<Titre>dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment</Titre>
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment
–wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0774),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0378/2020),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0253/2020),
1.Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2.Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment