RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni

12.11.2020 - (COM(2020)0375 – C9-0274/2020 – 2020/0176(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Christophe Hansen


Proċedura : 2020/0176(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0216/2020
Testi mressqa :
A9-0216/2020
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni

(COM(2020)0375 – C9-0274/2020 – 2020/0176(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2020)0375),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0274/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9‑0216/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jiġi previst dħul fis-seħħ aktar bikri tar-Regolament wara l-pubblikazzjoni, minħabba l-perjodu ta' żmien qasir li fih il-koleġiżlaturi tal-UE jeħtieġ li jadottaw dan l-att. L-applikazzjoni tar-regolament mill-1 ta' Jannar 2021 ma ġietx emendata.


NOTA SPJEGATTIVA

 

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ir-Renju Unit) ħareġ mill-UE fl-1 ta' Frar 2020. Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq mehmuż mal-Ftehim dwar il-Ħruġ ("il-Protokoll") se japplika minn tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2021.

Il-Protokoll jiddikjara li l-Irlanda ta' Fuq hija parti mit-territorju doganali tar-Renju Unit, u li r-Renju Unit jista' jinkludi l-Irlanda ta' Fuq fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-iskedi tiegħu tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Skont il-Protokoll, kwalunkwe referenza għat-territorju doganali tal-UE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE magħmula applikabbli mill-Protokoll għal u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, trid tinqara bħala li tinkludi t-territorju tal-art tal-Irlanda ta' Fuq. Dan ifisser li minkejja li l-Irlanda ta' Fuq hija formalment fit-territorju doganali tar-Renju Unit, dan tal-aħħar, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq, huwa obbligat li japplika l-leġiżlazzjoni doganali tal-UE bħallikieku l-Irlanda ta' Fuq kienet għadha fit-territorju doganali tal-UE.

L-arranġamenti bilaterali bejn l-UE u r-Renju Unit taħt il-Protokoll ma jagħtux lok għal drittijiet u obbligi għal pajjiżi terzi. Kwalunkwe importazzjoni skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-UE jew kwoti oħra tal-importazzjoni li tapplika għal prodotti li joriġinaw minn pajjiż terz li jiddaħħlu fl-Irlanda ta' Fuq ma tistax tingħadd mad-drittijiet ta' dak il-pajjiż terz fil-konfront tal-UE, sakemm ma jkunx hemm qbil dwar dan mill-pajjiż terz. Din is-sitwazzjoni toħloq riskju għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku tal-UE u għall-integrità tal-Politika Kummerċjali Komuni permezz ta' evażjoni possibbli tal-kwoti tariffarji jew ta' kwoti oħra tal-importazzjoni tal-UE. Ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jipprevedu kwoti tariffarji tal-esportazzjoni jirrikjedu li l-merkanzija tiġi importata fl-UE. Għalhekk, pajjiżi terzi jistgħu jirrifjutaw li joħorġu liċenzji tal-esportazzjoni għal importazzjonijiet diretti lejn l-Irlanda ta' Fuq.

Din il-proposta, fid-dispożizzjoni sostanzjali unika tagħha, tiċċara li l-kwoti tariffarji tal-UE u l-kwoti tal-importazzjoni l-oħra jenħtieġ li jkunu disponibbli biss għal merkanzija importata u rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-UE u mhux fl-Irlanda ta' Fuq. Dan isir billi jiġu elenkati t-territorji kollha tal-UE fejn il-merkanzija tista' tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, u din il-lista ma tinkludix l-Irlanda ta' Fuq.

Ir-rapporteur jaqbel mal-proposta. L-unika emenda proposta hija d-dħul fis-seħħ aktar bikri tar-regolament wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE, peress li l-koleġiżlaturi tal-UE jeħtieġu biżżejjed żmien għall-adozzjoni tal-att sa tmiem l-2020. Id-data tal-applikazzjoni ma tiġix immodifikata. Ir-rapporteur iħeġġeġ lill-Membri biex ma jressqux emendi oħra għall-proposta sabiex jippermettu adozzjoni kemm jista' jkun bla xkiel tal-att.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni

Referenzi

COM(2020)0375 – C9-0274/2020 – 2020/0176(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.8.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

14.9.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.9.2020

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

IMCO

2.10.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Christophe Hansen

10.9.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

15.10.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.11.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Saskia Bricmont, Udo Bullmann, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Markéta Gregorová, Enikő Győri, Roman Haider, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Margarida Marques, Gabriel Mato, Sara Matthieu, Emmanuel Maurel, Maxette Pirbakas, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Liesje Schreinemacher, Sven Simon, Dominik Tarczyński, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Nikos Androulakis, Marek Belka, Sergio Berlato, Markus Buchheit, Reinhard Bütikofer, Marco Campomenosi, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Clare Daly, Nicola Danti, Jérémy Decerle, Luke Ming Flanagan, José Manuel García-Margallo y Marfil, Dino Giarrusso, Márton Gyöngyösi, Svenja Hahn, Yannick Jadot, Agnes Jongerius, Sandra Kalniete, Seán Kelly, Peter Kofod, Andrey Kovatchev, Miapetra Kumpula-Natri, Jean-Lin Lacapelle, Aurore Lalucq, Morten Løkkegaard, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Costas Mavrides, Liudas Mažylis, David McAllister, Javier Moreno Sánchez, Gheorghe-Vlad Nistor, Urmas Paet, Luisa Regimenti, Manuela Ripa, Annie Schreijer-Pierik, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Witold Jan Waszczykowski, Angelika Winzig, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Data tat-tressiq

12.11.2020

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

40

+

ECR

Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Dominik Tarczynski, Jan Zahradil

GUE/NGL

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

ID

Maximilian Krah, Jean-Lin Lacapelle

NI

Tiziana Beghin, Carles Puigdemont i Casamajó

PPE

Anna Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn , Iuliu Winkler

RENEW

Barry Andrews, Jordi Cañas, Svenja Hahn, Samira Rafaela, Liesje Schreinemacher, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Udo Bullmann, Miroslav Číž, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Bernd Lange, Margarida Marques, Inma Rodríguez Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

VERTS/ALE

Saskia Bricmont, Markéta Gregorova, Heidi Hautala, Sara Matthieu

 

1

-

ID

Hervé Juvin

 

1

0

ID

Roman Haider

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Novembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza