RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
17.11.2020 - (COM(2020)0215 – C9-0157/2020 – 2020/0095(COD)) - ***I
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Isabel Carvalhais
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
(COM(2020)0215 – C9-0157/2020 – 2020/0095(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0215),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0157/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0220/2020),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Minn meta ġie adottat ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 'l hawn, l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) adottat għadd ta' deċiżjonijiet li jorbtu legalment għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd li huma f'idejha waqt il-41 laqgħa annwali tagħha. |
(1) Minn meta ġie adottat ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 'l hawn, l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) adottat għadd ta' deċiżjonijiet li jorbtu legalment għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd li huma f'idejha waqt il-41 u t-42 Laqgħat Annwali tagħha, fl-2019 u fl-2020. |
__________________ |
__________________ |
2 Ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 1). |
2 Ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 1). |
Ġustifikazzjoni
Huwa meħtieġ li tiġi inkluża r-referenza għal-laqgħa tal-2020 peress li wħud mid-deċiżjonijiet meħuda huma introdotti mir-rapporteur bħala emendi.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Dawk id-deċiżjonijiet huma indirizzati lill-Partijiet Kontraenti tan-NAFO, iżda jinkludu wkoll obbligi għall-operaturi. Wara li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar (CEM) tan-NAFO daħlu fis-seħħ fit-2 ta' Diċembru 2019, dawn bdew jorbtu lill-Partijiet Kontraenti kollha tan-NAFO. F'dak li għandu x'jaqsam mal-Unjoni, dawn iridu jiddaħħlu fil-liġi tal-Unjoni sal-punt li fih mhumiex diġà previsti mil-liġi tal-Unjoni. |
(2) Dawk id-deċiżjonijiet huma indirizzati lill-Partijiet Kontraenti tan-NAFO, iżda jinkludu wkoll obbligi għall-operaturi. Daħlu fis-seħħ Miżuri ta' Konservazzjoni u ta' Infurzar (CEM) ġodda tan-NAFO li huma vinkolanti fuq il-Partijiet Kontraenti kollha tan-NAFO. F'dak li għandu x'jaqsam mal-Unjoni, dawn iridu jiddaħħlu fil-liġi tal-Unjoni sal-punt li fih mhumiex diġà previsti mil-liġi tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li tinbidel ir-referenza għad-dħul fis-seħħ ta' żewġ CEM differenti, is-CEM tal-2019 u tal-2020 li għamlu bidliet li huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti kollha tan-NAFO u li issa huma inkorporati fil-liġi tal-Unjoni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 3 – punt 31
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) "is-sit web marbut mal-MCS" tfisser is-sit web tan-NAFO marbut mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza li fih informazzjoni li hija rilevanti għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar u għall-ispezzjonijiet fil-port. L-Anness II.XX tas-CEM imsemmi fil-punt 45 tal-Anness ta' dan ir-Regolament jiddeskrivi l-proċedura biex l-individwi fil-Partijiet Kontraenti jingħataw aċċess għal dan is-sit web."; |
(31) "is-sit web marbut mal-MCS" tfisser is-sit web tan-NAFO marbut mal-monitoraġġ, mal-kontroll u mas-sorveljanza li fih informazzjoni li hija rilevanti għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar u għall-ispezzjonijiet fil-port. L-Anness II.H tas-CEM imsemmi fil-punt 45 tal-Anness ta' dan ir-Regolament jiddeskrivi l-proċedura biex l-individwi fil-Partijiet Kontraenti jingħataw aċċess għal dan is-sit web."; |
Ġustifikazzjoni
Ir-referenza għall-Anness tas-CEM mhijiex korretta.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) Fl-Artikolu 6(1), jiddaħħal il-punt li ġej: |
|
"(fa) jagħlaq is-sajd dirett tieghu għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M bejn 24:00 Ħin Universali Koordinat (UTC) fil-31 ta' Diċembru 2020 u 24:00 UTC fil-31 ta' Marzu 2021;" |
Ġustifikazzjoni
Deċiżjoni meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020 li trid tiġi inkorporata fid-dritt tal-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 9a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 9a |
|
Bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M |
|
1. Il-miżuri ta' kontroll li ġejjin għandhom japplikaw għall-bastimenti b'aktar minn 1 250 kg ta' qabdiet ta' bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M abbord: |
|
(a) il-bastimenti għandhom iħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabdiet tal-bakkaljaw tagħhom mid-Diviżjoni 3M biss fil-portijiet deżinjati skont l-Artikolu 39; |
|
(b) tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu f'ismu, għandu javża lill-awtorità kompetenti tal-port bil-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bl-istima tal-kwantità ta' qabdiet ta' bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M miżmum abbord, u bl-informazzjoni dwar id-Diviżjoni jew id-Diviżjonijiet li fihom ikun wettaq qabdiet oħra ta' bakkaljaw li jkunu miżmuma abbord; |
|
(c) kull Stat Membru għandu jispezzjona kull ħatt l-art jew trażbord tal-qabdiet tal-bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M fil-portijiet tiegħu u għandu jħejji rapport ta' spezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C tas-CEM imsemmi fil-punt 9 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, u jibagħtu lill-Kummissjoni, b'kopja lill-EFCA fi żmien 12-il jum tax-xogħol mid-data li fiha jkun temm l-ispezzjoni. F'dak ir-rapport għandhom jiġu identifikati l-każijiet kollha ta' ksur ta' dan ir-Regolament li jkunu ġew innutati waqt l-ispezzjoni fil-port u għandhom jingħataw id-dettalji dwarhom. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun disponibbli b'rabta mal-każijiet ta' ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat. |
|
2. Kull Stat Membru għandu jispezzjona l-bastimenti b'inqas minn 1 250 kg ta' qabdiet tal-bakkaljaw mid-Diviżjoni 3M abbord fuq bażi ta' ġestjoni tar-riskju. |
|
3. Il-Kummissjoni jew korp maħtur minnha għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, punt (c) tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO mingħajr dewmien, biex tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-MCS tan-NAFO." |
Ġustifikazzjoni
Deċiżjoni meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020 li trid tiġi inkorporata fid-dritt tal-Unjoni.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a – punt i
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 10 – punt 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-isem ta' kull port li jkun għażel għal dan il-għan, li għandha tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NEAFC. Kull bidla sussegwenti f'dik il-lista għandha tintbagħat tal-inqas 20 jum qabel ma tidħol fis-seħħ dik il-bidla u l-lista aġġornata mibgħuta għandha tieħu post il-lista l-oħra;"; |
(c) kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-isem ta' kull port li jkun għażel għal dan il-għan, li għandha tibagħtu lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. Kull bidla sussegwenti f'dik il-lista għandha tintbagħat tal-inqas 20 jum qabel ma tidħol fis-seħħ dik il-bidla u l-lista aġġornata mibgħuta għandha tieħu post il-lista l-oħra;"; |
Ġustifikazzjoni
Ir-referenza għan-NEAFC mhix korretta, għandha tkun in-NAFO.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
“3a. Il-bastimenti tat-tkarkir li jwettqu sajd dirett għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M għandhom jużaw għarbiel għall-fini li jitnaqqsu l-qabdiet ta' individwi iżgħar ta' bakkaljaw bi spazju minimu ta' 55 mm bejn il-vireg tagħhom. L-għarbiel għandu jitqiegħed fil-pannell tan-naħa ta' fuq tax-xibka tat-tkarkir li tiġi qabel il-manka." |
Ġustifikazzjoni
Deċiżjoni meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020 li trid tiġi inkorporata fid-dritt tal-Unjoni.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7b) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fi kwalunkwe żona murija fl-Istampa 3 tas-CEM imsemmija fil-punt 14 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 5 tas-CEM imsemmija fil-punt 15 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1. |
"1. Sal-31 ta' Diċembru 2021, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fi kwalunkwe żona murija fl-Istampa 3 tas-CEM imsemmija fil-punt 14 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 5 tas-CEM imsemmija fil-punt 15 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1601979773580&uri=CELEX%3A32019R0833)
Ġustifikazzjoni
Deċiżjoni meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020 li trid tiġi inkorporata fid-dritt tal-Unjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7c) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona tad-Diviżjoni 3O murija fl-Istampa 4 tas-CEM imsemmija fil-punt 16 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 6 tas-CEM imsemmija fil-punt 17 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1. |
"2. Sal-31 ta' Diċembru 2021, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona tad-Diviżjoni 3O murija fl-Istampa 4 tas-CEM imsemmija fil-punt 16 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 6 tas-CEM imsemmija fil-punt 17 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1601979773580&uri=CELEX%3A32019R0833)
Ġustifikazzjoni
Deċiżjoni meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020 li trid tiġi inkorporata fid-dritt tal-Unjoni.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7d (ġdid)
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 18 – paragrafu 3
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7d) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żoni 1-13 murija fl-Istampa 5 tas-CEM imsemmija fil-punt 18 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tas-CEM imsemmijin fil-punt 19 tal-Anness għal dan ir-Regolament, f'ordni numerika u mbagħad lura għall-koordinat 1. |
"3. Sal-31 ta' Diċembru 2021, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żoni 1-13 murija fl-Istampa 5 tas-CEM imsemmija fil-punt 18 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tas-CEM imsemmijin fil-punt 19 tal-Anness għal dan ir-Regolament, f'ordni numerika u mbagħad lura għall-koordinat 1." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1601979773580&uri=CELEX%3A32019R0833)
Ġustifikazzjoni
Deċiżjoni meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020 li trid tiġi inkorporata fid-dritt tal-Unjoni.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt c – punt ii
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 25 – paragrafu 6 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
"Il-qabdiet għandhom jiġu rrappurtati fil-livell tal-ispeċijiet bil-kodiċi tal-alfa-3 li jikkorrispondi magħhom mogħti fl-Anness I.C tas-CEM imsemmi fil-punt 11 tal-Anness ta' dan ir-Regolament jew, jekk ma jkunux inkluzi fl-Anness I.C, bil-kodiċi mogħti fil-Lista tal-ispeċijiet għall-finijiet tal-istatistika dwar is-sajd tas-sistema ta' informazzjoni tal-FAO dwar ix-xjenza akkwatika u s-sajd. Għandu jiġi rreġistrat ukoll il-piż stmat tal-klieb il-baħar li jinqabdu waqt kull ġabra jew waqt kull kalata."; |
"Il-qabdiet għandhom jiġu rrappurtati fil-livell tal-ispeċijiet bil-kodiċi tal-alfa-3 li jikkorrispondi magħhom mogħti fl-Anness I.C tas-CEM imsemmi fil-punt 11 tal-Anness ta' dan ir-Regolament jew, jekk ma jkunux inkluzi fl-Anness I.C tas-CEM, għandu jintuża l-kodiċi mogħti fil-Lista tal-ispeċijiet għall-finijiet tal-istatistika dwar is-sajd tas-sistema ta' informazzjoni tal-FAO dwar ix-xjenza akkwatika u s-sajd. Għandu jiġi rreġistrat ukoll il-piż stmat tal-klieb il-baħar li jinqabdu waqt kull ġabra jew waqt kull kalata."; |
Ġustifikazzjoni
Għall-koerenza mar-referenzi għall-Annessi tas-CEM.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt b
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) is-sajd f'żona magħluqa, bi ksur tal-Artikolu 9(5) u tal-Artikolu 18;"; |
(e) is-sajd f'żona magħluqa, bi ksur tal-Artikolu 9(5) jew tal-Artikolu 18;"; |
Ġustifikazzjoni
Għall-koerenza mas-CEM tal-2020.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt ba (ġdid)
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt g
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(ba) Fl-Artikolu 35(1), il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(g) l-użu ta' daqs tal-malja mhux awtorizzat bi ksur tal-Artikolu 13; |
"(g) l-użu ta' daqs tal-malja jew ta' daqs tal-għarbiel mhux awtorizzat bi ksur tal-Artikolu 13 jew tal-Artikolu 14;" |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1601979773580&uri=CELEX%3A32019R0833)
Ġustifikazzjoni
Għall-koerenza mad-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt c
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt k
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) in-nuqqas li jintbagħtu messaġġi dwar il-qabdiet, bi ksur tal-Artikolu 12(1) u tal-Artikolu 25;"; |
(k) in-nuqqas li jintbagħtu messaġġi dwar il-qabdiet bi ksur tal-Artikolu 12(1) jew tal-Artikolu 25;"; |
Ġustifikazzjoni
Għall-koerenza mas-CEM tal-2020.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 14(2) għall-għeriebel, għall-gradilji u għall-ktajjen bil-kuċinilli li jintużaw fis-sajd għall-gambli tat-Tramuntana; |
(j) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 14(2) għall-għeriebel, għall-gradilji u għall-ktajjen bil-kuċinilli li jintużaw fis-sajd għall-gambli tat-Tramuntana kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-għeriebel jew tal-aċċessorji spjegati fl-Artikolu 14(3) jew (3a); |
Ġustifikazzjoni
Għall-koerenza mad-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19
Regolament (UE) 2019/833
Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt k
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) ir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 fuq iż-żoni fejn jistgħu jsiru l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ."; |
(k) ir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 fuq iż-żoni jew fuq il-perjodi fejn jistgħu jsiru l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ."; |
Ġustifikazzjoni
Għall-koerenza mad-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tan-NAFO tal-2020.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt b
Regolament (UE) 2019/833
Anness – punt 45
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(45) l-Anness II.XX tas-CEM imsemmi fl-Artikolu 3(31).". |
(45) l-Anness II.H tas-CEM imsemmi fl-Artikolu 3(31).". |
Ġustifikazzjoni
Ir-referenza għall-Anness tas-CEM mhijiex korretta.
NOTA SPJEGATTIVA
(1) Kontenut tal-proposta
Fid-29 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2019/833, li ttraspona fid-dritt tal-UE l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar (CEM) adottati mill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (in-NAFO), li l-Unjoni Ewropea ilha parti kontraenti tagħha sa mill-1979. L-għan ewlieni ta' din il-proposta huwa li tittrasponi fid-dritt tal-Unjoni l-emendi fil-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li n-NAFO adottat waqt il-laqgħa annwali tagħha fl-2019. Il-proposta tinkludi wkoll it-titjib editorjali tan-NAFO u tadatta d-diċitura għall-kuntest legali tal-UE.
In-NAFO hija l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO) li hija responsabbli għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral. Il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tan-NAFO japplikaw esklussivament għaż-Żona Regolatorja tal-Baħar Miftuħ tan-NAFO. Skont it-termini tal-Konvenzjoni NAFO, il-Kummissjoni tagħha, korp kostitwenti li tiegħu huma membri l-partijiet kontraenti kollha, hija responsabbli għall-adozzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar.
Din tiddikjara wkoll li l-miżuri ta' konservazzjoni li l-Kummissjoni tadotta huma vinkolanti u l-partijiet kontraenti huma obbligati jimplimentawhom. Il-miżuri ġodda jiġu adottati mill-Kummissjoni tan-NAFO waqt il-laqgħat annwali tagħha fil-forma ta' deċiżjonijiet, li dwarhom il-Partijiet Kontraenti jiġu sussegwentement notifikati mis-Segretarju Eżekuttiv. L-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-UE trid tirrispetta strettament id-dritt internazzjonali. Dan jinkludi l-konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar tan-NAFO.
Din il-proposta tittrasponi l-miżuri adottati min-NAFO fl-2019 li daħlu fis-seħħ fit-2 ta' Diċembru u li baqgħu applikabbli minn dakinhar.
(2) Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur tilqa' din l-emenda proposta għar-regolament, li taġġorna d-dritt tal-UE permezz tat-traspożizzjoni tal-miżuri l-ġodda ta' konservazzjoni u ta' infurzar tan-NAFO.
Hija tfakkar li, għalkemm l-għadd ta' bastimenti tal-UE awtorizzati biex jistadu fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO fl-2020 tnaqqas għal 47 bastiment biss, il-volumi tal-qabdiet madankollu huma sinifikanti meta jitqies id-daqs tal-flotta. Skont is-sit web tan-NAFO, kien hemm bastimenti minn ħames Stati Membri li kienu qed jirreġistraw attivitajiet f'dik iż-żona fl-2019, u l-qabda totali tal-UE kienet ta' 51 076 tunnellata. Il-Portugall u Spanja jirrappreżentaw 80 % tal-qabdiet totali tal-UE, jiġifieri 44.5 % (22 735 tunnellata) u 35.5 % (18 151 tunnellata) rispettivament.
Huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konformità mal-aħjar miżuri ta' konservazzjoni għas-sajd f'dawn l-ilmijiet, minħabba s-sensittività partikolari ta' ċerti speċijiet fil-mira, speċjalment dawk b'ċiklu tal-ħajja twil. Għaldaqstant, iridu jiġu introdotti standards tas-CEM għall-protezzjoni tal-kelb il-baħar ta' Greenland, li għandu l-aktar ħajja twila magħrufa minn fost l-ispeċijiet vertebrati kollha.
Għalhekk jeħtieġ li tiġi garantita l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd b'mod ġenerali mill-flotot tas-sajd kollha tal-Unjoni, irrispettivament miż-żona ġeografika operattiva tagħhom, u, fuq kollox, li jiġi minimizzat l-impatt li l-isfruttament tar-riżorsi għandu fuq il-ħabitats, riżorsi oħra u speċijiet oħra. Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni jinvolvu l-użu ta' rkaptu tat-tkarkir, li jista' jikkawża ħsara lil qiegħ il-baħar u għalhekk lill-ħabitats. Għaldaqstant hija tħeġġeġ lill-Kummissjoni ssemma' leħinha fil-laqgħat tan-NAFO u, b'mod partikolari, tiżgura li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati min-NAFO jkunu konformi ma' miri ambizzjużi tal-PKS.
Fl-aħħar nett, peress li l-ħeffa hija essenzjali fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-emendi tas-CEM għal ġod-dritt tal-Unjoni, ir-rapporteur ressqet għadd ta' emendi li jirriżultaw direttament mid-deċiżjonijiet tat-42 Laqgħa Annwali tan-NAFO ta' Settembru 2020. F'dan ir-rigward, hija tenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jwaqqfu l-qabdiet tal-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2021 u li jintroduċu miżuri tekniċi u ta' kontroll speċifiċi għall-qabdiet tal-bakkaljaw f'dik id-Diviżjoni għall-bqija tas-sena. Għaldaqstant hija tħeġġeġ li dawn il-miżuri importanti jiġu trasposti u implimentati immedjatament, u b'hekk tiġi evitata l-ħtieġa li jsiru aktar emendi lir-Regolament biex is-CEM adottati fl-2020 isiru parti mid-dritt tal-Unjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral |
|||
Referenzi |
COM(2020)0215 – C9-0157/2020 – 2020/0095(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
29.5.2020 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 17.6.2020 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Isabel Carvalhais 16.6.2020 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
25.6.2020 |
26.10.2020 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
16.11.2020 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 0 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Clara Aguilera, Pietro Bartolo, François-Xavier Bellamy, Izaskun Bilbao Barandica, Isabel Carvalhais, Rosanna Conte, Rosa D’Amato, Fredrick Federley, Giuseppe Ferrandino, João Ferreira, Søren Gade, Francisco Guerreiro, Anja Hazekamp, Niclas Herbst, France Jamet, Pierre Karleskind, Predrag Fred Matić, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Grace O’Sullivan, Manuel Pizarro, Caroline Roose, Bert-Jan Ruissen, Annie Schreijer-Pierik, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Theodoros Zagorakis |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Valentino Grant |
|||
Data tat-tressiq |
17.11.2020 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
28 |
+ |
ECR |
Bert‑Jan Ruissen, Ruža Tomašić |
GUE/NGL |
João Ferreira, Anja Hazekamp |
ID |
Rosanna Conte, Valentino Grant, France Jamet |
NI |
Rosa D'Amato |
PPE |
François‑Xavier Bellamy, Niclas Herbst, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Annie Schreijer‑Pierik, Theodoros Zagorakis, Peter van Dalen |
RENEW |
Izaskun Bilbao Barandica, Fredrick Federley, Søren Gade, Pierre Karleskind |
S&D |
Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Isabel Carvalhais, Giuseppe Ferrandino, Predrag Fred Matić, Manuel Pizarro |
VERTS/ALE |
Francisco Guerreiro, Grace O'Sullivan, Caroline Roose |
0 |
- |
|
|
0 |
0 |
|
|
It-tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjonijiet