Proċedura : 2020/0155(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0228/2020

Testi mressqa :

A9-0228/2020

Dibattiti :

PV 10/02/2021 - 9
CRE 10/02/2021 - 9

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2021 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2021)0047

<Date>{19/11/2020}19.11.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0228/2020</NoDocSe>
PDF 309kWORD 107k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 </Titre>

<DocRef>(COM(2020)0281 – C9-0206/2020 – 2020/0155(COD))</DocRef>


<Commission>{ECON}Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</Commission>

Rapporteur: <Depute>Ondřej Kovařík</Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19

(COM(2020)0281 – C9-0206/2020 – 2020/0155(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

 

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0281),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0206/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2020[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0228/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[*]

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2020/0155 (COD)

 

Proposta għal

 

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għall-intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

 

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-pandemija tal-COVID-19 qed taffettwa lin-nies, lill-kumpaniji, lis-sistemi tas-saħħa u lill-ekonomiji tal-Istati Membri b'mod sever. Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-27 ta' Mejju 2020, bl-isem "Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss"[2], saħqet li l-likwidità u l-aċċess għal finanzjament se jkunu sfida kontinwa fix-xhur li ġejjin. Għalhekk huwa kruċjali li jiġi appoġġat l-irkupru mix-xokk ekonomiku sever ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 bl-introduzzjoni ta' emendi mmirati għal biċċiet eżistenti ta' leġiżlazzjoni finanzjarja. Dan il-pakkett ta' miżuri huwa adottat taħt it-tikketta "Pakkett għall-Irkupru tas-Swieq Kapitali".

(2) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3] jistabbilixxi rekwiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Unjoni. Bħala parti mill-miżuri biex l-emittenti jiġu megħjuna jirkupraw mix-xokk ekonomiku li jirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19, huma meħtieġa emendi mmirati għar-reġim tal-prospett. Jenħtieġ li tali emendi jippermettu lill-emittenti u lill-intermedjarji finanzjarji biex inaqqsu l-ispejjeż u jeħilsu r-riżorsi għall-fażi ta' rkupru immedjatament wara l-kriżi. L-emendi jenħtieġ li jkunu konformi mal-objettivi ġenerali tar-Regolament (UE) 2017/1129 sabiex jiġu żgurati livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri u l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Jenħtieġ li jqisu wkoll b'mod speċifiku sa liema punt il-kriżi affettwat is-sitwazzjoni preżenti tal-emittenti u l-prospetti futuri tagħhom.

(2a) Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 tagħmel lill-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, aktar fraġli u vulnerabbli; Fejn xieraq, sabiex jiġu ffaċilitati u diversifikati s-sorsi ta' finanzjament għall-kumpaniji tal-Unjoni, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs, inklużi n-negozji ġodda u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, it-tneħħija tal-ostakli u tal-burokrazija mhux ġustifikati tista' tgħinhom jippromwovu l-kapaċità tagħhom li jaċċessaw is-swieq tal-ekwità, kif ukoll biex ikollhom aċċess għal opportunitajiet ta' investiment aktar diversifikati, fit-tul u kompetittivi għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u għall-investituri kbar; F'dak ir-rigward, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu l-għan ukoll li jagħmilha aktar faċli għall-investituri potenzjali li jkollhom informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' investiment fil-kumpaniji, peress li spiss ikollhom diffikultà biex jevalwaw ditti ġodda u żgħar b'rekord tan-negozju qasir, li hija sitwazzjoni li twassal għal inqas opportunitajiet innovattivi, speċjalment minn intraprendituri żgħażagħ.

(3) L-istituzzjonijiet ta' kreditu kienu attivi fl-irkupru biex jappoġġaw kumpaniji li kienu jeħtieġu finanzjament u huma mistennija li jkunu pilastru fundamentali tal-irkupru. Ir-Regolament (UE) 2017/2019 jintitola lill-istituzzjonijiet ta' kreditu għal eżenzjoni mill-obbligu li jippubblikaw prospett f'każ ta' offerta ta' ċerti titoli mingħajr ekwità maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut sa ammont aggregat ta' EUR 75 miljun f'perjodu ta' 12-il xahar. Jenħtieġ li dak il-livell limitu tal-eżenzjoni jiżdied għal perjodu limitat ta' żmien sabiex jitrawwem il-ġbir ta' fondi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u jingħataw naqra nifs biex jappoġġaw lill-klijenti tagħhom fl-ekonomija reali. Peress li din il-miżura hija limitata għall-fażi ta' rkupru, jenħtieġ li din tkun għalhekk disponibbli għal perjodu ta' żmien limitat, li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2022.

(4) Sabiex l-impatt ekonomiku sever tal-pandemija tal-COVID-19 jiġi indirizzat malajr, huwa importanti li jiġu introdotti miżuri li jiffaċilitaw l-investimenti fl-ekonomija reali, jippermettu rikapitalizzazzjoni rapida tal-kumpaniji fl-Unjoni u jippermettu lill-emittenti li jisfruttaw is-swieq pubbliċi fi stadju bikri fil-proċess ta' rkupru. Sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, huwa xieraq li jinħoloq prospett ġdid f'forma qasira ("prospett ta' Rkupru tal-UE") li, filwaqt li jindirizza wkoll il-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mqajma speċifikament mill-pandemija tal-COVID-19, ikun faċli biex jiġi prodott għall-emittenti, b'mod partikolari għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, li jkun faċli biex jinftiehem minn investituri li jkunu jridu jiffinanzjawhom u li jkun faċli li jiġi skrutinizzat u approvat għall-awtoritajiet kompetenti. Ikun tajjeb li jiġi nnutat li l-prospett ta' Rkupru tal-UE jenħtieġ li jitqies primarjament bħala faċilitatur ta' ekwità mill-ġdid, b'monitoraġġ bir-reqqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jiżguraw li r-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-investituri jiġu sodisfati. Huwa importanti li l-emendi għar-Regolament (UE) 2017/1129 li jinsabu fih ma jintużawx biex jiġi evitat il-proċess ġust għal rieżami u reviżjoni possibbli tar-Regolament (UE) 2017/1129, li jkun jeħtieġ li jiġi akkumpanjat minn valutazzjoni tal-impatt sħiħa. F'dak ir-rigward, ma jkunx xieraq li jiżdiedu elementi addizzjonali mar-reġimi ta' divulgazzjoni li mhumiex diġà meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/980[4]. Tali elementi għandhom jiġu introdotti biss fil-każ ta' proposta regolatorja mill-Kummissjoni abbażi tar-rieżami tagħha tar-Regolament (UE) 2017/1129, kif previst fl-Artikolu 48 ta' dak ir-Regolament.

(4a) Huwa importanti li l-informazzjoni għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u d-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija jiġu allinjati fi prodotti u liġijiet finanzjarji differenti, u li jiġu żgurati għażla u komparabbiltà sħaħ tal-investiment fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri fil-livell tal-konsumatur tiġi kkunsidrata fir-rieżamijiet previsti tar-Regolament (UE)2017/1129 u ta' liġijiet rilevanti oħra dwar is-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati dokumenti ta' informazzjoni armonizzati, sempliċi u faċli biex jinftiehmu għall-investituri kollha fil-livell tal-konsumatur fil-liġijiet applikabbli kollha.

Ir-rieżami previst tar-Regolament (UE) 2017/1129 jenħtieġ li jirrifletti fuq il-koerenza u l-kompatibbiltà tar-rekwiżiti stabbiliti mir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] u d-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6].

(4b) L-informazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) mill-kumpaniji qiegħda ssir dejjem aktar rilevanti għall-investituri sabiex jitkejlu l-impatti fuq is-sostenibbiltà tal-investimenti tagħhom u jiġu integrati l-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' investiment u ta' ġestjoni tar-riskji. B'riżultat ta' dan, il-kumpaniji jiffaċċjaw pressjoni dejjem akbar biex iwieġbu għat-talbiet kemm mill-investituri kif ukoll mill-istituzzjonijiet ta' kreditu dwar dawk il-kwistjonijiet u huma meħtieġa jikkonformaw ma' standards multipli għad-divulgazzjonijiet tal-ESG, li spiss ikunu frammentati u inkonsistenti. Għalhekk, għall-fini li ttejjeb id-divulgazzjoni mill-kumpaniji ta' informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà u li tarmonizza r-rekwiżiti għal tali divulgazzjoni fi ħdan ir-Regolament (UE) 2017/1129, filwaqt li tqis ukoll liġijiet oħra tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, il-Kummissjoni jenħtieġ li, fil-kuntest tar-rieżami li għandu jsir sal-21 ta' Lulju 2022, tivvaluta jekk huwiex xieraq li tintegra informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fir-Regolament (UE) 2017/1129 u tagħmel proposta leġiżlattiva sabiex timplimenta objettivi ta' sostenibbiltà b'mod standardizzat u komparabbli fil-liġijiet kollha tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

 

(5) Il-kumpaniji li kellhom kontinwament ishma ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew innegozjati f'suq tat-Tkabbir tal-SMEs għal mill-inqas l-aħħar 18-il xahar qabel l-offerta tal-ishma jew l-ammissjoni għall-kummerċ, kellhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni perjodika u kontinwa skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8] jew ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/565[9]. Għaldaqstant, ħafna mill-kontenut meħtieġ ta' prospett diġà se jkun disponibbli pubblikament u l-investituri se jkunu qed jinnegozjaw abbażi ta' dik l-informazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-prospett ta' Rkupru tal-UE jintuża biss għal ħruġ ta' titoli sekondarju u jenħtieġ li jiffoka biss fuq informazzjoni essenzjali li l-investituri jeħtieġu biex jieħdu deċiżjonijiet informati ta' investiment. Madankollu, jekk ikun applikabbli, l-emittenti jew l-offerenti jenħtieġ li jindirizzaw kif il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-attivitajiet kummerċjali tagħhom minn meta tnieda l-ħruġ primarju kif ukoll l-impatt futur antiċipat tal-pandemija fuq l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, jekk ikun hemm.

(6) Sabiex ikun għodda effiċjenti għall-emittenti, jenħtieġ li l-prospett ta' Rkupru tal-UE jkun dokument wieħed ta' daqs limitat, jippermetti l-inkorporazzjoni b'referenza, u jibbenefika mill-passaport għal offerti pan-Ewropej ta' titoli lill-pubbliku jew ammissjonijiet għall-kummerċ f'suq regolat.

(7) Jenħtieġ li l-prospett ta' Rkupru tal-UE jinkludi sommarju qasir bħala sors utli ta' informazzjoni għall-investituri, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsumatur. Jenħtieġ li dak is-sommarju jiġi stipulat fil-bidu tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u jiffoka fuq informazzjoni ewlenija li tippermetti lill-investituri jiddeċiedu liema offerti u ammissjonijiet għall-kummerċ ta' titoli jeżaminaw aktar  u li wara jirrieżaminaw il-prospett sħiħ ta' Rkupru tal-UE sabiex jieħdu d-deċiżjoni tagħhom. L-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li tinkludi informazzjoni li tkopri b'mod speċifiku l-impatt ekonomiku u kummerċjali tal-COVID-19, jekk ikun hemm, kif ukoll l-impatt futur antiċipat. Il-prospett ta' Rkupru tal-UE jenħtieġ li jiżgura l-protezzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsumatur billi jaderixxi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2017/1129, filwaqt li jevita piż amministrattiv eċċessiv. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li s-sommarju ma jnaqqasx il-protezzjoni tal-investitur u lanqas ma jagħti impressjoni qarrieqa lill-investitur. L-emittenti għandhom għalhekk jiżguraw livelli għoljin ta' diliġenza fl-abbozzar tas-sommarju.

(7a) Sabiex jittaffa t-tħassib dwar l-ammont imnaqqas ta' informazzjoni pprovduta mill-prospett ta' Rkupru tal-UE meta mqabbel ma' prospett ta' ħruġ sekondarju simplifikat, huwa essenzjali li jkun hemm trasparenza sħiħa fir-rigward tad-dilwizzjoni tal-ishma wara ħruġ. Ħruġ dilwittiv ħafna jista' jirriżulta f'impatt materjali fuq l-istruttura tal-kapital tal-emittent, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu inklużi, fost l-informazzjoni obbligatorja li għandha tiġi żvelata mill-emittenti, dettalji dwar id-dilwizzjoni tal-kapital tal-ishma u d-drittijiet tal-vot li l-azzjonisti eżistenti tal-emittent jesperjenzaw wara l-offerta pubblika. Madankollu, wieħed għandu jżomm f'moħħu li għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jista' jkun meħtieġ li tinħareġ offerta lill-pubbliku għal ishma li jaqbżu l-ammont totali tal-kapital tagħhom, pereżempju biex iwettqu proġetti kbar sabiex jespandu l-operazzjonijiet tagħhom. Peress li huwa preferibbli mill-perspettiva tal-predispożizzjoni favur id-dejn fl-Unjoni li dawn l-SMEs jiġbru kapital ta' ekwità minflok ma jiddejnu aktar permezz ta' self mill-banek, limitu fuq l-offerti mill-emittent bħala perċentwal tal-kapital pendenti mhuwiex għodda xierqa għall-monitoraġġ tad-dilwizzjoni tal-ishma.

 

(8) Sabiex tinġabar data li tappoġġa l-valutazzjoni tar-reġim tal-prospett ta' Rkupru tal-UE, jenħtieġ li l-prospett ta' Rkupru tal-UE jiġi inkluż fil-mekkaniżmu ta' ħżin tal-ESMA. Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv għat-tibdil ta' dak il-mekkaniżmu, il-prospett ta' Rkupru tal-UE jista' juża l-istess data bħal dik definita għall-prospett ta' ħruġ ta' titoli sekondarju stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1129, dment li ż-żewġ tipi ta' prospetti jibqgħu differenzjati b'mod ċar.

(9) Jenħtieġ li l-prospett ta' Rkupru tal-UE jikkumplimenta l-forom l-oħra ta' prospetti stipulati fir-Regolament (UE) 2017/1129 fid-dawl ta' tipi differenti ta' titoli, emittenti, offerti u ammissjonijiet. Għalhekk, sakemm ma jiġix iddikjarat espliċitament mod ieħor, ir-referenzi kollha għal "prospett" skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 jenħtieġ li jinftiehmu li jirreferu għall-forom kollha differenti ta' prospetti, inkluż il-prospett ta' Rkupru tal-UE stabbilit f'dan ir-Regolament.

(10) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 jirrikjedi li l-intermedjarji finanzjarji jinfurmaw lill-investituri bil-possibbiltà ta' suppliment u, f'ċerti ċirkostanzi, li jikkuntattjaw lill-investituri fl-istess jum li jiġi ppubblikat suppliment. L-iskadenza sa meta l-investituri jeħtiġilhom jiġu kkuntattjati, kif ukoll l-ambitu tal-investituri li għandhom jiġu kkuntattjati, jistgħu joħolqu ▌diffikultajiet għall-intermedjarji finanzjarji. Sabiex jingħata sokkors u jiġu liberati riżorsi għall-intermedjarji finanzjarji filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur, jenħtieġ li jiġi stabbilit reġim aktar proporzjonat. Jenħtieġ li tali sistema tispeċifika liema investituri għandhom jiġu kkuntattjati mill-intermedjarji finanzjarji meta jiġi ppubblikat suppliment u jenħtieġ li testendi l-iskadenza biex jiġu kkuntattjati dawk l-investituri. Jenħtieġ li r-reġim jiżgura wkoll li l-istess informazzjoni tiġi pprovduta lill-investituri kollha.

(11) Peress li l-Prospett ta' Rkupru tal-UE huwa limitat għall-fażi ta' rkupru, jenħtieġ li r-reġim ta' dan il-prospett jiskadi sal-31 ta' Diċembru 2022. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-prospetti ta' Rkupru tal-UE, jenħtieġ li dawk il-prospetti ta' Rkupru tal-UE li ġew approvati qabel l-iskadenza tar-reġim jibbenefikaw minn dispożizzjoni ta' anterjorità.

(12) Jenħtieġ li l-Kummissjoni, qabel il-21 ta' Lulju 2022, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġiżlattiva. Jenħtieġ li dan ir-rieżami jinkorpora fil-valutazzjoni tiegħu jekk ir-reġim ta' divulgazzjoni għal prospetti ta' Rkupru tal-UE huwiex xieraq biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari jekk jiksibx bilanċ tajjeb bejn it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u finanzjarju u l-protezzjoni tal-investituri.

(13) Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) 2017/1129 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi fir-Regolament (UE) 2017/1129

Ir-Regolament (UE) 2017/1129 huwa emendat kif ġej:

(-1) Il-Premessa 66 hija emendata kif ġej:

"(66) Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, it-termini ta' żmien rispettivi li fihom l-emittent irid jippubblika s-suppliment għall-prospett u li fihom l-investituri għandhom dritt li jirtiraw l-aċċettazzjoni tagħhom tal-offerta wara l-pubblikazzjoni ta' suppliment jenħtieġ li jiġu ċċarati. Min-naħa waħda, jenħtieġ li l-obbligu li jsir suppliment għall-prospett japplika meta l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali jseħħu qabel l-għeluq tal-perjodu tal-offerta jew il-ħin meta l-kummerċ ta' tali titoli f'suq regolat ikun beda, skont liema jseħħ l-aħħar. Min-naħa l-oħra, jenħtieġ li d-dritt li aċċettazzjoni tiġi rtirata japplika biss meta l-prospett ikun relatat ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku u l-fattur il-ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali jkunu bdew jew ġew innotati qabel l-għeluq tal-perjodu tal-offerta u l-għoti tat-titoli. Għalhekk, jenħtieġ li d-dritt tal-irtirar ikun marbut mal-ħin tal-fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali li jagħtu lok għal suppliment, u jenħtieġ li japplika dment li dan l-event iseħħ waqt li l-offerta tkun miftuħa u qabel ma jiġu kkonsenjati t-titoli. Id-dritt tal-irtirar mogħti lill-investituri minħabba fattur ġdid sinifikanti, żball materjali jew ineżattezza materjali li rriżultaw jew ġew osservati matul il-perjodu ta' validità ta' prospett mhuwiex affettwat mill-fatt li s-suppliment korrispondenti jiġi ppubblikat wara l-perjodu ta' validità ta' dak il-prospett. Fil-każ partikolari ta' offerta li tibqa' taħt żewġ prospetti bażi suċċessivi, il-fatt li l-emittent ikun fil-proċess li jkollu approvat prospett bażi sussegwenti ma jneħħix l-obbligu tas-suppliment tal-prospett bażi preċedenti sa tmiem il-validità tiegħu u li jingħataw id-drittijiet ta' rtirar assoċjati. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, jenħtieġ li s-suppliment għall-prospett jispeċifika meta jintemm id-dritt tal-irtirar. Jenħtieġ li l-intermedjarji finanzjarji jinfurmaw lill-investituri dwar id-drittijiet tagħhom u jiffaċilitaw il-proċedimenti meta l-investituri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet. L-intermedjarji finanzjarji jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tagħhom tal-inqas darba dwar il-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, u meta u fejn se jiġi ppubblikat. Mas-sottoskrizzjonijiet tat-titoli fil-perjodu tas-sottoskrizzjoni inizjali, l-intermedjarji finanzjarji jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet u jiffaċilitaw il-proċess meta l-investituri jagħmlu użu mid-dritt tagħhom li jirtiraw aċċettazzjonijiet. F'każ li jiġi ppubblikat suppliment, l-intermedjarji finanzjarji jenħtieġ li jikkuntattjaw lill-klijenti tagħhom permezz ta' mezzi elettroniċi. Jekk investitur ma jipprovdix mezz ta' komunikazzjoni elettronika lill-intermedjarji, l-investitur jirrinunzja d-dritt li jiġi kkuntattjat permezz ta' intermedjarji. F'dan il-każ, l-informazzjoni dwar is-suppliment jenħtieġ li tkun disponibbli fuq is-sit web tal-emittent."

(1) fl-Artikolu 1(4), huwa miżjud il-punt (k) li ġej:

“(k) minn [data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] sal-31 ta' Diċembru 2022, titoli mingħajr ekwità maħruġa b'manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta' kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 150 000 000 għal kull istituzzjoni ta' kreditu kkalkolat fuq perjodu ta' 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli:

(i) ma jkunux issubordinati, konvertibbli jew skambjabbli; kif ukoll

(ii) ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta' titoli u li ma jkunux marbuta ma' strument derivattiv.";

(2) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1), is-sentenza introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14(2), 14a(2) u 18(1), prospett għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa li tkun materjali għal investitur biex jagħmel valutazzjoni infurmata ta':";

(3) fl-Artikolu 7, jiżdied il-punt 12a li ġej:

"12a. B'deroga mill-paragrafi 3 sa 12, il-prospett ta' Rkupru tal-UE mfassal skont l-Artikolu 14a għandu jinkludi sommarju skont dan il-paragrafu.

Is-sommarju ta' prospett ta' Rkupru tal-UE għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b'mod konċiż u ta' tul massimu ta' żewġ faċċati ta' karta ta' daqs A4 meta jiġi stampat.

Is-sommarju ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal partijiet oħra tal-prospett jew jinkorpora informazzjoni skont referenza u għandu jkun:

(a) ippreżentat u strutturat b'mod li jkun faċli li jinqara, bl-użu ta' tipa ta' daqs li tinqara;

(b) ikun miktub b'lingwaġġ u bi stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b'mod partikolari, b'lingwaġġ li jkun ċar, mhux tekniku, konċiż u li jinftiehem għat-tipi kollha ta' investituri.

(ba) imfassal skont l-Artikolu 27;

(c) magħmul mill-erba' taqsimiet li ġejjin:

(i) introduzzjoni, li jkun fiha twissijiet u d-data tal-approvazzjoni tal-prospett, kif stabbilit fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu;

(ii) informazzjoni ewlenija dwar l-emittent, inkluża, jekk tkun applikabbli, referenza speċifika ta' mhux inqas minn 400 kelma għall-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-emittent;

(iii) informazzjoni ewlenija dwar l-ishma, inkluż kwalunkwe limitu fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet marbuta mal-ishma u kwalunkwe proċedura għal dan l-eżerċizzju;

(iv) informazzjoni ewlenija dwar l-offerta ta' titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat jew it-tnejn.";

(4) jiżdied l-Artikolu 14a li ġej:

"Artikolu 14a
Prospett ta' Rkupru tal-UE

1. L-emittenti li ġejjin jistgħu jagħżlu li jħejju prospett ta' rkupru tal-UE skont ir-reġim simplifikat stabbilit f'dan l-Artikolu f'każ ta' offerta ta' ishma lill-pubbliku jew ammissjoni għall-kummerċ ta' ishma f'suq regolat:

(a) emittenti li l-ishma tagħhom ikunu ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat b'mod kontinwu għal mill-inqas l-aħħar 18-il xahar u li joħorġu ishma funġibbli ma' ishma eżistenti li jkunu nħarġu qabel;

(b) emittenti li l-ishma tagħhom ikunu diġà ġew negozjati f'suq tat-Tkabbir tal-SMEs kontinwament għal mill-inqas l-aħħar 18-il xahar, dment li jkun ġie ppubblikat prospett għall-offerta ta' dawk l-ishma, u li joħorġu ishma funġibbli b'ishma eżistenti li jkunu nħarġu qabel.

(ba) offerenti ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew f'suq tat-tkabbir tal-SMEs kontinwament għal mill-inqas l-aħħar 18-il xahar.

 

2. B'deroga mill-Artikolu 6(1), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1), il-prospett ta' Rkupru tal-UE għandu jinkludi l-informazzjoni mqassra rilevanti li hija meħtieġa biex l-investituri jkunu jistgħu jifhmu:

(a) il-prospetti u l-prestazzjoni finanzjarja tal-emittent u l-bidliet sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent li jkunu seħħew mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja, jekk ikun hemm, kif ukoll l-istrateġija u l-objettivi tan-negozju fit-tul tiegħu, kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji; l-emittent għandu jinkludi, jekk tkun applikabbli, referenza speċifika ta' mhux inqas minn 400 kelma għall-impatt finanzjarju u fuq in-negozju tal-COVID-19 fuq l-emittent u dikjarazzjoni rigward l-impatt futur antiċipat tal-COVID-19;

(b) l-informazzjoni essenzjali dwar l-ishma, id-drittijiet marbuta mal-ishma, inkluża kwalunkwe limitazzjoni fuq dawk id-drittijiet, ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-istruttura ġenerali tal-kapital tal-emittent, l-iżvelar tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn, dikjarazzjoni tal-kapital operatorju u l-użu tar-rikavati.

L-informazzjoni li tinsab fil-prospett ta' Rkupru tal-UE għandha tinkiteb u tiġi ppreżentata f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri, speċjalment investituri mhux professjonali, sabiex jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment. L-awtorità kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni jekk l-emittent ikunx żvela l-informazzjoni regolata lill-pubbliku skont id-Direttiva 2004/109/KE, meta applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u, meta applikabbli, l-informazzjoni msemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/565.

Il-prospett ta' Rkupru tal-UE għandu jkun dokument uniku li jkun fih l-informazzjoni minima stabbilita fl-Anness Va. Dan għandu jkollu tul massimu, inkluż is-sommarju, ta' 30 faċċata ta' karta daqs A4 meta jiġi stampat u għandu jiġi ppreżentat u stabbilit b'tali mod li jkun faċli li jinqara, bl-użu ta' tipa ta' daqs li tinqara.

L-informazzjoni inkorporata b'referenza skont l-Artikolu 19 ma għandhiex titqies fir-rigward tat-tul massimu tat-30 faċċata ta' karta ta' daqs A4 msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-emittenti jistgħu jiddeċiedu l-ordni li fih l-informazzjoni msemmija fl-Anness Va tiġi stabbilita fil-prospett ta' Rkupru tal-UE.";

(5) fl-Artikolu 20, jiżdied il-punt 6a li ġej:

"6a. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 4, il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 4 għandhom jitnaqqsu għal ħamest ijiem ta' xogħol għal prospett ta' Rkupru tal-UE mfassal skont l-Artikolu 14a. L-emittent għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mill-inqas ħamest ijiem ta' xogħol qabel id-data prevista għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni.";

(6) fl-Artikolu 21, jiżdied il-punt 5a li ġej:

"5a. Prospett ta' Rkupru tal-UE mfassal skont l-Artikolu 14a għandu jiġi kklassifikat fil-mekkaniżmu tal-ħażna imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Id-data użata għall-klassifikazzjoni tal-prospetti mfassla skont l-Artikolu 14 tista' tintuża għall-klassifikazzjoni tal-prospetti ta' Rkupru tal-UE mfassla skont l-Artikolu 14a, dment li ż-żewġ tipi ta' prospetti jkunu differenzjati f'dak il-mekkaniżmu ta' ħażna.";

(7) L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Fejn il-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma s-suppliment jiġi ppubblikat għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat fi tliet ijiem ta' xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, bil-kundizzjoni li l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali msemmija fil-paragrafu 1 ikunu seħħew jew ikunu ġew innotati qabel l-għeluq tal-perjodu tal-offerta jew l-għoti tat-titoli, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Id-dritt ta' rtirar jista' jiġi eżerċitat fi żmien tliet ijiem ta' xogħol mill-pubblikazzjoni tas-suppliment. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta' rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.";

(b) fil-paragrafu 3, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma ssostitwiti b'dawn li ġejjin:

"3. Meta l-investituri jixtru jew jissottoskrivu titoli permezz ta' intermedjarju finanzjarju, bejn iż-żmien meta l-prospett għal dawk it-titoli jiġi approvat u l-għeluq tal-perjodu tal-offerta inizjali, liema minnhom iseħħ l-aħħar, dak l-intermedjarju finanzjarju għandu jinforma lil dawk l-investituri bil-possibbiltà li jiġi ppubblikat suppliment, fejn u meta jiġi ppubblikat u li l-intermedjarju finanzjarju jgħinhom biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet f'każ bħal dan.

Meta l-investituri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jkollhom id-dritt ta' rtirar imsemmi fil-paragrafu 2, l-intermedjarju finanzjarju għandu jikkuntattja lil dawk l-investituri fil-jum ta' xogħol wara dak meta ġie ppubblikat is-suppliment. Sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn investitur ma jikkwalifikax biex jirċievi informazzjoni mill-intermedjarju finanzjarju, l-informazzjoni fuq is-suppliment għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-emittent;";

(8) jiddaħħal l-Artikolu 47a li ġej:

"Artikolu 47a
Limitu ta' żmien ta' validazzjoni tal-prospett ta' Rkupru tal-UE

Ir-reġim stipulat fl-Artikolu 14a u l-Artikolu 23(2) u (3) jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2022.

Il-Prospetti ta' Rkupru tal-UE li jitfasslu skont l-Artikolu 14a u li jiġu approvati bejn [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u l-31 ta' Diċembru 2022 għandhom ikomplu jiġu rregolati skont dak l-Artikolu sa tmiem il-validità tagħhom jew sa ma jkunu għaddew tnax-il xahar mill-31 ta' Diċembru 2022, skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel.

(9) fl-Artikolu 48, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħrajn, jekk is-sommarju tal-prospett, ir-reġimi ta' żvelar stipulati fl-Artikoli 14, 14a u 15 u d-dokument tar-reġistrazzjoni universali msemmi fl-Artikolu 9 jibqgħux xierqa fid-dawl tal-għanijiet segwiti tagħhom. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi dawn li ġejjin:

(a) l-għadd ta' prospetti tat-Tkabbir tal-UEta' persuni f'kull waħda mill-erba' kategoriji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 15(1) u analiżi tal-evoluzzjoni ta' kull wieħed minn dawn u tax-xejriet fl-għażla tal-postijiet ta' negozjar mill-persuni intitolati li jużaw il-prospett tat-Tkabbir tal-UE;

(b) analiżi dwar jekk il-prospett tat-Tkabbir tal-UE jilħaqx bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-persuni ntitolati li jużawh;

(c) l-għadd ta' prospetti ta' Rkupru tal-UE approvati u analiżi tal-evoluzzjoni ta' dan l-għadd kif ukoll stima tal-kapitalizzazzjoni tas-suq addizzjonali attwali mmobilizzata minn tali prospetti fil-punt tal-ħruġ sabiex tinġabar esperjenza dwar il-prospett tat-Tkabbir tal-UE għal valutazzjoni ex-post;

(d) il-kost tat-tħejjija u li jkun hemm prospett ta' Rkupru tal-UE approvat meta mqabbel mal-ispejjeż attwali għal prospett standard, prospett sekondarju ta' ħruġ u prospett tat-Tkabbir tal-UE, flimkien ma' indikazzjoni tal-iffrankar finanzjarju globali miksubu liema kostijiet jistgħu jitnaqqsu aktar, u l-kostijiet totali tal-konformità ma' dan ir-Regolament għall-emittenti, l-offerenti u l-intermedjarji finanzjarji flimkien mal-kalkolu ta' dawk il-kostijiet bħala perċentwal tal-kostijiet operattivi;

(e) analiżi dwar jekk il-prospetti ta' Rkupru tal-UE jilħqux il-bilanċ it-tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-persuni ntitolati li jużawh u dwar l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni essenzjali għall-investituri.";

 

(10) it-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala Anness Va.

Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President


ANNESS

"ANNESS Va

INFORMAZZJONI MINIMA LI TRID TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TA' RKUPRU TAL-UE

- I  Sommarju:

Il-prospett ta' Rkupru tal-UE għandu jinkludi sommarju mfassal skont l-Artikolu 7(12a). Dak is-sommarju m'għandux jiġi inkluż bħala parti mill-kalkolu tat-tul massimu tal-prospett ta' Rkupru tal-UE previst fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14a(2).

 

I. Isem l-emittent, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni, link għas-sit web tal-emittent

L-għan huwa li tiġi identifikata l-kumpanija li toħroġ l-ishma bl-isem ġuridiku u kummerċjali tagħha, inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika tagħha ("LEI"), il-pajjiż tal-inkorporazzjoni tagħha u s-sit web fejn l-investituri jistgħu jsibu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, is-swieq prinċipali fejn tikkompeti, l-istruttura organizzattiva tagħha u, fejn applikabbli, l-informazzjoni inkorporata b'referenza.

II. Dikjarazzjoni ta' responsabbiltà

L-għan huwa li jiġu identifikati l-persuni responsabbli għat-tfassil tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u li tiġi inkluża dikjarazzjoni minnhom li, sa fejn jafu huma, l-informazzjoni li tinsab fil-prospett ta' Rkupru tal-UE hija skont il-fatti u li l-prospett ta' Rkupru tal-UE ma jagħmel l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa l-importazzjoni tiegħu.

Fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi informazzjoni li toriġina minn partijiet terzi, inkluż is-sors(i) ta' dik l-informazzjoni, u dikjarazzjonijiet jew rapporti attribwiti lil persuna bħala espert u d-dettalji li ġejjin ta' dik il-persuna:

(a) l-isem;

(b) l-indirizz tan-negozju;

(c) il-kwalifiki; kif ukoll

(d) l-interess materjali fl-emittent (jekk ikun hemm).

Id-dikjarazzjoni għandha tindika l-awtorità kompetenti li tkun approvat, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-prospett ta' Rkupru tal-UE fir-rigward tal-kompletezza, il-komprensibbiltà u l-konsistenza tal-informazzjoni li tinsab fih, tispeċifika li tali approvazzjoni mhix approvazzjoni tal-emittent u tispeċifika li l-prospett ta' Rkupru tal-UE tfassal skont l-Artikolu 14a.

III. Fatturi ta' riskju

Deskrizzjoni tar-riskji materjali li huma speċifiċi għall-emittent u li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-emittent li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-titoli, f'għadd limitat ta' kategoriji, fit-taqsima bl-isem "Fatturi ta' Riskju".

F'kull kategorija, għandhom jiġu stabbiliti l-ewwel ir-riskji l-iżjed materjali, fil-valutazzjoni tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li qed titlob ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, filwaqt li jitqies l-impatt negattiv fuq l-emittent u l-probabbiltà tal-okkorrenza tagħhom. Il-fatturi tar-riskju għandhom jiġu kkorroborati mill-kontenut tal-Prospett ta' Rkupru tal-UE.

 

IV. Rapporti finanzjarji

Ir-rapporti finanzjarji (annwali u kull sitt xhur) huma meħtieġa li jiġu ppubblikati u li jkopru l-perjodu ta' 12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-prospett ta' Rkupru tal-UE. Meta kemm ir-rapporti finanzjarji annwali kif ukoll dawk ta' kull sitt xhur ikunu ġew ippubblikati, ir-rapporti annwali biss ikunu meħtieġa meta dawn ikunu saru wara r-rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur.

Ir-rapporti finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati b'mod indipendenti. Ir-rapport tal-awditjar għandu jitħejja skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10] u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11].

Meta d-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 ma japplikawx, ir-rapporti finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati jew irrappurtati fir-rigward ta' jekk, għall-finijiet tad-dokument tar-reġistrazzjoni tal-prospett ta' Rkupru tal-UE, jagħtux opinjoni vera u ekwa jew le skont l-istandards tal-awditjar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-prospett ta' Rkupru tal-UE:

(a) dikjarazzjoni prominenti li tiddivulga liema standards ta' awditjar ġew applikati;

(b) spjegazzjoni ta' kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mill-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar;

Meta rapporti ta' awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji annwali jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew meta jinkludu kwalifiki, modifiki ta' opinjoni, dikjarazzjonijiet ta' ċaħda jew osservazzjonijiet, trid tingħata r-raġuni, u dawn il-kwalifiki, modifiki, dikjarazzjonijiet ta' ċaħda jew osservazzjonijiet iridu jiġu riprodotti fl-intier tagħhom.

Deskrizzjoni ta' kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih jew rapporti finanzjarji awditjati jew informazzjoni finanzjarja proviżorja jkunu ġew ippubblikati, għandha tiġi inkluża wkoll, jew tiġi pprovduta dikjarazzjoni negattiva xierqa.

Fejn applikabbli, għandha tiġi inkluża wkoll informazzjoni pro forma.

 

IVa - Il-politika tad-dividendi

Deskrizzjoni tal-politika tal-emittent dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi u kwalunkwe restrizzjoni attwali fuqhom, kif ukoll dwar ix-xiri lura ta' ishma.

V. Informazzjoni dwar ix-xejriet

L-għan huwa li tiġi inkluża deskrizzjoni ta':

(a) ix-xejriet riċenti l-aktar sinifikanti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-inventarju, u l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja sad-data tal-prospett ta' Irkupru tal-UE;

(b) informazzjoni dwar kwalunkwe xejra, inċertezza, talba, impenn jew avveniment magħrufa li raġonevolment x'aktarx li jkollhom effett materjali fuq il-prospetti tal-emittent tal-inqas matul is-sena finanzjarja attwali.

(ba) informazzjoni dwar l-istrateġija u l-objettivi tan-negozju fuq terminu qasir u twil tal-emittent, kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, jekk applikabbli.

Jekk ma jkun hemm l-ebda bidla sinifikanti f'xi waħda mix-xejriet fil-punt (a) jew (b) ta' din it-taqsima, tkun meħtieġa dikjarazzjoni f'dak is-sens.

 

VI. Prezz finali tal-offerta u l-ammont ta' ishma, inkluż impenn sod minn azzjonisti ta' aktar minn 5 % u ismijiet ta' sottoskritturi.

L-għan huwa li tiġi stabbilita l-informazzjoni speċifika dwar il-konsiderazzjoni tal-offerta ta' ishma u tiġi ppreżentata informazzjoni dwar impenji sodi minn azzjonisti prinċipali biex jissottoskrivu għal aktar minn 5 % tal-ftehimiet ta' offerta u ta' sottoskrizzjoni.

VII. Fejn u meta wieħed jista' jissottoskrivi għall-ishma

L-għan huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li ġejja dwar l-ishma offruti lill-pubbliku:

(a) in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli ("ISIN");

(b) id-drittijiet marbuta mal-ishma, il-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u kwalunkwe limitu ta' dawk id-drittijiet;

(c)  fejn l-ishma jistgħu jiġu sottoskritti kif ukoll dwar il-perjodu ta' żmien, inkluża kwalunkwe emenda possibbli, li matulu l-offerta ser tkun miftuħa u deskrizzjoni tal-proċess ta' applikazzjoni flimkien mad-data tal-ħruġ tal-ishma ġodda.

VIII. Raġunijiet għall-offerta u l-użu tar-rikavat

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-offerta u, fejn applikabbli, l-ammont nett stmat tar-rikavat maqsum f'kull użu intenzjonat prinċipali u ppreżentat skont l-ordni tal-prijorità ta' dawn l-użi.

Fejn l-emittent ikun konxju li r-rikavat antiċipat mhuwiex se jkun biżżejjed sabiex jiffinanzja l-użi kollha proposti, għandu iddikjara l-ammont u s-sorsi tal-fondi l-oħra meħtieġa. Għandhom jingħataw ukoll dettalji meta r-rikavat ikun qed jintuża għall-akkwist ta' assi, għajr fil-kors normali tan-negozju, biex jiġu ffinanzjati akkwisti mħabbra ta' negozju ieħor, jew sabiex jitneħħa, jitnaqqas jew jiġi rtirat id-dejn.

VIIIa - Appoġġ ta' għajnuna riċevut mill-Istat

L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar jekk l-emittent ibbenefikax minn għajnuna mill-Istat tkun f'liema forma tkun fil-kuntest tal-irkupru, kif ukoll l-għan tal-għajnuna, it-tip ta' strument u l-ammont ta' għajnuna riċevuta u l-kundizzjonijiet marbutin magħha, jekk ikun hemm.

IXa. Kapitalizzazzjoni u dejn

Dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn (issir distinzjoni bejn dejn garantit u mhux garantit, dejn kopert u mhux kopert minn kollateral) minn data mhux qabel 90 jum qabel id-data tad-dokument. It-terminu "dejn" jinkludi wkoll dejn indirett u kontinġenti ta' pożizzjoni ta' dejn.

Fil-każ ta' bidliet materjali fil-pożizzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn tal-emittent fi żmien il-perijodu ta' 90 jum, għandha tingħata informazzjoni addizzjonali permezz tal-preżentazzjoni ta' deskrizzjoni narrattiva ta' tali bidliet jew permezz tal-aġġornament ta' dawk iċ-ċifri.

X. Dikjarazzjoni tal-kapital operatorju

Li tingħata dikjarazzjoni dwar jekk hemmx biżżejjed kapital operatorju għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent ▌. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kapital operatorju, għandha tingħata informazzjoni dwar kif l-emittent jipproponi li jipprovdi l-kapital operatorju addizzjonali meħtieġ.

XI. Kunflitti ta' interess

L-għan huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess relatat mal-ħruġ.

XII. Dilwizzjoni u parteċipazzjoni azzjonarja wara l-ħruġ

L-iskop huwa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni fil-kapital azzjonarju u d-drittijiet tal-vot, kif ukoll id-dilwizzjoni tagħhom, li l-azzjonisti eżistenti tal-emittent se jkollhom wara ż-żieda fil-kapital li tirriżulta mill-offerta lill-pubbliku.".

 

 


 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (11.11.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</CommissionInt>


<Titre>dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19</Titre>

<DocRef>(COM(2020)0281 – C9-0206/2020 – 2020/0155(COD))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Virginie Joron</Depute> 

AMENDMENTS

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

<RepeatBlock-Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 jistabbilixxi rekwiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Unjoni. Bħala parti mill-miżuri biex l-emittenti jiġu megħjuna jirkupraw mix-xokk ekonomiku li jirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19, huma meħtieġa emendi mmirati għar-reġim tal-prospett. Jenħtieġ li tali emendi jippermettu lill-emittenti u lill-intermedjarji finanzjarji biex inaqqsu l-ispejjeż u jeħilsu r-riżorsi għall-fażi ta' rkupru immedjatament wara l-kriżi.

(2) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 jistabbilixxi rekwiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Unjoni. Bħala parti mill-miżuri biex l-emittenti jiġu megħjuna jirkupraw mix-xokk ekonomiku li jirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19, huma meħtieġa emendi mmirati għar-reġim tal-prospett dment li jirrispettaw il-prinċipji tas-Suq Uniku Ewropew u jagħtu attenzjoni lill-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u tan-negozji ġodda. Jenħtieġ li tali emendi jippermettu lill-emittenti u lill-intermedjarji finanzjarji biex inaqqsu l-ispejjeż u jeħilsu r-riżorsi għall-fażi ta' rkupru immedjatament wara l-kriżi.  L-emendi jenħtieġ li jipproteġu wkoll l-interessi tal-konsumaturi u tal-investituri fil-livell tal-konsumatur sabiex jinċentivaw il-parteċipazzjoni finanzjarja u jbiddlu lil faddala f'investituri. L-aċċess għall-finanzjament mill-bejgħ ta' ishma għall-SME, l-imprendituri u l-ekonomija soċjali sar saħansitra aktar kruċjali għall-irkupru wara l-COVID-19.

_________________

_________________

14 Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

14 Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 2a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 tagħmel lill-kumpaniji Ewropej, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, aktar fraġli u vulnerabbli; Fejn xieraq, sabiex jiġu ffaċilitati u diversifikati s-sorsi ta' finanzjament għall-kumpaniji tal-Unjoni, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs, inklużi n-negozji ġodda u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, it-tneħħija tal-ostakli u tal-burokrazija mhux ġustifikati tista' tgħinhom jippromwovu l-kapaċità tagħhom li jaċċessaw swieq tal-ekwità, u biex ikollhom aċċess għal opportunitajiet ta' investiment aktar diversifikati, fit-tul u kompetittivi għall-investituri fil-livell tal-konsumatur u għall-investituri kbar; F'dak ir-rigward, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu l-għan ukoll li jagħmilha aktar faċli għall-investituri potenzjali li jkollhom informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' investiment fil-kumpaniji, peress li spiss ikollhom diffikultà biex jevalwaw ditti ġodda u żgħar b'rekord tan-negozju qasir, sitwazzjoni li twassal għal inqas opportunitajiet innovattivi, speċjalment minn intraprendituri żgħażagħ.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-istituzzjonijiet ta' kreditu kienu attivi fl-irkupru biex jappoġġaw kumpaniji li kienu jeħtieġu finanzjament u huma mistennija li jkunu pilastru fundamentali tal-irkupru. Ir-Regolament (UE) 2017/2019 jintitola lill-istituzzjonijiet ta' kreditu għal eżenzjoni mill-obbligu li jippubblikaw prospett f'każ ta' offerta ta' ċerti titoli mingħajr ekwità maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut sa ammont aggregat ta' EUR 75 miljun f'perjodu ta' 12-il xahar. Jenħtieġ li dak il-livell limitu tal-eżenzjoni jiżdied għal perjodu limitat ta' żmien sabiex jitrawwem il-ġbir ta' fondi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u jingħataw naqra nifs biex jappoġġaw lill-klijenti tagħhom fl-ekonomija reali. Peress li dik il-miżura hija limitata għall-fażi ta' rkupru, jenħtieġ li din tkun għalhekk disponibbli għal perjodu ta' żmien limitat ta' 18-il xahar.

(3) L-istituzzjonijiet ta' kreditu kienu attivi fl-irkupru biex jappoġġaw kumpaniji li kienu jeħtieġu finanzjament u huma mistennija li jkunu pilastru fundamentali tal-irkupru. Ir-Regolament (UE) 2017/2019 jintitola lill-istituzzjonijiet ta' kreditu għal eżenzjoni mill-obbligu li jippubblikaw prospett f'każ ta' offerta ta' ċerti titoli mingħajr ekwità maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut sa ammont aggregat ta' EUR 75 miljun f'perjodu ta' 12-il xahar. Jenħtieġ li dak il-livell limitu tal-eżenzjoni jiżdied għal perjodu limitat ta' żmien sabiex jitrawwem il-ġbir ta' fondi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u jingħataw naqra nifs biex jappoġġaw lill-klijenti tagħhom fl-ekonomija reali. Peress li dik il-miżura hija limitata għall-fażi ta' rkupru, jenħtieġ li din tkun għalhekk disponibbli għal perjodu ta' żmien limitat ta' 21 xahar.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jenħtieġ li l-prospett ta' Rkupru tal-UE jinkludi sommarju qasir bħala sors utli ta' informazzjoni għall-investituri, b'mod partikolari l-investituri bl-imnut. Jenħtieġ li dak is-sommarju jkun parti indipendenti mill-prospett ta' Rkupru tal-UE u jiffoka fuq informazzjoni ewlenija li tippermetti lill-investituri jiddeċiedu liema offerti u ammissjonijiet għall-kummerċ ta' titoli jeżaminaw aktar billi jirrevedu l-prospett sħiħ ta' Rkupru tal-UE biex jieħdu d-deċiżjoni tagħhom.

(7) Jenħtieġ li l-prospett ta' Rkupru tal-UE jinkludi sommarju qasir bħala sors utli ta' informazzjoni għall-investituri, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsumatur, il-faddala, l-SMEs u n-negozji ġodda. Jenħtieġ li dak is-sommarju jiġi stipulat fil-bidu tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u jiffoka fuq informazzjoni essenzjali, preċiża u aġġornata li tippermetti lill-investituri jiddeċiedu liema offerti u ammissjonijiet għall-kummerċ ta' titoli jeżaminaw aktar, u wara jirrevedu l-prospett sħiħ ta' Rkupru tal-UE sabiex jieħdu d-deċiżjoni tagħhom. Huwa essenzjali approċċ tas-Suq Uniku li jevita l-frammentazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ħolqien tal-prospett ta' Rkupru tal-UE.  Tali approċċ għandu jiġi żgurat billi jingħata aċċess għall-prospett ta' Rkupru tal-UE fl-Istati Membri kollha, kif ukoll billi tiġi pprovduta koordinazzjoni fir-rigward tal-lingwa, il-format u l-mezzi ta' aċċess għall-prospett ta' Rkupru tal-UE, bil-għan li l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess u li jifhmu r-riskji involuti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Prattiki mhux armonizzati rigward l-istruttura tal-informazzjoni ppreżentata fil-Prospett ta' Rkupru tal-UE jistgħu jagħmluha aktar diffiċli għall-investituri potenzjali biex jifhmu sew ir-riskji tal-investiment u jistgħu jżidu l-frammentazzjoni tas-suq. Sabiex jiġi pprovdut livell xieraq ta' ċarezza madwar l-Unjoni, l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta b'mod ċar u li jinftiehem sabiex l-investituri individwali jkunu jistgħu jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess u jifhmu r-riskji involuti. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinħareġ l-offerta, u mill-emittent, fejn possibbli. L-emittenti jenħtieġ li jippreżentaw l-informazzjoni mill-Anness Va bl-istess ordni kif ippreżentata f'dak l-Anness.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 10</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 jirrikjedi li l-intermedjarji finanzjarji jinfurmaw lill-investituri bil-possibbiltà ta' suppliment u, f'ċerti ċirkostanzi, li jikkuntattjaw lill-investituri fl-istess jum li jiġi ppubblikat suppliment. L-ambitu tal-investituri li għandhom jiġu kkuntattjati kif ukoll l-iskadenza biex jikkuntattjawhom jistgħu jqajmu xi diffikultajiet. Sabiex jingħata sokkors u jiġu liberati riżorsi għall-intermedjarji finanzjarji filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur, jenħtieġ li jiġi stabbilit reġim aktar proporzjonat. Jenħtieġ li tali sistema tispeċifika liema investituri għandhom jiġu kkuntattjati mill-intermedjarji finanzjarji meta jiġi ppubblikat suppliment u tiġi estiża l-iskadenza biex jiġu kkuntattjati dawk l-investituri.

(10) Ir-Regolament (UE) 2017/1129 jirrikjedi li l-intermedjarji finanzjarji jinfurmaw lill-investituri bil-possibbiltà ta' suppliment u, f'ċerti ċirkostanzi, li jikkuntattjaw lill-investituri fl-istess jum li jiġi ppubblikat suppliment. L-iskadenza sa meta l-investituri għandhom jiġu kkuntattjati, kif ukoll in-numru ta' investituri li għandhom jiġu kkuntattjati, jistgħu joħolqu diffikultajiet għall-intermedjarji finanzjarji. Sabiex jingħata sokkors u jiġu liberati riżorsi għall-intermedjarji finanzjarji filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur, jenħtieġ li jiġi stabbilit reġim aktar proporzjonat. Jenħtieġ li tali reġim jispeċifika liema investituri jenħtieġ li jiġu kkuntattjati mill-intermedjarji finanzjarji meta jiġi ppubblikat suppliment u jenħtieġ li tiġi estiża l-iskadenza biex jiġu kkuntattjati dawk l-investituri.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Peress li l-Prospett ta' Rkupru tal-UE huwa limitat għall-fażi ta' rkupru, jenħtieġ li r-reġim ta' dan il-prospett jiskadi 18-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-prospetti ta' Rkupru tal-UE, jenħtieġ li dawk approvati qabel l-iskadenza tar-reġim jibbenefikaw minn dispożizzjoni ta' anterjorità.

(11) Peress li l-Prospett ta' Rkupru tal-UE huwa limitat għall-fażi ta' rkupru, jenħtieġ li r-reġim ta' dan il-prospett jiskadi 21 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-prospetti ta' Rkupru tal-UE, jenħtieġ li dawk il-prospetti ta' Rkupru tal-UE li ġew approvati qabel l-iskadenza tar-reġim jibbenefikaw minn dispożizzjoni ta' anterjorità.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 12</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Jenħtieġ li l-Kummissjoni, qabel il-21 ta' Lulju 2022, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġiżlattiva. Jenħtieġ li din ir-reviżjoni tinkorpora fil-valutazzjoni tagħha jekk ir-reġim ta' divulgazzjoni għal prospetti ta' Rkupru tal-UE huwiex xieraq biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti minn dan ir-Regolament.

(12) Jenħtieġ li l-Kummissjoni, qabel il-21 ta' Lulju 2022, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġiżlattiva. Jenħtieġ li dan ir-rieżami jinkorpora fil-valutazzjoni tiegħu jekk ir-reġim ta' divulgazzjoni għal prospetti ta' Rkupru tal-UE huwiex xieraq biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti minn dan ir-Regolament u jekk jitqies xieraq, fil-proposta leġiżlattiva tiegħu tiġi inkorporata forma permanenti ta' prospett li tnaqqas il-piżijiet fuq il-ħruġ sekondarju kopert mill-prospett ta' Rkupru tal-UE. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkopri l-kwistjoni dwar jekk il-prospett ta' Rkupru tal-UE ħoloqx bilanċ xieraq bejn it-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-emittent u l-protezzjoni tal-investitur.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt k – parti introduttorja</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) minn [data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] għal [18-il xahar mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] titoli mingħajr ekwità maħruġa b'manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta' kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 150 000 000 għal kull istituzzjoni ta' kreditu kkalkolat fuq perijodu ta' 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli:

(k) minn [data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] għal [21 xahar mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] titoli mingħajr ekwità maħruġa b'manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta' kreditu, fejn il-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun inqas minn EUR 150 000 000 għal kull istituzzjoni ta' kreditu kkalkolat fuq perijodu ta' 12-il xahar, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 7 – paragrafu 12a – punt ba (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) imfassal skont l-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 7 – paragrafu 12a – punt c – punt i</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) introduzzjoni, li jkun fiha twissija kif definita fil-punt 5 ta' dan l-Artikolu;

(i) introduzzjoni, li jkun fiha twissijiet u d-data tal-approvazzjoni tal-prospett, kif stabbilit fil-punt 5 ta' dan l-Artikolu;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 14a – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-informazzjoni essenzjali dwar l-ishma, ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-istruttura ġenerali tal-kapital tal-emittent, u l-użu tar-rikavat.

(b) l-informazzjoni essenzjali dwar l-ishma, id-drittijiet marbuta mat-titoli, inklużi kwalunkwe limitazzjoni u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet, ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-istruttura kapitali kumplessiva tal-emittent, l-iżvelar tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn, dikjarazzjoni tal-kapital operatorju u l-użu tar-rikavati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 14a – paragrafu 2 – subparagrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni li tinsab fil-prospett ta' Rkupru tal-UE għandha tinkiteb u tiġi ppreżentata f'forma li tkun faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri sabiex jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment. L-awtorità kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni jekk l-emittent ikunx żvela l-informazzjoni regolata lill-pubbliku skont id-Direttiva 2004/109/KE, meta applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u, meta applikabbli, l-informazzjoni msemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/565.

L-informazzjoni li tinsab fil-prospett ta' Rkupru tal-UE għandha tinkiteb b'lingwaġġ li jiftiehem faċilment, konċiż u komprensiv u tiġi ppreżentata f'forma li tkun intelliġibbli, faċilment analizzabbli, konċiża u li tinftiehem u għandha tippermetti lill-investituri, b'mod partikolari l-SMEs u l-faddala sabiex jagħmlu deċiżjoni informata dwar l-investiment. L-awtorità kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni jekk l-emittent ikunx żvela l-informazzjoni regolata lill-pubbliku skont id-Direttiva 2004/109/KE, meta applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u, meta applikabbli, l-informazzjoni msemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/565. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-prospett ta' Rkupru jkun aċċessibbli faċilment għal kwalunkwe investitur.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 14a – paragrafu 2 – subparagrafu 5</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-emittenti jistgħu jiddeċiedu l-ordni li fih l-informazzjoni msemmija fl-Anness Va tiġi stabbilita fil-prospett ta' Rkupru tal-UE.;

Meta jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa fil-prospett ta' Rkupru tal-UE, l-emittenti għandhom isegwu l-ordni li fiha tiġi ppreżentata l-informazzjoni msemmija fl-Anness Va.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“2. Fejn il-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma s-suppliment jiġi ppubblikat għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat fi tliet ijiem ta' xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, bil-kondizzjoni li l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali msemmija fil-paragrafu 1 ikunu seħħew jew ikunu ġew innotati qabel l-għeluq tal-perijodu tal-offerta jew l-għoti tat-titoli, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta' rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.";

“2. Fejn il-prospett ikollu x'jaqsam ma' offerta ta' titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma s-suppliment jiġi ppubblikat għandu jkollhom id-dritt, li jiġi eżerċitat f'jumejn ta' xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, bil-kondizzjoni li l-fattur ġdid sinifikanti, l-iżball materjali jew l-ineżattezza materjali msemmija fil-paragrafu 1 ikunu seħħew jew ikunu ġew innotati qabel l-għeluq tal-perijodu tal-offerta jew l-għoti tat-titoli, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż mill-emittent jew l-offerent. Id-data finali tad-dritt ta' rtirar għandha tiġi ddikjarata fis-suppliment.";

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 23 – paragrafu 7a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"7a. Il-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 23(2) u (3) għandhom jiskadu f'21 xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.";

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 47a – paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reġim stipulat fl-Artikolu 14a jiskadi fi [18-il xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

Ir-reġim stipulat fl-Artikolu 14a jiskadi f'[21 xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 47a – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Prospetti ta' Rkupru tal-UE li jitfasslu skont l-Artikolu 14a u li jiġu approvati bejn [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u [18-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] għandhom ikomplu jiġu rregolati skont dak l-Artikolu sa tmiem il-validità tagħhom jew sa ma jkunu għaddew tnax-il xahar minn [18-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel."

Il-Prospetti ta' Rkupru tal-UE li jitfasslu skont l-Artikolu 14a u li jiġu approvati bejn [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u [21 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] għandhom ikomplu jiġu rregolati skont dak l-Artikolu sa tmiem il-validità tagħhom jew sa ma jkunu għaddew tnax-il xahar minn [21 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], skont liema minn dawn iseħħ l-ewwel."

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt b</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) analiżi dwar jekk il-prospett UE tat-Tkabbir jilħaqx bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-persuni ntitolati li jużawh;

(b) analiżi dwar jekk il-prospett UE tat-Tkabbir jilħaqx bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsumatur, l-SMEs u n-negozji ġodda, u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-persuni ntitolati li jużawh;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>20</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt c</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) in-numru ta' prospetti ta' Rkupru tal-UE approvati u analiżi tal-evoluzzjoni ta' dan in-numru;

(c) in-numru ta' prospetti standard, prospetti ta' Tkabbir tal-UE u prospetti ta' Rkupru tal-UE approvati u analiżi tal-evoluzzjoni ta' dan in-numru;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>21</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt e</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) analiżi dwar jekk il-prospett ta' Rkupru tal-UE jilħaqx bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-persuni ntitolati li jużawh.

(e) analiżi tal-impatt tal-prospetti ta' Rkupru tal-UE tilħaq bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investitur, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsumatur, l-SMEs u n-negozji ġodda, l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-persuni ntitolati li jużawh.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>22</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) analiżi dwar jekk humiex meħtieġa xi bidliet fir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>23</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) il-volum ta' investimenti rtirati mill-investituri li jużaw id-dritt tagħhom ta' rtirar u s-sehem tiegħu mill-volum totali ta' investimenti diviż bil-prospetti standard, il-prospetti ta' Tkabbir tal-UE u l-prospetti ta' Rkupru tal-UE; u, abbażi ta' dik id-data, jiġi vvalutat jekk it-tul ta' żmien u n-natura tad-dritt ta' rtirar humiex xierqa u li ma jagħmlux ħsara lill-effiċjenza tal-proċess ta' ġbir ta' kapital jew il-protezzjoni tal-investitur;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>24</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) it-tipi u t-tendenzi tal-imġiba irregolari u frodulenti tal-investituri, l-emittenti, l-offerenti jew l-intermedjarji finanzjarji u persuni terzi li jseħħu fir-rigward ta' dan ir-Regolament;

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>25</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt ed (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed) analiżi tar-riskji, tal-ispejjeż u tal-benefiċċji dwar jekk il-prospetti ta' Rkupru tal-UE jistgħux isiru forma permanenti ta' prospett.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>26</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Anness Va – taqsima I – paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li tiġi identifikata l-kumpanija li toħroġ l-ishma, inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika tagħha ("LEI"), l-Istat Membru ta' inkorporazzjoni tagħha u s-sit web fejn l-investituri jistgħu jsibu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, is-swieq prinċipali fejn jikkompeti, l-istruttura organizzattiva tagħha u, fejn applikabbli, l-informazzjoni inkorporata b'referenza.

L-għan huwa li tiġi promossa trasparenza akbar u tiġi identifikata l-kumpanija li toħroġ l-ishma, inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika tagħha ("LEI"), l-Istat Membru ta' inkorporazzjoni tagħha u s-sit web, jekk jeżisti, fejn l-investituri jistgħu jsibu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju tal-kumpanija u d-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà stipulata fir-raba' subparagrafu tat-Taqsima IV ta' dan l-Anness, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, is-swieq prinċipali fejn jikkompeti, l-istruttura organizzattiva tagħha u, fejn applikabbli, l-informazzjoni inkorporata b'referenza.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>27</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Anness Va – taqsima III – paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li jiġu deskritti l-aktar riskji materjali li huma speċifiċi għall-emittent u l-ishma.

Deskrizzjoni tar-riskji materjali li huma speċifiċi għall-emittent u li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-emittent li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-titoli, f'numru limitat ta' kategoriji, fit-taqsima intitolata "Fatturi ta' Riskju".

 

F'kull kategorija, għandhom jiġu stabbiliti l-ewwel l-aktar riskji sinifikanti, fil-valutazzjoni tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li qed titlob ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, b'kunsiderazzjoni tal-impatt negattiv fuq l-emittent u l-probabbiltà tal-okkorrenza tagħhom. Il-fatturi tar-riskju għandhom jiġu ddikjarati fid-dokument tar-reġistrazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>28</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Anness Va – taqsima IX – titolu</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IX. Dikjarazzjoni tal-kapital operatorju

IX. Dikjarazzjoni tal-kapital operatorju u dikjarazzjoni dwar il-kapitalizzazzjoni u d-dejn

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>29</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I</Article>

<DocAmend2>Regolament (UE) 2017/1129</DocAmend2>

<Article2>Anness Va – taqsima IX</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dikjarazzjoni mill-emittent, li fl-opinjoni tiegħu, il-kapital operatorju huwa suffiċjenti għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent jew, jekk le, kif l-emittent jipproponi li jipprovdi l-kapital operatorju addizzjonali meħtieġ.

L-għan huwa li tingħata informazzjoni dwar il-kapitalizzazzjoni u d-dejn tal-emittent u informazzjoni dwar jekk il-kapital operatorju huwiex biżżejjed jew le għall-ħtiġijiet preżenti tal-emittent. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kapital, tkun rikjesta deskrizzjoni ċara dwar kif l-emittent jipproponi li jipprovdi l-kapital operatorju addizzjonali meħtieġ.

</Amend></RepeatBlock-Amend>


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta’ Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19

Referenzi

COM(2020)0281 – C9-0206/2020 – 2020/0155(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.9.2020

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.9.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Virginie Joron

2.9.2020

Data tal-adozzjoni

9.11.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alex Agius Saliba, Andrus Ansip, Pablo Arias Echeverría, Alessandra Basso, Brando Benifei, Adam Bielan, Biljana Borzan, Vlad-Marius Botoş, Markus Buchheit, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, David Cormand, Carlo Fidanza, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Svenja Hahn, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Jean-Lin Lacapelle, Maria-Manuel Leitão-Marques, Morten Løkkegaard, Adriana Maldonado López, Antonius Manders, Beata Mazurek, Leszek Miller, Dan-Ştefan Motreanu, Kris Peeters, Anne-Sophie Pelletier, Miroslav Radačovský, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Campomenosi

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ECR

Adam Bielan, Carlo Fidanza, Eugen Jurzyca, Beata Mazurek

GUE/NGL

Kateřina Konečnám, Anne-Sophie Pelletier

ID

Alessandra Basso, Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Virginie Joron, Jean-Lin Lacapelle

NI

Miroslav Radačovský, Marco Zullo

PPE

Pablo Arias Echeverría, Deirdre Clune, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Dan-Ştefan Motreanu, Kris Peeters, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Róża Thun und Hohenstein, Marion Walsmann, Ivan Štefanec

Renew

Andrus Ansip, Vlad-Marius Botoş, Dita Charanzová, Sandro Gozi, Svenja Hahn, Morten Løkkegaard

S&D

Alex Agius Saliba, Brando Benifei, Biljana Borzan, Maria Grapini, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, Christel Schaldemose

Verts/ALE

Anna Cavazzini, David Cormand, Alexandra Geese, Marcel Kolaja, Kim Van Sparrentak

 

0

-

 

 

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta’ Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19

Referenzi

COM(2020)0281 – C9-0206/2020 – 2020/0155(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.7.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.9.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

14.9.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Ondřej Kovařík

7.9.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.11.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

5

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Beck, Marek Belka, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Gilles Boyer, Francesca Donato, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Sven Giegold, Valentino Grant, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Othmar Karas, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Georgios Kyrtsos, Aurore Lalucq, Philippe Lamberts, Aušra Maldeikienė, Pedro Marques, Costas Mavrides, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Dragoș Pîslaru, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Alfred Sant, Joachim Schuster, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manon Aubry, Patryk Jaki, Eugen Jurzyca, Maximilian Krah, Ville Niinistö, Mick Wallace

Data tat-tressiq

19.11.2020

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

PPE

Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Markus Ferber, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Enikő Győri, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Aušra Maldeikienė, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Andreas Schwab, Inese Vaidere

S&D

Marek Belka, Jonás Fernández, Eero Heinäluoma, Pedro Marques, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Evelyn Regner, Alfred Sant, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli

Renew

Gilles Boyer, Engin Eroglu, Luis Garicano, Billy Kelleher, Ondřej Kovařík, Caroline Nagtegaal, Dragoș Pîslaru, Stéphanie Yon-Courtin

Verts/ALE

Sven Giegold, Claude Gruffat, Philippe Lamberts, Ville Niinistö, Ernest Urtasun

ECR

Derk Jan Eppink, Patryk Jaki, Eugen Jurzyca, Johan Van Overtveldt, Roberts Zīle

NI

Piernicola Pedicini

 

5

-

S&D

Aurore Lalucq

Verts/ALE

Stasys Jakeliūnas

GUE/NGL

Manon Aubry, José Gusmão, Mick Wallace

 

7

0

ID

Gunnar Beck, Francesca Donato, Valentino Grant, Maximilian Krah, Jörg Meuthen, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[*] Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

[2] COM/2020/456 final tas-27.5.2020.

[3] Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

[4] Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/980 tal-14 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, il-kontenut, l-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (ĠU L 166, 21.6.2019, p. 26).

[5]  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

[6]  Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).

[7] Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

[8] Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

[9] Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).

[10] Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

[11] Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Diċembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza