RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
9.2.2021 - (COM(2020)0314 – C9-0213/2020 – 2020/0148(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Sven Giegold
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
((COM(2020)0314 – C9-0213/2020 – 2020/0148(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0314),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0213/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0015/2021),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Sabiex jiġu akkomodati inizjattivi ġodda tal-Unjoni fil-qasam tat-trasparenza tat-taxxa, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE21 kienet soġġetta għal serje ta' emendi f'dawn l-aħħar snin. Dawn il-bidliet prinċipalment introduċew obbligi ta' rappurtar, segwiti minn komunikazzjoni lil Stati Membri oħra, b'rabta ma' kontijiet finanzjarji, deċiżjonijiet transfruntiera antiċipati u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet, rapporti għal kull pajjiż u arranġamenti transfruntiera rapportabbli. B'hekk, dawn l-emendi estendew il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Issa l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom sett usa' ta' għodod ta' kooperazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, biex jidentifikaw u jindirizzaw il-forom ta' frodi tat-taxxa, ta' evażjoni tat-taxxa u ta' evitar tat-taxxa. |
(1) Sabiex jiġu akkomodati inizjattivi ġodda tal-Unjoni fil-qasam tat-trasparenza tat-taxxa, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE21 kienet soġġetta għal serje ta' emendi f'dawn l-aħħar snin. Dawn il-bidliet prinċipalment introduċew obbligi ta' rappurtar, segwiti minn komunikazzjoni lil Stati Membri oħra, b'rabta ma' kontijiet finanzjarji, deċiżjonijiet transfruntiera antiċipati u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, rapporti għal kull pajjiż u arranġamenti transfruntiera rapportabbli. B'hekk, dawn l-emendi estendew il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Issa l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom sett usa' ta' għodod ta' kooperazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, biex jidentifikaw u jindirizzaw il-forom ta' frodi tat-taxxa, ta' evażjoni tat-taxxa u ta' evitar tat-taxxa, sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dħul mit-taxxa u tiġi żgurata tassazzjoni ġusta. |
_________________ |
_________________ |
21 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1). |
21 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1). |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Is-sett usa' ta' għodod ta' kooperazzjoni, it-tranżizzjoni diġitali u l-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali jirrikjedu riżorsi umani kkwalifikati u riżorsi finanzjarji adegwati. Għal dak il-għan, il-bidliet proposti jridu jkunu akkumpanjati minn livell adegwat ta' investiment, l-aktar fir-rigward tal-adattament tal-informatika u l-infrastruttura diġitali u t-taħriġ professjonali. Fl-aħħar mill-aħħar, jenħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jipproċessaw l-informazzjoni finanzjarja kollha li tkun waslitilhom u jenħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji, umani u informatiċi fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) F'dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni kienet qed timmonitorja l-applikazzjoni, u fl-2019 lestiet evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE22. Filwaqt li sar titjib sinifikanti fil-qasam tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, għad hemm il-ħtieġa li jittejbu d-dispożizzjonijiet eżistenti relatati mal-forom kollha ta' skambji ta' informazzjoni u ta' kooperazzjoni amministrattiva. |
(2) F'dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni kienet qed timmonitorja l-applikazzjoni, u fl-2019 lestiet evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE22. Filwaqt li sar titjib sinifikanti fil-qasam tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, għad hemm il-ħtieġa li jittejbu d-dispożizzjonijiet eżistenti relatati mal-forom kollha ta' skambji ta' informazzjoni u ta' kooperazzjoni amministrattiva. Sabiex titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tat-trasparenza tat-taxxa, jista' jkun meħtieġ li dik id-Direttiva tiġi aġġornata b'mod regolari. |
_________________ |
_________________ |
22 Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE, SWD(2019) 328 final. |
22 Il-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE, SWD(2019) 328 final. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE, wara li ssir talba mingħand awtorità rikjedenti, l-awtorità li ssirilha t-talba trid tikkomunika lill-awtorità rikjedenti kwalunkwe informazzjoni li jkollha fil-pussess tagħha, jew li tikseb bħala riżultat ta' inkjesti amministrattivi, li tista' tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri rigward it-taxxi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-iskambji ta' informazzjoni u jiġu evitati rifjuti mhux ġustifikati ta' talbiet, kif ukoll biex jiġu pprovduti ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tad-dritt kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-kontribwenti, jenħtieġ li l-istandard ta' rilevanza prevedibbli jiġi indikat b'mod ċar. F'dan il-kuntest, għandu jiġi ċċarat ukoll li l-istandard ta' rilevanza prevedibbli jenħtieġ li ma japplikax għat-talbiet ta' informazzjoni addizzjonali wara skambju ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward ta' deċiżjoni transfruntiera antiċipata jew arranġament preliminari ta' prezzijiet. |
(3) Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE, wara li ssir talba mingħand awtorità rikjedenti, l-awtorità li ssirilha t-talba trid tikkomunika lill-awtorità rikjedenti kwalunkwe informazzjoni li jkollha fil-pussess tagħha, jew li tikseb bħala riżultat ta' inkjesti amministrattivi, li tista' tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri rigward it-taxxi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-iskambji ta' informazzjoni u jiġu evitati rifjuti mhux ġustifikati ta' talbiet, kif ukoll biex jiġu pprovduti ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tad-dritt kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-kontribwenti, jenħtieġ li l-istandard ta' rilevanza prevedibbli jiġi indikat b'mod ċar f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tiddikjara li t-terminu "rilevanza prevedibbli" huwa maħsub li jipprevedi skambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali bl-aktar mod wiesa' possibbli. F'dan il-kuntest, għandu jiġi ċċarat ukoll li l-istandard ta' rilevanza prevedibbli jenħtieġ li ma japplikax għat-talbiet ta' informazzjoni addizzjonali wara skambju ta' informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward ta' deċiżjoni transfruntiera antiċipata jew arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 3a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) L-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw sistema armonizzata ta' penali u sanzjonijiet fl-Unjoni kollha biex jiġi evitat l-isfruttament, min-naħa tal-operaturi tal-pjattaformi, tal-lakuni u tad-differenzi fost is-sistemi tat-tassazzjoni tal-Istati Membri. F'każ ta' ksur tar-regoli, jenħtieġ li jitqiesu penali pekunjarji u l-esklużjoni mill-kuntratti pubbliċi. F'każijiet estremi u ripetuti, ir-revoka tal-liċenzja kummerċjali tal-operatur tal-pjattaformi jenħtieġ li tkun possibbiltà. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Sabiex il-kontribwenti jinżammu infurmati b'mod korrett u totali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżvelaw il-kategoriji ta' introjtu li fir-rigward tagħhom l-informazzjoni tiġi kondiviża awtomatikament mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi jew ġuriżdizzjonijiet terzi. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) Kwalunkwe informazzjoni dwar l-iskemi transfruntiera b'implikazzjonijiet għall-pajjiżi terzi jenħtieġ ukoll li tiġi żvelata lill-awtoritajiet tat-taxxa f'dawn il-pajjiżi. Tali rekwiżit jenħtieġ li jikkonċerna b'mod partikolari lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li ta' spiss ikollhom aċċess aktar limitat għas-sistemi internazzjonali tal-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 6a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) L-identifikazzjoni korretta tal-kontribwenti hija essenzjali biex ikun hemm skambju effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Jenħtieġ li dejjem isir disponibbli numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa (NIT) meta jkun meħtieġ mid-Direttiva 2011/16/UE u jenħtieġ li jinħoloq NIT Ewropew biex joffri l-aħjar mezzi għal tali identifikazzjoni. In-NIT Ewropew ikun jippermetti lil kwalunkwe parti terza tidentifika u tirreġistra malajr, faċilment u korrettament in-NIT f'relazzjonijiet transfruntiera u jservi ta' bażi għall-iskambju awtomatiku effettiv tal-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-amministrazzjonijiet tat-taxxa spiss jitolbu informazzjoni mingħand l-operaturi tal-pjattaformi diġitali. Dan jikkawża kostijiet amministrattivi u tal-konformità sinifikanti għall-operaturi tal-pjattaformi. Fl-istess ħin, xi Stati Membri imponew obbligu ta' rappurtar unilaterali, li joħloq piż amministrattiv addizzjonali għall-operaturi tal-pjattaformi, peress li jridu jikkonformaw ma' diversi standards nazzjonali ta' rappurtar. Għalhekk, ikun essenzjali li japplika obbligu tar-rappurtar standardizzat fis-suq intern kollu. |
(7) L-amministrazzjonijiet tat-taxxa spiss jitolbu informazzjoni mingħand l-operaturi tal-pjattaformi diġitali. Dan jikkawża kostijiet amministrattivi u tal-konformità sinifikanti għall-operaturi tal-pjattaformi. Fl-istess ħin, xi Stati Membri imponew obbligu ta' rappurtar unilaterali, li joħloq piż amministrattiv addizzjonali għall-operaturi tal-pjattaformi, peress li jridu jikkonformaw ma' diversi standards nazzjonali ta' rappurtar. Għalhekk, ikun essenzjali li japplika obbligu tar-rappurtar standardizzat fis-suq intern kollu. Tali standardizzazzjoni hija essenzjali għall-promozzjoni ta' tliet objettivi importanti: jiġu minimizzati l-kostijiet ta' konformità għall-operaturi, tiżdied l-effiċjenza tal-awtoritajiet nazzjonali u titnaqqas il-burokrazija kemm għall-kontribwenti kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija hija wieħed mill-pedamenti tal-istrateġija ekonomika u tat-tkabbir futura tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun art attraenti għall-kumpaniji diġitali, b'mod partikolari għall-potenzjal kummerċjali, innovattiv u okkupazzjonali tagħhom. Madankollu, l-oġġetti u s-servizzi diġitali għandhom it-tendenza li jkunu intanġibbli u mobbli ħafna u għalhekk huma aktar suxxettibbli li jsofru minn prattiki tal-ippjanar tat-taxxa aggressivi, peress li bosta mudelli kummerċjali ma jirrikjedux infrastrutturi fiżiċi sabiex iwettqu tranżazzjonijiet mal-klijenti u jiġġeneraw profitti. Dan iqajjem dubji dwar l-adegwatezza tal-mudelli ta' taxxa korporattiva tal-Unjoni maħsuba għas-setturi tradizzjonali, inkluż fir-rigward tal-punt sa liema jkunu jistgħu jerġgħu jiġu ddefiniti l-kriterji ta' valutazzjoni u kalkolu biex ikunu adattati għall-attivitajiet kummerċjali tas-seklu XXI. Barra minn hekk, dan iwassal għal sitwazzjoni li fiha l-bejjiegħa online u l-bejjiegħa li joperaw permezz ta' pjattaformi fil-preżent għandhom l-opportunità li jiġġeneraw dħul li jiġi ddikjarat b'mod skars, u b'hekk f'riskju għoli li jibqgħu ma jiġux intaxxati kif suppost jew li ma jiġux intaxxati. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Minħabba n-natura diġitali u l-flessibbiltà tal-pjattaformi diġitali, jenħtieġ li l-obbligu tar-rappurtar jiġi estiż għal dawk l-operaturi tal-pjattaformi li jwettqu attività kummerċjali fl-Unjoni iżda li la jkunu residenti għal finijiet tat-taxxa, la jkunu inkorporati jew ġestiti, u lanqas ma jkollhom stabbiliment permanenti f'ebda Stat Membru. Dan jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost il-pjattaformi u jipprevjeni l-kompetizzjoni inġusta. Sabiex dan jiġi ffaċilitat, jenħtieġ li l-pjattaformi barranin ikunu meħtieġa jirreġistraw u jirrappurtaw fi Stat Membru wieħed biex b'hekk ikunu joperaw fis-suq intern. |
(13) Minħabba n-natura diġitali u l-flessibbiltà tal-pjattaformi diġitali, jenħtieġ li l-obbligu tar-rappurtar jiġi estiż għal dawk l-operaturi tal-pjattaformi li jwettqu attività kummerċjali fl-Unjoni iżda li la jkunu residenti għal finijiet tat-taxxa, la jkunu inkorporati jew ġestiti, u lanqas ma jkollhom stabbiliment permanenti f'ebda Stat Membru. Dan jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fost il-pjattaformi u jipprevjeni l-kompetizzjoni inġusta. Sabiex dan jiġi ffaċilitat, jenħtieġ li l-pjattaformi barranin ikunu meħtieġa jirreġistraw u jirrappurtaw fi Stat Membru wieħed biex b'hekk ikunu joperaw fis-suq intern, filwaqt li jitqiesu l-post tas-sede ġenerali jew reġjonali tagħhom, il-post effettiv ta' tmexxija kif ukoll l-eżistenza ta' attività ekonomika sostanzjali f'dak l-Istat Membru magħżul. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 14a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Peress li l-ekonomija diġitalizzata u globalizzata b'mod progressiv tiżvela dimensjonijiet kumplessi u problematiċi, bħall-kriptoassi, huwa importanti li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali f'dak il-qasam. Definizzjoni ċara tal-kriptoassi, b'kont meħud tal-ħidma li qed issir fi ħdan l-OECD u l-FATF, hija importanti fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u fil-promozzjoni ta' tassazzjoni ġusta. L-FATF adottat definizzjoni wiesgħa ta' munita virtwali u rrakkomandat l-inkorporazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi tal-AML/CFT ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attivitajiet li jinkludu l-iskambju bejn il-kriptoassi, it-trasferiment ta' kriptoassi u l-parteċipazzjoni fis-servizzi finanzjarji relatati ma' offerti inizjali tal-muniti, u l-provvista tagħhom. Il-proliferazzjoni tal-kriptovaluti hija suġġett ta' attwalità u jenħtieġ li titqies fi kwalunkwe sforz biex tiżdied il-kooperazzjoni amministrattiva, abbażi tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità. Barra minn hekk, fid-dawl tal-progress teknoloġiku globali, hemm bżonn ta' mekkaniżmi superviżorji avvanzati li jkunu f'kuntatt mill-qrib mal-korpi finanzjarji rilevanti ta' kontra l-kriminalità. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-objettiv tal-prevenzjoni tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa jista' jiġi żgurat billi l-operaturi tal-pjattaformi diġitali jkunu meħtieġa jirrappurtaw l-introjtu ggwadanjat permezz tal-pjattaformi fi stadju bikri, qabel ma l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jwettqu l-valutazzjonijiet tat-taxxa tagħhom ta' kull sena. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-informazzjoni rrappurtata tiġi skambjata fi żmien xahar wara r-rappurtar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u jittejjeb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li l-iskambji jitwettqu b'mod elettroniku permezz tan-network komuni ta' komunikazzjoni ("CCN") eżistenti li ġie żviluppat mill-Unjoni. |
(15) L-objettiv tal-prevenzjoni tal-evażjoni u tal-evitar tat-taxxa jista' jiġi żgurat billi l-operaturi tal-pjattaformi diġitali jkunu meħtieġa jirrappurtaw l-introjtu ggwadanjat permezz tal-pjattaformi fi stadju bikri, qabel ma l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jwettqu l-valutazzjonijiet tat-taxxa tagħhom ta' kull sena. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-informazzjoni rrappurtata tiġi skambjata mingħajr dewmien bla bżonn u sa mhux aktar tard minn xahar wara r-rappurtar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u jittejjeb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li l-iskambji jitwettqu b'mod elettroniku permezz tan-network komuni ta' komunikazzjoni ("CCN") eżistenti li ġie żviluppat mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-infrastruttura diġitali tkun reżiljenti u tiggarantixxi l-ogħla standard ta' sigurtà. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 15a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Din id-Direttiva jenħtieġ li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jaċċedu għad-data dwar it-tul tal-kuntratti tal-kiri meta l-kiri ta' proprjetà fuq terminu qasir ikun limitat fiż-żmien sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni ta' dawk il-limitazzjonijiet u kontroll fuq iż-żidiet fil-prezz tal-kiri fl-Unjoni. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 15b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15b) L-individwi li għandhom aċċess għal informazzjoni relatata ma' informazzjoni sensittiva dwar it-taxxa tal-operaturi tal-pjattaformi u l-korporazzjonijiet multinazzjonali rigward il-prattiki tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, jenħtieġ li jiġu mħeġġa jippreżentaw ruħhom u jikkooperaw mal-awtoritajiet b'diskrezzjoni u b'rispett għall-interess pubbliku, u jenħtieġ li jkunu protetti bis-sħiħ jekk jagħmlu dan. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE mwettqa mill-Kummissjoni wriet il-ħtieġa li jsir monitoraġġ konsistenti tal-effettività fl-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' traspożizzjoni li jippermettu din l-applikazzjoni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tkompli timmonitorja u tevalwa b'mod xieraq l-effettività tal-iskambji awtomatiċi tal-informazzjoni skont id-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jikkomunikaw l-istatistika dwar tali skambji lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. |
(16) L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE mwettqa mill-Kummissjoni wriet il-ħtieġa li jsir monitoraġġ konsistenti tal-effettività fl-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' traspożizzjoni li jippermettu din l-applikazzjoni. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tkompli timmonitorja u tevalwa b'mod xieraq l-effettività tal-iskambji awtomatiċi tal-informazzjoni skont id-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jikkomunikaw l-istatistika dwar tali skambji lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Jenħtieġ ukoll li dawn jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, l-informazzjoni kollha rilevanti relatata mal-ostakoli għall-implimentazzjoni korretta ta' dik id-Direttiva. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet li din id-Direttiva introduċiet fid-Direttiva 2011/16/UE, kif ukoll proposti speċifiċi, inklużi proposti leġiżlattivi, maħsuba biex itejbuha. Jenħtieġ li tali rapport isir pubbliku. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Il-kontrolli multilaterali mwettqa bl-appoġġ tal-programm Fiscalis 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill urew il-benefiċċju ta' kontrolli kkoordinati ta' kontribwent wieħed jew iktar li jkunu ta' interess komuni jew komplementari għal żewġ amministrazzjonijiet tat-taxxa jew iktar fl-Unjoni. Peress li ma hemm l-ebda bażi ġuridika espliċita għat-twettiq tal-awditi konġunti, attwalment tali azzjonijiet konġunti qed jitwettqu abbażi tad-dispożizzjonijiet ikkombinati tad-Direttiva 2011/16/UE rigward il-preżenza ta' uffiċjali barranin fit-territorju ta' Stati Membri oħra u rigward il-kontrolli simultanji. Madankollu, f'ħafna każijiet intwera li din il-prattika kienet insuffiċjenti u ma kellhiex ċarezza u ċertezza tad-dritt. |
(19) Il-kontrolli multilaterali mwettqa bl-appoġġ tal-programm Fiscalis 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill urew il-benefiċċju ta' kontrolli kkoordinati ta' kontribwent wieħed jew iktar li jkunu ta' interess komuni jew komplementari għal żewġ amministrazzjonijiet tat-taxxa jew iktar fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-ispezzjonijiet fuq il-post u l-awditi konġunti jkunu parti mill-qafas tal-Unjoni għall-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Peress li ma hemm l-ebda bażi ġuridika espliċita għat-twettiq tal-awditi konġunti, attwalment tali azzjonijiet konġunti qed jitwettqu abbażi tad-dispożizzjonijiet ikkombinati tad-Direttiva 2011/16/UE rigward il-preżenza ta' uffiċjali barranin fit-territorju ta' Stati Membri oħra u rigward il-kontrolli simultanji. Madankollu, f'ħafna każijiet intwera li din il-prattika kienet insuffiċjenti u ma kellhiex ċarezza u ċertezza tad-dritt. Għalhekk huwa importanti li tiġi eliminata tali inċertezza tad-dritt u li tali kontrolli jiġu fornuti b'bażi ġuridika fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva. |
__________________ |
__________________ |
5 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25). |
5 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25). |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw qafas ġuridiku ċar u effiċjenti li jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom iwettqu awditi konġunti ta' persuni b'attività transfruntiera. L-awditi konġunti huma inkjesti amministrattivi mwettqa b'mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti ta' żewġ Stati Membri jew iktar, biex jeżaminaw każ marbut ma' persuna waħda jew iktar ta' interess komuni jew komplementari għal dawn l-Istati Membri. L-awditi konġunti jista; jkollhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għall-funzjonament aħjar tas-suq intern. L-awditi konġunti jenħtieġ li jkunu strutturati biex joffru ċertezza tad-dritt lill-kontribwenti permezz ta' regoli proċedurali ċari, inkluż għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' tassazzjoni doppja. |
(20) Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw qafas ġuridiku ċar u effiċjenti li jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom iwettqu awditi konġunti ta' persuni b'attività transfruntiera. L-awditi konġunti huma inkjesti amministrattivi mwettqa b'mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti ta' żewġ Stati Membri jew iktar, biex jeżaminaw każ marbut ma' persuna waħda jew iktar ta' interess komuni jew komplementari għal dawn l-Istati Membri. L-awditi konġunti jista' jkollhom rwol importanti biex jikkontribwixxu għall-funzjonament aħjar tas-suq intern. L-awditi konġunti jenħtieġ li jkunu strutturati biex joffru ċertezza tad-dritt lill-kontribwenti permezz ta' regoli proċedurali ċari, inkluż għall-mitigazzjoni tar-riskju ta' tassazzjoni doppja. Minbarra l-qafas ġuridiku meħtieġ, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu kundizzjonijiet li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni ta' awditi konġunti fuq livell operattiv, b'mod partikolari billi jappoġġjaw it-taħriġ, inkluż it-taħriġ lingwistiku, għall-persunal li x'aktarx iwettaq l-awditi konġunti. Huwa mfakkar li l-programm Fiscalis jista' joffri appoġġ finanzjarju f'dan ir-rigward. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-proċess, jenħtieġ li t-tweġibiet għat-talbiet għal awditi konġunti jiġu pprovduti f'perjodu ta' żmien speċifikat. Ir-rifjuti tat-talbiet jenħtieġ li jkunu ġġustifikati kif xieraq. L-arranġamenti proċedurali applikabbli għal awditu konġunt jenħtieġ li jkunu dawk tal-Istat Membru li fih titwettaq l-azzjoni tal-awditjar rilevanti. Abbażi ta' dan, l-evidenza miġbura matul awditu konġunt jenħtieġ li tiġi rrikonoxxuta b'mod reċiproku mill-Istat(i) Membru/i parteċipanti. Huwa importanti bl-istess mod li l-awtoritajiet kompetenti jaqblu dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ u li jagħmlu ħilithom biex jilħqu ftehim dwar kif jinterpretaw il-pożizzjoni tat-taxxa tal-persuna/i awditjata/i. Sabiex jiġi żgurat li l-eżitu ta' awditu konġunt jista' jiġi implimentat fl-Istati Membri parteċipanti, jenħtieġ li r-rapport finali jkollu valur ġuridiku ekwivalenti għall-istrumenti nazzjonali rilevanti li jinħarġu bħala riżultat ta' awditu fl-Istati Membri parteċipanti. Fejn ikun neċessarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu l-qafas ġuridiku għat-twettiq ta' aġġustament korrispondenti. |
(21) Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-proċess, jenħtieġ li t-tweġibiet għat-talbiet għal awditi konġunti jiġu pprovduti f'perjodu ta' żmien speċifikat. Ir-rifjuti tat-talbiet jenħtieġ li jkunu ġġustifikati kif xieraq, jenħtieġ li jkunu permessi biss għar-raġunijiet indikati f'din id-Direttiva u jenħtieġ li jkunu suġġetti għal dritt ta' risposta mill-awtorità rikjedenti. L-arranġamenti proċedurali applikabbli għal awditu konġunt jenħtieġ li jkunu dawk tal-Istat Membru li fih titwettaq l-azzjoni tal-awditjar rilevanti. Abbażi ta' dan, l-evidenza miġbura matul awditu konġunt jenħtieġ li tiġi rrikonoxxuta b'mod reċiproku mill-Istat(i) Membru/i parteċipanti. Huwa importanti bl-istess mod li l-awtoritajiet kompetenti jaqblu dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ u li jagħmlu ħilithom biex jilħqu ftehim dwar kif jinterpretaw il-pożizzjoni tat-taxxa tal-persuna/i awditjata/i. Sabiex jiġi żgurat li l-eżitu ta' awditu konġunt jista' jiġi implimentat fl-Istati Membri parteċipanti, jenħtieġ li r-rapport finali jkollu valur ġuridiku ekwivalenti għall-istrumenti nazzjonali rilevanti li jinħarġu bħala riżultat ta' awditu fl-Istati Membri parteċipanti. Fejn ikun neċessarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu l-qafas ġuridiku għat-twettiq ta' aġġustament korrispondenti. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 24a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24a) Huwa bl-istess mod importanti li jiġi enfasizzat li mhux biss l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa iżda wkoll il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki tikkontribwixxi għal ġbir tat-taxxi aktar effiċjenti. F'konformità mal-Programm Fiscalis 2020, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu prijorità lill-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet tat-taxxa. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 26
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE u b'mod partikolari għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta formola standard b'numru limitat ta' komponenti, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. |
(26) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/16/UE u b'mod partikolari għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta formola standard b'numru limitat ta' komponenti, inkluż l-arranġamenti lingwistiċi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Il-Kummissjoni għandha d-dritt tfassal rapporti u dokumenti, permezz tal-informazzjoni skambjata b'mod anonimizzat, biex tqis id-dritt tal-kontribwenti għall-kunfidenzjalità u f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. |
_________________ |
_________________ |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 26a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26a) Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar tad-data personali li jitwettaq fil-qafas tad-Direttiva 2011/16/UE jkompli jkun konformi mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. L-ipproċessar tad-data previst fid-Direttiva 2011/16/UE għandu biss l-objettiv li jservi interess pubbliku ġenerali fil-qasam tat-tassazzjoni, jiġifieri, jiġġieled kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, jissalvagwardja d-dħul mit-taxxa u jippromwovi t-tassazzjoni ġusta, u dan isaħħaħ l-opportunitajiet għall-inklużjoni soċjali, politika u ekonomika fl-Istati Membri. Għalhekk, fid-Direttiva 2011/16/UE, jenħtieġ li r-referenzi għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data jiġu aġġornati u ssupplimentati mir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 9 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikoli 8a, 8aa, 8ab u 8ac, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni ddefinita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, b'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. |
(a) għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikoli 8a, 8aa, 8ab u 8ac, il-komunikazzjoni sistematika ta' informazzjoni ġdida u ddefinita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, b'intervalli regolari stabbiliti minn qabel. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 14
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(1a) Fl-Artikolu 3, il-punt 14 huwa emendat kif ġej: |
14. 'deċiżjoni antiċipata transkonfinali' tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa, emendata jew imġedda fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, u li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: |
"14. 'deċiżjoni antiċipata' tfisser kull ftehim, komunikazzjoni, jew kull strument jew azzjoni oħra b'effetti simili, inkluża deċiżjoni maħruġa, emendata jew imġedda fil-kuntest ta' awditu tat-taxxa, u indipendentement min-natura formali, informali, ġuridikament vinkolanti jew mhux vinkolanti tagħha, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: |
(a) tkun maħruġa, emendata jew imġedda minn, jew f'isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk din tintużax b'mod effettiv; |
(a) tkun maħruġa, emendata jew imġedda minn, jew f'isem, il-gvern jew l-awtorità tat-taxxa ta' Stat Membru jew is-suddiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali, irrispettivament minn jekk din tintużax b'mod effettiv; |
(b) tkun maħruġa, emendata jew imġedda, għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka; |
(b) tkun maħruġa, emendata jew imġedda, għal persuna partikolari jew grupp ta' persuni, u li dik il-persuna jew grupp ta' persuni huwa intitolat li jinvoka; |
(c) tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni legali jew amministrattiva dwar l-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-taxxi tal-Istat Membru, jew is-subdiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali; |
(c) tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni legali jew amministrattiva dwar l-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali relatati mat-taxxi tal-Istat Membru, jew is-suddiviżjonijiet territorjali jew amministrattivi tal-Istat Membru, inklużi l-awtoritajiet lokali; |
(d) tkun relatata ma' transazzjoni transkonfinali jew mal-kwistjoni dwar jekk l-attivitajiet imwettqa minn persuna f'ġurisdizzjoni oħra joħolqux stabbiliment permanenti jew le; u |
|
(e) issir qabel it-transazzjonijiet jew l-attivitajiet f'ġurisdizzjoni oħra li potenzjalment joħolqu stabbiliment permanenti jew qabel il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-taxxa li tkopri l-perijodu li fih it-transazzjoni jew is-serje ta' transazzjonijiet jew attivitajiet ikunu seħħew. It-transazzjoni transkonfinali tista' tinvolvi t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhix ristretta għal dawn biss u tista' ma tinvolvix direttament lill-persuna li tirċievi d-deċiżjoni antiċipata transkonfinali; |
(e) issir qabel it-tranżazzjonijiet jew l-attivitajiet f'ġuriżdizzjoni oħra li potenzjalment joħolqu stabbiliment permanenti jew qabel il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-taxxa li tkopri l-perijodu li fih it-tranżazzjoni jew is-serje ta' tranżazzjonijiet jew attivitajiet ikunu seħħew. It-tranżazzjoni tista' tinvolvi t-twettiq ta' investimenti, il-provvista ta' prodotti, servizzi, finanzi jew l-użu ta' assi tanġibbli jew intanġibbli, iżda mhix ristretta għal dawn biss u tista' ma tinvolvix direttament lill-persuna li tirċievi d-deċiżjoni antiċipata;" |
|
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. L-adozzjoni tagħha teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.) |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?uri=CELEX%3A32015L2376)
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 3 – punt 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1b) Fl-Artikolu 3, jitħassar il-punt 16 |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?uri=CELEX%3A32015L2376)
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 5a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għall-finijiet ta' talba kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-informazzjoni mitluba għandha titqies li tkun prevedibbilment rilevanti meta fiż-żmien li ssir it-talba l-awtorità rikjedenti tikkunsidra li, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħha, hemm possibbiltà raġonevoli li l-informazzjoni mitluba tkun rilevanti għall-kwistjonijiet tat-taxxa ta' kontribwent wieħed jew iktar, kemm jekk din tkun identifikata b'isimhom jew b'xi mod ieħor, u tkun iġġustifikata għall-finijiet tal-investigazzjoni. |
1. Għall-finijiet ta' talba kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-informazzjoni mitluba għandha titqies li tkun prevedibbilment rilevanti meta fiż-żmien li ssir it-talba l-awtorità rikjedenti tikkunsidra li, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħha, hemm possibbiltà raġonevoli li l-informazzjoni mitluba tkun rilevanti għall-kwistjonijiet tat-taxxa ta' kontribwent wieħed jew iktar, kemm jekk din tkun identifikata b'isimhom jew b'xi mod ieħor, u tkun iġġustifikata għall-finijiet tal-valutazzjoni, tal-ġbir u tal-ġestjoni tat-taxxi. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 5a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Bl-għan li tintwera r-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba, l-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tipprovdi l-informazzjoni ta' sostenn lill-awtorità li saritilha t-talba, b'mod partikolari dwar il-fini tat-taxxa li għaliha qed tintalab l-informazzjoni u r-raġunijiet li jindikaw li l-informazzjoni mitluba tkun qed tinżamm mill-awtorità li ssirilha t-talba jew li tkun qiegħda fil-pussess jew fil-kontroll ta' persuna fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li ssirilha t-talba. |
2. Bl-għan li tintwera r-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba, l-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tipprovdi l-informazzjoni ta' sostenn lill-awtorità li saritilha t-talba. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3a) Fl-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. L-awtorità rikjesta għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-irċevuta tat-talba. |
“1. L-awtorità li saritilha t-talba għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 kemm jista' jkun malajr, u mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tal-irċevuta tat-talba. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"6a. Qabel l-1 ta' Jannar 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali u jagħmel valutazzjoni tal-istatistika u tal-informazzjoni li tasal fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż, dwar kwistjonijiet bħal dawk amministrattivi u kostijiet u benefiċċji oħra rilevanti, inkluż dħul mit-taxxa inkrementali tal-iskambji ta' informazzjoni fuq talba, kif ukoll aspetti prattiċi marbuta ma' dan, inkluż l-għadd ta' talbiet aċċettati u rrifjutati li jaslu u jintbagħtu għal kull pajjiż, iż-żmien li hemm bżonn għall-ġestjoni u aspetti oħra rilevanti għal valutazzjoni komprensiva." |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Permezz ta' skambju awtomatiku, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni kollha dwar il-kategoriji speċifiċi ta' introjtu u ta' kapital li ġejjin, kif għandhom jinftehmu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni: |
Permezz ta' skambju awtomatiku, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni kollha li hija disponibbli jew li tista' ssir raġonevolment disponibbli u li tikkonċerna lir-residenti f'dak l-Istat Membru, dwar il-kategoriji speċifiċi ta' introjtu u ta' kapital li ġejjin, kif għandhom jinftehmu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni: |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull sena l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar mill-inqas żewġ kategoriji ta' introjtu u ta' kapital imsemmija fl-ewwel subparagrafu li fir-rigward tagħhom għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li tikkonċerna lir-residenti ta' Stat Membru ieħor. |
Kull sena l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kategoriji ta' introjtu u ta' kapital kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li fir-rigward tagħhom għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li tikkonċerna lir-residenti ta' Stat Membru ieħor. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Qabel l-1 ta' Jannar 2023, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'mill-inqas erba' kategoriji elenkati fil-paragrafu 1 li fir-rigward tagħhom l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru, permezz ta' skambju awtomatiku, għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor l-informazzjoni li tikkonċerna lir-residenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor. L-informazzjoni għandha tikkonċerna l-perjodi taxxabbli li jibdew fl-1 ta' Jannar 2024 jew wara. |
imħassar |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) Fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jitħassar. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8 – paragrafu 3a – subparagrafu 2 – punt a
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(ba) Fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3a, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(a) l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont tal-kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tar-regoli ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollata waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, u t-TINs tal-Entità u l-isem, l-indirizz, it-TINs u d-data u l-post ta' twelid ta' kull Persuna Rapportabbli; |
(a) l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post ta' twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun id-Detentur ta' Kont benefiċjarju aħħari tal-kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tar-regoli ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi, tkun identifikata li jkollha Persuna Kontrollata waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, u n-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post ta' twelid ta' kull Persuna Rapportabbli; |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – titolu
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(-a) L-Anness huwa emendat kif ġej: |
Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment |
"Kamp ta' applikazzjoni u kondizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati u arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment" |
|
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. L-adozzjoni tagħha teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.) |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -aa (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 2 – subparagrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-aa) Fil-paragrafu 2, ir-raba' subparagrafu jitħassar. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -ab (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-ab) Fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej: |
|
"L-awtorità kompetenti ma għandhiex tinnegozja u tiftiehem arranġamenti preliminari bilaterali jew multilaterali ġodda ta' prezzijiet ta' trasferiment ma' pajjiżi terzi li ma jippermettux l-iżvelar tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra mill-1 ta' Jannar 2022." |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -ac (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-ac) Il-paragrafu 4 jitħassar. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 6 – punt a
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(aa) Fil-paragrafu 6, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(a) l-identifikazzjoni tal-persuna, għajr persuna fiżika, u fejn xieraq il-grupp ta' persuni, li għaliha tappartjeni; |
"(a) l-identifikazzjoni tal-persuna, inklużi l-persuni fiżiċi, u fejn xieraq il-grupp ta' persuni, li għaliha tappartjeni; |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8a – paragrafu 6 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) sommarju tad-deċiżjoni transfruntiera antiċipata jew tal-arranġament preliminari tal-prezzijiet, inkluż deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali jew tat-tranżazzjonijiet jew ta' serje ta' tranżazzjonijiet rilevanti u kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tgħin lill-awtorità kompetenti tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, mingħajr ma twassal għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku. |
(b) sommarju tad-deċiżjoni transfruntiera antiċipata jew tal-arranġament preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, inkluż deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali jew tat-tranżazzjonijiet jew ta' serje ta' tranżazzjonijiet rilevanti, l-implikazzjonijiet rilevanti kollha ta' taxxa diretta u indiretta bħar-rati tat-taxxa effettiva, u kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tgħin lill-awtorità kompetenti tivvaluta riskju tat-taxxa potenzjali, bl-ommissjoni tal-informazzjoni li tista' twassal għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubbliku. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8aa – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) Fl-Artikolu 8aa, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ikun ġie riċevut ir-Rapport għal kull Pajjiż skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta' skambju awtomatiku u sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 4, tikkomunika r-rapport għal kull pajjiż lil kull Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport għal kull pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità Notifikanti tkun residenti għal skopijiet ta' taxxa, jew inkella tkun soġġetta għat-taxxa fir-rigward tan-negozju li jsir permezz ta' stabbiliment permanenti. |
"2. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ikun ġie riċevut ir-Rapport għal kull Pajjiż skont il-paragrafu 1 għandha, permezz ta' skambju awtomatiku u sal-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 4, tikkomunika r-rapport għal kull pajjiż lil kull Stat Membru ieħor li fih, fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-rapport għal kull pajjiż, Entità Kostitwenti waħda jew aktar tal-Grupp MNE tal-Entità Notifikanti tkun residenti għal skopijiet ta' taxxa, jew inkella tkun soġġetta għat-taxxa fir-rigward tan-negozju li jsir permezz ta' stabbiliment permanenti. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn ir-rapport għal kull pajjiż ikun ġie riċevut, skont il-paragrafu 1, għandha tikkomunika wkoll tali rapport lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, li hija responsabbli għar-reġistru ċentralizzat tar-rapporti għal kull pajjiż. Il-Kummissjoni għandha tippubblika statistika anonimizzata u aggregata dwar ir-rapport għal kull pajjiż fuq bażi annwali għall-Istati Membri kollha." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ab – paragrafu 14 – punt ha (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5b) Fl-Artikolu 8ab, paragrafu 14, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(ha) il-lista tal-benefiċjarji, li hija aġġornata fuq bażi annwali." |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ac – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, meta dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa resident il-Bejjiegħ ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop; |
(h) l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju li fih jitħallas jew jiġi kkreditat il-Korrispettiv, meta jinkiseb mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti; |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ac – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) għandha ssir aċċessibbli għal awtoritajiet oħra tal-Istati Membri li jkunu qed jirċievu, bil-għan li jiġi skoraġġut u ssir prosekuzzjoni tal-ksur tal-leġiżlazzjonijiet jew tar-regolamentazzjonijiet lokali jew nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza f'materji tat-taxxa u l-protezzjoni tad-data applikabbli fl-Istat Membru li fih il-Bejjiegħa Rapportabbli huwa residenti. |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ac – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha ssir billi tintuża l-formola standard imsemmija fl-Artikolu 20(7) fi żmien xahrejn wara tmiem il-Perjodu Rapportabbli li miegħu huma marbuta l-obbligi tar-rappurtar tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti. |
3. Il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha ssir billi tintuża l-formola standard imsemmija fl-Artikolu 20(7) mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn xahar wara tmiem il-Perjodu Rapportabbli li miegħu huma marbuta l-obbligi tar-rappurtar tal-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8ac – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li skonthom Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista' jagħżel li jirreġistra mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafu F tat-Taqsima IV tal-Anness V. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li skonthom Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti jista' jagħżel li jirreġistra mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed f'konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafu F tat-Taqsima IV tal-Anness V, filwaqt li jqisu l-post tas-sede ġenerali jew reġjonali tiegħu, il-post effettiv ta' tmexxija kif ukoll l-eżistenza ta' attività ekonomika sostanzjali f'dak l-Istat Membru magħżul, fin-nuqqas ta' identifikazzjoni għal finijiet tal-VAT kif indikat fil-paragrafu F tat-Taqsima IV tal-Anness V. |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8b – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-istatistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi skont l-Artikoli 8(1), 8(3a), 8aa u 8ac, u bl-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu saru u ma' kwalunkwe bidla potenzjali, kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-partijiet terzi. |
1. Fuq bażi annwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni materjali kollha rilevanti, inkluż l-istatistika dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi kif ukoll valutazzjoni tal-użabbiltà tad-data skambjata skont l-Artikoli 8(1), 8(3a), 8aa u 8ac, u bl-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatati mal-iskambji li jkunu saru u ma' kwalunkwe bidla potenzjali, kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-partijiet terzi. |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8b – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Il-paragrafu 2 jitħassar. |
imħassar |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 8b – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(ba) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Qabel l-1 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dwar kwistjonijiet bħall-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll aspetti prattiċi marbuta ma' dawn. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill dwar il-kategoriji u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1), inkluża l-kondizzjoni li l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra trid tkun disponibbli, jew il-partiti msemmija fl-Artikolu 8(3a) jew it-tnejn li huma. |
“2. Qabel l-1 ta' Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jagħti ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dwar kwistjonijiet bħall-użu effettiv tad-data li tkun waslet għand l-Istati Membri għal finijiet ta' taxxa jew oħrajn, il-kostijiet u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll aspetti prattiċi marbuta ma' dawn. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill dwar il-kategoriji u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1), inkluża l-kondizzjoni li l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra trid tkun disponibbli jew issir disponibbli, jew l-elementi msemmija fl-Artikolu 8(3a), inkluża s-sjieda benefiċjarja. |
Meta jkun qed jeżamina proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta t-tisħiħ ulterjuri tal-effiċjenza u l-funzjonament tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u t-titjib tal-istandard tiegħu, bil-għan li jipprevedi li: |
Meta jkun qed jeżamina proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta t-tisħiħ ulterjuri tal-effiċjenza u l-funzjonament tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u t-titjib tal-istandard tiegħu, bil-għan li jipprevedi li: |
(a) l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, informazzjoni dwar perijodi taxxabbli mill-1 ta' Jannar 2019 li tikkonċerna residenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor, dwar il-kategoriji kollha ta' dħul u ta' kapital elenkati fl-Artikolu 8(1), kif għandhom jinftiehmu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni; u |
(a) il-listi ta' kategoriji ta' introjtu u ta' kapital stabbiliti fl-Artikolu 8(1) isiru disponibbli mill-Istati Membri, anke jekk attwalment mhumiex disponibbli, u jiġu skambjati konsegwentement; |
(b) il-listi ta' kategoriji u partiti stabbiliti fl-Artikoli 8(1) u 8(3a) jiġu estiżi biex jinkludu kategoriji u partiti oħra, inklużi d-drittijiet dovuti għall-użu ta' proprjetà. |
(b) il-kategoriji ta' introjtu stabbiliti fl-Artikolu 8(1) jiġu estiżi għal assi mhux finanzjarji bħall-proprjetà immobbli, opri tal-arti jew ġojjelli u forom ġodda biex jiġi akkumulat il-ġid bħal portijiet ħielsa u kaxxi ta' sikurezza għad-depożiti; |
|
(ba) il-listi tal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 8(3a) jiġu estiżi biex jinkludu d-data dwar is-sjieda benefiċjarja aħħarija u biex jindirizzaw iċ-ċirkomvenzjoni permezz ta' residenzi fiskali sekondarji jew multipli; |
|
(bb) l-Istati Membri ġeneralment jitħallew jużaw l-informazzjoni riċevuta għal finijiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 16(1); |
|
(bc) l-użu effettiv tad-data riċevuta jiġi evalwat b'mod korrett." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 11 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Bil-ħsieb li tiġi skambjata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità tal-ewwel Stat Membru u f'konformità mal-arranġamenti proċedurali stabbiliti mill-awtorità ta' Stat Membru ieħor: |
1. Bil-ħsieb li tiġi skambjata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1), l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità tal-ewwel Stat Membru u f'konformità mal-arranġamenti proċedurali stabbiliti mill-awtorità ta' Stat Membru ieħor: |
(a) ikunu preżenti fl-uffiċċji li fihom l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru li ssirlu t-talba jaqdu dmirijiethom; |
(a) ikunu preżenti fl-uffiċċji li fihom l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru li ssirlu t-talba jaqdu dmirijiethom; |
(b) ikunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru li ssirlu t-talba; |
(b) ikunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru li ssirlu t-talba; |
(c) jipparteċipaw fl-inkjesti amministrattivi li jitwettqu mill-Istat Membru li ssirlu t-talba permezz tal-użu ta' mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni, meta jkun xieraq. |
(c) jipparteċipaw fl-inkjesti amministrattivi li jitwettqu mill-Istat Membru li ssirlu t-talba permezz tal-użu ta' mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni, meta jkun xieraq. |
Awtorità kompetenti għandha twieġeb talba f'konformità mal-ewwel subparagrafu fi żmien 30 jum, biex tikkonferma il-qbil tagħha jew biex tikkomunika r-rifjut motivat tagħha lill-awtorità rikjedenti. |
Awtorità kompetenti għandha twieġeb talba f'konformità mal-ewwel subparagrafu fi żmien 30 jum, biex tikkonferma il-qbil tagħha jew biex tikkomunika r-rifjut motivat tagħha lill-awtorità rikjedenti. |
|
F'każijiet li fihom ir-rifjut motivat jiġi pprovdut, l-awtorità rikjedenti tista' terġa' tikkuntattja lill-awtorità kompetenti b'elementi addizzjonali, sabiex tikseb awtorizzazzjoni għall-uffiċjal tagħha biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) jew (c). L-awtorità kompetenti għandha tirrispondi lit-tieni talba fi żmien 30 jum minn meta tirċeviha. |
Meta l-informazzjoni mitluba tkun tinsab fid-dokumentazzjoni li għaliha jkollhom aċċess l-uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jingħataw kopji tagħha. |
Meta l-informazzjoni mitluba tkun tinsab fid-dokumentazzjoni li għaliha jkollhom aċċess l-uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba, l-uffiċjali tal-awtorità rikjedenti għandhom jingħataw kopji tagħha. |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 12a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed titlob lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor (jew ta' Stati Membri oħra) biex twettaq awditu konġunt ta' persuna waħda jew iktar ta' interess komuni jew ta' interess komplementari għall-Istati Membri rispettivi kollha tagħhom, l-awtoritajiet li ssirilhom it-talba għandhom iwieġbu t-talba fi żmien 30 jum minn meta jirċevuha. |
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed jew aktar jitolbu lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor (jew ta' Stati Membri oħra) biex iwettqu awditu konġunt ta' persuna waħda jew iktar ta' interess komuni jew ta' interess komplementari għall-Istati Membri rispettivi kollha tagħhom, l-awtoritajiet li ssirilhom it-talba għandhom iwieġbu t-talba fi żmien 30 jum minn meta jirċevuha. |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 12a – paragrafu 3 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Talba għal awditu konġunt minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tiġi rrifjutata għal raġunijiet ġustifikati u, b'mod partikolari, għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
3. Talba għal awditu konġunt minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tiġi rrifjutata għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin: |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 12a – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta awtorità li ssirilha t-talba tirrifjuta t-talba, għandha tinforma lill-persuna/i rikjedenti bir-raġunijiet ta' dak ir-rifjut. |
Meta awtorità li ssirilha t-talba tirrifjuta t-talba, għandha tinforma lill-persuna/i rikjedenti dwar liema waħda miż-żewġ raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ġiet irrifjutata t-talba. |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt a
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. Tali informazzjoni tista' tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri fir-rigward tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 kif ukoll fir-rigward tal-VAT u taxxi indiretti oħra. |
L-informazzjoni kkomunikata bejn l-Istati Membri fi kwalunkwe forma skont din id-Direttiva għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali fl-ambitu tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li ssirlu t-talba u tal-Istat Membru rikjedenti u għandha tgawdi mill-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. Tali informazzjoni tista' tintuża għall-valutazzjoni, għall-amministrazzjoni u għall-infurzar tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 kif ukoll fir-rigward tal-VAT, l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8ac(2), u taxxi indiretti oħra. |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 16 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Bil-permess tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni skont din id-Direttiva, u biss sa fejn dan huwa permissibbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni, l-informazzjoni u d-dokumenti li jaslu skont din id-Direttiva jistgħu jintużaw għal finijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1. |
2. L-informazzjoni u d-dokumenti li jkunu waslu skont din id-Direttiva minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jintużaw għal finijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 biss sa fejn dan ikun permissibbli skont il-liġijiet tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni. |
L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru tista' tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha lista ta' finijiet li għalihom, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħha, jistgħu jintużaw l-informazzjoni u d-dokumenti, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni tista' tuża l-informazzjoni u d-dokumenti li tirċievi mingħajr il-permess imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal kwalunkwe waħda mill-finijiet elenkati mill-Istat Membru li jikkomunikaha. |
|
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 16 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) Il-paragrafu 4 jitħassar. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
"4a. Il-possibbiltà msemmija fil-paragrafu 4 li jiġi rrifjutat l-għoti ta' informazzjoni ma għandhiex tapplika jekk l-awtorità rikjedenti tkun tista' turi li l-informazzjoni mhijiex se tiġi żvelata lill-pubbliku u se tintuża biss għall-fini tal-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-kwistjonijiet tat-taxxa rilevanti tal-persuna jew tal-gruppi ta' persuni kkonċernati mit-talba għal informazzjoni." |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 21 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku għal interfaċċa ċentrali sigura dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni li permezz tagħha l-Istati Membri jikkomunikaw bl-użu ta' formoli standard skont l-Artikolu 20(1) u (3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għal dik l-interfaċċa. Għall-fini tal-ġbir tal-istatistika, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni dwar l-iskambji rreġistrati fl-interfaċċa u li tista' tiġi estratta b'mod awtomatiku. L-aċċess mill-Kummissjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu l-istatistika dwar l-iskambji tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 23(4). |
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku kollu neċessarju għal interfaċċa ċentrali sigura dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni li permezz tagħha l-Istati Membri jikkomunikaw bl-użu ta' formoli standard skont l-Artikolu 20(1) u (3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għal dik l-interfaċċa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interfaċċa ċentrali tkun protetta bl-ogħla livell ta' ċibersigurtà u proċeduri ċċertifikati b'mod tekniku li jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data. Għall-fini tal-ġbir tal-istatistika, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni dwar l-iskambji rreġistrati fl-interfaċċa u li tista' tiġi estratta b'mod awtomatiku. L-aċċess mill-Kummissjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu l-istatistika dwar l-iskambji tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 23(4). |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw u jevalwaw, fil-ġurisdizzjoni tagħhom, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva f'konformità ma' din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa u kull sena għandhom jikkomunikaw ir-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. |
2. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw u jevalwaw, fil-ġurisdizzjoni tagħhom, l-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva f'konformità ma' din id-Direttiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa u għandhom jeżaminaw u jevalwaw il-kostijiet ta' konformità li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjoni eventwali ta' rapportar eċċessiv. L-Istati Membri għandhom kull sena jikkomunikaw ir-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Sinteżi ta' tali riżultati għandha tiġi ppubblikata, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u l-kunfidenzjalità tal-kontribwenti. L-informazzjoni ma għandhiex tiġi diżaggregata għal tali livell li din tista' tiġi attribwita lil kontribwent uniku. |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23 – paragrafu 3
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(17a) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8ab kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). |
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba msemmija fl-Artikoli 5, 6 u 7 u tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8ab kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba, inkluż id-dħul mit-taxxa inkrementali assoċjat mal-kooperazzjoni amministrattiva. L-informazzjoni kkomunikata għandha tkun diżaggregata mill-Kummissjoni, mill-inqas f'livell ta' kull pajjiż. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kondizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17b (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(17b) Fl-Artikolu 23a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva għandha tinżamm kunfidenzjali mill-Kummissjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-Unjoni u ma jistgħux jintużaw għal kwalunkwe fini ieħor minn dawk meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt l-Istati Membri jikkonformaw ma' din id-Direttiva. |
1. L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont din id-Direttiva għandha tinżamm kunfidenzjali dment li n-nuqqas ta' żvelar tagħha ma jagħmilx ħsara lill-interess pubbliku, li l-informazzjoni tista' tiġi attribwita lil kontribwent uniku u l-iżvelar tagħha jkun jikser id-drittijiet tal-kontribwenti. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02011L0016-20200701)
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodotti mill-Kummissjoni permezz tal-użu ta' tali informazzjoni, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħra. Tali informazzjoni trażmessa għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija għal informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. |
L-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Stat Membru skont l-Artikolu 23, kif ukoll kwalunkwe rapport jew dokument prodotti mill-Kummissjoni permezz tal-użu ta' tali informazzjoni attribwibbli, jistgħu jiġu trażmessi lil Stati Membri oħra. Tali informazzjoni trażmessa għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija għal informazzjoni simili skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li rċeviha. |
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biss għal finijiet analitiċi, u ma għandhomx jiġu ppubblikati jew ikunu disponibbli għal ebda persuna jew korp ieħor mingħajr il-qbil espliċitu tal-Kummissjoni. |
Ir-rapporti u d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni, imsemmija fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biss għal finijiet analitiċi u jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha u sussegwentement ikunu pubbliċi, dment li l-informazzjoni li jkun fihom ma tkunx attribwibbli għal kontribwent uniku u l-iżvelar tagħha ikun konformi mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. |
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, kull sena l-Kummissjoni tista' tippubblika sommarji anonimizzati tad-data statistika li l-Istati Membri jikkomunikawlha f'konformità mal-Artikolu 23(4). |
Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika sommarji anonimizzati tad-data statistika li l-Istati Membri jikkomunikawlha f'konformità mal-Artikolu 23(4). |
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' ksur tad-data personali skont it-tifsira tal-punt 12 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, bħala l-proċessur, biex tissospendi, bħala miżura ta' mitigazzjoni, l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva mal-Istat Membru li fih ikun seħħ il-ksur. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' ksur tad-data personali skont it-tifsira tal-punt 12 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679, jew fil-każ ta' ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, bħala l-proċessur, biex tissospendi, bħala miżura ta' mitigazzjoni, l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva mal-Istat Membru li fih ikun seħħ il-ksur. |
|
_________________ |
|
* Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 1). |
Ġustifikazzjoni
Il-possibbiltà li jiġu sospiżi l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva għandha tkun applikabbli wkoll fil-każ ta' ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt b
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Is-sospensjoni għandha tibqa' tapplika sa meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-Kummissjoni terġa' tippermetti l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva mal-Istat Membru li fih ikun seħħ il-ksur. |
Is-sospensjoni għandha tibqa' tapplika sa meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu lill-Kummissjoni terġa' tippermetti l-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva mal-Istat Membru li fih ikun seħħ il-ksur. Il-Kummissjoni għandha tippermetti l-iskambji ta' informazzjoni biss meta jkun hemm evidenza teknika li l-fluss tad-data jkun żgurat. |
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u li jikkonċernaw l-Artikoli 8aa, 8ab u 8ac, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u li jikkonċernaw l-Artikoli 8aa, 8ab u 8ac, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati, f'konformità mal-Anness V. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)
Direttiva 2011/16/UE
Artikolu 25b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) Jiżdied l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 25b |
|
Rieżami |
|
Sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet introdotti mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../...*+ kif ukoll proposti speċifiċi, inklużi proposti leġiżlattivi, għat-titjib ta' din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
|
Huwa u jeżamina proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta tisħiħ ulterjuri tal-obbligu ta' rapportar min-naħa tal-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti.
|
|
________ |
|
* Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU....)" |
|
+ ĠU: jiddaħħal in-numru ta' din id-Direttiva emendatorja fit-test u n-nota f'qiegħ il-paġna tkun ikkompletata bin-numru, bid-data u bir-referenza ta' pubblikazzjoni fil-ĠU. |
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan l-Anness fih ukoll diversi possibbiltajiet ta' penali, f'konformità mal-Artikolu 25a, li jistgħu jiġu applikati mill-Istati Membri. |
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima I – punt A – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. "Operatur ta' Pjattaforma Rapportanti Eskluż" tfisser Operatur ta' Pjattaforma Rapportanti li d-dħul tiegħu, iġġenerat fl-Unjoni matul is-sena ta' kalendarju preċedenti, ma qabiżx il-EUR 100 000. |
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima I – punt A – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. "Attività Rilevanti Eskluża" tfisser kwalunkwe skambju mhux remunerat u mhux monetarju ta' prodotti u servizzi. |
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima III – punt B – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, meta dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop; |
(b) l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, kif miksub mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop; |
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima III – punt B – paragrafu 3 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, meta dan ikun disponibbli għall-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop; |
(b) l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju, kif miksub mill-Operatur tal-Pjattaformi Rapportanti, u dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tal-Bejjiegħ Rapportabbli ma tkunx innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha li mhix beħsiebha tuża l-Identifikatur tal-Kont Finanzjarju għal dan l-iskop; |
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima IV – punt C – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sa... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effiċjenza tal-proċeduri amministrattivi u l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta u tar-rekwiżiti ta' rapportar. Il-valutazzjoni tista' tiġi akkumpanjata minn proposti leġiżlattivi jekk ikun meħtieġ titjib. |
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2011/16/UE
ANNESS V – Taqsima IV – punt Fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fa. Penali għall-ksur |
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-obbligi ta' rapportar mill-Operaturi tal-Pjattaformi Rapportanti. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri huma mistiedna jiżguraw ġabra komuni ta' sanzjonijiet biex jiżguraw penali simili fl-Unjoni u jevitaw li r-reġistrazzjoni tkun iddettata minn għażla opportunistika bbażata fuq il-gravità tal-penali applikati. |
|
L-Istati Membri huma mħeġġa b'mod speċjali jqisu bħala penali l-għażliet għar-restrizzjonijiet ta' mezzi rregolati ta' ħlas, l-iddebitar ta' drittijiet konsegwenzjali addizzjonali għal kull tranżazzjoni, l-esklużjoni mill-kuntratti pubbliċi u, f'każijiet estremi u ripetuti, ir-revoka tal-liċenzja kummerċjali tal-operatur tal-pjattaforma. |
NOTA SPJEGATTIVA
Fil-15 ta' Lulju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat Pakkett tat-Taxxa, li fih tliet inizjattivi separati iżda komplementari, inkluż Pjan ta' Azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li jappoġġja l-irkupru u proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata d-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (id-DAC7).
Il-proposta għad-DAC7 għandha l-għan li testendi r-regoli dwar it-trasparenza fiskali tal-UE għall-pjattaformi diġitali. Jekk tiġi adottata, din il-proposta tipprevedi li l-Istati Membri se jiskambjaw awtomatikament l-informazzjoni dwar l-introjtu ġġenerat mill-bejjiegħa fuq il-pjattaformi diġitali. Dan mhux biss se jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jidentifikaw sitwazzjonijiet li fihom it-taxxa għandha titħallas, iżda se jnaqqas ukoll il-piż amministrattiv fuq il-pjattaformi, li jkollhom jindirizzaw rekwiżiti ta' rapportar nazzjonali differenti. B'żieda ma' dan, is-sottorapportar tad-dħul miksub permezz tal-pjattaformi diġitali jwassal għal kompetizzjoni żleali bejn l-ekonomija tradizzjonali u l-ekonomija tal-pjattaformi diġitali. Barra minn hekk, il-proposta tissuġġerixxi serje ta' aġġustamenti fid-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet għal awditi konġunti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa, referenza espliċita għall-possibbiltà għal talbiet fi gruppi minn Stat Membru għal ieħor jew il-kjarifika tal-kunċett ta' rilevanza prevedibbli, fost l-oħrajn.
Jeħtieġ li l-isfidi li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija jiġu indirizzati biex jiġi żgurat li l-introjtu u d-dħul miksuba permezz tal-pjattaformi diġitali jiġu rrapportati b'mod korrett lill-awtoritajiet tat-taxxa. B'sistema affidabbli ta' obbligi ta' rapportar u bit-traċċabbiltà tal-avvenimenti taxxabbli għall-awtoritajiet tat-taxxa biss nistgħu niżguraw li l-introjtu li jaqilgħu l-bejjiegħa jiġi intaxxat b'mod xieraq fl-Istati Membri rispettivi u nikkontribwixxu għaż-żieda fid-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri. B'żieda ma' dan, il-kriżi tal-COVID-19 fakkritna fl-importanza li nipproteġu l-finanzi pubbliċi u fil-ħtieġa li nżidu d-dħul biex nindirizzaw l-impatti ekonomiċi u soċjali tal-pandemija kif ukoll biex niffinanzjaw l-investimenti futuri meħtieġa fl-Ewropa.
B'kunsiderazzjoni ta' dan t'hawn fuq, il-proposta għad-DAC7 hija pass importanti biex titkompla l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa u jittejbu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni għandha tiġi milqugħa, minħabba li din teħodna pass 'il quddiem lejn skambju sħiħ ta' informazzjoni dwar id-dħul u l-assi kollha miksuba u li huma proprjetà tal-kontribwenti fl-UE. Għalhekk, id-DAC7 tikkostitwixxi pass ieħor lejn globalizzazzjoni ekonomika li hija rrikonċiljata b'tassazzjoni ġusta u ekwa fuq l-introjtu u l-ġid. L-Istati Membri se jiksbu mill-ġdid biss il-possibbiltà li jintaxxaw l-introjtu u l-ġid kollu miksub jew li huwa proprjetà transfruntiera taċ-ċittadini tagħhom b'mod effiċjenti, ekwu u ġust, jekk l-informazzjoni dwar il-qligħ u l-ġid tgħaddi awtomatikament bejn il-fruntieri. Id-DAC u s-sistema CRS globali ressquna eqreb lejn dan l-objettiv. Iżda b'mod partikolari, jeħtieġ li l-proprjetà immobbli, it-trusts, l-ishma tal-kumpaniji taħt il-limitu ta' sjieda ta' 25 %, xi forom ta' gwadanji kapitali u l-kriptoassi jiġu inklużi bis-sħiħ fl-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni fil-futur qarib. Għalhekk, is-sid benefiċjarju, u mhux biss dak legali, għandu jkun magħruf b'mod effettiv. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jaħdmu fuq id-disponibbiltà tad-data u mhux biss iserrħu fuq id-data eżistenti.
Madankollu, din il-proposta tista' sadanittant tiġi emendata b'mod pożittiv permezz tar-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
Mhux l-informazzjoni disponibbli biss għandha tiġi kondiviża awtomatikament skont l-Artikolu 8 iżda wkoll dik l-informazzjoni li tista' ssir raġonevolment disponibbli mill-Istat Membru;
L-Istati Membri għandhom ġeneralment ikunu fil-libertà li jużaw l-informazzjoni li jirċievu għal finijiet oħra għajr dawk fiskali. Bħala tali, tħassar il-permess meħtieġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat mittenti u l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi jista' juża l-informazzjoni meta dan ikun permess skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tirċievi l-informazzjoni;
It-tisħiħ tal-iskambju ta' informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet transfruntiera u l-arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment billi jitkabbar il-kamp ta' applikazzjoni għad-deċiżjonijiet informali u d-deċiżjonijiet nazzjonali tat-taxxa;
L-evalwazzjoni u l-analiżi kondiviżi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu ppubblikati meta dawk l-evalwazzjonijiet ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tista' tkun attribwibbli lil kontribwent speċifiku;
L-inklużjoni tal-obbligu għall-Kummissjoni biex kull sena tippubblika sommarji anonimizzati tad-data statistika li jirċievu l-Istati Membri.
L-inklużjoni ta' definizzjoni ta' Attivitajiet Rilevanti u ta' Operaturi ta' Pjattaforma Rapportanti Esklużi sabiex jitnaqqas il-piż burokratiku fuq pjattaformi żgħar u l-attivitajiet mhux monetarji u mhux remunerati jitħallew ikunu barra mill-kamp ta' applikazzjoni;
Ir-referenza għal ċertu tip ta' penali li l-Istati Membri jistgħu jużaw fil-każ li l-pjattaformi ma jkunux qed jissodisfaw l-obbligu u t-talba tagħhom għal armonizzazzjoni tal-penali madwar l-Istati Membri kollha biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ekwa u effettiva mill-pjattaformi kollha;
L-inklużjoni ta' klawżola ta' rieżami biex il-Kummissjoni tivvaluta l-effiċjenza tal-implimentazzjoni ta' dan l-obbligu ta' rapportar u l-kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta' superviżur Ewropew inkarigat mill-infurzar tad-Direttiva, jekk ikun meħtieġ.
Għandu jiġi nnotat, li l-Kunsill laħaq ftehim f'livell tekniku, appoġġjat mill-Ministri. Sfortunatament, dan il-ftehim idgħajjef il-proposta għad-DAC7 f'ċerti oqsma ewlenin. Dawn l-oqsma ewlenin, kif elenkati hawn taħt, m'għandhomx jinbidlu, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea:
Rigward l-awditi konġunti, il-ftehim tal-Kunsill idgħajjef b'mod serju l-proposta minn diversi aspetti kif tressqu mill-Kummissjoni Ewropea inkluż it-tħassir tar-raġunijiet ġustifikati għar-rifjut ta' awditu konġunt mill-awtoritajiet kompetenti, l-estensjoni ta' diversi skadenzi għat-tweġibiet, it-tħassir tal-possibbiltà għall-persuni biex jitolbu awditu konġunt u t-trażżin tar-rekwiżiti għal rapport finali;
Rigward il-"Bejjiegħa Rapportabbli", il-Kunsill jipproponi li jiżdied limitu arbitrarju għall-attivitajiet ta' kiri ta' proprjetà immobbli;
Rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fid-direttiva, il-Kunsill ippropona li jittardjaha b'sena oħra. Il-Kummissjoni kienet ipproponiet li d-direttiva għandha tapplika minn Jannar 2022. Il-Kunsill issa jipproponi l-2023 u anke jissuġġerixxi deroga għar-regoli dwar l-awditi konġunti; dawn japplikaw biss minn Jannar 2024.
Fl-aħħar nett, huwa ta' dispjaċir li l-Kunsill milli jidher mhux se jqis il-fehmiet tal-Parlament Ewropew. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala li jmorru kontra l-prinċipji ta' kooperazzjoni sinċiera, u r-rwol tal-Parlament Ewropew fi proċess konsultattiv kif imsemmi fl-Artikolu 115 tat-TFUE. F'dan il-kuntest, ta' min itenni l-ħtieġa li ngħaddu għall-maġġoranza kwalifikata fil-kwistjonijiet fiskali. Ir-rwol tal-Parlament Ewropew fl-iskrutinju tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fi kwistjonijiet ta' tassazzjoni għandu jittieħed bis-serjetà.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni |
|||
Referenzi |
COM(2020)0314 – C9-0213/2020 – 2020/0148(CNS) |
|||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
28.7.2020 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 14.9.2020 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 14.9.2020 |
LIBE 14.9.2020 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 3.9.2020 |
LIBE 7.9.2020 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Sven Giegold 7.9.2020 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
4.2.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
49 4 6 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gunnar Beck, Marek Belka, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Gilles Boyer, Francesca Donato, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Raffaele Fitto, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Sven Giegold, Valentino Grant, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, Billy Kelleher, Georgios Kyrtsos, Aurore Lalucq, Philippe Lamberts, Aušra Maldeikienė, Pedro Marques, Costas Mavrides, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Dimitrios Papadimoulis, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Sirpa Pietikäinen, Dragoș Pîslaru, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Alfred Sant, Joachim Schuster, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Cristian Terheş, Irene Tinagli, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni, Roberts Zīle |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Gerolf Annemans, Eva Maydell, Mick Wallace |
|||
Data tat-tressiq |
9.2.2021 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
49 |
+ |
ECR |
Raffaele Fitto, Cristian Terheş, Johan Van Overtveldt, Roberts Zīle |
PPE |
Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Markus Ferber, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Aušra Maldeikienė, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Ralf Seekatz, Inese Vaidere |
Renew |
Gilles Boyer, Engin Eroglu, Luis Garicano, Billy Kelleher, Caroline Nagtegaal, Dragoș Pîslaru, Stéphanie Yon-Courtin |
S&D |
Marek Belka, Jonás Fernández, Eero Heinäluoma, Aurore Lalucq, Pedro Marques, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Evelyn Regner, Alfred Sant, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli |
The Left |
José Gusmão, Dimitrios Papadimoulis, Mick Wallace |
Verts/ALE |
Sven Giegold, Claude Gruffat, Stasys Jakeliūnas, Philippe Lamberts, Piernicola Pedicini, Kira Marie Peter-Hansen, Ernest Urtasun |
4 |
- |
ID |
Gerolf Annemans, Gunnar Beck, Jörg Meuthen |
NI |
Lefteris Nikolaou-Alavanos |
6 |
0 |
ECR |
Derk Jan Eppink |
ID |
Francesca Donato, Valentino Grant, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni |
PPE |
Enikő Győri |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni