Proċedura : 2020/0139(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0231/2020

Testi mressqa :

A9-0231/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2020 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2020)0340

<Date>{20/11/2020}20.11.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0231/2020</NoDocSe>
PDF 182kWORD 48k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 520/2007 </Titre>

<DocRef>(COM(2020)0308 – C9-0203/2020 – 2020/0139(COD))</DocRef>


<Commission>{PECH}Kumitat għas-Sajd</Commission>

Rapporteur: <Depute>João Ferreira</Depute>

(Proċedura simplifikata - Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 520/2007

 

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0308),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0203/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0231/2020),

1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

L-għan u l-kontenut tal-proposta

L-għan ta' din il-proposta huwa li l-miżuri ta' kontroll, ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-Kummissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali (IATTC).

Din il-proposta għal emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, konservazzjoni u kontroll relatati mas-sajd fiż-żona tal-IATTC u għall-istokkijiet tat-tonn u speċijiet simili għat-tonn, speċijiet oħra ta' ħut maqbuda minn bastimenti li jistadu għat-tonn u speċijiet simili għat-tonn u speċijiet li jappartjenu għall-istess ekosistema. Ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-UE li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-IATTC.

Ta' min wieħed jinnota li l-UE għandha medja ta' tliet bastimenti tas-sajd bil-purse seine u tletin bastiment tas-sajd bil-konz li joperaw fiż-żona tal-Konvenzjoni IATTC u l-istokkijiet ewlenin fil-mira tal-flotta tal-UE huma tonn tropikali u pixxispad.

Id-dispożizzjonijiet ta' xi Riżoluzzjonijiet tal-IATTC ġew trasposti l-aħħar permezz tat-Titolu IV  tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' ċerti ħażniet ta' speċi li jpassu ħafna. Din il-proposta għandha l-għan li tqis il-bidliet li seħħew mill-adozzjoni ta' dak ir-Regolament iżda li għadhom ma ġewx koperti mid-dritt tal-UE. L-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-UE trid tirrispetta b'mod strett id-dritt internazzjonali, li jinkludi l-konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-IATTC.

Ir-Regolament propost

- fih dispożizzjonijiet dwar is-suġġett, il-kamp ta' applikazzjoni u l-objettiv tal-proposta kif ukoll dwar definizzjonijiet (Kapitolu I);

- jittratta l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni, inklużi dispożizzjonijiet rilevanti għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun li jistadu għat-tonn tropikali, il-projbizzjoni tas-sajd fuq il-bagi tad-data, dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-sajd qrib t-tagħmir biex jinġabar il-ħut, l-użu, it-tfassil u s-serje ta' regoli tagħhom għat-trasbord fil-port (Kapitolu II);

- jistabbilixxi miżuri mfassla biex jipproteġu ċerti speċijiet tal-baħar preżenti fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni tal-IATTC, bħall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku, it-tawru seta, il-kurazzi u r-raj tal-qrun. Dawn il-miżuri jinkludu d-dmirijiet ta' forniment u rilaxx tad-data, kif ukoll miżuri relatati mal-protezzjoni tal-fkieren tal-baħar u tat-tjur tal-baħar (Kapitolu III);

- fih dispożizzjonijiet għall-iskema tal-osservaturi tal-IATTC (Kapitolu IV);

- jistabbilixxi rekwiżiti tal-bastimenti, inklużi dawk relatati mar-Reġistru Reġjonali tal-Bastimenti tal-IATTC, mad-dmirijiet ta' rappurtar u mal-protokoll għall-issiġillar tal-bjar (Kapitolu V);

- fih informazzjoni dwar id-dmirijiet ta' rappurtar relatati mal-programm statistiku tad-data, u rekwiżiti għall-programm tad-dokument dwar it-tonn obeż (Kapitolu VI);

- jipprevedi setgħat delegati mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tkun tista' tipprovdi għal emendi għall-miżuri, li huma mistennija li jkunu frekwenti, u biex tiżgura li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jitqiegħdu fl-istess livell tal-bastimenti ta' Partijiet Kontraenti oħra għall-IATTC (Kapitolu VII).

Il-Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jieħu nota ta' din il-proposta tal-Kummissjoni u jipproponi l-adozzjoni ta' din il-proposta leġiżlattiva mingħajr emendi, skont l-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 520/2007

Referenzi

COM(2020)0308 – C9-0203/2020 – 2020/0139(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.7.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

23.7.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

23.7.2020

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ENVI

10.9.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

João Ferreira

15.9.2020

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

12.10.2020

Eżami fil-kumitat

22.9.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.11.2020

 

 

 

Data tat-tressiq

23.11.2020

 


 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Diċembru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza