKKALIS, Kateřina KONEČNÁ, Silvia MODIG, Mick WALLACE

NI

Eleonora EVI, Ivan Vilibor SINČIĆ

15

-

ID

Simona BALDASSARRE, Aurelia BEIGNEUX, Marco DREOSTO, Catherine GRISET, Teuvo HAKKARAINEN, Sylvia LIMMER, Joëlle MÉLIN, Silvia SARDONE

ECR

Sergio BERLATO, Margarita DE LA PISA CARRIÓN, Pietro FIOCCHI, Joanna KOPCIŃSKA, Rob ROOKEN, Alexandr VONDRA, Anna ZALEWSKA

3

0

PPE

Edina TÓTH

Renew

Andreas GLÜCK, Jan HUITEMA

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (19.10.2020)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD))

Rapporteur għal opinjoni: François-Xavier Bellamy

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara l-pandemija tal-COVID-19, il-miżuri ta' lockdown u l-kriżi ekonomika enormi maħluqa minn din is-sitwazzjoni, il-Kunsill Ewropew flimkien mal-Kummissjoni Ewropea ddeċidew li jniedu l-istrument Next Generation EU (NGEU), pjan ta' rkupru Ewropew. Din is-soluzzjoni fiha nnifisha hija mibnija fuq problema: hija ffinanzjata minn dejn komuni, bil-KE titħalla għall-ewwel darba tissellef ammonti sinifikanti mis-swieq finanzjarji; dan id-dejn, però, qed jinħareġ mingħajr skema ta' ħlas lura konkreta. Il-QFP mhuwiex adatt għal tali piż finanzjarju fil-futur, u ma nstab l-ebda ftehim dwar riżorsi oħra biex jitħallas lura dan id-dejn. B'din il-kunsiderazzjoni, il-pjan NGUE jiddependi fuq il-piż kbir u d-diffikultajiet mhux solvuti li ġew trażmessi għall-ġenerazzjoni li jmiss.

Ir-rwol tagħna bħala Parlament issa huwa li niżguraw li, tal-inqas, il-flus li se jiġu mislufa jiġu investiti fil-ħolqien ta' valur u prosperità futuri, sabiex b'hekk il-ġenerazzjoni li jmiss tingħata l-akbar ingranaġġ possibbli biex jitħallas lura dan id-dejn. Dan ma jkunx neċessità għal kwalunkwe nfiq pubbliku, u lanqas jidher bħala urġenza lejlet l-akbar kriżi ekonomika mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn: iżda meta titqies l-iskema ta' finanzjament ta' dan il-pjan ta' rkupru, hija ħtieġa assoluta li jiġi stabbilit impenn ċar lejn il-ġenerazzjonijiet futuri.

Din hija r-raġuni għaliex, bħala rapporteur fil-Kumitat ITRE dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), li tistabbilixxi r-regoli għan-nefqa tal-fondi tan-NGEU, jien ħloqt dan il-prinċipju ċar fid-definizzjoni stess ta' din l-għodda: "l-RFF hija limitata għal investimenti mfassla biex jipproduċu introjtu futur sabiex b'hekk tingħata l-kapaċità ta' rimborż lill-ġenerazzjoni li jmiss." Sabiex jiġi żgurat li dan il-finanzjament ikun orjentat lejn investimenti rilevanti, ir-rapport tagħna jsemmi espliċitament dan il-punt fl-oqsma kollha li jistabbilixxu l-kriterji biex il-fondi jinfetħu għall-benefiċċju ta' programmi ta' rkupru nazzjonali, kif ukoll fl-Anness li ser jistabbilixxi l-linji gwida operattivi għall-Kummissjoni Ewropea fl-arranġamenti konkreti tan-NGEU. Fl-istess għan, ir-rapport tagħna jiżgura li kwalunkwe parti mill-fondi li ma tkunx intużat tkun kompletament orjentata biex tnaqqas id-dejn globali.

Jissemmew punti oħra ewlenin f'dan il-kontribut. Jidher li huwa essenzjali li jkun hemm qbil dwar x'nifhmu bit-terminu "reżiljenza", peress li hija l-għan tal-faċilità. Il-kriżi tal-COVID-19 għallmitna kemm aħna dipendenti fuq pajjiżi terzi, anke f'oqsma kruċjali għas-sigurtà tagħna, is-sovranità tagħna u l-kapaċità tagħna li negħlbu x-xokkijiet u l-kriżijiet. Jien nipproponi li d-definizzjoni ta' reżiljenza għandha timplika l-kapaċità tal-ekonomija, tal-industrija u tal-agrikoltura Ewropej li jipproduċu l-merkanzija u s-servizzi meħtieġa biex jiggarantixxu l-istabilità tan-nazzjonijiet u tas-soċjetajiet tagħna. Dan jobbligana ntejbu b'mod sinifikanti l-awtonomija strateġika tagħna fl-Unjoni Ewropea; dan il-kunċett ġie miżjud bħala linja gwida essenzjali għall-RRF. 

Biex tiġi evitata kwalunkwe ħela ta' nfiq pubbliku, insistejna fuq il-koerenza meħtieġa bejn programmi ġodda u strateġiji ewlenin diġà eżistenti fl-UE.Il-fondi għandhom ukoll ikunu involuti b'mod sigur permezz ta' trasparenza totali tal-benefiċjarji: dan l-impenn ċar huwa marbut mal-prinċipju tad-demokrazija u huwa dovut liċ-ċittadini tal-pajjiżi tagħna.

Fl-aħħar nett, minħabba l-iskeda ta' żmien stretta, l-urġenza tas-sitwazzjoni, u sabiex naħdem b'mod effiċjenti maż-żewġ kumitati responsabbli, iffukajt xogħli fuq artikoli b'kompetenza kondiviża.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħinu lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni, filwaqt li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika fit-tul tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investimenti f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, l-innovazzjoni u r-riċerka, kif ukoll investimenti soċjali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, is-sikurezza u l-ambjent intern tajjeb għas-saħħa fil-binjiet, inklużi r-rinnovazzjoni u l-integrazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi, u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija, kif ukoll il-bini ta' industrija Ewropea kompetittiva u innovattiva huma importanti biex jinkiseb tkabbir sostenibbli, jiġu ssodisfati l-objettivi tal-Unjoni dwar in-newtralità klimatika fl-2050 u jinħolqu impjiegi ta' kwalità fi ħdan l-Unjoni. Tali investimenti se jgħinu biex l-Unjoni ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Il-miżuri ta' lockdown matul il-kriżi tal-COVID-19 xeħtu dawl fuq l-importanza tat-tranżizzjoni diġitali, iżda għarrqu wkoll l-inugwaljanza diġitali u l-problemi ffaċċjati min-nies b'aċċess limitat għat-teknoloġija diġitali jew b'ħiliet diġitali baxxi. Jenħtieġ li l-irkupru ta' wara l-pandemija jinkludi miżuri għar-rettifika ta' dawn il-problemi, partikolarment it-trawwim tal-iżvilupp ta' ħiliet diġitali, inklużi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema, u jippromwovi l-ugwaljanza diġitali kif ukoll jappoġġa soluzzjonijiet ta' software u ta' hardware miftuħin u jiżgura l-protezzjoni tad-data personali. Barra minn hekk, jenħtieġ li t-tranżizzjoni diġitali tkun ekoloġika wkoll: id-domanda dejjem akbar għall-elettriku, sostnuta mit-tkabbir fis-settur diġitali, jenħtieġ li tiġi ssodisfata b'mod sostenibbli, abbażi ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika u ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b'rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri b'rispons għall-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, u bil-għan li jkun hemm impatt dewwiem fuq il-produttività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istati Membri.

(7) Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b'rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku mill-Istati Membri, inkluż b'rispons għall-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, li kapaċi jimmobilizza l-investimenti privati wkoll, u bil-għan li jkun hemm impatt dejjiemi fuq il-produttività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istati Membri.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv u l-irkupru tal-ekonomija Ewropea, li ġiet affettwata ħażin ħafna mill-kriżi tal-COVID-19, u żżid ir-reżiljenza tagħha biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri, li kapaċi timmobilizza l-investimenti privati wkoll, filwaqt li żżomm kundizzjonijiet ekwi fi ħdan is-suq intern. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-miżuri li jappoġġaw tranżizzjoni ekoloġika ġusta u inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta' kull Stat Membru jammontaw għal ammont li jirrappreżenta mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni tal-pjan u jenħtieġ li l-miżuri relatati mat-tranżizzjoni diġitali jammontaw għal ammont ta' mill-inqas 20 % tal-allokazzjoni tal-pjan. Il-kriterji u l-qafas tat-tassonomija tal-UE jenħtieġ li jintużaw fit-traċċar tal-implimentazzjoni tal-impenji lejn tranżizzjoni ekoloġika ġusta.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll il-konformità tal-attivitajiet l-oħra inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom mal-prinċipju ta' prekawzjoni "la tagħmilx ħsara sinifikanti", kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

__________________

1a Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta' rieżami rilevanti. Minbarra dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali. It-tnejn li huma se jkollhom rwol ta' prijorità fir-rilanċ mill-ġdid tal-ekonomija u fl-immodernizzar tagħha.

(12) Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta' rieżami rilevanti. Minbarra dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim ta' tranżizzjoni ekoloġika ġusta kif ukoll trasformazzjoni diġitali li tkun miftuħa, sostenibbli u inklużiva, u appoġġ għal strateġija b'saħħitha għall-SMEs inklużi l-mikrointrapriżi, u l-istrateġija industrijali, li se jkollhom rwol ta' prijorità fir-rilanċ mill-ġdid, fid-dekarbonizzazzjoni u fl-immodernizzar tal-ekonomija tagħna u f'li tinżamm kompetittiva.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika ġusta u t-trasformazzjoni diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli u bbilanċjat mil-lat tal-ġeneri, filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwi tas-Suq Uniku u l-awtonomija strateġija tal-Unjoni u ż-żieda tal-kompetittivà globali Ewropea.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta' kull Stat Membru jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza li kapaċi jimmobilizza wkoll l-investimenti privati. Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jkunu konsistenti u jiżguraw sinerġiji mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni, u jkunu konsistenti mal-prijoritajiet u l-objettivi ta' fondi u programmi oħra tal-Unjoni, mal-programmi nazzjonali ta' riforma u mal-isfidi u l-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, tal-Aġenda Diġitali u tal-Istrateġija Industrijali u tal-SMEs, il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkunu possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit proċess għall-preżentazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, u l-kontenut tagħhom. Bil-għan li tiġi żgurata l-espedjenza tal-proċeduri, jenħtieġ li Stat Membru jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza sa mhux iktar tard mit-30 ta' April, bħala anness separat tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, jenħtieġ li l-Istat Membru jippreżenta l-abbozz tal-pjan flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena li ġejja fil-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel.

(20) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit proċess għall-preżentazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri, u l-kontenut tagħhom. Bil-għan li tiġi żgurata l-espedjenza tal-proċeduri, jenħtieġ li Stat Membru jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza sa mhux iktar tard mit-30 ta' April, b'mod konġunt mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, jenħtieġ li l-Istat Membru jippreżenta l-abbozz tal-pjan flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena li ġejja fil-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika ġusta u t-trasformazzjoni diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza proposti mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib ma' kull Stat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kruċjali identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-partijiet ikkonċernati kollha ġewx ikkonsultati kif xieraq; jekk l-Istati Membri jikkonformawx mal-valuri tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE [l-istat tad-dritt]; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li kapaċi wkoll jimmobilizzaw l-investimenti privati, li jkunu kapaċi jimmobilizzaw investimenti privati kif ukoll li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Dment li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza b'mod sodisfaċenti l-kriterji ta' valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat il-kontribuzzjoni finanzjarja massima fejn il-kost totali stmat tar-riforma u tal-investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess jew ogħla minnu. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat ammont ugwali għall-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk dan il-kost totali stmat ikun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess. Jenħtieġ li ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jindirizzax b'mod sodisfaċenti l-kriterji tal-valutazzjoni.

(26) Dment li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza b'mod sodisfaċenti l-kriterji ta' valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat il-kontribuzzjoni finanzjarja massima fejn il-kost totali stmat tar-riforma u tal-investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess jew ogħla minnu. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat ammont ugwali għall-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk dan il-kost totali stmat ikun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess. Jenħtieġ li ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jindirizzax b'mod sodisfaċenti kwalunkwe kriterju tal-valutazzjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika ġusta u t-trasformazzjoni diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Stat Membru jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jagħmel talba motivata biex jiġi emendat il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fil-perjodu ta' implimentazzjoni, jekk iċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talba motivata u tieħu deċiżjoni ġdida fi żmien erba' xhur.

(30) Stat Membru jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jagħmel talba motivata biex jiġi emendat il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu fil-perjodu ta' implimentazzjoni, jekk iċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talba motivata u tieħu deċiżjoni ġdida fi żmien xahrejn.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Għall-finijiet ta' trasparenza, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni kif xieraq.

(34) Għall-finijiet ta' trasparenza, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni u mill-Istat Membru kkonċernat kif xieraq.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li jiġu eżerċitati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-proċedura ta' eżami tiegħu13. Wara l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jkunu approvati permezz ta' att delegat. Sabiex tkun żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-konformità tal-pjan mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Wara l-adozzjoni ta' att delegat, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

__________________

__________________

13 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

13 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. "Reżiljenza" tfisser il-kapaċità li jiġu ffaċċjati xokkijiet ekonomiċi, soċjetali u ekoloġiċi u bidliet strutturali persistenti li jirriżultaw minn kwalunkwe tip ta' kriżi b'mod ġust, sostenibbli u inklużiv, u li jiġi ppreservat il-benesseri tas-soċjetà, billi tiġi garantita l-awtonomija strateġika tal-Unjoni Ewropea fuq l-assi u t-teknoloġiji meħtieġa għall-istabilità u s-sigurtà tas-soċjetajiet Ewropej, biex tingħeleb il-kriżi mingħajr ma jiġi kompromess il-wirt għall-ġenerazzjonijiet futuri, filwaqt li jiġu żgurati l-ftuħ u s-saħħa tal-UE fis-suq globali.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. Il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" ifisser li jiġi żgurat li l-ebda miżura jew investiment inkluż fil-pjanijiet għall-ikupru u r-reżiljenza ma jikkawżaw ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 f'konformità mal-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali, l-SMEs inklużi l-mikrointrapriżi, l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, inkluża l-awtonomija industrijali tagħha, b'mod partikolari f'setturi tat-teknoloġija għolja orjentati lejn il-futur, is-saħħa, il-kompetittività fit-tul fis-swieq globali, ir-reżiljenza, il-produttività, it-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-kapital uman u soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni l-aktar avvanzata f'setturi strateġiċi, soċjali u kritiċi, l-enerġija inkluża l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista tagħha, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi ta' kwalità u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-investimenti ffinanzjati permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkollhom impatt pożittiv dejjiemi fuq ir-reżiljenza ekonomika u soċjali, is-sostenibbiltà u l-prosperità u l-kompetittività fit-tul tal-Istati Membri, fl-interess tal-ġenerazzjonijiet futuri, speċjalment minħabba li l-Faċilità għandha tipproduċi tkabbir u dħul għall-Istati Membri u l-Unjoni li se jibbenefikaw mill-Istrument Ewropew ta' Rkupru ("Next Generation EU") u mill-iskemi ta' ħlas lura tiegħu.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tiżgura prosperità ekonomika sostenibbli fit-tul tal-Unjoni, tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll il-kompetittività fit-tul tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa kemm tranżizzjoni ekoloġika ġusta kif ukoll it-tranżizzjoni diġitali, u b'hekk tippromwovi l-awtonomija diġitali, l-istrateġiji ewlenin, pereżempju dwar Proġetti Importanti ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEIs), l-istrateġija industrijali għall-Ewropa, l-istrateġija għall-SMEs Ewropej, l-ekonomija ċirkolari, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u t-teknoloġiji orjentati lejn il-futur.

L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha għalhekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni u l-ekosistemi industrijali u l-katini tal-valur strateġiċi tagħha, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari billi ttejjeb l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, kif ukoll tnaqqas id-dipendenzi fuq pajjiżi terzi f'oqsma strateġiċi, inkluż permezz ta' rilokalizzazzjoni intelliġenti u appoġġ għall-industriji li wrew li huma kritiċi wara l-kriżi tal-COVID-19, tippreserva l-istabilità tas-sistemi finanzjarji, tiżgura l-valur miżjud fit-tul tal-appoġġ finanzjarju u li żżommu fi ħdan l-Unjoni, tippromwovi t-tkabbir sostenibbli fit-tul, tisfrutta l-potenzjal sħiħ tas-suq uniku filwaqt li tnaqqas id-dipendenzi fuq pajjiżi terzi f'oqsma strateġiċi.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u n-nefqiet relatati għandhom ikunu konsistenti mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u jirrispettaw il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti".

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta' kull strument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti.

2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti, l-involviment tas-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali, azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta' kull strument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921 fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għall-istrateġija industrijali tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew li jirriżultaw minnha, b'mod partikolari b'appoġġ għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, it-tranżizzjoni ekoloġika ġusta lejn in-newtralità klimatika u t-trasformazzjoni diġitali. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1999 fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni, kif ukoll bl-isfidi u l-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew b'mod partikolari dawk rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew li jirriżultaw minnu. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-objettiv li jippermettu investimenti f'assi, teknoloġiji u infrastrutturi orjentati lejn il-futur li jiżguraw reżiljenza u kompetittività fit-tul tal-Unjoni fis-swieq globali u jsaħħu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u joħolqu sinerġiji mal-fondi u l-programmi rilevanti kollha tal-Unjoni.

__________________

__________________

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

22 […]

22 […]

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tikkontribwixxi għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta u għat-trasformazzjoni diġitali, mill-inqas 37 % tal-allokazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jikkontribwixxi għal miżuri li jappoġġaw tranżizzjoni ekoloġika ġusta, f'konformità mar-Regolament dwar it-Tassonomija, u mill-inqas 20 % tal-allokazzjoni tal-pjan għandu jikkontribwixxi għal miżuri li jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) spjegazzjoni tal-mod kif l-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mistennija jiġu indirizzati;

imħassar

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan jikkontribwixxi għas-suċċess tal-istrateġiji ewlenin tal-Unjoni u jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u l-kompetittività, il-potenzjal ta' tkabbir, b'mod partikolari għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, l-ekosistemi industrijali u l-ktajjen tal-valur strateġiċi, il-kwalità tas-servizzi pubbliċi, il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità, u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali filwaqt li jiżgura kundizzjonijiet ekwi għas-suq uniku;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta u għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE u juru l-konsistenza tagħhom mal-pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar il-Klima u l-Enerġija (NECPs);

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) spjegazzjoni dwar kif il-pjan huwa mistenni jikkontribwixxi għal trasformazzjoni diġitali ġusta u għall-isfidi li jirriżultaw mill-inklużjoni tal-aċċessibbiltà diġitali b'enfasi fuq l-industrija tal-Unjoni inklużi l-ekosistemi strateġiċi, l-appoġġ għar-riċerka u l-iskjerament tat-teknoloġija, f'oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali, il-5G, l-ekonomija tad-data, id-distakk diġitali u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali inkluż it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) spjegazzjoni dwar kif il-pjan isaħħaħ l-istrateġiji tal-Unjoni dwar Proġetti Importanti ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEIs), għall-SMEs u l-mikrointrapriżi Ewropej, għal ekonomija ċirkolari, għar-riċerka u l-innovazzjoni f'teknoloġiji ewlenin, u għal setturi strateġiċi li jistgħu jinkludu fost l-oħrajn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika, u setturi oħra ta' teknoloġija għolja orjentati lejn il-futur;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc) spjegazzjoni dwar kif il-pjan huwa interkonness u koerenti mal-fondi u l-programmi ewlenin tal-Unjoni bħal Orizzont Ewropa, il-Programm Ewropa Diġitali, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Strutturali, il-programm Spazjali, il-Fond Ewropew għad-Difiża, InvestEU;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd) spjegazzjoni dwar kif il-pjan jinvesti f'attivitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali sostenibbli fit-tul, teknoloġiji u industriji li joħolqu opportunitajiet għall-ġenerazzjonijiet futuri;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ce) qafas ta' miżuri li jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u t-trasparenza tal-benefiċjarji f'konformità mal-Artikolu 26;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) spjegazzjoni tal-mod kif l-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mistennija jiġu indirizzati;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-kost totali stmat tar-riformi u l-investimenti koperti mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat (imsejjaħ ukoll "il-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza") appoġġat minn ġustifikazzjoni xierqa u kif din hija proporzjonata għall-impatt mistenni fuq l-ekonomija u fuq l-impjiegi;

(f) il-kostijiet unitarji u totali stmati tar-riformi u l-investimenti koperti mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat (imsejjaħ ukoll "il-kostijiet stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza") appoġġat minn ġustifikazzjoni xierqa u kif din hija proporzjonata għall-impatt mistenni fuq l-ekonomija u fuq l-impjiegi;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjoni ekoloġika ġusta  u t-trasformazzjoni diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a) jekk il-miżuri proposti fil-pjan humiex se jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4, u jekk il-pjan huwiex konsistenti mal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif stipulat fl-Artikolu 3;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fil-punti (b), (c) u (ca) tal-Artikolu 15;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jekk il-pjan jikkontribwixxix għall-istrateġiji tal-Unjoni msemmija fil-punt (cb) tal-Artikolu 15;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb) jekk il-pjan huwiex interkonness u koerenti mal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-punt (cc) tal-Artikolu 15;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc) jekk il-pjan jinkludix miżuri effettivi biex jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni u t-trasparenza tal-benefiċjarji;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bd) jekk il-pjan hux se jkun immirat lejn iċ-ċiklu ekonomiku li jmiss u ffokat fuq l-attivitajiet, it-teknoloġiji u l-industriji li jiġġeneraw benefiċċji fuq terminu twil;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(d) jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità u r-reżiljenza ekonomika u soċjali u l-ktajjen tal-valur strateġiċi tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti;

(f) (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att delegat f'konformità mal-Artikolu 27. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament jew b'mod parzjalment pożittiv il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja ma għandha tiġi allokata lill-Istat Membru kkonċernat.

(c) fejn il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti ma' kwalunkwe kriterju stabbilit fl-Artikolu 16(3), l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja ma għandha tiġi allokata lill-Istat Membru kkonċernat u għandu japplika l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) meta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma f'parti minnu jew biss ma' wħud mill-kriterji msemmija fl-Artikolu 16(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni sal-ammont tal-kostijiet stmati tar-riformi u tal-investimenti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-deskrizzjoni tar-riformi u tal-proġetti ta' investiment u l-ammont tal-kost totali stmata tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(b) id-deskrizzjoni tar-riformi u tal-proġetti ta' investiment fl-ambitu tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-ammonti tal-kostijiet stmati rispettivi;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni dovutament ġustifikata fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni tal-proposta mill-Istat Membru.

5. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, id-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni debitament ġustifikata u kkomunikata fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni mill-Istat Membru. L-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ieħor u jista' juża wkoll l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

7. L-att delegat imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan il-ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, u għandha tieħu deċiżjoni ġdida f'konformità mal-Artikolu 17 fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba.

2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan il-ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, u għandha tieħu deċiżjoni ġdida f'konformità mal-Artikolu 17 fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba dovutament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

3. Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att delegat tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni kull tliet xhur. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahar mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att delegat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Sabiex il-Parlament Ewropew iwettaq kontroll xieraq tal-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tal-appoġġ finanzjarju fl-ambitu tal-Faċilità, ir-rapport annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mir-Rappurtar dwar ir-Responsabbiltà Finanzjarja Integrat u għandu jkun jagħmel parti mill-proċedura ta' kwittanza annwali bħala kapitolu separat fir-rapport ta' kwittanza tal-Kummissjoni.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1. L-Istati Membri u riċevituri oħra tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u b'mod konsistenti jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi juru l-emblema tal-Unjoni flimkien mar-referenza għall-"Faċilità tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza" li tappoġġa l-azzjonijiet, kemm offline kif ukoll online, u billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament, mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-istrumenti stabbilita minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4.

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni b'mod faċli għall-utent, sabiex tqajjem sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini, in-negozji, speċjalment l-SMEs, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, dwar ir-riżorsi finanzjarji pprovduti permezz tal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament, kif ukoll dwar l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-istrumenti stabbilita minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ diġitali li tiżgura trasparenza pubblika sħiħa permezz ta' pjattaforma diġitali konsultabbli u faċilment aċċessibbli li telenka l-benefiċjarji kollha tal-finanzjament li jirriżulta minn pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza fejn l-Istati Membri jridu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għal dan.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

Artikolu 27

Proċedura ta' kumitat

Eżerċizzju tad-delega

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 u l-Artikolu 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2027.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 u fl-Artikolu 19 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 u l-Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-a. jekk il-miżuri proposti fil-pjan humiex se jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira stabbilita fl-Artikolu 4, u jekk il-pjan huwiex konsistenti mal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif stipulat fl-Artikolu 3;

Emenda  63

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kruċjali identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew;

imħassar

Emenda  64

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b a) jekk l-investimenti inklużi fil-pjan jirrispettawx il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" u r-rekwiżiti ta' "salvagwardji minimi";

Emenda  65

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(d) jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, ir-reżiljenza ekonomika u soċjali, l-ekosistemi industrijali u l-ktajjen tal-valur strateġiċi tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, filwaqt li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet ekwi tas-Suq Uniku u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni;

Emenda  66

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti;

(f) jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti, li jkunu wkoll konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati b'mod uffiċjali mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew u li jkunu kapaċi jimmobilizzaw investimenti privati wkoll;

Emenda  67

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) jekk il-partijiet ikkonċernati kollha jiġux ikkonsultati kif xieraq kif stipulat fl-Artikolu 15;

Emenda  68

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1– inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu stabbiliti sistemi favur il-klima u l-ambjent u biex is-setturi ekonomiċi jew soċjali jsiru aktar ekoloġiċi bil-għan li jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali ta' Ewropa newtrali għall-klima sal-2050;

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu stabbiliti sistemi newtrali għall-klima u favur l-ambjent u biex is-setturi ekonomiċi jew soċjali jsiru aktar ekoloġiċi u għall-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ta' dawk is-setturi bil-għan li jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali ta' Ewropa newtrali għall-klima sal-2050, bil-għan li jirrispettaw in-newtralità klimatika;

Emenda  69

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jew

kif ukoll

Emenda  70

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali;

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali, tappoġġa r-riċerka u l-iskjerament tat-teknoloġija f'oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali, il-5G u l-ekonomija tad-data, tikkontribwixxi għall-aċċessibbiltà diġitali u tnaqqas id-distakk diġitali;

Emenda  71

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jew

kif ukoll

Emenda  72

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u/jew diġitali

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni ekoloġika ġusta u t-trasformazzjoni diġitali

Emenda  73

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt pożittiv dejjiemi fit-tul.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, b'mod partikolari għall-SMEs, il-ħolqien tal-impjiegi, l-awtonomija strateġika u l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni, l-ekosistemi industrijali u l-ktajjen tal-valur strateġiċi u jipproduċi impatt pożittiv fuq terminu twil fuq ir-reżiljenza ekonomika u soċjali, is-sostenibbiltà u t-tkabbir fit-tul tal-Istat Membru biex jinħolqu opportunitajiet għall-ġenerazzjonijiet futuri, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,

Emenda  75

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri u li jagħtu spinta lill-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi, filwaqt li jevitaw impatti negattivi ta' dawk il-miżuri fuq il-klima u l-ambjent.

 Il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri u li jagħtu spinta lill-potenzjal ta' tkabbir, b'mod partikolari għall-SMEs, il-mikrointrapriżi u n-negozji ġodda, it-tisħiħ tal-ekosistemi industrijali u l-ktajjen tal-valur strateġiċi tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi, filwaqt li jevitaw impatti negattivi ta' dawk il-miżuri fuq il-klima u l-ambjent.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – paragrafu 1– subparagrafu 4 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- kif ukoll

- il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jimmira lejn iċ-ċiklu ekonomiku li jmiss u jiffoka fuq l-attivitajiet, it-teknoloġiji u l-industriji li jiġġeneraw benefiċċju fuq terminu twil;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – paragrafu 1– subparagrafu 4 – inċiż 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- kif ukoll

- il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni fi ktajjen tal-valur ewlenin

Emenda  78

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – paragrafu 1– subparagrafu 4 – inċiż 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- kif ukoll

- il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jimmira lejn investimenti fi proġetti fit-tul li għandhom jipproduċu tkabbir u dħul għall-Istati Membri u l-Unjoni li se jibbenefikaw mill-Istrument Ewropew ta' Rkupru ("Next Generation EU") u mill-iskemi ta' ħlas lura tiegħu fl-interess tal-ġenerazzjonijiet futuri,

Emenda  79

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) meta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma f'parti minnu jew biss ma' wħud mill-kriterji msemmija fl-Artikolu 16(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat ma għandhiex tkun ogħla mill-ammont tal-kostijiet stmati tar-riformi u tal-investimenti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Referenzi

COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)

Kumitati responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.6.2020

ECON

17.6.2020

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

17.6.2020

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

François-Xavier Bellamy

6.7.2020

Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Eżami fil-kumitat

1.9.2020

Data tal-adozzjoni

15.10.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

3

13

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Michael Bloss, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Carlo Calenda, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Martina Dlabajová, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Nicolás González Casares, Bart Groothuis, Christophe Grudler, András Gyürk, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Eva Kaili, Seán Kelly, Izabela-Helena Kloc, Łukasz Kohut, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Thierry Mariani, Eva Maydell, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Mikuláš Peksa, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Clara Ponsatí Obiols, Jérôme Rivière, Robert Roos, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Isabella Tovaglieri, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop G. Dalunde, Pietro Fiocchi, Sven Schulze, Jordi Solé

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

55

+

EPP

François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria Da Graça Carvalho, Pilar Del Castillo Vera, Christian Ehler, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Sven Schulze, Maria Spyraki, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss

S&D

Carlo Calenda, Josianne Cutajar, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Nicolás González Casares, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Miapetra Kumpula-Natri, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho

RENEW

Nicola Beer, Nicola Danti, Valter Flego, Claudia Gamon, Bart Groothuis, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen

Greens

François Alfonsi, Michael Bloss, Jakop Dalunde, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Mikuláš Peksa, Jordi Sole

ECR

Pietro Fiocchi

NI

Ignazio Corrao, Clara Ponsatí Obiols

3

-

ID

Markus Buchheit

ECR

Robert Roos, Jessica Stegrud

13

0

EPP

András Gyürk

Renew

Martina Dlabajová

ID

Paolo Borchia, Thierry Mariani, Joëlle Mélin, Jérôme Rivière, Isabella Tovaglieri

ECR

Izabela-Helena Kloc, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski, Evžen Tošenovský

GUE

Manuel Bompard, Marc Botenga

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (14.10.2020)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Robert Zīle

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta biex tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bl-għan li toffri appoġġ finanzjarju fuq skala kbira sabiex l-ekonomiji tal-Istati Membri jsiru aktar reżiljenti u ppreparati aħjar għall-futur.

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza tas-settur tat-trasport matul il-pandemija tal-COVID-19. Din il-kriżi wriet l-importanza tal-funzjonament tajjeb tat-trasport tal-merkanzija għas-sigurtà tal-provvista u li t-trasport pubbliku għall-ħaddiema kritiċi huwa essenzjali biex tittaffa l-kriżi. Konsegwentement, iż-żieda fir-reżiljenza tas-sistema Ewropea tat-trasport hija kwistjoni ta' importanza strateġika. Barra minn hekk, ir-rapporteur ifakkar li s-settur tat-trasport u t-turiżmu kien fost dawk li ntlaqtu l-aktar mill-pandemija tal-COVID-19 u għalhekk jirrikjedu attenzjoni speċifika fil-livell Ewropew kif ukoll fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.

L-irkupru rapidu tal-ekonomija Ewropea jirrikjedi investiment fi proġetti maturi b'potenzjal kbir għall-appoġġ tat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi: il-ħtiġijiet identifikati, id-dewmien akkumulat fil-livell tal-investimenti u s-sensiela eżistenti ta' proġetti maturi li se jiżviluppaw l-infrastruttura tat-trasport joffru opportunitajiet sinifikanti f'dan ir-rigward.

Bħala settur li jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-emissjonijiet tas-CO2 Ewropej u bi tnaqqis limitat sa issa, l-investiment li għandu l-għan li jappoġġja d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport għandu jingħata prijorità, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet eżistenti speċifiċi għall-pajjiż taħt il-proċess tas-Semestru Ewropew, kif ukoll mal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.

L-Unjoni Ewropea tibqa' fuq quddiem nett fuq livell globali fis-settur tat-trasport. F'termini ta' setturi ta' esportazzjoni tal-UE, tgawdi wieħed mill-akbar ishma ta' valur esportat, li jinkludi prodotti u servizzi ajrunawtiċi, ferrovjarji jew awtomobilistiċi. Iżda dan ir-rwol ta' tmexxija issa qed jitqajmu dubji dwaru u jeħtieġ li jiġi difiż, inkluż permezz tal-adozzjoni ta' teknoloġiji ekoloġiċi, trasformazzjoni diġitali u impenn aktar profond lejn l-innovazzjoni.

Ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ li hemm bżonn ta' investimenti ambizzjużi fis-settur tat-trasport sabiex jitlestew is-sezzjonijiet u n-nodi ewlenin tan-Network Ewlieni tat-TEN-T u, fejn meħtieġ, biex jikkomplementaw il-finanzjament nazzjonali jew il-finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u/jew il-fondi tal-Politika Reġjonali. L-appoġġ għandu jiżgura t-tlestija f'waqtha tas-sezzjonijiet identifikati fil-Pjanijiet ta' Ħidma tal-Kuritur tat-TEN-T u jiddefinixxu l-prijoritajiet fix-xogħlijiet li jistgħu jsiru fil-perjodu mill-2021 sal-2023.

L-użu ta' vetturi u bastimenti b'emissjonijiet baxxi jew b'emissjonijiet żero għandu jkun prijorità. Tali investiment għandu jinkludi l-infrastruttura meħtieġa għall-iċċarġjar/riforniment tal-fjuwil fejn jeżistu nuqqasijiet persistenti, b'mod partikolari għall-ivvjaġġar fuq distanzi twal, il-portijiet, u f'żoni inqas popolati. Dan għandu jinkorpora wkoll l-iżvilupp ta' mobilità urbana sostenibbli, inklużi l-flotot u l-ħtiġijiet ta' vvjaġġar multimodali. Barra minn hekk, l-użu ta' sistemi intelliġenti ta' ġestjoni tat-traffiku u soluzzjonijiet ta' "Mobilità bħala Servizz" huma importanti, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-Ispazju Komuni Ewropew tad-Data dwar il-Mobilità, bħala komponent importanti tal-Istrateġija Ewropea għad-data, għandha tiġi riflessa wkoll fil-prijoritajiet mehmuża mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Ir-rapporteur jiġbed l-attenzjoni għar-riskju li, minħabba l-perjodu qasir u l-enfasi fuq il-pakketti nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-implimentazzjoni tal-Faċilità u t-tixrid tal-fondi jistgħu jkunu żbilanċjati sabiex jiġu rispettati skadenzi qosra. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li approċċ bħal dan imur kontra l-għan inizjali tal-Faċilità u għandu jiġi mħares minnu.

Ir-rapporteur jenfasizza li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza m'għandhiex twassal għal riskju ta' distorsjoni ogħla fil-kundizzjonijiet ekwi tas-Suq Uniku. Tali distorsjoni żżid id-diverġenzi ekonomiċi fl-Unjoni u taggrava l-isfidi tat-tkabbir fit-tul tal-Ewropa. Fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom u fil-proposta ta' riformi u investimenti, l-Istati Membri se jkollhom jikkunsidraw l-Artikolu 107 tat-TFUE u l-qafas tal-għajnuna mill-Istat u r-restrizzjonijiet tiegħu. Il-funzjonament korrett tas-Suq Uniku u r-regoli tiegħu dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat huma għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozji Ewropej u huma meħtieġa biex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni jeħtiġilha tkompli twettaq ir-rwol tagħha skont it-Trattati tal-UE biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku tal-UE.

L-indiċi tal-qgħad bħala komponent tal-kapaċità soċjoekonomika ta' Stat Membru partikolari huwa affettwat mill-iżvilupp tal-migrazzjoni tal-forza tax-xogħol tal-Istat Membru internament fl-UE. Hekk kif l-Istat Membru jiffaċċja żieda fl-emigrazzjoni, dan mhux biss jaffettwa l-PDG tiegħu iżda jnaqqas ukoll ir-rata tal-qgħad tiegħu – parti integrali mill-koeffiċjent tal-allokazzjoni. Filwaqt li dan huwa statistikament preċiż, tnaqqis fil-qgħad bħal dan jista' ma jurix is-sitwazzjoni soċjoekonomika reali f'dak l-Istat Membru. Għalhekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-ambizzjoni ewlenija tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bbilanċjata f'konformità mal-għanijiet tagħha, ir-rata tal-qgħad proposta għandha tiġi aġġustata skont il-flussi migratorji relatati attribwiti lill-Istati Membri individwali.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi li l-integrazzjoni tal-flussi migratorji fil-koeffiċjent tal-allokazzjoni tista' tkun sfida, minħabba l-ħtieġa urġenti tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-ħtieġa ta' kunsiderazzjoni bir-reqqa ta' kif għandha tiġi implimentata din il-korrezzjoni importanti. Fil-każ li ma jkunx politikament possibbli li jkun hemm qbil dwar din l-inklużjoni fil-proposta attwali, ir-rapporteur iqis din il-parti addizzjonali tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni bħala komponent essenzjali li għandu jiġi inkluż fir-reviżjoni jew it-tkomplija li jmiss tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha, b'mod partikolari f'dawk is-setturi tal-ekonomija l-aktar milquta mill-kriżi, bħat-trasport u t-turiżmu. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet u li, b'riżultat ta' dan, is-servizzi pubbliċi u l-aktar persuni emarġinati fis-soċjetà jsofru l-aktar. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċelerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul, filwaqt li jiġu evitati l-iżbalji tal-imgħoddi f'termini ta' ħsara soċjali u ambjentali. L-investiment f'teknoloġiji u innovazzjoni ekoloġiċi u diġitali, infrastruttura tal-mobilità u t-trasport sostenibbli, inklużi infrastrutturi ta' fjuwil, kapaċitajiet u proċessi alternattivi sostenibbli li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv għall-irkupru tal-ekonomija Ewropea, u b'mod partikolari tas-setturi li jkunu ġarrbu telf sinifikanti bħal dawk tat-trasport u tat-turiżmu, u biex tiżdied ir-reżiljenza tagħha, billi tissaħħaħ l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra. Sabiex jinkisbu l-akbar benefiċċji mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u jintlaħqu l-għanijiet tagħha sal-ogħla livell possibbli, l-inċentivi jenħtieġ li jitfasslu b'tali mod li tiġi inkoraġġita l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Għalhekk, l-iżborż tal-fondi jenħtieġ li jkun proporzjonat mal-livell ta' tlestija tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-iżborż jenħtieġ li jseħħ biss wara li t-tlestija tal-istadji importanti rilevanti tkun ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi. Dan se jaċċelera t-trasformazzjoni strutturali tal-ekonomija lejn waħda aktar nadifa, reżiljenti u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu bħala għan u jimplimentaw irkupru innovattiv u sostenibbli: pereżempju, fis-settur tat-trasport, jenħtieġ li jistabbilixxu bħala għan il-fatt li l-"Ewropa ssir pijunier f'termini ta' mobilità permezz tal-iżvilupp ta' sistemi awtonomi intelliġenti". Jenħtieġ li l-Faċilità prinċipalment tappoġġa r-riċerka, l-innovazzjoni u soluzzjonijiet ċirkolari (pereżempju, il-fjuwils il-ġodda, vetturi kondiviżi, eċċ) u l-modi ta' trasport l-aktar ekokompatibbli (il-ferroviji u passaġġi fuq l-ilma) li jridu jiġu mmodernizzati malajr sabiex tittejjeb aktar il-prestazzjoni tal-enerġija tagħhom (permezz tal-użu ta' dgħajjes elettriċi, l-idroġenu, il-fjuwils alternattivi), kif ukoll l-aċċessibbiltà tagħhom, b'mod speċjali fiż-żoni l-aktar remoti.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Peress li s settur tat-trasport jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-emissjonijiet ta' CO2 fl-Unjoni, l-investimenti li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport jenħtieġ li jingħataw prijorità f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż attwali tal-proċess tas-Semestru Ewropew, kif ukoll mal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali filwaqt li jiġi mħares l-ambjent. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, b'enfasi speċifika fuq is-setturi li ntlaqtu b'mod aktar sinifikanti, bħat-turiżmu u t-trasport, u tappoġġa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, bil-għan li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li tqis id-differenzi eżistenti fl-iżvilupp ekonomiku ta' reġjuni u ta' Stati Membri individwali, biex b'hekk jerġgħu jinkisbu l-potenzjal tat-tkabbir u l-kompetittività fit-tul tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi, ittejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema u tħarriġhom mill-ġdid, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni strutturali tal-ekonomija u l-reindustrijalizzazzjoni innovattiva u sostenibbli, filwaqt li tikkontribwixxi għall-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Minħabba l-ħtieġa qawwija tiegħu għall-innovazzjoni fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali, is-settur tat-trasport jenħtieġ li jingħata prijorità, speċjalment il-proġetti għall-iżvilupp tal-mobilità b'emissjonijiet żero u l-vetturi u l-infrastruttura meħtieġa, l-evoluzzjoni ta' fjuwils sostenibbli alternattivi u l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' infrastruttura transfruntiera sostenibbli għall-mobilità elettronika, kif ukoll it-tranżizzjoni lejn sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku intelliġenti u bl-idroġenu u sewqan awtonomu.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b) Il-Faċilità jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jitlestew is-sezzjonijiet u n-nodi ewlenin tan-Networks Ċentrali u komprensivi tat-TEN-T u, fejn meħtieġ, jenħtieġ li tikkomplementa l-finanzjament nazzjonali jew il-finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-fondi tal-Politika Reġjonali. L-appoġġ jenħtieġ li jiżgura t-tlestija f'waqtha tas-sezzjonijiet identifikati fil-Pjanijiet ta' Ħidma tal-Kuritur tat-TEN-T u jagħti prijorità lix-xogħlijiet li jistgħu jsiru fil-perjodu mill-2021 sal-2024.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi appoġġ finanzjarju bil-għan li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u tal-investimenti stabbiliti fil-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza. Jenħtieġ li dak l-objettiv speċifiku jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

(15) Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi appoġġ finanzjarju bil-għan li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u tal-investimenti fl-Istati Membri kollha stabbiliti fil-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza. Jenħtieġ li dak l-objettiv speċifiku jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Bħala parti mill-proċess tal-abbozzar tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonsultaw lill-awtoritajiet reġjonali u/jew lokali, lill-parlamenti nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) L-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-iżvilupp u d-diġitalizzazzjoni tal-infrastrutturi tat-trasport sostenibbli tul in-networks ċentrali u komprensivi tat-TEN-T fit-territorji rispettivi u fin-nodi transfruntiera bħala objettivi ewlenin fil-qafas tal-pjanijiet ta' investiment nazzjonali għall-irkupru fid-dawl tat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16b) Fil-qafas tal-Pjanijiet ta' Investiment Nazzjonali għall-irkupru, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw sforzi finanzjarji intensifikati biex jużaw teknoloġiji ewlenin għall-interoperabbiltà fit-trasport sostenibbli, bħall-ERTMS, sabiex jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali li tinħoloq żona ferrovjarja Ewropea sostenibbli u interoperabbli;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16c) Il-ħolqien ta' żona tat-trasport Ewropea sostenibbli u intelliġenti neċessarjament jinvolvi l-implimentazzjoni ta' network ferrovjarju interoperabbli u diġitalizzat tul it-TEN-T permezz tal-installazzjoni tal-ERTMS, bi spiża globali ta' mhux anqas minn EUR 15-il biljun. Għalhekk, il-Pjanijiet Nazzjonali għall-irkupru jenħtieġ li jikkontribwixxu għal dan l-objettiv u jikkomplementaw l-isforzi biex tiġi implimentata ERTMS tul in-networks tat-TEN-T. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa biex tilħaq dan l-objettiv.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 16d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16d) Il-finanzjament fl-ambitu tal-Faċilità għar-Reżiljenza huwa possibbli biss jekk l-Istat Membru jirrispetta bis-sħiħ l-istat tad-dritt, kif ukoll id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri1a.

___________________

1a Testi adottati, P8_TA(2019)0349.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) Fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom u fil-proposta ta' riformi u investimenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-Artikolu 107 tat-TFUE u l-qafas ta' għajnuna mill-Istat u r-restrizzjonijiet tiegħu. Il-funzjonament korrett tas-suq intern u r-regoli tiegħu dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat huma għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozji Ewropej u huma meħtieġa biex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li għalhekk tkompli twettaq ir-rwol tagħha skont it-Trattati biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat fl-iqsar żmien possibbli, sabiex tippermetti l-iżborż rapidu tal-appoġġ ekonomiku lill-kumpaniji.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju u t-titjib tal-konnettività; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Jenħtieġ li r-rekwiżit skont liema tiġi deskritta skeda ta' żmien indikattiva bi stadji importanti u miri fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ma jirrestrinġix il-possibbiltà li jiġu inklużi investimenti infrastrutturali aktar kumplessi li l-perjodi ta' eżekuzzjoni tagħhom jistgħu jkunu itwal minn seba' snin.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, inkluż billi tissaħħaħ l-infrastruttura u jittejbu l-konnettività u t-trasport, u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika, ambjentali u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u titnaqqas l-inugwaljanza ekonomika u bejn il-ġeneri; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex ikun żgurat li l-appoġġ finanzjarju jingħata minn qabel fis-snin inizjali wara l-kriżi, u biex tkun żgurata l-kompatibbiltà mal-fondi disponibbli għal dan l-istrument, jenħtieġ li l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri ssir sal-31 ta' Diċembru 2024. Għal dan il-għan, jenħtieġ li sal-31 ta' Diċembru 2022 jittieħed impenn legali għal mill-inqas 60 fil-mija tal-ammont disponibbli għall-appoġġ mhux ripagabbli. Jenħtieġ li sal-31 ta' Diċembru 2024 jittieħed impenn legali għall-ammont li jifdal.

(27) Sabiex ikun żgurat li l-appoġġ finanzjarju jingħata minn qabel fis-snin inizjali wara l-kriżi, u biex tkun żgurata l-kompatibbiltà mal-fondi disponibbli għal dan l-istrument, jenħtieġ li l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri ssir sal-31 ta' Diċembru 2024. Għal dan il-għan, jenħtieġ li sal-31 ta' Diċembru 2022 jittieħed impenn legali għal 70 % tal-ammont disponibbli għall-appoġġ mhux ripagabbli. Jenħtieġ li sal-31 ta' Diċembru 2024 jittieħed impenn legali għall-ammont li jifdal. Huwa kruċjali tqassim rapidu tal-fondi sabiex jittaffew l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-ekonomija tal-Ewropa.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a) Minħabba l-konċentrazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir u l-enfasi li qed issir fuq il-pakketti nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, hemm ir-riskju li l-isforz biex tiġi rispettata l-iskadenza għall-implimentazzjoni tal-fondi jingħata prijorità fuq il-ħtieġa li jiġi vverifikat li dawn jintużaw għall-iskop inizjali tagħhom.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27b) Jenħtieġ li l-Istati Membri jinkludu fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza investimenti fi proġetti transfruntiera u multinazzjonali, li jistgħu jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku u jiġġeneraw Valur Miżjud Ewropew, filwaqt li jirrispettaw l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni għall-2050. Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-Pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal lista mhux eżawrjenti ta' proġetti ta' Valur Miżjud Ewropew li jinkludu, iżda li ma jkunu limitati għal, proġetti li jtejbu s-sostenibbiltà tat-turiżmu, jaġġornaw l-infrastrutturi li jimplimentaw in-Networks TEN-T, jipprovdu konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera neqsin, itejbu l-mobilità attiva, jagħtu spinta lill-investiment fl-industrija ajrunawtika u jippromwovu n-navigabbiltà tal-passaġġi fuq l-ilma interni, kif ukoll jippromwovu l-iżvilupp tal-ERTMS fil-Kurituri Ewropej tal-Merkanzija.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Stat Membru jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jagħmel talba motivata biex jiġi emendat il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fil-perjodu ta' implimentazzjoni, jekk iċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talba motivata u tieħu deċiżjoni ġdida fi żmien erba' xhur.

(30) Stat Membru jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jagħmel talba motivata biex jemenda l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fil-perjodu ta' implimentazzjoni, jekk iċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talba motivata u tieħu deċiżjoni ġdida fi żmien xahrejn.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, l-azzjonijiet f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari mal-programmi attwali tal-Unjoni, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju għall-istess nefqa. B'mod partikolari, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni effettiva sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn is-sorsi ta' finanzjament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat meta jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni. L-appoġġ finanzjarju permezz tal-Faċilità jenħtieġ li jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt fondi u programmi oħra tal-Unjoni, u proġetti ta' riforma u investiment iffinanzjati mill-Faċilità jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu finanzjament minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kostijiet.

(35) Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, l-azzjonijiet f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari mal-programmi attwali tal-Unjoni, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju għall-istess nefqa. B'mod partikolari, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni effettiva sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-koerenza, it-trasparenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn is-sorsi ta' finanzjament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat meta jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni. L-appoġġ finanzjarju permezz tal-Faċilità jenħtieġ li jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt fondi u programmi oħra tal-Unjoni, u proġetti ta' riforma u investiment iffinanzjati mill-Faċilità jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu finanzjament minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kostijiet.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) L-irkupru rapidu tal-ekonomija tal-Unjoni jirrikjedi investiment fi proġetti maturi b'potenzjal kbir għall-appoġġ tat-tkabbir, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija u l-ħolqien tal-impjiegi; il-ħtiġijiet identifikati, id-dewmien akkumulat fil-livell tal-investimenti u s-sensiela eżistenti ta' proġetti maturi li se jiżviluppaw l-infrastruttura sostenibbli tat-trasport joffru opportunitajiet kbar ħafna f'dan ir-rigward.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35b) Jenħtieġ li l-kriterji ta' valutazzjoni għall-użu biex jiġi vvalutat jekk il-proġetti jżidux valur fil-livell tal-Unjoni jiġu ppubblikati biex tiġi evitata frammentazzjoni tal-approċċi nazzjonali li jafu jkunu kontradittorji jew mingħajr viżjoni fit-tul; pereżempju, fil-qasam tat-trasport sostenibbli, il-proġetti li jippromwovu konnessjonijiet transfruntiera jkollhom impatt fit-tul pożittiv fuq l-ekonomija u s-soċjetà tal-Unjoni.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Jekk xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrumenti fil-post.

(36) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri għad-destinatarji finali tal-finanzjament tal-Unjoni. Jekk xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrumenti fil-post.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport semestrali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità. Jenħtieġ li jkun fih ukoll informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi korrispondenti individwali deskritti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta' kull Stat Membru.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li jiġu eżerċitati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-proċedura ta' eżami tiegħu13. Wara l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat.

__________________

13 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Faċilità temporanja għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità").

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju sal-2050, it-turiżmu sostenibbli, il-mobilità sostenibbli, l-infrastruttura tat-trasport u l-evoluzzjoni ta' fjuwils sostenibbli alternattivi għall-modi kollha tat-trasport u infrastruttura transfruntiera sostenibbli, b'mod partikolari b'relazzjoni man-networks ċentrali tat-TEN-T, is-sistemi ta' ġestjoni tat-trasport intelliġenti, is-sewqan awtonomu, il-mobilità elettronika, it-tranżizzjoni lejn l-idroġenu ekoloġiku , is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelligenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, il-ħarsien tal-ambjent u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, u l-istabbilità tas-sistemi finanzjarji u suq intern li jiffunzjona tajjeb.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tappoġġa l-irkupru u tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb ir-reżiljenza, l-infrastruttura kritika u l-kapaċità ta' aġġustament tagħha tal-Istati Membri, filwaqt li tqis ir-reġjuni ultraperiferiċi, ittaffi l-impatt soċjali, territorjali, reġjonali u ekonomiku tal-kriżi, inkluż li tnaqqas l-inugwaljanzi ekonomiċi, u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, u b'hekk tikkontribwixxi biex jergħu jinġiebu l-potenzjal tat-tkabbir u l-kompetittività fit-tul tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u żżid l-isforzi għall-promozzjoni tat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema u t-taħriġ mill-ġdid tagħhom wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u l-konnettività, filwaqt li żżomm il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jinkiseb dakn-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

2. Sabiex jinkiseb dak l-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza jkunu kompletament konformi mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, billi jgħinu jittrasformaw l-ekonomija u jippromwovu l-ġustizzja soċjali . Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) sa 10 % tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a) għandu jiġi allokat għall-finanzjament tal-Proġetti ta' valur Miżjud Ewropew speċifikati fl-Artikolu 5a

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Proġetti ta' Valur Miżjud Ewropew

L-ammont speċifikat fl-Artikolu 5(1)(ba) għandu jintuża għall-iskop ta' finanzjament ta' Proġetti tal-Valur Miżjud Ewropew li jkollhom kopertura Ewropea b'kontribuzzjoni kbira għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u għall-irkupru ekonomiku wara l-kriżi tal-COVID-19. Il-Proġetti ta' Valur Miżjud Ewropew għandhom jiġu introdotti b'mod konġunt mill-Istati Membri involuti abbażi ta' proġett propost u mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura ta' valutazzjoni tagħha sabiex tissalvagwardja l-ammont allokat. Il-Kummissjoni għandha tipproponi lista mhux eżawrjenti ta' proġetti ta' Valur Miżjud Ewropew u tispeċifika l-Istati Membri parteċipanti, l-ammonti, l-istadji importanti u l-miri.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba' snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pakkett koerenti.

1. Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat sal-31 ta' Diċembru 2024. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pakkett koerenti.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għall-oqsma ta' politika elenkati fl-Artikolu 3 u l-objettivi tan-newtralità f'termini ta' impatt fuq il-klima sal-2050, u fir-rispett sħiħ tal-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti". Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

__________________

__________________

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

22 […]

22 […]

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. In-nefqa tal-konsum u n-nefqa baġitarja regolari kontinwa m'għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament, sakemm l-Istat Membru jkun jista' juri li dawn se jipproduċu effetti aktar fit-tul f'konformità mal-Artikolu 4, li s-sostenibbiltà tal-finanzjament tagħhom se tiġi żgurata lil hinn mid-durata tal-Faċilità, u li l-effett negattiv fuq il-bilanċ tal-gvern ikun biss temporanju, f'konformità sħiħa mal-Gwida tal-Kummissjoni għall-pjanijiet ta' Rkupru u Reżiljenza tal-Istati Membri.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir u l-kompetittività fuq tul ta' żmien, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, jippromwovi l-iżvilupp ta' infrastrutturi transfruntiera tat-trasport, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, b'enfasi speċifika fuq il-mikroimpriżi u l-SMEs l-aktar milquta mill-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom, speċjalment rigward l-investimenti neċessarji f'infrastruttura tat-trasport sostenibbli u l-evoluzzjoni ta' fjuwils alternattivi sostenibbli għall-modi kollha tat-trasport;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali ta' Ewropa newtrali għall-klima sal-2050 u kif jallinja ruħu kemm mal-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima kif ukoll mal-pjanijiet għal tranżizzjoni territorjali ġusta;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) spjegazzjoni ta' kif il-pjan se jikkontribwixxi għall-objettivi li tinkiseb ugwaljanza bejn il-ġeneri u li titnaqqas l-inugwaljanza ekonomika;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-istadji importanti previsti, il-miri u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi tul perjodu massimu ta' erba' snin, u tal-investimenti tul perjodu massimu ta' seba' snin;

(d) l-istadji importanti previsti, il-miri u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi tul perjodu massimu ta' erba' snin, u tal-investimenti tul perjodu massimu ta' seba' snin, bl-eċċezzjoni ta' investimenti infrastrutturali kumplessi li l-perjodi ta' eżekuzzjoni tagħhom jirrikjedu perjodu ta' żmien itwal;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja) aċċertament li l-assistenza finanzjarja tingħata biss lill-impriżi li jirrispettaw il-ftehimiet kollettivi applikabbli u mhumiex irreġistrati fir-rifuġji fiskali kif elenkati fil-lista tal-UE tal-Kunsill ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tiegħu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom u għall-provvista ta' mezzi għal infrastruttura sostenibbli u reżiljenti;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jekk il-pjan jikkontribwix għall-objettiv ġenerali ta' Ewropa newtrali għall-klima sal-2050 u kif jallinja ruħu mal-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima tal-Istat Membru u l-pjanijiet għal tranżizzjoni territorjali ġusta;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) jekk il-pjan jikkontribwix għall-objettiv tal-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tnaqqis tal-inugwaljanza ekonomika;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att delegat. Id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fuq il-komunikazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat inklużi l-korrezzjonijiet possibbli. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kontribuzzjoni finanzjarja li trid titħallas bin-nifs ladarba l-Istat Membru jkun implimenta b'mod sodisfaċenti l-istadji importanti rilevanti u l-miri identifikati b'rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(a) il-kontribuzzjoni finanzjarja li trid titħallas bin-nifs ladarba l-Istat Membru jkun implimenta b'mod komplut, kważi komplut jew parzjali l-istadji importanti rilevanti u l-miri identifikati b'rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni dovutament ġustifikata fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni tal-proposta mill-Istat Membru.

5. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni dovutament ġustifikata fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-proposta mill-Istat Membru. L-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ieħor u jista' juża wkoll l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

imħassar

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan il-ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, u għandha tieħu deċiżjoni ġdida f'konformità mal-Artikolu 17 fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba.

2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan il-ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, u għandha tieħu deċiżjoni ġdida f'konformità mal-Artikolu 17 fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba dovutament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

3. Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att delegat tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19a

Stat tad-Dritt

1.  Il-finanzjament fl-ambitu tal-faċilità għar-reżiljenza huwa possibbli biss jekk l-Istati Membri ma jurux nuqqasijiet ġenerali fir-rigward tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk ikunx hemm xi ksur tal-Artikolu 19a(2) jew l-Artikolu 19a(3) meta tivvaluta jekk l-Istati Membri humiex eliġibbli li jirċievu finanzjament fl-ambitu tal-faċilità għar-reżiljenza.

2.  Meta jaffettwaw jew jirriskjaw li jaffettwaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, dawn li ġejjin għandhom, b'mod partikolari, jitqiesu bħala nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt:

(a)  it-tqiegħed f'riskju tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż l-iffissar ta' kwalunkwe limitazzjoni fuq l-abilità tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji b'mod awtonomu billi jsiru interventi esterni f'garanziji ta' indipendenza, billi jiġi ristrett il-ġudizzju b'ordni estern, billi jiġu riveduti b'mod arbitrarju r-regoli dwar il-ħatra jew il-kundizzjonijiet tas-servizz tal-persunal ġudizzjarju, billi jiġi influwenzat il-persunal ġudizzjarju bi kwalunkwe mod li jikkomprometti l-imparzjalità tiegħu jew billi jkun hemm indħil fl-indipendenza tal-professjoni legali;

(b)  in-nuqqas li jiġu impediti, ikkoreġuti u ssanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illeċiti mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-imblukkar ta' riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament korrett tagħhom jew in-nuqqas li tiġi żgurata l-assenza ta' kunflitti ta' interessi;

(c)  il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u l-effikaċja tar-rimedji legali, inkluż permezz ta' regoli proċedurali restrittivi, in-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' sentenzi jew il-limitazzjoni ta' investigazzjonijiet, ta' prosekuzzjoni u ta' sanzjonijiet effettivi ta' ksur tal-liġi;

(d)  it-tqegħid fir-riskju tal-kapaċità amministrattiva ta' Stat Membru li jirrispetta l-obbligi tal-adeżjoni mal-Unjoni, inkluża l-kapaċità li jimplimenta b'mod effikaċi r-regoli, l-istandards u l-politiki li jiffurmaw il-corpus tad-dritt tal-Unjoni;

(e)  miżuri li jdgħajfu l-protezzjoni tal-komunikazzjoni kunfidenzjali bejn l-avukat u l-klijent.

3.  L-Istati Membri li jkunu soġġetti għal proċedura f'konformità mal-Artikolu 7 tat-TFUE għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu biss 25% tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita f'konformità mal-Artikolu 19.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6). Għal dan il-għan, ir-rapporti ta' kull tliet xhur tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) u l-ilħuq tal-istadji importanti u l-miri proposti individwali, u l-indikaturi relatati. Għal dan il-għan, ir-rapporti ta' kull tliet xhur tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att delegat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn xahar wara l-wasla tagħhom. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament u lill-Kunsill biex jaraw kif l-informazzjoni editjata tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-koleġiżlatur b'mod kunfidenzjali.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(a) jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali u lokali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali biex jinkisbu l-objettivi tal-istrumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament.

(c) jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali u lokali, biex jinkisbu l-objettivi tal-istrumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) jiffavorixxu u jippromwovu t-tlestija rapida ta' proġetti maturi b'potenzjal kbir f'termini ta' appoġġ għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-ksib tan-newtralità karbonika u b'impatt pożittiv dejjiemi fuq l-ekonomija u s-soċjetà; u

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) jippubblikaw il-kriterji ta' valutazzjoni biex il-proġetti jitkejlu skont il-valur miżjud tagħhom għall-Unjoni u jagħtu prijorità lit-tlestija tagħhom;

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tivvaluta l-programmi għar-reżiljenza u l-irkupru tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ proġetti li huma ta' natura transfruntiera u li jikkollegaw żewġ Stati Membri jew aktar, u tagħtihom prijorità.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapport annwali

Rapport semestrali

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament.

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport pubbliku semestrali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità.

2. Ir-rapport semestrali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

3. Ir-rapport semestrali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-volum tar-rikavati assenjati għall-Faċilità permezz tal-Istrument ta' Rkupru mill-Unjoni Ewropea fis-sena ta' qabel, imqassam skont il-linja tal-baġit, u

(a) Il-volum tar-rikavati assenjati għall-Faċilità permezz tal-Istrument ta' Rkupru mill-Unjoni Ewropea fis-sena ta' qabel, imqassam skont il-linja tal-baġit u l-Istat Membru, u

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu, b'mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha.

2. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu, b'mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew, l-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet fil-materja ta' kundizzjonalità kif ukoll valutazzjoni tar-riskji morali. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1. Id-destinatarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi juru l-emblema tal-Unjoni flimkien mar-referenza għall-"Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza" li tappoġġa l-azzjonijiet, kemm offline kif ukoll online, u billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament, mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-istrumenti stabbilita minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4.

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, b'mod li jkun faċli għall-utent, sabiex tqajjem il-kuxjenza fost il-konsumaturi, in-negozji, b'mod speċjali l-SMEs u l-amministrazzjonijiet pubbliċi dwar ir-riżorsi finanzjarji pprovduti permezz tal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament, kif ukoll l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-istrumenti stabbilita minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, id-destinatarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jinvolvu lill-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu mill-istess reġjun bħald-destinatarji.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

imħassar

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

imħassar

Emenda  75 

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u l-kontribut tagħhom għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dak il-għan, hija għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u l-kontribut tagħhom għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, u għal dak il-għan, hija għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Emenda  76

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minn dan;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) jekk il-pjan jikkontribwix għall-objettivi tal-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tnaqqis tal-inugwaljanza ekonomika;

Emenda  78

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, isaħħaħ it-turiżmu u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

Emenda  79

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri biex tissaħħaħ l-infrastruttura u jittejbu l-konnettività u t-trasport;

Emenda  80

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jirrappreżenta rispons komprensiv u adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat;

 Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jirrappreżenta rispons komprensiv u adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – paragrafu 1– subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A – Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kruċjali identifikati fis-CSRs, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew, u l-pjan jirrappreżenta rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

A – Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi kruċjali identifikati fis-CSRs, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew, u l-pjan jirrappreżenta rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – paragrafu 1– subparagrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B – Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati parzjalment l-isfidi kruċjali identifikati fis-CSRs, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew u l-pjan jirrappreżenta rispons parzjalment adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

B – Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati parzjalment l-isfidi kruċjali identifikati fis-CSRs, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew u l-pjan jirrappreżenta rispons parzjalment adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – paragrafu 1– subparagrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C – Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza ma jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-ebda sfida identifikata fis-CSRs, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew u l-pjan ma jirrappreżentax rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

C – Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-ebda sfida identifikata fis-CSRs, jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew u l-pjan ma jirrappreżentax rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika, ambjentali u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2 Il-pjan jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnhom.

2.2 Il-pjan jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-iżvilupp ta' infrastruttura sostenibbli u reżiljenti jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnhom.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

2.4 Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-infrastruttura tiegħu;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Referenzi

COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)

Kumitati responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.6.2020

ECON

17.6.2020

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

17.6.2020

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Roberts Zīle

30.6.2020

Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Eżami fil-kumitat

2.9.2020

Data tal-adozzjoni

12.10.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

6

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Johan Danielsson, Andor Deli, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Dominique Riquet, Dorien Rookmaker, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, Markus Ferber, Tomasz Frankowski, Roman Haider, Anne-Sophie Pelletier, Markus Pieper, Marianne Vind

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ECR

Angel Dzhambazki, Roberts Zīle

NI

Dorien Rookmaker

PPE

Gheorghe Falcă, Markus Ferber, Tomasz Frankowski, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Giuseppe Milazzo, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Renew

José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Johan Danielsson, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Bogusław Liberadzki, Rovana Plumb, István Ujhelyi, Marianne Vind, Petar Vitanov

6

-

Verts/ALE

Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz

PPE

Andor Deli

9

0

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Anne-Sophie Pelletier

ID

Marco Campomenosi, Roman Haider, Julie Lechanteux, Philippe Olivier, Lucia Vuolo

NI

Mario Furore

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT (4.11.2020)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(COM(2020)0408 – C9‑0150/2020 – 2020/0104(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Monika Hohlmeier 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija strument uniku biex jiġi indirizzat ix-xokk bla preċedent għall-UE kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Għaċ-ċittadini tal-UE din tagħti prova tanġibbli li l-UE turi solidarjetà ma' dawk l-aktar milquta mill-pandemija u taħdem għal futur aħjar u aktar b'saħħtu. Madankollu, il-proposta attwali mhijiex adegwata f'dik li hi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, u dan jista' jwassal għal erożjoni tal-fiduċja min-naħa taċ-ċittadini tal-UE. Il-proposti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għandhom l-għan li jagħtu rimedju għal dawn in-nuqqasijiet billi jagħmlu referenza għall-importanza tal-istat tad-dritt, jindirizzaw il-kwistjoni tal-irregolaritajiet u l-frodi u jagħmlu aktar enfasi fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti sostenibbli biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir, li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment sostenibbli spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Kemm ir-reżiljenza kif ukoll l-irkupru jenħtieġ li jinkisbu permezz tal-finanzjament ta' sitt oqsma ta' politika ewlenin, jiġifieri t-tranżizzjoni ekoloġika, it-trasformazzjoni diġitali, il-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, il-produttività u l-kompetittività, il-koeżjoni u l-konverġenza soċjali, ir-reżiljenza istituzzjonali u miżuri biex jiġi żgurat li l-ġenerazzjoni li jmiss tal-Ewropej ma ssirx "ġenerazzjoni ta' lockdown".

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b) Ir-riformi u l-investimenti mmirati lejn il-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi u l-produttività, lejn l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), lejn it-tisħiħ tas-Suq Uniku, il-kompetittività, il-koeżjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, huma ta' importanza kbira għall-ekonomiji tagħna biex jirkupraw filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b'rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri b'rispons għall-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, u bil-għan li jkun hemm impatt dewwiem fuq il-produttività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istati Membri.

(7) Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b'rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir u tal-investiment pubbliku sostenibbli tal-Istati Membri b'rispons għall-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, u bil-għan li jkun hemm impatt dewwiem fuq il-produttività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istati Membri.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir u tal-investiment pubbliku sostenibbli relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra. Jenħtieġ li l-Faċilità tkun temporanja u limitata għall-indirizzar tal-effetti avversi tal-pandemija.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) F'konformità mar-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, il-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza fil-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jenħtieġ li jittieħdu biex jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li tali riżorsi addizzjonali jintużaw b'tali mod li jiżguraw il-konformità mal-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament [EURI].

(10) F'konformità mar-Regolament [l-Istrument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, il-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza fil-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jenħtieġ li jittieħdu biex jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li tali riżorsi addizzjonali jintużaw b'tali mod li jiżguraw il-konformità mal-limiti ta' żmien stipulati fir-Regolament [EURI]. Malli jiskadu l-limiti ta' żmien, il-fondi kollha mhux allokati u diżimpenjati jenħtieġ li jiġu riallokati għal fondi oħra, għall-benefiċċju tal-miri klimatiċi jew soċjali Ewropej tal-Kummissjoni;

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Jenħtieġ li l-Faċilità taħdem f'sinerġija u f'komplementarjetà ma' InvestEU, u b'hekk tippermetti lill-Istati Membri jallokaw fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom ammont li għandu jitwassal permezz ta' InvestEU sabiex jappoġġa s-solvenza tal-kumpaniji stabbiliti fl-Istati Membri u l-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni relatati.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi. Jenħtieġ li l-Faċilità tiffinanzja biss proġetti li jirrispettaw il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti".

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u t-tnaqqis tad-distakk infrastrutturali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li jikkontribwixxu għall-konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq u b'hekk tirrestawra l-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli. L-azzjonijiet appoġġati jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Jenħtieġ li r-riżorsi tal-Faċilità, bħala parti mill-Istrument ta' Rkupru (Next Generation EU), ikunu akkumpanjati minn pjan ta' ħlas lura ċar u kredibbli. Jenħtieġ li l-ħlas lura jsir permezz ta' riżorsi proprji addizzjonali li jenħtieġ li jkunu stabbiliti matul il-QFP li jmiss.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b) Biex jiġi massimizzat l-objettiv ta' addizzjonalità tal-Faċilità u għalhekk jiżdied il-valur miżjud Ewropew tagħha, jenħtieġ li l-miżuri li jibdew mill-1 ta' Frar 2020 relatati mal-mitigazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19 ikunu eliġibbli.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi appoġġ finanzjarju bil-għan li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u tal-investimenti stabbiliti fil-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza. Jenħtieġ li dak l-objettiv speċifiku jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

(15) Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi appoġġ finanzjarju żborżat f'porzjonijiet bil-għan li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri ċari tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir u tal-investimenti sostenibbli stabbiliti fil-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza. Jenħtieġ li dak l-objettiv speċifiku jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Jenħtieġ li l-operazzjonijiet appoġġati mill-Faċilità jikkonformaw mal-valuri tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri ta' kontroll ex post biex tivverifika li ebda operazzjoni ffinanzjata mill-Faċilità ma jkollha għan inkompatibbli ma' dawk il-valuri, u jenħtieġ li, fejn meħtieġ, tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma tkunx konformi mal-Artikolu 2 tat-TUE.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija komplementari iżda differenti minn dawk li jorbtu l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mal-Mekkaniżmu tal-Istat tad-Dritt. Il-konformità mal-valuri tal-UE ta' kull proġett iffinanzjat mill-Faċilità hija neċessità assoluta, anke fi Stati Membri fejn il-mekkaniżmi tal-istat tad-dritt ġeneralment mhumiex dgħajfa. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti kontrolli ex post f'livell aktar dettaljat minn dak previst mill-mekkaniżmu tal-Istat tad-Dritt.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Jenħtieġ li l-Faċilità ma tappoġġax proġetti li jkunu parti minn pjanijiet ta' investiment strateġiku ta' pajjiżi terzi jew minn nefqa baġitarja nazzjonali regolari.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi li jsaħħu t-tkabbir u proġetti ta' investiment pubbliku sostenibbli permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun allinjat mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Peress li l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma l-eqreb taċ-ċittadini tagħhom, u għandhom esperjenza diretta rigward il-ħtiġijiet u l-problemi tal-komunitajiet u l-ekonomiji lokali, huma għandhom rwol kruċjali fl-irkupru ekonomiku u soċjali. Filwaqt li jitqies dan, jenħtieġ li jkunu involuti mill-qrib fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni ta' din il-Faċilità, inkluż fit-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif ukoll fil-ġestjoni tal-proġetti fl-ambitu tal-Faċilità. Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-kisba tal-irkupru u r-reżiljenza, parti sinifikanti tar-riżorsi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jenħtieġ li tkun iddedikata lilhom, billi jinħolqilhom aċċess dirett għal dawk is-sorsi.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16b) F'dawk l-Istati Membri fejn l-UE tiddetermina l-eżistenza ta' nuqqasijiet ġeneralizzati tal-istat tad-dritt, u sussegwentement tiddeċiedi li tissospendi t-trasferiment tal-fondi tal-Unjoni lill-gvern ta' dak l-Istat Membru, il-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza jenħtieġ li jkun disponibbli permezz ta' ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, għall-impriżi u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-proġetti definiti u implimentati minnhom.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex tiġi żgurata kontribuzzjoni finanzjarja proporzjonata għall-bżonnijiet effettivi tal-Istati Membri biex iwettqu u jlestu r-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, huwa xieraq li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja massima li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-qafas tal-Faċilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli). Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni massima tkun ikkalkolata fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-prodott domestiku gross (PDG) per capita u r-rata tal-qgħad relattiva ta' kull Stat Membru.

(19) Sabiex tiġi żgurata kontribuzzjoni finanzjarja proporzjonata għall-bżonnijiet effettivi tal-Istati Membri biex iwettqu u jlestu r-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti sostenibbli inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, huwa xieraq li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja massima li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-qafas tal-Faċilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli). Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni massima tkun ikkalkolata fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-prodott domestiku gross (PDG) per capita, u r-rata tal-qgħad relattiva ta' kull Stat Membru u t-tnaqqis tal-PDG fil-perjodu 2019–2020.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti sostenibbli rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; Jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti, identifikati fl-aħħar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni jew fl-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat elaborata mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u li fir-rigward tal-pajjiżi taż-żona tal-euro jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti għaż-żona tal-euro kif approvati mill-Kunsill. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Sabiex l-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni jkunu jistgħu jifhmu kif l-Istat Membru beħsiebu jimplimenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-responsabbiltà, il-pjan jenħtieġ li jagħti dettalji dwar liema awtoritajiet nazzjonali se jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-proġett u kemm hu l-baġit li se jiġi allokat lil kull awtorità. Huwa meħtieġ ukoll li fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jingħataw dettalji dwar jekk u kif l-appoġġ finanzjarju mill-Faċilità se jiġi kkombinat ma' fondi rilevanti oħra, nazzjonali u/jew tal-Unjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tivvaluta l-allinjament u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fl-aħħar rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż, inklużi l-premessi, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti oħra rilevanti fis-Semestru Ewropew bħall-Programmi Nazzjonali ta' Riforma jew fl-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat elaborata mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; fir-rigward tal-pajjiżi taż-żona tal-euro jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lir-rakkomandazzjonijiet rilevanti għaż-żona tal-euro kif approvati mill-Kunsill; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt durabbli fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan jissalvagwardjax il-konsistenza, il-koerenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi ta' finanzjament attwali tal-Unjoni; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir u proġetti ta' investiment pubbliku sostenibbli li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni li jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri ċari proposti, u l-indikaturi relatati. Jenħtieġ li l-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità jiġi żborżat f'porzjonijiet li huma marbuta ma' stadji importanti definiti b'mod ċar; ladarba jintlaħqu dawn l-istadji importanti, jenħtieġ li jitħallas il-porzjon sussegwenti.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali, jenħtieġ li tissaħħaħ ir-rabta tal-iżborżi mill-Faċilità mal-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs), kif ukoll jenħtieġ li jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-progress miksub fl-implimentazzjoni tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti sostenibbli.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi li jsaħħu t-tkabbir u investimenti sostenibbli addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri ċari addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni b'suġġett għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Għal raġunijiet ta' effiċjenza u simplifikazzjoni fil-ġestjoni finanzjarja tal-istrument, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jieħu l-forma ta' finanzjament ibbażat fuq il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għal stadji importanti u miri indikati fil-pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżiljenza. Għal dan il-għan, l-appoġġ addizzjonali għas-self jenħtieġ li jkun marbut mal-istadji importanti u l-miri addizzjonali meta mqabbla ma' dawk rilevanti għall-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ mhux ripagabbli).

(31) Għal raġunijiet ta' effiċjenza u simplifikazzjoni fil-ġestjoni finanzjarja tal-istrument, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jieħu l-forma ta' finanzjament ibbażat fuq il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għal stadji importanti u miri ċari indikati fil-pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżiljenza. Għal dan il-għan, l-appoġġ addizzjonali għas-self jenħtieġ li jkun marbut mal-istadji importanti u l-miri addizzjonali meta mqabbla ma' dawk rilevanti għall-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ mhux ripagabbli).

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31a) Fir-rapporti annwali ta' implimentazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw dwar ġestjoni finanzjarja tajba. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu fformulati rekwiżiti speċifiċi.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 31b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31b) Jenħtieġ li jiġu fformulati rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw ir-rapportar dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba għall-Istati Membri biex jirrapportaw dwarhom fir-rapport annwali ta' implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa 32 għandha x'taqsam mal-ġestjoni finanzjarja tajba għat-tħaddim tal-faċilità, iżda ma timponi l-ebda rekwiżit fuq l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-faċilità. Għalhekk, għandu jiddaħħal rekwiżit ta' rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità fir-rigward ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja soda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, għall-kanċellazzjoni u għall-irkupru ta' fondi. Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jippreżentaw talbiet għall-pagamenti fuq bażi biannwali. Il-pagamenti jenħtieġ li jsiru b'mod rateali u jkunu bbażati fuq valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru. Is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx ġie implimentat b'mod sodisfaċenti mill-Istat Membru. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu kummenti.

(32) Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, għall-kanċellazzjoni u għall-irkupru ta' fondi. L-awtorità nazzjonali jenħtieġ li twettaq eżerċizzju ta' diliġenza dovuta obbligatorju dwar l-applikanti kollha għall-faċilità, biex timmitiga r-riskji ta' abbuż potenzjali tal-fondi u l-kunflitt ta' interessi; biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw talbiet għall-pagamenti fuq bażi biannwali Il-pagamenti jenħtieġ li jsiru b'mod rateali u jkunu bbażati fuq valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru. Is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx ġie implimentat b'mod sodisfaċenti mill-Istat Membru. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu kummenti.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

(33) Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza permezz tas-sistema diġitali ta' rapportar dwar il-prestazzjoni li jenħtieġ li tiġi żviluppata mill-Kummissjoni. Id-data mis-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tippermetti t-tħejjija effiċjenti ta' rapporti dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-kisba tal-miri u l-istadji importanti. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li jenħtieġ li jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33a) Sabiex tivvaluta r-rispett tal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa jew tadatta sistemi tal-IT eżistenti biex toħloq sistema diġitali tar-rappurtar tal-prestazzjoni. L-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni tal-Faċilità jenħtieġ li jużaw din is-sistema diġitali biex jimmonitorjaw il-prestazzjoni u, permezz ta' analiżi diġitali, jipprevjenu u jidentifikaw l-irregolaritajiet u l-frodi. Għal dan il-għan, is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni diġitali jenħtieġ li jkun fiha informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tal-operaturi ekonomiċi li jirċievu appoġġ mill-Faċilità. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li s-sistema l-ġdida ma żżidx saff addizzjonali ta' piż amministrattiv fuq l-awtorità ta' rappurtar, u lanqas ma tirrikjedi data diġà disponibbli mill-awtorità;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33b) F'għadd ta' okkażjonijiet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri enfasizzat li regoli kumplessi għandhom it-tendenza li jkunu suxxettibbli għal żbalji u frodi. Għalhekk huwa importanti li jiġi kkunsidrat li t-tħejjija simultanja ta' pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, programmi operazzjonali u programmi nazzjonali ta' riforma, tista' tkun ta' sfida għall-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tintroduċi proċeduri sempliċi għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u t-talba għal pagamenti sa fejn ikun possibbli.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 33c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33c) Sabiex tivvaluta r-rispett tal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa jew tadatta sistemi tal-IT eżistenti biex toħloq sistema diġitali tar-rappurtar tal-prestazzjoni. Din is-sistema diġitali jenħtieġ li tintuża mill-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u, permezz ta' analiżi diġitali, tevita u tidentifika l-irregolaritajiet u l-frodi. Għal dan il-għan, is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni diġitali jenħtieġ li jkun fiha informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tal-operaturi ekonomiċi li jirċievu appoġġ mill-Faċilità.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni, proposta mill-Kummissjoni fl-Artikolu 23(2), għandha tintuża biex tkun iċċentralizzata d-data kollha dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni, inkluża d-data li tista' tintuża għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-irregolaritajiet u l-frodi.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Għall-finijiet ta' trasparenza, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni kif xieraq.

(34) Għall-finijiet ta' trasparenza, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Kummissjoni, kif ukoll ir-rapporti sottomessi mill-Istati Membri jenħtieġ li jiġu kkomunikati mingħajr dewmien bla bżonn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament, u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni kif xieraq. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-viżibbiltà tal-infiq fl-ambitu tal-Faċilità billi tindika li l-proġetti appoġġati jenħtieġ li jkunu ttikkettati b'mod ċar bħala "Inizjattiva ta' Rkupru tal-UE".

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34a) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligu li jkun hemm viżibbiltà tal-appoġġ ipprovdut fil-qafas tal-Faċilità, jiġu mifruxa sew fil-livell reġjonali u lokali xieraq, fuq stabbilimenti multipli b'mod mhux diskriminatorju.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Jekk xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrumenti fil-post.

(36) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi eċċessivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri u għar-riċevituri finali tagħhom. Jekk xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi ċari, rilevanti u li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrumenti fil-post. Għal dak il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita tabella ta' valutazzjoni apposta fi ħdan is-Semestru Ewropew. L-infiq fl-ambitu tal-Faċilità jenħtieġ li jkun soġġett għal proċedura ta' kwittanza mill-Parlament Ewropew. Għal dak il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita tabella ta' valutazzjoni apposta.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapporti biannwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament, bħala parti mir-Rapportar Integrat annwali fil-qasam Finanzjarju u tar-Responsabbiltà u fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew bħala parti mir-rapport ta' kwittanza tal-Kummissjoni f'kapitolu separat. Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja tajba u koordinazzjoni mal-proċedura ta' kwittanza, it-tieni rapport biannwali jenħtieġ li jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn Novembru tas-sena n+1. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità, il-lista sħiħa ta' benefiċjarji finali tal-Faċilità b'konformità sħiħa mar-regolament dwar il-protezzjoni tad-data, u l-iskop ta' kull operazzjoni ffinanzjata kompletament jew parzjalment mill-Faċilità;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-kisba tal-objettivi tal-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tagħha u l-valur miżjud tagħha. Jekk xieraq, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-istrumenti.

(38) Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti li tħares lejn il-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja korretta tal-Faċilità, il-kisba tal-objettivi tagħha stabbilita b'dan ir-Regolament, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tagħha u l-valur miżjud tagħha. Jekk xieraq, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament jew emendi tal-proċeduri nazzjonali. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-istrumenti.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li jiġu eżerċitati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-proċedura ta' eżami tiegħu13. Wara l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(39) Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati. Is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri ċari rilevanti jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. Wara l-adozzjoni ta' att delegat jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta' natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta' skedi ta' żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta' tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b'kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta' atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt, il-verifiki u l-bilanċi demokratiċi, ġudikatura indipendenti, il-pluraliżmu tal-midja u l-libertà tal-midja huma prekundizzjonijiet essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u effettiva tal-fondi tal-UE u għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni.

__________________

__________________

13 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

13 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija allinjata mal-emenda 30 tal-abbozz ta' rapport tal-Kumitati BUDG u ECON dwar l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39a) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti f'konformità mal-prinċipji ġenerali inkorporati fit-Trattati, b'mod partikolari l-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE. Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni biex wieħed jirċievi appoġġ mill-Faċilità u l-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tniedi s-sospensjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn jew ta' pagament għall-Istati Membri fl-ambitu tal-Faċilità f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt meta dawn jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; il-proċedura li tinbeda s-sospensjoni tal-finanzjament mill-Faċilità jenħtieġ li tiġi mblukkata biss jekk maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill jew maġġoranza fil-Parlament topponiha, kif stabbilit fil-[proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM/2018/324 final) (2018/0136 (COD)]. Jekk in-nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt mill-[proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM/2018/324 final) (2018/0136 (COD)] jippersistu fi Stat Membru, jenħtieġ li dak l-Istat Membru ma jirċevix appoġġ finanzjarju mill-Faċilità.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9515, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9616 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193917, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u jekk xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

(40) Għall-finijiet tal-awditjar estern u l-kwittanza, il-kundizzjonijiet għall-Qorti tal-Awdituri, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom fir-rigward tal-Faċilità, kif ukoll il-proċedura ta' kwittanza applikabbli jenħtieġ li jiġu stabbiliti skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/104613a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9515, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9616 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193917, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, ir-rapportar, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u jekk xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tirrapporta kwalunkwe suspett ta' irregolarità jew ta' frodi u tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Għad-detezzjoni u r-rapportar tal-irregolaritajiet u l-frodi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa u/jew tadatta s-sistemi tal-IT eżistenti biex toħloq sistema diġitali tar-rappurtar tal-prestazzjoni li tintuża mill-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej involuti fl-implimentazzjoni tal-appoġġ u fl-investigazzjonijiet ta' kwalunkwe suspett ta' irregolarità jew ta' frodi jew ta' korruzzjoni fl-ambitu tal-Faċilità. Il-korpi investigattivi Ewropej jenħtieġ li jkollhom aċċess sħiħ u dirett għas-sistema ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni diġitali.

__________________

__________________

13a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1/222).

14 Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L248, 18.9.2013, p. 1)

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p 1)

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p 1)

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L292, 15.11.96, p. 2)

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2)

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L283, 31.10.2017, p.1)

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1)

18 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)

18 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") bħala strument temporanju mfassal biex jindirizza l-effetti avversi u l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Unjoni.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. "Valur miżjud Ewropew" għall-fini ta' dan ir-Regolament tfisser il-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li jkun addizzjonali għall-valur (jista' jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effikaċja jew komplementarjetajiet) li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom;

"Pjan Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza" (minn hawn 'il quddiem "il-Pjan Nazzjonali") ifisser il-pjan ta' erba' snin, li jikkonsisti f'miżuri individwali ta' riforma u investiment, li għandu jitħejja u jiġi ppreżentat minn kull Stat Membru bil-għan li jiġi allokat appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri fl-ambitu tal-Faċilità;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. "addizzjonalità" għall-fini ta' dan ir-Regolament tfisser konformità mar-rekwiżit tal-addizzjonalità stabbilit fl-Artikolu 209(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju u, fejn xieraq, massimizzazzjoni tal-investiment privat f'konformità mal-Artikolu 209(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika li għandhom valur miżjud Ewropew ċar relatati mas-Suq Uniku, mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, it-tnaqqis tad-diskrepanza fl-infrastruttura u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jipprovdi approċċ integrat għall-irkupru effettiv u uniformi tal-Unjoni u għandu jirreferi għall-oqsma ta' politika prijoritarji Ewropej li ġejjin:

– it-tranżizzjoni ekoloġika, fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku, tal-miri aġġornati tal-Unjoni dwar il-klima għall-2030 u l-objettiv tal-UE li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' "tagħmel l-ebda ħsara";

– it-trasformazzjoni diġitali, fil-kuntest tal-Aġenda Diġitali;

- il-koeżjoni ekonomika, il-produttività u l-kompetittività, fil-kuntest tal-Istrateġiji Industrijali u tal-SMEs;

– il-koeżjoni soċjali, fil-kuntest tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

– ir-reżiljenza istituzzjonali, bil-ħsieb li tiżdied il-kapaċità ta' reazzjoni għall-kriżijiet;

– il-politiki għal Next Generation, fil-kuntest tal-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet, tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Garanzija għat-Tfal.

Sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju ta' "tagħmel l-ebda ħsara", il-Faċilità ma għandhiex tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet esklużi definiti fil-punt B tal-Anness V tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli li jistabbilixxi l-Programm InvestEU.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi tiffoka fuq l-oqsma ta' politika prijoritarji Ewropej u b'hekk timmira li ttejjeb ir-reżiljenza, il-kapaċità ta' aġġustament u t-tħejjija għall-kriżi tal-Istati Membri kollha, ittaffi l-impatt soċjali, relatat mal-ġeneru u ekonomiku tal-kriżi, waqt li tindirizza l-inugwaljanzi soċjali, u tappoġġa t-trasformazzjoni ekoloġika lejn l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, inkluża l-mira nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-klima għall-2030, u t-tranżizzjoni diġitali miftuħa, u b'hekk tikkontribwixxi għall-konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq, għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji tal-Unjoni, filwaqt li trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, tiżgura t-trasformazzjoni lejn ekonomija tal-indukrar, tipproteġi l-livelli ta' investimenti pubbliċi, tippromwovi t-tkabbir sostenibbli u tiġġenera valur miżjud Ewropew, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jinkiseb dakn-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

2. Sabiex jinkiseb dak l-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b'appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti ċari u l-miri tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti sostenibbli kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-proġetti għandhom iġibu valur miżjud tal-UE u għandha tingħata prijorità lil proġetti transfruntiera jew lil dawk il-proġetti li minħabba effetti konsegwenzjali jiġġeneraw valur miżjud Ewropew f'aktar minn Stat Membru jew reġjun wieħed.

Ir-riformi u l-investimenti mibdija mill-Istati Membri wara l-15 ta' Marzu 2020 (miżuri fid-dawl tal-kriżi tal-coronavirus) huma eliġibbli fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Il-Faċilità ma għandhiex tmur kontra l-interessi strateġiċi u ekonomiċi tal-Unjoni. F'dak ir-rigward, ma għandux jingħata appoġġ lil proġetti li jagħmlu parti mill-pjanijiet ta' investiment strateġiku ta' pajjiżi terzi.

Il-Faċilità ma għandhiex tissostitwixxi nefqa baġitarja nazzjonali regolari.

Il-Faċilità ma għandhiex tiffinanzja proġetti li jkunu ta' detriment għas-Suq Uniku jew li jikkontribwixxu għall-frammentazzjoni tiegħu.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

Konformità mal-valuri Ewropej u promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni

1.  L-operazzjonijiet appoġġati mill-Faċilità għandhom jikkonformaw mal-valuri tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE;

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jeliminaw kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri;

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżuri ta' kontroll ex post biex tivverifika li l-ebda proġett, organizzazzjoni jew entità b'għan inkompatibbli mal-valuri tal-Unjoni, inklużi dawk li jmorru kontra l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, ma jkunu rċevew finanzjament mill-Faċilità;

4.  F'konformità mal-Artikolu 101(8) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha s-setgħa, fejn xieraq, li tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tikkanċella parti mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta' Stat Membru u billi tirkupra mill-Istat Membru fondi diġà żborżati sabiex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni nefqa li tmur kontra l-valuri stabbiliti fid-dritt applikabbli tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija komplementari iżda differenti minn dawk li jorbtu l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mal-Mekkaniżmu tal-Istat tad-Dritt. Il-konformità mal-valuri tal-UE ta' kull proġett iffinanzjat mill-Faċilità hija neċessità assoluta, anke fi Stati Membri fejn il-mekkaniżmi tal-istat tad-dritt ġeneralment mhumiex dgħajfa. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti kontrolli ex post f'livell aktar dettaljat minn dak previst mill-mekkaniżmu tal-Istat tad-Dritt.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta' kull strument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti.

2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta' kull strument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi li jsaħħu t-tkabbir u investimenti sostenibbli.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Proġetti ta' Interess Ewropew Komuni

L-ammont speċifikat fl-Artikolu 5(1)(ba) għandu jintuża għall-finanzjament ta' Proġetti ta' interess Ewropew komuni li jkollhom kopertura Ewropea b'kontribuzzjoni kbira għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u għall-irkupru ekonomiku wara l-kriżi tal-COVID-19. Il-Proġetti ta' interess Ewropew komuni għandhom jiġu introdotti mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati li jispeċifikaw l-Istati Membri parteċipanti, l-ammonti, l-istadji importanti u l-miri, il-proġetti ta' prijorità/it-tipi ta' proġetti. Il-Proġetti ta' interess Ewropew komuni għandhom ikunu:

– It-Turiżmu Sostenibbli

– L-industrija tal-ajrunawtika

– In-navigabbiltà tal-passaġġi fuq l-ilma interni

– ERTMS fil-Kurituri tat-Trasport tal-Merkanzija Ewropej

– Il-konnessjonijiet transfruntiera tal-enerġija

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk jitolbu dan, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b'ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Faċilità. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b'mod dirett f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istati Membru kkonċernat.

Jekk jitolbu dan, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b'ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Faċilità. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b'mod dirett f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat u għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tajba bħall-fondi oriġinarji.

Ġustifikazzjoni

Riżorsi mhux użati f'reġim ta' ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu allokati fil-faċilità. Bil-mod kif il-proposta għall-faċilità hija stabbilita bħalissa, ir-rekwiżiti ta' implimentazzjoni jiffavorixxu l-faċilità fuq il-fondi oriġinarji u dan jista' jkollu effett negattiv fuq il-fondi f'reġim ta' ġestjoni kondiviża.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont mhux użat pendenti mill-Faċilità għandu jiġi ttrasferit f'riżerva baġitarja li tista' tintuża biex jissaħħu l-programmi tal-Unjoni taħt ġestjoni diretta fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni (Orizzont Ewropa), l-edukazzjoni (Eramus +), l-infrastruttura (Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa), id-diġitalizzazzjoni (Ewropa Diġitali) u l-ġestjoni tal-fruntieri (Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri). Ir-riżerva baġitarja għandha tiġi rilaxxata parzjalment jew fl-intier tagħha biss wara li l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-programmi indikati fis-subparagrafu 1, ma jistgħux jilħqu l-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rispettiva, mingħajr żieda fil-finanzjament. Ir-riżerva baġitarja u t-trasferimenti sussegwenti għandhom jikkonformaw mar-regoli stipulati fir-Regolament Finanzjarju u għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill. L-ammont li jkun għadu fir-riżerva baġitarja fil-31 ta' Diċembru 2027 għandu jintuża kollu kemm hu għall-ħlas mill-ġdid tal-finanzjament imfassal mill-Kummissjoni għall-fini tal-finanzjament tal-Faċilità.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

L-użu tal-Faċilità mogħti permezz ta' InvestEU jew kombinat miegħu

1.  Skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jallokaw fuq bażi volontarja, fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ammont li għandu jitwassal permezz ta' InvestEU. L-ammont li għandu jingħata permezz ta' InvestEU jista' jintuża biex jappoġġa s-solvenza ta' kumpaniji stabbiliti fl-Istati Membri kkonċernati. Il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun fih il-ġustifikazzjoni tal-użu tal-garanziji baġitarji ta' InvestEU. Fl-allokazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jallokaw parti mir-riżorsi stabbiliti fl-Artikolu 5(2) biex jiġu kkontribwiti lil InvestEU għall-Assistenza ta' InvestEU korrispondenti għal attivitajiet stabbiliti fil-ftehim ta' kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU].

2.  Għat-talbiet għal emenda tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza msemmija fl-Artikolu 18, ir-riżorsi ta' snin futuri biss jistgħu jiġu identifikati.

3.  L-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE fir-rigward tal-kompartiment tal-Istat Membru.

4.  Meta ftehim ta' kontribuzzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestUE], ma jkunx ġie konkluż [sal-31 ta' Diċembru 2021] għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jressaq talba għal emenda tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza skont l-Artikolu 18, biex juża l-ammont korrispondenti. Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fit-talba għal emenda tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza, għandu jiġi konkluż simultanjament mal-adozzjoni tad-deċiżjoni li temenda l-Pjan.

5.  Meta ftehim ta' garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], ma jkunx ġie konkluż fi żmien [disa'] xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ammonti rispettivi għandhom jiġu ttrasferiti lura lill-Faċilità u l-Istat Membru għandu jressaq talba korrispondenti għal emenda tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

6.  Meta ftehim ta' garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], ma jkunx ġie implimentat bis-sħiħ fi żmien [erba' snin] mill-iffirmar tal-ftehim ta' garanzija, l-Istat Membru jista' jitlob li l-ammonti impenjati fil-ftehim ta' garanzija, iżda li ma jkoprux self sottostanti jew strumenti oħra li jġorru riskju, għandhom jiġu trattati skont il-paragrafu 5.7. Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti kontribwiti lil InvestEU jew attribwibbli għalihom u li jingħataw permezz ta' garanziji baġitarji għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru u għandhom jintużaw għal forom ta' appoġġ li jistgħu jitħallsu lura skont il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-finanzjament tal-Faċilità, bħala parti minn Next Generation EU, għandu jkun akkumpanjat minn pjan ta' ħlas lura ċar u kredibbli, mingħajr rikors għall-QFP.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini tal-finanzjament sostenibbli tal-Faċilità, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jimpenjaw ruħhom li jintroduċu kalendarju ċar u vinkolanti għal basket ta' riżorsi proprji ġodda li għandhom jidħlu fil-baġit tal-Unjoni matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. L-ammont tar-riżorsi proprji ġodda għandu jkun suffiċjenti biex ikopri tal-anqas l-ispejjeż tal-kapital u tal-imgħax relatati mas-self ta' fondi fl-ambitu ta' Next Generation EU.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kumissjoni għandha tistabbilixxi miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi b'kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7a

Kontrolli u awditjar effiċjenti u effettivi

1. Il-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Qorti tal-Awdituri (QEA) għandhom ikunu espressament awtorizzati li jeżerċitaw drittijiethom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju.

2.  L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra, li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'konnessjoni mal-appoġġ fl-ambitu tal-Faċilità.

3.  Il-Kumissjoni għandha tistabbilixxi miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi b'kunsiderazzjoni tar-riskji identifikati. Il-Kummissjoni għandha, għal dan il-għan, tiżviluppa jew tadatta s-sistemi tal-IT eżistenti biex toħloq sistema diġitali tar-rappurtar tal-prestazzjoni li tippermetti l-monitoraġġ, id-detezzjoni u r-rapportar ta' irregolaritajiet jew frodi.

4.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Faċilità għandhom iżommu t-tagħrif dwar l-operaturi ekonomiċi u s-sidien benefiċjarji tagħhom involuti fl-implimentazzjoni tal-fondi, meta dawn is-sidien ikunu persuni fiżiċi.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun addizzjonali mal-appoġġ ipprovdut minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni. Proġetti ta' riforma u ta' investiment jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.

L-appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun addizzjonali mal-appoġġ ipprovdut minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni. Proġetti ta' riforma u ta' investiment jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost. Sabiex ikun hemm prevenzjoni u detezzjoni ta' finanzjament doppju, l-Istat Membru għandu juża s-sistema diġitali tar-rappurtar tal-prestazzjoni biex jirreġistra n-nefqa mill-Faċilità.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-ħtieġa li l-Istati Membri jirreġistraw in-nefqa mill-Faċilità biex jippermettu finanzjament doppju (kostijiet li huma ffinanzjati mill-Faċilità u possibbilment ukoll minn fondi oħra tal-UE).

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...)] is- [CPR], il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni biex jissospendi l-perjodu ta' żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) jew jissospendi l-pagamenti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...)] is- [CPR], il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att delegat biex tissospendi l-perjodu ta' żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) jew tissospendi l-pagamenti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt

1.  Fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzata fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jaffettwaw il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament [.../...] dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni:

(a)  li tissospendi l-perjodu taż-żmien imsemmi għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) ta' dan ir-Regolament, applikabbli mill-jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew;

(b)  li tissospendi l-pagamenti mill-Faċilità, applikabbli għal applikazzjonijiet ta' pagamenti sottomessi wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni u skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament [.../…] dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri.

2.  Meta sospensjoni ta' pagamenti taffettwa lir-riċevituri u lill-benefiċjarji finali, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassumi r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-fondi. Ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali għandhom jiġu pprovduti wkoll bl-informazzjoni, il-gwida u l-għodod faċli għall-utent adegwati, inkluż permezz ta' sit web jew portal tal-internet, biex ikomplu jibbenefikaw mill-fondi.

3.  Fil-każ ta' valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament [.../....] dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni biex twaqqaf is-sospensjoni tal-perjodu ta' żmien jew tal-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu preċedenti.

Il-proċeduri jew il-pagamenti rilevanti għandhom jerġgħu jibdew mill-jum wara t-tneħħija tas-sospensjoni.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-ġestjoni finanzjarja tajba

L-Artikolu 33(1), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 33(2), l-Artikolu 33(3) u l-Artikoli 34 u 36 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw għall-implimentazzjoni tal-fondi mill-Faċilità fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Ġestjoni finanzjarja tajba tissemma fi premessa, iżda fl-ebda artikolu. Għalhekk ir-rapporteur tipproponi l-ħolqien ta' artikolu ġdid, eżatt wara l-artikolu dwar governanza ekonomika soda.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Kwalunkwe riżorsa finanzjarja li tkun għadha mhix allokata u diżimpenjata wara li tintemm il-Faċilità għandha tiġi ttrasferita f'fond fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jista' jitlob self fl-istess ħin tal-preżentazzjoni ta' pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 15, jew f'mument differenti sal-31 ta' Awwissu 2024. Fil-każ tal-aħħar, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn pjan rivedut, li jinkludi stadji importanti u miri addizzjonali.

2. Stat Membru jista' jitlob self fl-istess ħin tal-preżentazzjoni ta' pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 15, jew f'mument differenti sal-31 ta' Awwissu 2024. Fil-każ tal-aħħar, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn pjan rivedut, li jinkludi stadji importanti u miri ċari u addizzjonali.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-raġunijiet għall-appoġġ tas-self, ġustifikati mill-ħtiġijiet finanzjarji ogħla marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali;

(a) ir-raġunijiet għall-appoġġ tas-self, ġustifikati mill-ħtiġijiet finanzjarji ogħla marbuta ma' riformi li jsaħħu t-tkabbir u investimenti sostenibbli addizzjonali;

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-riformi u l-investimenti addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 15;

(b) ir-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti sostenibbli addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 15;

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) ir-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mit-trasformazzjoni tal-maturità mġarrab mill-Istat Membru benefiċjarju.

Ġustifikazzjoni

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġibdet l-attenzjoni għal dan ir-riskju fir-rata tal-imgħax fl-Opinjoni tagħha fir-rigward tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-appoġġ tas-self għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun ogħla mid-differenza bejn il-kost totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, kif rivedut jekk rilevanti, u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10. Il-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma għandux jaqbeż l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu.

4. L-appoġġ tas-self għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun ogħla mis-sehem tiegħu mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) ikkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ġustifikazzjoni biex jintalab is-self u l-ammont tiegħu humiex ikkunsidrati raġonevoli u plawżibbli fir-rigward tar-riformi u l-investimenti addizzjonali; kif ukoll

(a) il-ġustifikazzjoni biex jintalab is-self u l-ammont tiegħu humiex ikkunsidrati raġonevoli u plawżibbli fir-rigward tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti sostenibbli addizzjonali; kif ukoll

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-riformi u l-investimenti addizzjonali jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

(b) ir-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti sostenibbli addizzjonali jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-elementi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tas-self b'rabta mar-riformi u l-proġetti ta' investiment ikkonċernati f'konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(2).

(e) l-elementi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tas-self b'rabta mar-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-proġetti ta' investiment sostenibbli kkonċernati f'konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(2).

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba' snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pakkett koerenti.

1. Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba' snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi li jsaħħu t-tkabbir u proġetti ta' investiment pubbliku sostenibbli permezz ta' pakkett koerenti.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija maħsuba biex tgħin lill-Unjoni tindirizza l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, u dan jimplika diversifikazzjoni territorjali tal-investimenti, u għalhekk l-awtoritajiet reġjonali, l-assoċjazzjonijiet professjonali u l-NGOs huma essenzjali biex jidentifikaw u jivvalutaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' investiment fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq Kodiċi ta' Kondotta dwar sħubija li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti, l-organizzazzjonijiet professjonali u dawk tas-soċjetà ċivili rilevanti, f'konformità mal-prinċipju tas-sħubija.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiżi kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Fir-rigward tal-pajjiżi taż-żona tal-euro għandha tingħata attenzjoni lir-rakkomandazzjonijiet rilevanti għaż-żona tal-euro kif approvati mill-Kunsill. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jitfasslu wara konsultazzjoni adegwata mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u mal-partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili skont il-Kodiċi ta' Kondotta dwar is-Sħubija;

__________________

__________________

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

22 […]

22 […]

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif ukoll kwalunkwe programm futur iffinanzjat fl-ambitu tal-Faċilità jikkontribwixxu għar-rispett u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa b'konformità mal-Artikolu 8 tat-TFUE. L-evalwazzjonijiet urew l-importanza li jitqies l-aspett tal-objettivi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fid-dimensjonijiet kollha u fl-istadji kollha tat-tħejjija u l-monitoraġġ.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-Suq Uniku.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-Semestru Ewropew fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għall-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati mill-miżuri stabbiliti skont ir-regolamenti tiegħu.

3. Jekk Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-Semestru Ewropew fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għall-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati mill-miżuri stabbiliti skont ir-regolamenti tiegħu. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jinkludu wkoll miżuri effettivi ta' appoġġ varjat u mingħajr distinzjoni għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mingħajr skop ta' qligħ, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, midja indipendenti u muniċipalitajiet, reġjuni jew awtoritajiet subnazzjonali oħra.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Kwalunkwe Stat Membru soġġett għal proċedura li tikkonċerna r-rispett tal-istat tad-dritt għandu jingħata l-appoġġ finanzjarju mogħti minn din il-faċilità biss meta dik il-proċedura tkun konkluża u jkunu ttieħdu azzjonijiet ta' rimedju mill-Istat Membru skont il-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt mill-[proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM/2018/324 final) (2018/0136 (COD)].

Jekk, matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, Stat Membru jikser b'mod serju u ripetut il-prinċipju lill-prinċipju tal-istat tad-dritt, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tidderieġi direttament l-iżborżi ta' fondi mill-Faċilità.

Ġustifikazzjoni

Ir-rispett tal-istat tad-dritt, wara li jissemma fi premessa ġdida, għandu jkun rikjest anki minn artikolu, peress li dan għandu jkun prekundizzjoni biex dak li jkun jirċievi appoġġ mill-faċilità.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) spjegazzjoni tal-mod kif l-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mistennija jiġu indirizzati;

(a) ġustifikazzjoni dwar kif l-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inklużi l-aspetti fiskali tiegħu, jew fl-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat elaborata mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; u l-isfidi relatati mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 huma indirizzati; għall-pajjiżi taż-żona tal-euro għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rakkomandazzjonijiet rilevanti għaż-żona tal-euro kif approvat mill-Kunsill;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) il-miżuri kkunsidrati bħala allinjati mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, li għandhom jiġu prijoritizzati;

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab) f'każ li Stat Membru jkun qed jesperjenza żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi kif konkluż mill-Kummissjoni wara analiżi fil-fond, għandha tingħata spjegazzjoni tal-mod li bih għandhom jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011;

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ac) spjegazzjoni dwar kif il-pjanijiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-Suq Uniku;

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, b'mod partikolari għall-SMEs, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) spjegazzjoni tal-koerenza tal-pjan mad-dokumenti rilevanti adottati jew l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat elaborata mis-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-aħħar Semestru Ewropew;

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-istadji importanti previsti, il-miri u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi tul perjodu massimu ta' erba' snin, u tal-investimenti tul perjodu massimu ta' seba' snin;

(d) l-istadji importanti u l-miri ċari previsti, indikaturi li jippermettu l-kejl ta' dawn l-istadji importanti u l-miri, u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi li jsaħħu t-tkabbir tul il-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024, u tal-investimenti tul il-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2027;

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-proġetti ta' investiment previsti, u l-perjodu ta' investiment relatat;

(e) il-proġetti ta' investiment sostenibbli previsti, u l-perjodu ta' investiment relatat;

Liema awtorità nazzjonali u intermedjarji finanzjarji, minbarra l-Banek Promozzjonali Nazzjonali huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta' investiment;

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) Jekk ikun rilevanti, informazzjoni dwar il-finanzjamenti nazzjonali eżistenti jew ippjanati;

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jekk ikun rilevanti, informazzjoni dwar finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat;

(g) jekk ikun rilevanti, informazzjoni dwar finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat, u l-koordinazzjoni u l-addizzjonalità tiegħu mal-Faċilità;

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) l-arranġamenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati;

(j) l-arranġamenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri proposti ċari, u l-indikaturi relatati;

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja) Spjegazzjoni tal-arranġamenti meħuda mill-Istat Membru biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi miżuri għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, ir-rappurtar, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet, miżuri li jiżguraw kooperazzjoni adegwata mal-inizjattivi, ir-regoli u l-korpi tal-Unjoni kontra l-frodi, u l-użu tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS) imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi. Għall-fini tad-detezzjoni u tar-rappurtar, l-Istat Membru għandu juża s-sistema diġitali tar-rappurtar tal-prestazzjoni li l-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) jekk ikun xieraq, it-talba għal appoġġ ta' self u l-istadji importanti addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) u (3) u l-elementi tagħhom; u

(k) jekk ikun xieraq, it-talba għal appoġġ ta' self u l-istadji importanti addizzjonali u ċari kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) u (3) u l-elementi tagħhom; u

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jitħejjew bl-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati, bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali (inklużi l-bliet kapitali nazzjonali u reġjonali, u/jew l-akbar għaxart ibliet tal-Istat Membru partikolari), l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-settur ekonomiku, f'konformità mal-prinċipju tas-sħubija.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Waqt li tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista' jirrevedi l-pjan jekk ikun meħtieġ, qabel il-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu.

1. Waqt li tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat, inkluż u b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mal-organizzazzjonijiet rilevanti professjonali u tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti jew tfittex informazzjoni addizzjonali biex tiżgura li r-riżorsi ma jkunux f'riskju li jkunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra li taffettwa l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista' jirrevedi l-pjan jekk ikun meħtieġ, qabel il-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra inkluż, b'mod partikolari, dik li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

2. Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew inkluża l-informazzjoni disponibbli dwar il-livell tal-korruzzjoni kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra inkluż, b'mod partikolari, dik li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew;

(a) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti, inklużi dawk dwar l-istat tad-dritt u l-korruzzjoni indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew;

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jiżgurax protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri kontra l-frodi u proċeduri simplifikati fejn possibbli fil-livell nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali biex jiġu evitati irregolaritajiet mhux frodulenti;

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) jekk il-pjan huwiex mistenni li jkun ta' standard adegwat fir-rigward tat-trasparenza u l-prattiki kontabilistiċi.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att delegat. Id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq l-evalwazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fuq il-komunikazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat inklużi l-korrezzjonijiet possibbli. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkun jikkonforma b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), ma għandha tiġi allokata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat.

(c) meta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkonformax b'mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja ma għandha tiġi allokata lill-Istat Membru kkonċernat u għandu japplika l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kontribuzzjoni finanzjarja li trid titħallas bin-nifs ladarba l-Istat Membru jkun implimenta b'mod sodisfaċenti l-istadji importanti rilevanti u l-miri identifikati b'rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(a) il-kontribuzzjoni finanzjarja li trid titħallas bin-nifs ladarba l-Istat Membru jkun laħaq l-istadji importanti rilevanti u l-miri identifikati b'rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

Ġustifikazzjoni

Il-miri u l-istadji importanti għandhom jintlaħqu u mhux jiġu "implimentati b'mod sodisfaċenti".

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni dovutament ġustifikata fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni tal-proposta mill-Istat Membru.

5. Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni debitament ġustifikata fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni tal-proposta mill-Istat Membru. Il-Kummissjoni tista' tidher quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew meta mistiedna minnhom biex tispjega l-valutazzjoni negattiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill fl-istess ħin u b'termini ugwali.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Jekk l-implimentazzjoni tkun ġiet imfixkla għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin, l-emendi għandhom jiġu rrifjutati f'każijiet severi ta': irregolaritajiet b'rabta ma' ġestjoni ħażina u frodi.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba dovutament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att delegat tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) intlaħqux. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. F'każ ta' rapporti ta' irregolaritajiet jew frodi jew ksur tal-istat tad-dritt, il-Kummissjoni għandha tfassal valutazzjoni ta' kemm l-ilħuq tal-objettivi jkun ġie affettwat. Il-Kummissjoni tista' tkun assistita minn esperti.

Ġustifikazzjoni

Is-sospensjoni tal-ħlasijiet trid tkun ibbażata fuq valutazzjoni magħmula mill-Kummissjoni. Sabiex tkun tista' ssir is-sospensjoni tal-ħlasijiet abbażi ta' irregolaritajiet irrappurtati, frodi u nuqqas ta' rispett għall-istat tad-dritt. Dawn ir-raġunijiet għandhom jiġu inklużi b'mod espliċitu fir-raġunijiet għat-tfassil ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk, b'riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ma jkunux ġew implimentati b'mod sodisfaċenti, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew ta' parti minnha għandu jiġi sospiż. L-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Jekk, b'riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ma jkunux intlaħqu b'mod sodisfaċenti, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew ta' parti minnha għandu jiġi sospiż. Il-Kummissjoni tista' tindika liema miżuri jeħtieġ li jiġu implimentati biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri u l-istadji importanti. L-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni titħalla tindika liema azzjonijiet ta' rimedju jistgħu jew għandhom jittieħdu mill-Istat Membru. Barra minn hekk, l-istadji importanti u l-miri ma għandhomx ikunu biss implimentati, iżda għandhom jintlaħqu.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sospensjoni għandha titneħħa jekk l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri msemmijin fl-Artikolu 17(1).

Is-sospensjoni għandha titneħħa jekk l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri msemmijin fl-Artikolu 17(1) u jkun iggarantixxa li l-fondi li ntefqu b'mod mhux sodisfaċenti jiġu rimborżati.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tikkanċella l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.

6. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja kkonċernat disponibbli għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jikkontribwixxu biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Jekk, fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi kkanċellat skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju.

7. Jekk, fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u għal partijiet ikkonċernati oħra, inklużi s-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jikkontribwixxu biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19a

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

L-Istati Membri li jirċievu appoġġ mill-Faċilità għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi miżuri ta' prevenzjoni, detezzjoni, rappurtar, investigazzjoni u korrezzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, meta xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet. l-awtoritajiet pubbliċi involuti fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, ir-riċevituri finali kif ukoll kwalunkwe parti terza involuta jridu jagħtu d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom.

1.  Fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, l-Istati Membri, bħala benefiċjarji jew mutwatarji tal-fondi fl-ambitu tal-Faċilità, għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż eżerċizzju mandatorju ta' diliġenza dovuta dwar l-applikanti għall-Faċilità, u b'mod partikolari biex jiżguraw li kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli.

2.  Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikoli 13(2) u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1) għandhom jipprevedu l-obbligi tal-Istati Membri:

a) li jivverifikaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut intuża kif suppost skont ir-regoli applikabbli kollha u li kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, ġiet implimentata kif xieraq f'konformità mar-regoli applikabbli kollha, inkluż id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali;

b) li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jsolvu frodi, korruzzjoni u kunflitt ta' interess kif definit fl-Artikolu 61(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju u jieħdu azzjonijiet legali biex jirkupraw il-fondi li jkunu ġew approprjati b'mod indebitu, inkluż fir-rigward ta' kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

c) li jakkumpanjaw talba għal ħlas: (i) b'dikjarazzjoni ta' ġestjoni li l-fondi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, li l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għall-ħlas hija kompluta, preċiża u affidabbli u li s-sistemi ta' kontroll stabbiliti jagħtu l-aċċertamenti meħtieġa li l-fondi ġew ġestiti skont ir-regoli applikabbli kollha; u (ii) b'sommarju tal-awditi u l-kontrolli mwettqa inklużi d-dgħufijiet identifikati u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda;

d) li jiġbru, għall-fini tal-awditjar u l-kontroll tal-użu tal-fondi fir-rigward ta' miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, f'format elettroniku u f'bażi tad-data unika, il-kategoriji ta' data li ġejjin: (i) l-isem tar-riċevitur finali tal-fondi; (ii) l-isem tal-kuntrattur u s-subkuntrattur, fejn ir-riċevitur finali tal-fondi huwa awtorità kontraenti skont id-dispożizzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku; (iii) l-isem/l-ismijiet, il-kunjom(ijiet) u d-data/i tat-twelid tas-sid(ien) benefiċjarju/i tar-riċevitur tal-fondi jew tal-kuntrattur, kif iddefinit fl-Artikolu 3, paragrafu 6, tad-Direttiva (UE)2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu; (iv) lista ta' kwalunkwe miżura għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment taħt il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, l-ammont totali ta' finanzjament pubbliku, billi jiġi indikat l-ammont ta' fondi żborżati taħt il-Faċilità u taħt fondi oħra tal-Unjoni:

e) li jimponu obbligi fuq ir-riċevituri finali kollha tal-fondi żborżati għall-miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u ta' proġetti ta' investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jew fuq il-persuni jew l-entitajiet l-oħra kollha involuti fl-implimentazzjoni tagħhom biex jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, l-Uffiċċju ta' Kontra l-Frodi (OLAF), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw drittijiethom kif previst mill-Artikolu 129(1) tar-Regolament Finanzjarju u li jimponu obbligi simili fuq ir-riċevituri finali kollha tal-fondi żborżati;

f) li jżommu rekords f'konformità mal-Artikolu 132 tar-Regolament [RF].

3.  Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 13(2) u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1) għandhom jipprevedu wkoll id-dritt tal-Kummissjoni li tnaqqas b'mod proporzjonat l-appoġġ mill-Faċilità u tirkupra kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni jew li titlob ħlas lura bikri tas-self, f'każijiet ta' frodi, korruzzjoni, u kunflitt ta' interessi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija. Meta tiddeċiedi dwar l-ammont tal-irkupru, it-tnaqqis jew l-ammont li għandu jitħallas lura kmieni, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis is-serjetà tal-frodi, tal-korruzzjoni u l-kunflitt ta' interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew il-ksur tal-obbligi. L-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma jsir it-tnaqqis jew qabel ma jintalab ħlas lura kmieni.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 19b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19b

Pagamenti lill-benefiċjarji finali

1.  Għandu jkun hemm limitu fuq l-ammont totali rċevut għall-investimenti mill-Faċilità minn sid benefiċjarju ta' operatur ekonomiku li jirċievi appoġġ mill-Faċilità, meta tali sid ikun persuna fiżika. Il-limitu massimu għandu jiġi stabbilit għal EUR 1 000 000 għal kull sid benefiċjarju. Il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata jekk il-limitu jinqabeż. Il-Kummissjoni tevalwa, fuq bażi ta' każ b'każ, każijiet debitament ġustifikati jekk tistax tingħata eċċezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kriterji oġġettivi definiti b'mod ċar, li għandhom jiġu ppubblikati fil-forma ta' linji gwida lill-awtoritajiet tal-Istati Membri mingħajr dewmien żejjed.

2.  Għandu jinħoloq repożitorju tad-data separat dwar il-benefiċjarji li lilhom tkun ingħatat eċċezzjoni biex jinqabeż il-limitu ta' EUR 1 000 000; Il-Kummissjoni għandha tiġbor informazzjoni dwar il-pagamenti kollha magħmula lil kull benefiċjarju, inkluż is-sid benefiċjarju fis-sistema diġitali tar-rappurtar tal-prestazzjoni u l-ammont totali aggregat għal kull sid benefiċjarju.

3.  Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiġi adattata għal dan il-għan.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 19b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19b

Awditjar estern

1.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżerċita s-setgħat tagħha f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, kif ukoll f'konformità mal-Artikolu 287(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun infurmata bir-regoli interni msemmija fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, inkluż bil-ħatra tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, kif ukoll bl-istrument ta' delega msemmi fl-Artikolu 79 ta' dak ir-Regolament.

3.  Il-Qorti tal-Awdituri tista' toħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-Faċilità fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tal-Parlament.

4.  Fl-istess żmien tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 258 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Qorti tal-Awdituri għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti tal-Faċilità, li għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6). Għal dan il-għan, ir-rapporti ta' kull tliet xhur tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6). Għal dan il-għan, ir-rapporti ta' kull tliet xhur tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u l-istituzzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti għandhom, fuq talba tal-Parlament Ewropew, jidhru quddiem il-kumitati kompetenti biex jiddiskutu l-miżuri previsti u li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi kwalunkwe stadju matul il-proċess, l-informazzjoni rilevanti fl-istess ħin.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att delegat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17, kif ukoll ir-rapporti nazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

2. Il-Kummissjoni tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti billi tpoġġi tikketta viżibbli tal-Unjoni, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll mal-organizzazzjonijiet professjonali u dawk tas-soċjetà ċivili rilevanti kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-infiq fl-ambitu tal-Faċilità billi tindika b'mod ċar li l-proġetti appoġġati għandhom ikunu mmarkati biċ-ċar bil-kliem "Inizjattiva ta' Rkupru tal-UE".

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta darbtejn fis-sena lill-Parlament Ewropew dwar il-progress fil-kisba tal-istadji importanti tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif ukoll dwar il-komplementarjetà tal-pjanijiet mal-programmi eżistenti tal-Unjoni. Ir-rapporti biannwali għandhom jinkludu tqassim tal-baġit tal-Unjoni implimentat għal kull Stat Membru, li jindika liema attivitajiet ġew appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inklużi l-ammonti aggregati rċevuti għal kull benefiċjarju finali bl-użu tas-sistema diġitali tar-rappurtar tal-prestazzjoni.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) jintroduċu proċeduri sempliċi u ċari biex jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv għall-awtoritajiet pubbliċi involuti u r-riċevituri finali;

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Is-sistema diġitali tar-rapportar tal-prestazzjoni għandha tiċċentralizza l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati r-riċevituri finali tal-appoġġ finanzjarju mill-Faċilità għall-attivitajiet fl-ambitu tal-Faċilità f'kull Stat Membru, u inklużi is-sidien benefiċjarji tal-istess riċevituri finali. Hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu eżerċizzju sħiħ ta' diliġenza dovuta;

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapport annwali

Rapport biannwali

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament.

1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapporti biannwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f'dan ir-Regolament.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità.

2. Ir-rapport biannwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità, kif ukoll kwalunkwe żvilupp fil-pagamenti.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

3. Ir-rapport biannwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-lista sħiħa tal-benefiċjarji finali tal-Faċilità kif ukoll l-għan ta' kull operazzjoni ffinanzjata kompletament jew parzjalment mill-Faċilità

Ġustifikazzjoni

Tali lista, ladarba ssir pubblika, tgħin lil kwalunkwe istituzzjoni jew korp rilevanti, bħall-Parlament Ewropew, l-OLAF, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew l-UPPE biex iwettqu l-awditi u l-kontrolli meħtieġa.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) taqsima għal kull Stat Membru, li tagħti dettalji dwar il-mod kif ir-rispett tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba huwa implimentat skont l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 24 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Ir-rapport annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mir-Rappurtar dwar ir-Responsabbiltà Finanzjarja Integrat u għandu jkun jagħmel parti mill-proċedura ta' kwittanza annwali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit kif stabbilit mill-Artikoli 260 sa 262 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament bħala kapitolu separat fir-rapport ta' kwittanza tal-Kummissjoni.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1. Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lill-pubbliku, inkluż permezz tal-midja fuq bażi mhux diskriminatorja.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Sabiex tinħoloq viżibbiltà għall-appoġġ tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri meħtieġa jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom dwar il-proġetti ffinanzjati fl-ambitu tal-Faċilità permezz tas-servizzi tax-xandir pubbliku tagħhom. Fil-każ ta' investimenti li jaqbżu iż-0,1 fil-mija tal-PDG tal-Istati Membri, rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea għandu jkun preżenti fiċ-ċerimonja tal-konsenja biex jenfasizza l-investiment tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. Fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa lin-networks ta' partijiet ikkonċernati lokali biex tiżgura li l-fondi jilħqu b'mod rapidu lill-benefiċjarji fil-bżonn, u telimina kwalunkwe ostakolu għall-informazzjoni dwar il-fondi disponibbli fl-ambitu tal-faċilità.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. L-effetti tagħha għandhom jibdew jiddekorru mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma taffettwax il-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) jekk l-obbligu għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza skont l-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament kienx issodisfat kompletament f'konformità mal-prinċipju tas-sħubija.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.7a Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom jitħejjew bl-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati, bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali (inklużi l-bliet kapitali nazzjonali u reġjonali, u/jew l-akbar għaxart ibliet tal-Istat Membru partikolari), l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-settur ekonomiku, f'konformità mal-prinċipju tas-sħubija. Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

– l-Istat Membru fetaħ djalogu mal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, ġew stabbiliti mezzi organizzati biex jiġbru u janalizzaw l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati; saru fora xierqa bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati biex jiġu skambjati fehmiet dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza;

– l-Istat Membru eżamina, evalwa u kkunsidra l-proposti magħmula mill-partijiet ikkonċernati

Klassifikazzjoni

A – Sa punt għoli

B – Sa punt medju

C – Sa punt baxx

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta' Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Referenzi

COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)

Kumitati responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.6.2020

ECON

17.6.2020

Opinjoni mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

23.7.2020

Rapporteur

 Data tal-ħatra

Monika Hohlmeier

6.7.2020

Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura – Proċedura b'kumitat konġunt

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Eżami fil-kumitat

28.9.2020

Data tal-adozzjoni

15.10.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, José Manuel Fernandes, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Pierre Karleskind, Joachim Kuhs, Younous Omarjee, Tsvetelina Penkova, Sabrina Pignedoli, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, Marian-Jean Marinescu, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu, Viola Von Cramon-Taubadel

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

22

+

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Marian‑Jean Marinescu, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters

RENEW

Olivier Chastel, Martina Dlabajová, Pierre Karleskind, Ramona Strugariu

GREENS/EFA

Daniel Freund, Mikuláš Peksa, Viola Von Cramon‑Taubadel

EUL/NGL

Luke Ming Flanagan, Younous Omarjee

NI

Sabrina Pignedoli

3

-

PPE

Tamás Deutsch

ID

Joachim Kuhs

ECR

Ryszard Czarnecki

2

0

ID

Matteo Adinolfi, Jean‑François Jalkh

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni(jiet)

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (12.10.2020)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(COM(2020)0408 – C9‑0150/2020 – 2020/0104(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Corina Crețu

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-pandemija tal-COVID-19. Din il-pandemija hija ħafna aktar minn kriżi tas-saħħa; l-impatt ekonomiku u soċjali tagħha jvarja minn pajjiż għal ieħor, b'żieda possibbli fil-faqar u fl-inugwaljanzi fl-Unjoni. Għalhekk, l-investiment fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") jenħtieġ li jindirizza l-inugwaljanzi tas-saħħa eżistenti fl-Unjoni kollha, filwaqt li jiggarantixxi protezzjoni ugwali b'attenzjoni speċifika għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jindirizzaw u jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr.  Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-ekonomija b'mod ġenerali, u speċjalment fuq is-settur tas-saħħa, se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u koeżiv u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sabiex jiġu evitati l-iżbalji li saru fil-ġestjoni tal-aħħar kriżi ekonomika, soċjali u finanzjarja globali, li wasslet għal żieda fid-diverġenzi ekonomiċi u soċjali. Għaldaqstant, ir-riformi huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u biex jappoġġaw il-proċess ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali f'livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar kruċjali biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu u żvilupp ekonomiku fuq żmien medju u twil.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Il-governanza tajba hija prekundizzjoni biex tiġi ġestita u amministrata b'suċċess riforma. Il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet pubbliċi u firxa varjata ta' partijiet interessati għandhom rwol ewlieni f'dak ir-rigward u fil-preżentazzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit, il-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet u l-provvediment għall-kontrolli u r-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji, skont ir-regoli finanzjarji adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat.  Għalhekk, il-bini tal-kapaċità mill-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji għandu jitwettaq fuq skala xierqa.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li jiġu appoġġati l-investimenti b'valur miżjud Ewropew li jkunu jistgħu jikkontribwixxu f'din is-sitwazzjoni partikolari biex jiġi aċċellerat l-irkupru fl-Istati Membri, jiġi evitat it-telf ta' eluf ta' impjiegi u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fuq żmien medju u twil. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, affordabbli u rinnovabbli, itejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija, kif ukoll il-produttività tagħha huwa importanti biex jitħeġġu u jinkisbu tkabbir inklużiv sostenibbli u jinħolqu impjiegi ta' kwalità għolja kif ukoll titrawwem il-kompetittività. Dan se jgħin ukoll biex l-Unjoni ssir iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista u tingħata spinta lill-ekonomija bbażata fuq l-għarfien, biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi, esposti mill-pandemija tal-COVID-19, speċjalment id-distakk diġitali fir-reġjuni koperti mill-Artikolu 174 tat-Trattat.  Hemm bżonn ta' investiment akbar fid-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni diġitali u l-konnettività diġitali li jippermettu tranżizzjoni ġusta, speċjalment għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, bħall-anzjani, għall-ekonomija diġitali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Għall-investimenti li jidħlu fl-ambitu tal-Faċilità, jenħtieġ li l-prinċipju tas-sħubija u l-governanza f'diversi livelli jissaħħu fir-reġjuni u l-muniċipalitajiet kollha.  Fil-proċess tas-Semestru Ewropew, il-governanza f'diversi livelli hija importanti peress li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat territorji fl-istess Stat Membru b'modi differenti. Konsegwentement, l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali, kif ukoll dak tas-sħab ekonomiċi u soċjali u l-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħall-NGOs, huma kruċjali għall-ħidma tal-Faċilità. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw lis-sħab kollha meta jfasslu u jimplimentaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, u jiżguraw li l-fondi jaslu malajr għand il-benefiċjarji fil-bżonn. Barra minn hekk, peress li s-setturi li fihom jippredominaw iż-żgħażagħ taħt il-25 sena u n-nisa ntlaqtu b'mod sproporzjonat mill-kriżi tal-COVID-19, u hemmhekk qed jiżdied l-għadd tal-qgħad, jeħtieġ li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tagħhom. Konsegwentement, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jenħtieġ li tiġi promossa bħala kwistjoni ta' prijorità, fl-istadji kollha tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, sabiex tiġi indirizzata d-differenza eżistenti bejn il-ġeneri. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni kemm liz-żoni urbani bħala motivaturi tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali kif ukoll lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

(8) F'dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett robust lill-Istati Membri permezz ta' għodda innovattiva. Għal dak il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-"Faċilità") fil-qafas ta' dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investimenti pubbliċi relatati li se jinvolvu titjib tas-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta' strumenti u programmi oħra.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Il-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikoli 8, 10, 11 tat-Trattat u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jiġu rispettati, kif ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà. Barra minn hekk, l-objettivi tal-Faċilità jkopru l-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni, mill-Unjoni, tal-għan li tippreserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 191(1) tat-Trattat, u l-impenji li jridu jitwettqu skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa flimkien mal-objettivi tal-iżvilupp l-oħrajn tagħha, u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb mira ġenerali ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tkun tappoġġa objettivi klimatiċi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw konsistenza, koerenza u sinerġiji mal-Aġenda 2030 tan-NU. Għall-finijiet li jiġi kkwalifikat investiment bħala wieħed sostenibbli, jenħtieġ li tiġi applikata t-tassonomija, kif stipulata, inter alia, fir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/20881a , u r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji1b , rigward attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.

__________________

1a ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.

1b ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta' rieżami rilevanti. Minbarra dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali. It-tnejn li huma se jkollhom rwol ta' prijorità fir-rilanċ mill-ġdid tal-ekonomija u fl-immodernizzar tagħha.

(12) Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta' rieżami rilevanti. Minbarra dan, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta' tkabbir tal-Istati Membri, jenħtieġ li tingħata attenzjoni dovuta lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali li tkun ibbażata fuq l-għarfien. It-tnejn li huma se jkollhom rwol kruċjali fit-trasformazzjoni u l-immodernizzar tal-ekonomija tagħna.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika tajba, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni uniformi, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata s-setgħa li jissospendi, fuq proposta mill-Kummissjoni u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-perjodu għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar proposti ta' pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u li jissospendi l-pagamenti fil-qafas ta' din il-Faċilità f'każ ta' nuqqas ta' konformità serju b'rabta mal-każijiet rilevanti relatati mal-proċess ta' governanza ekonomika stipulat fir-Regolament (UE) Nru XXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [CPR] (...). Jenħtieġ li l-Kunsill jingħata wkoll is-setgħa li jirrevoka dawk is-sospensjonijiet permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni, b'rabta mal-istess każijiet rilevanti.

imħassar

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għal żvilupp aktar armonjuż bejn l-Istati Membri kollha. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tikkontribwixxi biex ittejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sa mhux aktar tard mill-2050 jiksbu Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jirrestawraw il-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni u jagħtu spinta lill-investimenti f'setturi ewlenin, irawmu l-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità għolja u l-preservazzjoni, inkluż għaż-żgħażagħ taħt il-25 sena u n-nisa, isaħħu d-drittijiet soċjali, f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll iħeġġu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli fuq żmien medju u twil. Sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jibqa' lura, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-partijiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni. Jenħtieġ li l-Faċilità tikkontribwixxi wkoll għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif speċifikat fl-Artikolu 8 tat-Trattat.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ għall-prijoritajiet klimatiċi, ambjentali u diġitali tal-Unjoni, kif ukoll il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex tiġi żgurata kontribuzzjoni finanzjarja proporzjonata għall-bżonnijiet effettivi tal-Istati Membri biex iwettqu u jlestu r-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, huwa xieraq li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja massima li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-qafas tal-Faċilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli). Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni massima tkun ikkalkolata fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-prodott domestiku gross (PDG) per capita u r-rata tal-qgħad relattiva ta' kull Stat Membru.

(19) Sabiex tiġi żgurata kontribuzzjoni finanzjarja sinifikattiva u proporzjonata għall-bżonnijiet effettivi tal-Istati Membri biex iwettqu u jlestu r-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, huwa xieraq li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja massima li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-qafas tal-Faċilità f'dak li għandu x'jaqsam mal-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli). Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni massima tkun ikkalkolata fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-prodott domestiku gross (PDG) per capita u r-rata tal-qgħad relattiva ta' kull Stat Membru, billi jitqiesu l-perċentwal ta' żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) u r-rata tan-nies f'riskju ta' faqar.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit proċess għall-preżentazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, u l-kontenut tagħhom. Bil-għan li tiġi żgurata l-espedjenza tal-proċeduri, jenħtieġ li Stat Membru jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza sa mhux iktar tard mit-30 ta' April, bħala anness separat tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, jenħtieġ li l-Istat Membru jippreżenta l-abbozz tal-pjan flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena li ġejja fil-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel.

(20) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit proċess għall-preżentazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, u l-kontenut tagħhom. Bil-għan li tiġi żgurata l-espedjenza tal-proċeduri, jenħtieġ li Stat Membru jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza sa mhux iktar tard mit-30 ta' April, fil-forma ta' anness separat tal-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, jenħtieġ li l-Istat Membru jippreżenta l-abbozz tal-pjan flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena ta' wara fil-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha dwar in-negozjati bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza individwali fl-istadji kollha tal-proċess. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jidentifika s-setturi li jkunu baqgħu lura, jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità għolja, inkluż għaż-żgħażagħ taħt il-25 sena u n-nisa, filwaqt li jsaħħaħ id-drittijiet soċjali, kif ukoll itejjeb ir-reżiljenza ekonomika u soċjali għal reazzjoni aħjar għal tipi differenti ta' xokkijiet asimmetriċi u simmetriċi; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għal kompetittività aktar b'saħħitha; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta’ reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u l-kunsens mogħti mill-partijiet ikkonċernati involuti, u se tivvaluta jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, għal reżiljenza tal-kura tas-saħħa aħjar, kif ukoll għal kompetittività aktar b'saħħitha u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk huwiex mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv, tal-attrazzjoni tal-investimenti, tal-ħolqien tal-impjiegi ta' kwalità għolja għal kulħadd u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku kif ukoll pubbliku-privat li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti, effettivi u adegwati; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni, id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li ssegwi kriterji sempliċi. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat.

(25) Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni, id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li ssegwi kriterji sempliċi li jirrispettaw il-bżonnijiet tal-Istat Membru. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex ikun żgurat li l-appoġġ finanzjarju jingħata minn qabel fis-snin inizjali wara l-kriżi, u biex tkun żgurata l-kompatibbiltà mal-fondi disponibbli għal dan l-istrument, jenħtieġ li l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri ssir sal-31 ta' Diċembru 2024. Għal dan il-għan, jenħtieġ li sal-31 ta' Diċembru 2022 jittieħed impenn legali għal mill-inqas 60 fil-mija tal-ammont disponibbli għall-appoġġ mhux ripagabbli. Jenħtieġ li sal-31 ta' Diċembru 2024 jittieħed impenn legali għall-ammont li jifdal.

(27) Sabiex ikun żgurat li l-appoġġ finanzjarju jingħata minn qabel fis-snin inizjali wara l-kriżi, u biex tkun żgurata l-kompatibbiltà mal-fondi disponibbli għal dan l-istrument, jenħtieġ li l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri ssir sal-31 ta' Diċembru 2025. Għal dan il-għan, jenħtieġ li sal-31 ta' Diċembru 2024 jittieħed impenn legali għal mill-inqas 60 fil-mija tal-ammont disponibbli għall-appoġġ mhux ripagabbli. Jenħtieġ li sal-31 ta' Diċembru 2025 jittieħed impenn legali għall-ammont li jifdal.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2024. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

(29) It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma' riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta' kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f'mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji intermedjarji addizzjonali u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta' self sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2025. Għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b'limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja soda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, għall-kanċellazzjoni u għall-irkupru ta' fondi. Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jippreżentaw talbiet għall-pagamenti fuq bażi biannwali. Il-pagamenti jenħtieġ li jsiru b'mod rateali u jkunu bbażati fuq valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru. Is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx ġie implimentat b'mod sodisfaċenti mill-Istat Membru. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu kummenti.

(32) Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja soda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, għall-kanċellazzjoni u għall-irkupru ta' fondi. Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jippreżentaw talbiet għall-pagamenti fuq bażi biannwali. Il-pagamenti jenħtieġ li jsiru b'mod rateali u jkunu bbażati fuq valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, filwaqt li tingħata prijorità lill-miżuri biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet pjuttost milli jiġu imposti s-sanzjonijiet. Is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli meta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx ġie implimentat b'mod sodisfaċenti mill-Istat Membru. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu kummenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill id-deċiżjoni tagħha li tissospendi jew tikkanċella l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil Stat Membru. Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw, kif previst fil-proċess tas-Semestru Ewropew, dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Għall-finijiet ta' trasparenza, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni kif xieraq.

(34) Għall-finijiet ta' trasparenza, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Kummissjoni, kif ukoll lista sħiħa ta' benefiċjarji finali, għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni kif xieraq.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9515, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9616 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193917, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u jekk xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

(40) F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9515, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9616 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193917, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u jekk xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jeżerċita l-iskrutinju demokratiku ex ante u l-verifika ex post tiegħu li l-mezzi pprovduti taħt il-Faċilità jintefqu tajjeb, jikkostitwixxu valur miżjud tal-Unjoni u jappoġġaw ir-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istati Membri. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jadottaw u japplikaw miżuri effettivi kontra l-frodi, bl-appoġġ tal-aġenziji eżistenti kontra l-frodi fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni, bħall-OLAF u, fejn rilevanti, l-UPPE, kif ukoll biex jinfurzaw l-istat tad-dritt.

_________________

_________________

14 Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1)

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1)

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2)

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2)

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1)

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1)

18 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)

18 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. "Semestru Ewropew ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika" (minn hawn 'il quddiem is-"Semestru Ewropew") tfisser il-proċess stabbilit mill-Artikolu 2-a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 199720.

3. "Semestru Ewropew ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika" (minn hawn 'il quddiem is-"Semestru Ewropew") tfisser il-proċess stabbilit mill-Artikolu 2-a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 199720. Għall-fini ta' dan ir-regolament, għandu jiġi kkomplementat mill-involviment tar-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet.

_________________

_________________

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, inkluża l-kura, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-kapaċità ta' koordinazzjoni, il-proċeduri ta' reazzjoni għall-kriżijiet, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni għal żvilupp aktar armonjuż billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, filwaqt li tindirizza l-inugwaljanzi soċjali, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, tbiddilha f'ekonomija aktar kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien, trawwem il-ħolqien u l-preservazzjoni tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, b'mod partikolari fis-settur tal-kura tas-saħħa, kif ukoll tippromwovi t-tkabbir sostenibbli fuq żmien medju u twil.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

Prinċipji orizzontali

1. Fl-implimentazzjoni tal-Faċilità, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Peress li din il-Karta tinkludi d-drittijiet kollha koperti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet u l-libertajiet minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u drittijiet u prinċipji oħra li jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u strumenti internazzjonali oħra, għandhom jittieħdu passi xierqa biex jiġi evitat il-ksur ta' dawn id-drittijiet fundamentali, bħall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u l-inugwaljanza bejn il-ġeneri.

2. L-objettivi tal-Faċilità għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-objettiv li jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b'mod partikolari studji, laqgħat ta' esperti u azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta' kull strument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti.

2 L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta' attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta' kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, u azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u l-ispejjeż tal-assistenza amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet ta' ġestjoni rigward il-funzjonament ta' kull strument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi u investimenti.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Riżorsi mill-programmi b'ġestjoni kondiviża

Jekk jitolbu dan, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b'ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Faċilità. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b'mod dirett f'konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istati Membru kkonċernat.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun addizzjonali mal-appoġġ ipprovdut minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni. Proġetti ta' riforma u ta' investiment jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.

L-appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun addizzjonali mal-appoġġ ipprovdut minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni, madankollu, għandu jiġi evitat kwalunkwe trikkib. Proġetti ta' riforma u ta' investiment jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika soda

1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...)] is-[CPR], il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni biex jissospendi l-perjodu ta' żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) jew jissospendi l-pagamenti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Id-Deċiżjoni li tissospendi l-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal pagament ippreżentati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 17 għandha tapplika mill-jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Jekk ikun hemm sospensjoni tal-pagamenti, għandu japplika l-Artikolu 15(9) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-(...).

2. Jekk iseħħ xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...], il-Kunsill għandu, bi proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni biex iwaqqaf is-suspensjoni tal-perjodu ta' żmien jew tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu preċedenti.

Il-proċeduri jew il-pagamenti rilevanti għandhom jerġgħu jibdew mill-jum wara t-tneħħija tas-sospensjoni.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru għall-allokazzjoni tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a), bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, ibbażata fuq il-popolazzjoni, l-invers tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita u r-rata ta' qgħad relattiva ta' kull Stat Membru.

Kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru għall-allokazzjoni tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a), bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, ibbażata fuq il-popolazzjoni, l-invers tar-rata ta' qgħad relattiva tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita ta' kull Stat Membru, billi jitqies il-perċentwal ta' żgħażagħ li la jinsabu f'impjieg u lanqas fl-edukazzjoni jew taħriġ (NEET) u r-rata ta' nies f'riskju ta' faqar.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli allokazzjoni ta' EUR 334 950 000 000, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1). Kull Stat Membru jista' jippreżenta talbiet sal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 10, biex jimplimenta l-pjanijiet ta' rkupru u ta' reżiljenza tiegħu.

1. Għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli allokazzjoni ta' EUR 334 950 000 000, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1). Kull Stat Membru jista' jippreżenta talbiet sal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 10, biex jimplimenta l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a. Permezz ta' reviżjoni tar-regolament b'att delegat, u abbażi ta' talba motivata minn Stat Membru, ir-riżorsi addizzjonali jistgħu jsiru disponibbli wkoll għal impenn baġitarju fl-2023 u fl-2024;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal perjodu li jibda mill-31 ta' Diċembru 2022 sal-31 ta' Diċembru 2024, jekk ir-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli, il-Kummissjoni tista' torganizza sejħiet f'konformità mal-kalendarju tas-Semestru Ewropew. Għal dan il-għan, għandha tippubblika kalendarju indikattiv tas-sejħiet li għandhom jiġu organizzati f'dak il-perjodu, u għandha tindika, f'kull sejħa, l-ammont disponibbli għall-allokazzjoni. Kull Stat Membru jista' jipproponi li jirċievi sa ammont massimu li jikkorrispondi għas-sehem ta' allokazzjoni tiegħu mill-ammont disponibbli għall-allokazzjoni, kif imsemmi fl-Anness I, biex jimplimenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

imħassar

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta' Diċembru 2024, u b'talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti appoġġ fil-forma ta' self lill-Istat Membru kkonċernat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.

1. Sal-31 ta' Diċembru 2025, u b'talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti appoġġ fil-forma ta' self lill-Istat Membru kkonċernat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jista' jitlob self fl-istess ħin tal-preżentazzjoni ta' pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 15, jew f'mument differenti sal-31 ta' Awwissu 2024. Fil-każ tal-aħħar, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn pjan rivedut, li jinkludi stadji importanti u miri addizzjonali.

2. Stat Membru jista' jitlob self fl-istess ħin tal-preżentazzjoni ta' pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 15, jew f'mument differenti sal-31 ta' Awwissu 2025. Fil-każ tal-aħħar, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn pjan rivedut, li jinkludi stadji importanti u miri addizzjonali.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba' snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pakkett koerenti.

1. Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta' riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba' snin sussegwenti kif ukoll jistabbilixxu l-objettivi annwali. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku, kif ukoll pubbliku-privat, permezz ta' pakkett koerenti, li għandhom jinkludu objettivi annwali, kif ukoll skemi ta' evalwazzjoni tal-implimentazzjoni.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha, bħall-investimenti fil-konnettività tal-internet, biex iċ-ċittadini, speċjalment l-aktar vulnerabbli, jibqgħu konnessi, kif ukoll biex l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien tal-Unjoni Ewropea ssir aktar sostenibbli. Barra minn hekk, bħala konsegwenza tal-pandemija, is-servizzi tas-saħħa nazzjonali jeħtieġ li jiġu appoġġati permezz tal-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tas-saħħa u t-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Unjoni. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

_________________

_________________

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

22 […]

22 […]

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-Istati Membri għandhom jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari lir-rappreżentanti jew lill-awtoritajiet fil-livell reġjonali u lokali, lis-sħab ekonomiċi u soċjali kif ukoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 204/2014. Huma essenzjali biex jiġu identifikati u vvalutati ħtiġijiet speċifiċi ta' investiment fi Stat Membru partikolari.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat għandu jikkostitwixxi f'anness mal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu u għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment mhux aktar tard mit-30 ta' April. Jista' jiġi ppreżentat abbozz ta' pjan minn Stat Membru li jibda mill-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel, flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena sussegwenti.

2. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat għandu jikkostitwixxi f'anness mal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tiegħu u għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment mhux aktar tard mit-30 ta' April. Għandu jiġi ppreżentat abbozz ta' pjan mill-Istati Membri li jibda mill-15 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel, flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena sussegwenti.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) spjegazzjoni tal-mod kif l-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mistennija jiġu indirizzati;

(a) spjegazzjoni tal-mod kif l-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mistennija jiġu indirizzati, filwaqt li jitqiesu l-miri ta' żvilupp tal-Istati Membri;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien u/jew il-preservazzjoni tal-impjiegi, inkluż għaż-żgħażagħ taħt il-25 sena u n-nisa, u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, itejjeb in-nisġa tan-negozju, u jikkontribwixxi għal koeżjoni u konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali msaħħa, inkluż kif it-territorji bi speċifiċitajiet ġeografiċi se jkunu fil-mira, u l-mod kif l-isfidi u l-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż huma mistennija li jiġu indirizzati f'dan il-pjan;

Emenda  43Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għall-ekonomija bbażata fuq l-għarfien, għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u dawk diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom; din l-ispjegazzjoni għandha tinkludi, fost l-oħrajn, il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jiżguraw li jintlaħqu l-miri għall-2030 tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija kif ukoll il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jaslu għal ekonomija newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-istadji importanti previsti, il-miri u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi tul perjodu massimu ta' erba' snin, u tal-investimenti tul perjodu massimu ta' seba' snin;

(d) l-istadji importanti previsti, il-miri u l-indikaturi li jippermettu l-kejl ta' dawk il-miri u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi tul perjodu massimu ta' erba' snin, u tal-investimenti tul perjodu massimu ta' seba' snin;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) spjegazzjoni ta' kif jindirizza l-isfidi għall-governanza tajba u effettiva u d-distakki fil-kapaċità inkluż permezz tal-bini tal-kapaċitajiet fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji fl-iskala xierqa;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) il-miżuri ta' akkumpanjament li jistgħu jkunu meħtieġa;

(h) kwalunkwe miżura oħra ta' akkumpanjament li tista' tkun meħtieġa, inkluż it-tnaqqis ta' piż amministrattiv bla bżonn u ż-żieda fl-għadd ta' sħubijiet pubbliċi-privati;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fit-tħejjija ta' proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta' Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu appoġġ tekniku permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku skont ir-regolament tiegħu.

4. Fit-tħejjija ta' proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta' Stati Membri oħra, li għandhom ikunu disponibbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej l-oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tipprovdi lill-Istati Membri b'sett ta' għodod ta' prattiki tajbin faċli għall-utent.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu appoġġ tekniku permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku skont ir-regolament tiegħu.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Waqt li tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista' jirrevedi l-pjan jekk ikun meħtieġ, qabel il-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu.

1. Waqt li tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, wara li tikkonsulta mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista' jirrevedi l-pjan jekk ikun meħtieġ, qabel il-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tiegħu għall-ekonomija bbażata fuq l-għarfien u t-tranżizzjonijiet diġitali, kif ukoll għal ekonomija kompetittiva u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għall-ekonomija bbażata fuq l-għarfien u t-tranżizzjonijiet diġitali sabiex tiġi żviluppata ekonomija kompetittiva jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir fit-tul ta' ekonomija kompetittiva, tal-ħolqien u/jew il-preservazzjoni tal-impjiegi ta' kwalità għolja u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għal żvilupp aktar armonjuż fl-Istati Membri kollha;

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi;

(e) jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata għall-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi, kif ukoll jekk il-pjan ta' pagament huwiex skont ir-regolament finanzjarju;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investimenti pubbliċi li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti;

(f) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investimenti pubbliċi li jirrappreżentaw azzjonijiet effettivi u koerenti, li jgħinu fil-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-iżvilupp ta' soċjetà bbażata fuq l-għarfien;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-iskeda ta' żmien, l-istadji importanti u l-miri previsti, u l-indikaturi relatati.

(g) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-iskeda ta' żmien, il-pjan ta' pagament, l-istadji importanti u l-miri previsti, u l-indikaturi relatati.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

1. Wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta' riforma u ta' investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-arranġamenti biex jingħata aċċess lill-Kummissjoni għad-data sottostanti rilevanti.

(f) l-arranġamenti biex jingħata aċċess lill-Kummissjoni għad-data sottostanti rilevanti, inkluż mill-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali, u lokali;

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sospensjoni għandha titneħħa jekk l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri msemmijin fl-Artikolu 17(1).

Is-sospensjoni għandha titneħħa jekk l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri msemmijin fl-Artikolu 17(1) u ggarantixxa li l-fondi li jintefqu b'mod mhux sodisfaċenti jiġu rimborżati.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u komunikazzjoni dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri

Involviment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u komunikazzjoni dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru. Talba bħal din ma għandhiex tiġi interpretata b'mod wiesa'.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

2. Il-Kummissjoni tista' tinvolvi ruħha f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, inkluż permezz ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll mal-organizzazzjonijiet professjonali u dawk tas-soċjetà ċivili rilevanti.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 22 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, f'miżura proporzjonata għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn l-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, sabiex jevitaw kwalunkwe trikkib, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn l-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Sabiex tinħoloq viżibbiltà għall-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-Faċilità, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom dwar proġetti li jkunu qed jiġu ffinanzjati;

Emenda  63

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 dawn l-isfidi huma meqjusa bħala kruċjali biex tingħata spinta lill-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat,

 dawn l-isfidi huma meqjusa bħala kruċjali biex tingħata spinta lill-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, pereżempju permezz tal-iżvilupp responsabbli ta' potenzjal ta' tkabbir sostenibbli,

Emenda  64

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali;

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali u tiffaċilita aċċess usa' għat-teknoloġiji diġitali;

Emenda  65

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi inklużi impjiegi għaż-żgħażagħ taħt il-25 sena u n-nisa, u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta' Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Referenzi

COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)

Kumitati responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.6.2020

ECON

17.6.2020

Opinjoni mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

17.6.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Corina Crețu

16.6.2020

Artikolu 58 – Proċedura b'kumitat konġunt

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Data tal-adozzjoni

24.9.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

5

16

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Mathilde Androuët, Pascal Arimont, Adrian-Dragoş Benea, Isabel Benjumea Benjumea, Tom Berendsen, Stéphane Bijoux, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Christian Doleschal, Francesca Donato, Chiara Gemma, Cristian Ghinea, Mircea-Gheorghe Hava, Krzysztof Hetman, Ondřej Knotek, Constanze Krehl, Elżbieta Kruk, Cristina Maestre Martín De Almagro, Pedro Marques, Nora Mebarek, Martina Michels, Andżelika Anna Możdżanowska, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Alessandro Panza, Tsvetelina Penkova, Caroline Roose, André Rougé, Vincenzo Sofo, Susana Solís Pérez, Irène Tolleret, Viktor Uspaskich, Monika Vana

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Stelios Kympouropoulos, Tonino Picula, Bronis Ropė

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

RENEW

Stéphane Bijoux, Cristian Ghinea, Ondřej Knotek, Susana Solís Pérez, Irène Tolleret, Viktor Uspaskich

S&D

Adrian‑Dragoş Benea, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Constanze Krehl, Cristina Maestre Martín De Almagro, Pedro Marques, Nora Mebarek, Tsvetelina Penkova, Tonino Picula

VERTS/ALE

François Alfonsi, Caroline Roose, Bronis Ropė, Monika Vana

5

-

ID

Mathilde Androuët, Francesca Donato, Alessandro Panza, André Rougé, Vincenzo Sofo

16

0

ECR

Elżbieta Kruk, Andżelika Anna Możdżanowska

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee

NI

Rosa D'Amato, Chiara Gemma

PPE

Pascal Arimont, Isabel Benjumea Benjumea, Tom Berendsen, Daniel Buda, Tamás Deutsch, Christian Doleschal, Mircea‑Gheorghe Hava, Krzysztof Hetman, Stelios Kympouropoulos, Andrey Novakov

It-tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0  : astensjoni(jiet)

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (14.9.2020)

għall-Kumitat għall-Baġits u l- Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

(COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD))

Għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Sirpa Pietikäinen (rapporteur)

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) L-Artikoli 2 u 8 tat-Trattat jistipulaw li fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. L-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, jenħtieġ għalhekk li tiġi implimentata fil-politiki u r-regolamenti kollha tal-UE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ("is-Semestru Ewropew"), inkluż il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta' investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni.

(3) Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ("is-Semestru Ewropew"), inkluż il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta' riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta' investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b'appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta' investiment ta' prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u/jew tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

(4) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. Il-kriżi tal-COVID-19 qed ikollha impatt sproporzjonat fuq in-nisa u l-bniet minħabba l-inugwaljanzi eżistenti li jwasslu, fost l-oħrajn, għal żieda fir-riskju ta' vjolenza sessista matul il-lockdown u iktar tluq mis-suq tax-xogħol marbut ma' piż ogħla fuq il-kompiti ta' kura, sehem akbar ta' nisa impjegati f'setturi affettwati mil-lockdown, fl-ekonomija informali u f'setturi b'kundizzjonijiet prekarji ogħla. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' sistema ta' protezzjoni soċjali b'saħħitha bbażata fuq is-servizzi pubbliċi u ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti u iktar inklużiv għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b'mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi u d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza u l-inklużività tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta' rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi soċjali fl-Unjoni u jiġi aċċellerat il-progress lejn il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 uriet ukoll id-differenzasinifikanti tal-impatt tagħha skont is-sess fuq is-soċjetajiet, li tirrifletti diversi inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel. Peress li l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kura u ta' servizzi essenzjali oħra tal-UE huma nisa, mhux biss sar evidenti l-piż tal-kriżi li sproporzjonat waqa' fuq in-nisa, iżda sar evidenti wkoll il-grad ta' segregazzjoni orizzontali u vertikali fis-suq tax-xogħol, aggravat min-nuqqas ta' servizzi u infrastrutturi tal-kura tat-tfal u tal-anzjani. Barra minn hekk, iż-żieda qawwija fil-vjolenza sessista matul il-konfinament madwar l-UE wriet nuqqas inkwetanti ta' protezzjoni u ta' miżuri ta' appoġġ għan-nisa li jisfaw vittmi jew huma f'riskju ta' vjolenza domestika. Dan l-istrument jenħtieġ li jassisti lill-Istati Membri fl-appoġġ u l-iżvilupp ta' inizjattivi diretti lejn l-aċċess tan-nisa għall-intraprenditorija, il-mikrofinanzjament u l-iSTEM, filwaqt li javvanza ukoll l-opportunitajiet ta' impjieg - speċjalment fis-setturi prijoritarji tal-ekonomija diġitali u ekoloġika - filwaqt li jiżgura inizjattivi ta' impjieg mingħajr diskriminazzjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex tiġi indirizzata s-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol, b'miżuri li jkollhom l-għan li jnaqqsu d-distakk bejn il-ġeneri fl-impjiegi, il-pagi u l-pensjonijiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw ukoll il-programm għall-istabbiliment u t-tisħiħ ta' inizjattivi li jippromwovu u jtejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b'enfasi speċifika fuq l-infrastruttura u s-servizzi tal-kura. L-infrastruttura u s-servizzi bħall-kenn u l-appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza se jkunu importanti wkoll fit-triq lejn l-irkupru mill-kriżi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

(5) L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta' aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u biex isostnu l-proċess ta' konverġenza ekonomika u soċjali f'livelli ogħla. Ir-riformi jenħtieġ li jiġu implimentati billi tingħata attenzjoni speċjali lill-popolazzjonijiet vulnerabbli u billi tiġi rispettata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) In-nisa kienu fuq quddiem nett tal-kriżi tal-COVID-19, u kkostitwew l-maġġoranza tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa madwar l-UE, u l-bilanċ bejn x-xogħol ta' kura bla ħlas u r-responsabilitajiet tal-impjieg tagħhom renda dejjem aktar diffiċli l-ħajja tal-ġenituri waħedhom li l-85 % tagħhom huma nisa.  L-investiment f'infrastruttura robusta tal-kura huwa essenzjali wkoll sabiex jiġu żgurati l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa, il-bini ta' soċjetajiet reżiljenti, il-ġlieda kontra l-kundizzjonijiet prekarji f'settur iddominat min-nisa, sabiex tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi u jiġu evitati l-faqar u l-esklużjoni soċjali u dan l-investiment għandu effett pożittiv fuq il-PDG peress li jippermetti li aktar nisa jkollhom xogħol imħallas.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

(6) L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b'mod drastiku waqt il-kriżijiet, inkluż fis-servizzi pubbliċi li kellhom konsegwenzi negattivi dejjiema fuq id-drittijiet tan-nisa u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa u s-saħħa tan-nisa, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati. Għalhekk, huwa essenzjali li f'din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħu l-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli fit-tul u l-protezzjoni tal-ekonomija tal-kura bħala parti essenzjali tal-mudell ekonomiku. L-investiment fit-tranżizzjoni tal-kura u f'teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f'setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb tkabbir inklużiv u sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B'hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.  Barra minn hekk, hija opportunità kruċjali biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-kura reżiljenti u biex tinkiseb soċjetà bbilanċjata bejn il-ġeneri.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

(11) Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibilità ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi u ambjentali oħra bi qbil mat-tassonomija tal-UE u mal-prinċipju ta' "tagħmel l-ebda ħsara sinifikanti". It-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jaffettwaw lin-nisa b'mod sproporzjonat, iżda n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-politiki ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Jenħtieġ li niżguraw li n-nisa u gruppi vulnerabbli oħra jiġu inklużi fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli nazzjonali u tal-UE.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Sabiex tirrifletti l-Istrateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2020-2025 u jitqiegħu fil-prattika l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti b'mod partikolari l-Għan 5, il-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament se tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-prinċipju tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta' rieżami rilevanti. Minbarra dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali. It-tnejn li huma se jkollhom rwol ta' prijorità fir-rilanċ mill-ġdid tal-ekonomija u fl-immodernizzar tagħha.

(12) Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta' rieżami rilevanti. Minbarra dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika u tal-kura kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali. It-tnejn li huma se jkollhom rwol ta' prijorità fir-rilanċ mill-ġdid tal-ekonomija u fl-immodernizzar tagħha.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

(14) Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta' aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll it-trażizzjoni lejn ekonomija tal-kura reżiljenti, bil-għan li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima u soċjetà b'bilanċ bejn il-ġeneri, biex b'hekk jerġa' jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli u inklużiv.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(16) Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta' riformi u proġetti ta' investiment pubbliku permezz ta' pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta' riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta' tranżizzjoni ġusta, il-pjanijiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll mal-ftehimiet ta' sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-Istrateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, bħal pereżempju l-indirizzar tad-distakk diġitali bejn il-ġeneri. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b'rispett sħiħ tal-prijoritajiet tal-ugwaljanza u dawk klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

(21) Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta' miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru, ir-reżiljenza ekonomika u soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll it-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-kura reżiljenti; u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

(22) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni u bil-parteċipazzjoni tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f'dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, tal-kura u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-ġeneri u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru jew jindirizzawx sfidi li jirriżultaw minnha; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż fil-pjan għall-irkupru u l-pjan ta' reżiljenza jindirizzawx b'mod effettiv l-impatt tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi u l-aċċess għall-finanzi, kif ukoll jekk jinkludix miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta' investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

(33) Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew, f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi b'mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Jekk xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrumenti fil-post.

(36) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Jekk xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrumenti fil-post. Id-data miġbura għal skopijiet ta' monitoraġġ jenħtieġ li tinqasam skont il-ġeneru.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

(37) Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f'dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-kisba tal-objettivi tal-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tagħha u l-valur miżjud tagħha. Jekk xieraq, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-istrumenti.

(38) Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti reattiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tan-nisa u ma' esperti dwar l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, li tħares lejn il-kisba tal-objettivi tal-Faċilità stabbilita b'dan ir-Regolament, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tagħha u l-valur miżjud tagħha. Jekk xieraq, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-istrumenti, inkluż dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b'dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll it-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-kura reżiljenti, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

1. L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta' reżiljenza u ta' aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali, ekonomiku u dak relatat mal-ġeneru tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, iu b'hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli u inklużiv u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

2. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u għandu jkollhom lilhom bħala prijorità, b'mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll it-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-kura reżiljenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta' riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u miri ambjentali oħra, bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/199921, fil-pjanijiet ta' tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta' Tranżizzjoni Ġusta22, u fil-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

__________________

__________________

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

21 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

22 […]

22 […]

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(b) spjegazzjoni ta' kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għal tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll għat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-kura reżiljenti, jew jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw minnhom;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) pjan nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-irkupru, f'konformità mal-objettivi deskritti fl-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, biex jiġi indirizzat b'mod effettiv l-impatt negattiv tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari billi jiġi żgurat il-ħolqien tal-impjiegi għan-nisa, it-tnaqqis fid-distakk bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-aċċess għall-kreditu għall-intraprendituri nisa, inklużi miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u domestika u l-fastidju sesswali; il-pjan nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandu jiġi żviluppat u implimentat f'koordinazzjoni mal-korpi nazzjonali rilevanti għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u l-esperti tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) spjegazzjoni ta' kif il-miżuri fil-pjan huma mistennija jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għall-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jew biex jingħelbu l-isfidi li jirriżultaw minnhom;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc) valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri li għandha sservi bħala bażi għall-miżuri inklużi fil-pjan;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra inkluż, b'mod partikolari, dik li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku.

2. Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra inkluż, b'mod partikolari, dik li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku. Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi wkoll valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri tal-pjan, imwettaq minn esperti indipendenti, jew tipproċedi biex tagħmel tali valutazzjoni hija stess.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll għat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-kura reżiljenti u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, kif ukoll għat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-kura reżiljenti, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) jekk il-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizzax b'mod effettiv il-kwistjonijiet tal-ġeneru li joħorġu mill-kriżi, jiżgurax l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi, paga ugwali u aċċess għall-finanzi, jikkontribwixxix għall-promozzjoni tal-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, kif ukoll jekk jinkludix miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u domestika u l-fastidju sesswali;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jsaħħaħ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni.

2. Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati jkunu paragunabbli, diżaggregati skont il-ġeneru u jinġabru b'mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità.

2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ta' evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tiegħu u rapport ta' evalwazzjoni ex post indipendenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem l-2027.

1. Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ta' evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tiegħu u rapport ta' evalwazzjoni ex post indipendenti reattiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem l-2027.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu, b'mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha.

2. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu, b'mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew u l-effetti tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fit-tul.

4. Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fit-tul inkluż fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u l-kontribut tagħhom għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dak il-għan, hija għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u l-kontribut tagħhom għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, tal-kura u diġitali, u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u għal dak il-għan, hija għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

Emenda  38

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(b) jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, tal-kura u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jekk il-pjan fihx miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnu, speċifikament miżuri li jindirizzaw id-distakk bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, liv tal-familja adegwat u arranġamenti flessibbli tax-xogħol, l-għoti ta' kura tat-tfal u fit-tul aċċessibbli u affordabbli, u żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż billi jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u progressjoni fil-karriera;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) jekk il-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwiex konformi mal-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jindirizzax b'mod effettiv l-impatt tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi, paga ugwali u aċċess għall-finanzi, kif ukoll jekk jinkludix miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u l-fastidju sesswali;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(d) jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – Intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2 Il-pjan jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnhom.

2.2 Il-pjan jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, tal-kura u diġitali jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnhom.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jew

l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-trasformazzjoni lejn ekonomija tal-kura;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u/jew diġitali

 l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, tal-kura u/jew diġitali

Emenda  45

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2a Il-pjan jinkludi miżuri li effettivament jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnu;

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; jew - l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru;

jew

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mill-inugwaljanza bejn il-ġeneri u/jew id-diskriminazzjoni

kif ukoll

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

Klassifikazzjoni

A – Sa punt għoli

B – Sa punt moderat

C – Sa punt baxx

Emenda  46

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.3a Il-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza b'mod effettiv l-impatt tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari fil-qasam tal-impjiegi, il-ħlas indaqs u l-aċċess għall-finanzi, u jinkludi miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u l-fastidju sesswali;

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- l-implimentazzjoni tal-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, żviluppat f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tan-nisa, inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

kif ukoll

- l-implimentazzjoni tal-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi għan-nisa;

kif ukoll

- l-implimentazzjoni tal-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija mistennija li tnaqqas id-distakk bejn il-pagi fost il-ġeneri

kif ukoll

- l-implimentazzjoni tal-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex tiffaċilita l-aċċess għall-kreditu għal intraprendituri nisa;

kif ukoll

- l-implimentazzjoni tal-pjan għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hija mistennija li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u l-fastidju sesswali.

Klassifikazzjoni

A – Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jindirizza b'mod effettiv l-impatt tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

B – Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxi biex jindirizza parzjalment l-impatt tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

C – Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jikkontribwixxix biex jindirizza l-impatt tal-kriżi fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness II – parti 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – Intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri u li jagħtu spinta lill-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi, filwaqt li jevitaw impatti negattivi ta' dawk il-miżuri fuq il-klima u l-ambjent.

 Il-pjan ta' rkupru u ta' reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri u li jagħtu spinta lill-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi, filwaqt li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tranżizzjoni ekoloġika.

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Is-Sur Johan Van Overtveldt

President

Kumitat għall-Baġits

BRUSSELL

Is-Sa Irene Tinagli

President

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

BRUSSELL

Suġġett: dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) (COM(2020)0408 – C9‑0150/2020 – 2020/0104(COD))

Sur President,

Skont il-proċedura msemmija hawn fuq, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali qed jippreżenta opinjoni lill-Kumitati tiegħek. Fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Settembru 2020, iddeċieda li jibgħat l-opinjoni fil-forma ta' ittra.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali eżamina l-kwistjoni matul il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2020. Matul din il-laqgħa[23], iddeċieda li jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom ta' hawn taħt.

Dejjem tiegħek,

Antonio Tajani

SUĠĠERIMENTI

Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Futur tal-Ewropa tas-16 ta' Frar 2017, il-Parlament issottolinja l-ħtieġa li tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi u li ssaħħaħ ir-responsabbiltà demokratika u t-trasparenza tal-proċess deċiżjonali tagħha, peress li jqis li l-metodu Komunitarju huwa l-aktar adatt għall-funzjonament tal-Unjoni. Huwa qies li, kemm għal dak li jirrigwarda r-riżorsi proprji kif ukoll għal dak li jirrigwarda il-QFP, il-proċeduri deċiżjonali fi ħdan il-Kunsill għandhom jgħaddu mill-unanimità għall-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata u enfasizza l-ħtieġa li tiġi applikata l-proċedura leġislattiva ordinarja għall-adozzjoni tar-Regolament QFP. Għalkemm xi wħud minn dan it-titjib jeħtieġu riforma tat-Trattat, l-Artikolu 312(2) tat-TFUE diġà jippermetti l-attivazzjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għall-adozzjoni tal-QFP mill-Kunsill.

F'konformità ma' din il-pożizzjoni, fl-opinjoni tiegħu lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali ssottolinja l-vantaġġi ta' ħolqien ta' kapaċità finanzjarja temporanja permezz ta' fondi mislufa fuq is-swieq mill-Kummissjoni f'isem l-UE għall-istrument għall-irkupru (Next Generation EU) u l-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġenwini ġodda matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u s-sostenibbiltà tal-pjan ta' ħlas lura tal-pakkett, filwaqt li insista li l-mekkaniżmu ġdid jeħtieġ kodeċiżjoni u responsabbiltà parlamentari adegwati, kif ukoll kemm jista' jkun trasparenza. Dan jgħodd ukoll għad-deċiżjonijiet dwar l-iffissar tal-prijoritajiet u l-iżborżi tal-fondi għall-istrumenti kollha ffinanzjati permezz tad-dħul assenjat esternament fil-qafas tal-Programm Next Generation EU.

Peress li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza proposta hija waħda mill-pilastri ewlenin tal-miżuri ta' rkupru tan-"Next Generation EU", huwa għalhekk pertinenti li dan l-istrument ikun fih id-dispożizzjonijiet li ġejjin biex jiġu żgurati l-iskrutinju demokratiku u r-responsabbiltà, b'rispett dovut għall-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali:

- l-iffissar ta' prijoritajiet Ewropej ċari u miri ta' nfiq fuq il-prijoritajiet identifikati fir-regolament kif ukoll enfasi fuq proġetti li jsaħħu l-integrazzjoni tal-Unjoni;

-  l-użu ta' atti delegati minflok atti ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza;

-  reviżjoni obbligatorja, f'waqtha u strutturata tajjeb tal-implimentazzjoni tal-Faċilità;

- konsultazzjonijiet f'diversi livelli mal-partijiet ikkonċernati, ma' rappreżentanti jew awtoritajiet fil-livell reġjonali u lokali u sħab ekonomiċi u soċjali, kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, anke fit-tħejjija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza mingħajr ma jinħoloq dewmien bla bżonn fil-proċess, f'konformità mal-prinċipju tas-sħubija;

-  il-preżentazzjoni regolari u f'waqta ta' rapporti u għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, simultanjament u fuq termini ugwali, kemm bil-miktub kif ukoll permezz tal-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew;

-  l-introduzzjoni ta' għodod xierqa, bħal tabella ta' valutazzjoni pubblika, għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u l-involviment tal-Parlament Ewropew fil-ħatra ta' esperti eventwali li jassistu lill-Kummissjoni; 

- aċċess għall-Parlament Ewropew għal bażi tad-data unika li jkun fiha f'format elettroniku informazzjoni dettaljata dwar id-destinatarji finali kollha tal-fondi mill-Faċilità;

aċċess għal finanzjament assuġġettat għar-rispett tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE f'konformità mar-regoli li ser jiġu definiti f'dak ir-rigward għall-baġit kollu tal-UE;

- proċedura ta' kwittanza mill-Parlament Ewropew għall-infiq fil-qafas ta' dan l-istrument, li tiddistingwi b'mod ċar l-infiq tal-Faċilità mill-proċedura ta' kwittanza ġenerali tal-Kummissjoni. 

Barra minn hekk, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jixtieq jirrimarka li n-"Next Generation EU" jista' jwassal għal diskussjonijiet diviżivi dwar l-hekk imsejjaħ riskju morali bejn il-kontributuri netti u l-benefiċjarji netti, jekk ma jiġux introdotti riżorsi proprji ġodda biex jiffinanzjaw il-ħlasijiet lura lill-baġit tal-UE ta' dan il-pakkett għall-irkupru mingħajr preċedent. Dan ikun ta' detriment għall-unità, is-solidarjetà u l-koeżjoni li fuqhom hija mibnija l-Unjoni tagħna. Il-Kumitat għalhekk jappella mill-ġdid għall-introduzzjoni, abbażi ta' kalendarju legalment vinkolanti, ta' basket ta' riżorsi proprji ġodda li għandu jkopri tal-anqas mal-pakkett għall-rkupru (kapital u interessi) tan-"Next Generation EU", sabiex jiġu żgurati l-kredibilità u s-sostenibbiltà tal-pjan ta' ħlas lura tal-pakkett; Għal dan l-għan, huwa essenzjali li jiġi inkluż kalendarju vinkolanti għall-introduzzjoni tal-imsemmi basket ta' riżorsi proprji ġodda matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027 fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar kwistjonijiet baġitarji. Dan il-Ftehim għandu jkollu l-għan ukoll li jsaħħaħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li fuqhom jiddependi l-pakkett għall-irkupru.

Fl-aħħar nett, fid-dawl tan-natura bla preċedent tal-istrument għall-irkupru - pass ta' importanza storika, li ħabat mas-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman tad-9 ta' Mejju 1950 - u l-importanza tiegħu għal aktar integrazzjoni tal-Unjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jemmen li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tikkostitwixxi mument opportun biex jiġu diskussi, fost affarijiet oħra, l-isfidi demokratiċi u kostituzzjonali marbuta mal-istruttura istituzzjonali tal-istrument għall-irkupru u l-proċeduri deċiżjonali dwar il-QFP u r-riżorsi proprji b'mod aktar ġenerali, b'kont meħud tar-rwol attwalment limitat tal-Parlament Ewropew.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Referenzi

COM(2020)0408 – C9-0150/2020 – 2020/0104(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.5.2020

Kumitati responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.6.2020

ECON

17.6.2020

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

23.7.2020

EMPL

17.6.2020

ENVI

17.6.2020

ITRE

17.6.2020

IMCO

17.6.2020

TRAN

17.6.2020

REGI

17.6.2020

AFCO

8.10.2020

FEMM

23.7.2020

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

IMCO

15.6.2020

Kumitati assoċjati

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

23.7.2020

EMPL

23.7.2020

ITRE

23.7.2020

TRAN

23.7.2020

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Eider Gardiazabal Rubial

22.7.2020

Siegfried Mureşan

22.7.2020

Dragoș Pîslaru

22.7.2020

Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

23.7.2020

Eżami fil-kumitat

9.11.2020

Data tal-adozzjoni

9.11.2020

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

73

11

15

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Gunnar Beck, Marek Belka, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Gilles Boyer, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, Francesca Donato, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Markus Ferber, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Raffaele Fitto, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Eider Gardiazabal Rubial, Luis Garicano, Alexandra Geese, Sven Giegold, Valentino Grant, Claude Gruffat, Elisabetta Gualmini, José Gusmão, Enikő Győri, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Othmar Karas, Billy Kelleher, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Georgios Kyrtsos, Aurore Lalucq, Philippe Lamberts, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Aušra Maldeikienė, Margarida Marques, Pedro Marques, Costas Mavrides, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Victor Negrescu, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Sirpa Pietikäinen, Dragoș Pîslaru, Evelyn Regner, Karlo Ressler, Antonio Maria Rinaldi, Bogdan Rzońca, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Nicolae Ştefănuță, Paul Tang, Cristian Terheş, Irene Tinagli, Nils Torvalds, Ernest Urtasun, Nils Ušakovs, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Manon Aubry, Damian Boeselager, Niels Fuglsang, Mircea-Gheorghe Hava, Martin Hojsík, Patryk Jaki, Eva Kaili, Younous Omarjee

Data tat-tressiq

10.11.2020

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

73

+

ECR

Johan Van Overtveldt

GUE/NGL

Younous Omarjee, Dimitrios Papadimoulis

NI

Piernicola Pedicini

PPE

Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Lefteris Christoforou, Markus Ferber, José Manuel Fernandes, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Mircea-Gheorghe Hava, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Janusz Lewandowski, Aušra Maldeikienė, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Karlo Ressler, Ralf Seekatz, Inese Vaidere, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Renew

Gilles Boyer, Olivier Chastel, Luis Garicano, Valérie Hayer, Martin Hojsík, Billy Kelleher, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Dragoș Pîslaru, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Stéphanie Yon-Courtin

S&D

Marek Belka, Robert Biedroń, Paolo De Castro, Jonás Fernández, Niels Fuglsang, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Eva Kaili, Aurore Lalucq, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Pedro Marques, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Victor Negrescu, Evelyn Regner, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Nils Ušakovs

Verts/ALE

Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Alexandra Geese, Sven Giegold, Claude Gruffat, Stasys Jakeliūnas, Philippe Lamberts, Kira Marie Peter-Hansen, Ernest Urtasun

11

-

ECR

Derk Jan Eppink, Patryk Jaki

ID

Gerolf Annemans, Gunnar Beck, Francesca Donato, Joachim Kuhs, Jörg Meuthen

NI

Lefteris Nikolaou-Alavanos

PPE

Enikő Győri

Renew

Engin Eroglu, Caroline Nagtegaal

15

0

ECR

Raffaele Fitto, Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Cristian Terheş, Roberts Zīle

GUE/NGL

Manon Aubry, José Gusmão, Martin Schirdewan

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Hélène Laporte, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

NI

Mislav Kolakušić

S&D

Alfred Sant

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Frar 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza