Proċedura : 2020/0205(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0268/2020

Testi mressqa :

A9-0268/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2021)0001

<Date>{17/12/2020}17.12.2020</Date>
<NoDocSe>A9-0268/2020</NoDocSe>
PDF 186kWORD 51k

<TitreType>RAKKOMANDAZZJONI</TitreType>     <RefProcLect>***</RefProcLect>

<Titre>dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-emendi tal-Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sustanzi oħra perikolużi (il-Ftehim ta' Bonn) fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-Ftehim u dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għal dak il-Ftehim</Titre>

<DocRef>(11487/2020 – C9-0351/2020 – 2020/0205(NLE))</DocRef>


<Commission>{ENVI}Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</Commission>

Rapporteur: <Depute>Pascal Canfin</Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-emendi tal-Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sustanzi oħra perikolużi (il-Ftehim ta' Bonn) fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-Ftehim u dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għal dak il-Ftehim

(11487/2020 – C9-0351/2020 – 2020/0205(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11487/2020),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sustanzi oħra perikolużi dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim bil-ħsieb ta' kooperazzjoni dwar is-sorveljanza fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness VI għall-Konvenzjoni MARPOL (11490/2020),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni mill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis fil-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sustanzi oħra perikolużi dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja għall-Ftehim (11493/2020),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 196(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0351/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0268/2020),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-emendi għall-Ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.

 

 


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sustanzi oħra perikolużi (il-Ftehim ta' Bonn)[1] huwa ftehim reġjonali biex jitħarsu l-ambjent tal-baħar u l-interessi tal-Istati kostali li huma Partijiet Kontraenti. Jiffoka fuq il-ġlieda kontra t-tniġġis fil-Baħar tat-Tramuntana kif ukoll fuq is-salvagwardja taż-żoni kostali minn diżastri marittimi u mit-tniġġis fit-tul ikkawżat mill-bastimenti u minn installazzjonijiet offshore. Permezz ta' kooperazzjoni attiva u bl-għoti ta' assistenza reċiproka, il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim iwettqu sorveljanza bħala għajnuna biex jinstab u jiġi miġġieled it-tniġġis u biex jiġi evitat il-ksur tar-regolamenti kontra t-tniġġis.

 

L-ewwel Ftehim ta' Bonn ġie ffirmat fl-1969 u kien jindirizza biss it-tniġġis miż-żejt. Dan ġie sostitwit minn Ftehim ta' Bonn ġdid fl-1983, li kellu kamp ta' applikazzjoni mwessa' biex jiġġieled ukoll it-tniġġis minn sustanzi dannużi oħrajn apparti ż-żejt. Il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-Ftehim ikopri l-Baħar tat-Tramuntana l-Kbir u l-aċċessi usa' għalih[2]. Il-Partijiet Kontraenti huma responsabbli mis-sorveljanza u l-valutazzjoni tal-inċidenti li jseħħu fiż-żoni ġeografiċi differenti fil-kompetenza tagħhom.

 

Il-firmatarji tal-Ftehim huma l-gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Irlanda, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Unjoni Ewropea.

 

Il-Ftehim ġie konkluż mill-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 84/358/KEE[3]. Il-Ftehim kompla ġie emendat fl-1989. Il-KEE approvat l-emendi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/540/KEE[4] u dawk l-emendi daħlu fis-seħħ fl-1994.

 

Fis-7 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill adotta deċiżjoni[5] li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja, f'isem l-Unjoni, emendi għall-kamp ta' applikazzjoni materjali u ġeografiku tal-Ftehim (l-hekk imsejħa "emenda tal-MARPOL[6]" u "emenda ta' Spanja", rispettivament).

 

L-emenda tal-MARPOL testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim biex jinkludi t-tniġġis tal-arja mill-bastimenti kif irregolat skont l-Anness VI[7] tal-Konvenzjoni MARPOL. L-għan hu li jittejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fil-ġlieda kontra l-emissjonijiet illegali fl-arja kkawżati mit-tbaħħir sabiex ikun hemm limitu fuq il-konsegwenzi negattivi tal-kombustjoni ta' fjuwils għall-użu marittimu b'kontenut għoli ta' kubrit jew nitroġenu għas-saħħa tal-bniedem, il-bijodiversità u l-ambjent tal-baħar kollu kemm hu. Konsegwentement, aspetti differenti tal-Ftehim – it-titolu, il-preambolu u l-Artikoli 1, 5, 6 u 15 tiegħu – ġew emendati.

 

L-emenda ta' Spanja tikkonċerna l-estensjoni ġeografika tal-Ftehim wara li r-Renju ta' Spanja ġie mistieden jaderixxi ma' dan il-ftehim reġjonali. F'dan ir-rigward, ġew emendati l-preambolu, l-Artikolu 2 u l-Anness.

 

Il-Partijiet Kontraenti qablu dwar dawn l-emendi b'unanimità fil-laqgħa tagħhom ta' bejn id-9 u l-11 ta' Ottubru 2019. L-emendi tressqu għall-konklużjoni min-naħa tal-Unjoni. Ir-Renju ta' Spanja jkun irid jirratifika l-estensjoni għaż-żona ta' responsabbiltà tiegħu skont l-Artikolu 20 tal-Ftehim.

 

Fit-28 ta' Awwissu 2020, il-Kummissjoni ressqet proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill biex jiġu approvati l-emendi tal-MARPOL u ta' Spanja. F'konformità mal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fit-3 ta' Novembru 2020 il-Kunsill iddeċieda li jitlob lill-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-emendi għall-Ftehim.

 

L-adozzjoni tal-emendi tal-MARPOL u ta' Spanja se tkun pass importanti lejn livell ogħla ta' protezzjoni tal-ambjent tal-baħar f'żona ġeografika akbar tal-Baħar tat-Tramuntana. Għalhekk ir-Rapporteur jilqa' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u jipproponi li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Approvazzjoni tal-emendi għall-Ftehim għall-kooperazzjoni dwar kif jiġi trattat it-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana bħala riżultat taż-żejt u ta' sustanzi oħra ta' ħsara (il-Ftehim ta' Bonn) fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni materjali u ġeografika tiegħu

Referenzi

11487/2020 – C9-0351/2020 – 2020/0205(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

5.11.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.11.2020

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.11.2020

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

TRAN

24.9.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Pascal Canfin

12.10.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.12.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

77

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Bartosz Arłukowicz, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurelia Beigneux, Monika Beňová, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Esther de Lange, Christian Doleschal, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Eleonora Evi, Agnès Evren, Pietro Fiocchi, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Ryszard Antoni Legutko, Javi López, César Luena, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Dan-Ştefan Motreanu, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Linea Søgaard-Lidell, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Edina Tóth, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel Bompard, Catherine Chabaud, Karin Karlsbro, Ondřej Knotek

Data tat-tressiq

17.12.2020

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

77

+

PPE

Bartosz Arłukowicz, Traian Băsescu, Alexander Bernhuber, Nathalie Colin Oesterlé, Christian Doleschal, Agnès Evren, Adam Jarubas, Ewa Kopacz, Esther de Lange, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Dolors Montserrat, Dan Ștefan Motreanu, Ljudmila Novak, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Christine Schneider, Edina Tóth, Pernille Weiss, Michal Wiezik

S&D

Nikos Androulakis, Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Cyrus Engerer, Jytte Guteland, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Sándor Rónai, Günther Sidl, Petar Vitanov, Tiemo Wölken

Renew

Pascal Canfin, Catherine Chabaud, Martin Hojsík, Jan Huitema, Karin Karlsbro, Ondřej Knotek, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Nicolae Ștefănuță, Linea Søgaard-Lidell, Nils Torvalds

ID

Simona Baldassarre, Aurelia Beigneux, Marco Dreosto, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Joëlle Mélin, Luisa Regimenti, Silvia Sardone

Verts/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Tilly Metz, Ville Niinistö, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus

ECR

Sergio Berlato, Pietro Fiocchi, Joanna Kopcińska, Ryszard Antoni Legutko, Rob Rooken, Alexandr Vondra, Anna Zalewska

GUE/NGL

Manuel Bompard, Anja Hazekamp, Petros Kokkalis, Silvia Modig, Mick Wallace

 

0

-

 

0

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] Ftehim għall-kooperazzjoni fit-trattament tat-tniġġis fil-Baħar tat-Tramuntana miż-żejt u sostanzi oħra perikolużi (Ftehim ta' Bonn) (ĠU L 188, 16.7.1984, p. 9).

[2] Din iż-żona tinkludi l-Baħar tat-Tramuntana nnifsu, l-Iskagerrak, il-Kanal Ingliż u l-aċċessi għalih u ilmijiet oħra li jinkludu l-Baħar Irlandiż, il-Baħar Ċeltiku, il-Baħar Malin, il-Minch il-Kbir, il-Minch iż-Żgħir, parti mill-Baħar Norveġiż u partijiet mill-Grigal tal-Atlantiku.

[3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 84/358/KEE tat-28 ta' Ġunju 1984 dwar l-Ilħuq tal-Ftehim għall-koperazzjoni dwar kif jiġi trattat it-tniġġiż tal-Baħar tat-Tramuntana bħala riżultat taż-żejt u ta' sustanzi oħra perikolużi (ĠU L 188, 16.7.1984, p. 7).

[4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/540/KEE tat-18 ta' Ottubru 1993 li tapprova ċerti emendi tal-Ftehim ta' koperazzjoni li jaħdem kontra t-tniġġis tal-Baħar tat-Tramuntana biż-żejt u b'sustanzi perikolużi oħra (Ftehim ta' Bonn) (ĠU L 263, 22.10.1984, p. 51).

[5] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1727 tas-7 ta' Ottubru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fit-Tieni Laqgħa Ministerjali tal-Ftehim ta' Bonn fir-rigward tad-Dikjarazzjoni Ministerjali u l-Pjan ta' Azzjoni Strateġiku tal-Ftehim ta' Bonn (BASAP) 2019-2025 anness magħha (ĠU L 263, 16.10.2019, p. 9).

[6] Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) ġiet adottata fit-2 ta' Novembru 1973 fis-sede tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).

[7] L-Anness VI tal-MARPOL daħal fis-seħħ fid-19 ta' Mejju 2005 u jikkonċerna l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-arja mill-bastimenti.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza