RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament f'konformità mal-previżjonijiet aġġornati tan-nefqa u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul

10.12.2020 - (00000/2020 – C9-0000/2020 – 2020/0298(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Monika Hohlmeier

Proċedura : 2020/0298(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0252/2020
Testi mressqa :
A9-0252/2020
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament f'konformità mal-previżjonijiet aġġornati tan-nefqa u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul

(00000/2020 – C9-0000/2020 – 2020/0298(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta' Novembru 2019[2],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3] (Regolament QFP),

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[5],

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 10/2020, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Ottubru 2020 (COM(2020)0962),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020, adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Diċembru 2020 (13643/2020 – C9-0395/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 94 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9‑0252/2020),

A. billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 huwa li jiżdied il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament skont il-previżjoni aġġornata u, wara li jitqiesu r-riallokazzjonijiet proposti fit-"Trasferiment Globali" (DEC 16/2020), li tiġi aġġustata n-naħa tad-dħul biex jiġi inkorporat l-impatt tad-differenzi fir-rati tal-kambju u l-multi addizzjonali miġbura, u li jiġu bbaġitjati aġġustamenti tan-nefqa aktar limitati fir-rigward tal-livell ta' approprjazzjonijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u ta' xi aġenziji deċentralizzati (ESMA, EIOPA, EBA u ELA),

B. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 jipproponi żieda globali fl-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 1 569,3 miljun li tikkonċerna l-intestatura 1a "Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi", l-intestatura 1b "Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali", l-intestatura 2 "Tkabbir Sostenibbli – Riżorsi Naturali" u l-intestatura 4 "Ewropa Globali",

C. billi l-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 93,8 miljun ser jgħinu l-oneru tal-obbligi tal-Faċilità ta' Garanzija għal Self fi ħdan il-Programm COSME biex jiġu appoġġjati l-SMEs milquta mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-COVID-19,

D. billi EUR 750 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali taħt il-FAEŻR ser jiffinanzjaw b'mod partikolari pagamenti ta' somma f'daqqa biex jipprovdu għajnuna lill-bdiewa u lin-negozji agrikoli żgħar u medji affettwati mill-COVID-19,

E. billi l-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 586 miljun ser jappoġġjaw ir-reazzjoni Globali tal-UE biex tgħin lill-pajjiżi sħab permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI),

F. billi r-rieżami bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji deċentralizzati identifika ffrankar li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 9,1 miljun,

G. billi pagamenti ta' EUR 128 miljun f'multi u penali, li ġew imsarrfa sal-aħħar ta' Settembru 2020, għenu biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji mill-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni,

H. billi l-impatt globali propost tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 fuq in-naħa tad-dħul huwa tnaqqis ta' EUR 588 miljun fi dħul ieħor riekwilibrat b'żieda korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tal-ING,

1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat, fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, għall-provvediment ta' EUR 1 569,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali, wara li jitqiesu r-riallokazzjonijiet proposti fit-"Trasferiment Globali", biex tiġi aġġustata n-naħa tad-dħul u biex jiġu bbaġitjati aġġustamenti tan-nefqa aktar limitati;

2. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 10/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

10.12.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Vlad Gheorghe, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Ioannis Lagos, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damian Boeselager, Herbert Dorfmann, Petros Kokkalis

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

PPE

Lefteris Christoforou, Herbert Dorfmann, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Rainer Wieland, Angelika Winzig

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

ID

Hélène Laporte

Verts/ALE

Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Francisco Guerreiro

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

GUE/NGL

Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis

 

2

-

ID

Joachim Kuhs

NI

Ioannis Lagos

 

1

0

ID

Anna Bonfrisco

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Diċembru 2020
Avviż legali - Politika tal-privatezza