Proċedura : 2020/2043(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0019/2021

Testi mressqa :

A9-0019/2021

Dibattiti :

PV 08/03/2021 - 18
PV 08/03/2021 - 20
CRE 08/03/2021 - 18
CRE 08/03/2021 - 20

Votazzjonijiet :

PV 09/03/2021 - 17
PV 10/03/2021 - 14

Testi adottati :

P9_TA(2021)0071

<Date>{15/02/2021}15.2.2021</Date>
<NoDocSe>A9-0019/2021</NoDocSe>
PDF 332kWORD 112k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO</Titre>

<DocRef>(2020/2043(INI))</DocRef>


<Commission>{ENVI}Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</Commission>

Rapporteur: <Depute>Yannick Jadot</Depute>

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Karin Karlsbro, Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Luis Garicano, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO

(2020/2043(INI))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

 wara li kkunsidra r-Rapport tal-2019 tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet,

 wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) bit-titolu "Global Warming of 1.5 °C" (It-Tisħin Globali ta' 1,5 °C), u r-rapport speċjali tal-IPCC dwar l-oċean u l-krijosfera,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 dwar it-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 (COM(2020)0562) u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjaha (SWD(2020)0176),

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2019 u tas-17-21 ta' Lulju 2020,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17-21 ta' Lulju 2020[1],

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha Nru 18/2020, tal-15 ta' Settembru 2020 intitolat "Is-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet: l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti kienet teħtieġ immirar aħjar",

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali[2],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew[3],

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mira tal-klima għall-2030, jiġifieri tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990[4],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Industrija, l-Enerġija u r-Riċerka,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0019/2021),

A. billi l-impatti avversi tat-tibdil fil-klima jirrappreżentaw theddida diretta għall-għajxien tal-bniedem u l-ekosistemi terrestri u tal-baħar, kif ikkonfermat mir-rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tisħin globali ta' 1,5 °C, u dwar l-oċean u l-krijosfera; billi dawn l-impatti huma ddistribwiti b'mod mhux uniformi, u l-effetti l-aktar negattivi tagħhom jinħassu mill-pajjiżi u l-persuni ifqar;

B. billi skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), mill-2030, it-tibdil fil-klima huwa mistenni li jikkontribwixxi biex imutu madwar 250 000 ruħ fis-sena, minħabba malnutrizzjoni, malarja, dijarea u stress mis-sħana;

C. billi l-medja tat-temperatura globali diġà żdiedet b'aktar minn 1,1 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali[5];

D. billi l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom skont il-Ftehim ta' Pariġi li jwettqu azzjoni klimatika abbażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli u issa għandhom l-objettiv li jiksbu n-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050;

E. billi matul dawn l-aħħar deċennji, l-UE rnexxielha tiddiżakkoppja b'suċċess l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-tkabbir ekonomiku, bi tnaqqis ta' 24 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li l-PDG kiber b'aktar minn 60 % bejn l-1990 u l-2019; billi dan ma jqisx l-emissjonijiet tal-UE inkorporati fil-kummerċ internazzjonali tagħha u għalhekk jissottovaluta l-impronta tal-karbonju globali tagħha;

F. billi fl-2015 il-proporzjon tal-emissjonijiet importati fl-UE meta mqabbla mal-emissjonijiet esportati mill-UE kien ta' madwar 3:1, b'1,317 biljun tunnellata ta' CO2 importati u 424 miljun tunnellata esportati[6];

G. billi l-liġi eżistenti tal-UE wriet li hija effettiva biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi adottati s'issa; billi d-disinn attwali tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS), b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, ma pprovdiex inċentivi effettivi għad-dekarbonizzazzjoni meħtieġa ta' ċerti setturi, b'mod partikolari fl-industrija, u f'xi każijiet wassal għal profitti mhux mistennija u mhux ġustifikati għall-kumpaniji benefiċjarji, kif enfasizzat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri[7];

H. billi l-Kummissjoni għandha tkompli l-ħidma tagħha fuq l-iżvilupp ta' metodoloġiji biex taċċerta l-impronta tal-karbonju u l-impronta ambjentali ta' prodott, billi tuża approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ u tiżgura li l-kontabbiltà tal-emissjonijiet inkorporati fil-prodotti tirrifletti kemm jista' jkun ir-realtà, inklużi l-emissjonijiet mit-trasport internazzjonali;

I. billi l-Kummissjoni għandha tistudja wkoll it-traċċabbiltà tal-prodotti u s-servizzi sabiex tidentifika b'mod aktar preċiż l-impatti kollha taċ-ċikli tal-ħajja tagħhom, bħall-estrazzjoni u l-użu ta' materjali, il-proċess ta' manifattura, l-użu tal-enerġija u l-mod ta' trasport użat, bil-għan li jiġu stabbiliti bażijiet tad-data;

J. billi madwar 27 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwil bħalissa huma relatati ma' prodotti nnegozjati internazzjonalment[8]; billi 90 % tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija jitwettaq bil-baħar, u dan iwassal għal emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet serra; billi kienu biss l-emissjonijiet ta' gassijiet serra min-navigazzjoni domestika fuq l-ilma li ġew inklużi fil-kontribut inizjali stabbilit fil-livell nazzjonali (NDC) tal-UE; billi dan huwa soġġett għal reviżjoni fid-dawl tal-mira msaħħa tal-UE għall-2030;

K. billi l-kriżi tal-COVID-19 għallmitna lezzjonijiet importanti, u għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal strument ġdid għall-irkupru – Next Generation EU – tissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-awtonomija u r-reżiljenza Ewropej u l-ħtieġa ta' ċirkwiti qosra, b'mod partikolari ktajjen tal-provvista tal-ikel iqsar;

L. billi huwa essenzjali li l-Kummissjoni jkollha viżjoni integrata tal-politiki dwar il-klima, pereżempju biex tindirizza miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, bħal dawk għat-trasport marittimu, b'koordinazzjoni mal-istrateġiji ta' pprezzar tal-karbonju;

M. billi l-iżgurar ta' pprezzar tal-karbonju effettiv u sinifikanti, bħala parti minn ambjent regolatorju usa' jista' jservi ta' inċentiv ekonomiku biex jiġu żviluppati metodi ta' produzzjoni b'impronta tal-gassijiet serra aktar baxxa u jista' jagħti spinta lill-investimenti fl-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda, filwaqt li jipprovdi għad-dekarbonizzazzjoni u ċ-ċirkolarità tal-ekonomija tal-Unjoni; billi Mekkaniżmu effettiv ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera (CBAM) jista' jkollu rwol f'dak il-kuntest;

N. billi l-kummerċ jista' jkun għodda importanti għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u biex jgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; billi s-suq uniku tal-UE huwa t-tieni l-akbar suq tal-konsumaturi fid-dinja, u jqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni unika bħala entità li tistabbilixxi l-istandards globali;

O. billi l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija fattur fil-kompetittività u l-ġustizzja soċjali, u toffri potenzjal maġġuri f'termini ta' żvilupp industrijali, ħolqien tal-impjiegi, innovazzjoni u żvilupp reġjonali;

P. billi l-Artikolu XX tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) jippermetti lill-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) jimplimentaw il-miżuri li huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-ħajja jew is-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti (b), jew tar-riżorsi naturali (g);

Q. billi l-UE għandha taċċetta li pajjiż terz jista' jistabbilixxi CBAM jekk dak il-pajjiż jimplimenta prezz tal-karbonju ogħla;

R. billi l-President tal-Istati Uniti Joe Biden ħa pożizzjoni favorevoli permezz tal-pjattaforma elettorali tiegħu biex "jimponi tariffi jew kwoti ta' aġġustament tal-karbonju fuq prodotti b'intensità qawwija ta' karbonju li qed jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi klimatiċi u ambjentali tagħhom"; billi dan joħloq opportunità ġdida għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-istabbiliment mill-ġdid ta' din is-sħubija ewlenija;

S. billi ż-żieda fl-ambizzjoni tal-UE fir-rigward tat-tibdil fil-klima m'għandhiex twassal għar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-industriji Ewropej;

Rimarki ġenerali

1. Huwa mħasseb ħafna li attwalment l-ebda wieħed mill-NDCs ippreżentati, inklużi dawk tal-UE u l-Istati Membri tagħha, mhuwa konformi mal-objettiv li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm, kif previst mill-Ftehim ta' Pariġi, għal ferm inqas minn 2 °C, filwaqt li jsiru sforzi biex iż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali;

2. Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' kooperazzjoni minn xi wħud mis-sħab kummerċjali tal-UE fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima matul dawn l-aħħar ftit snin, li, kif ġie osservat reċentement fil-COP25, jimmina l-kapaċità globali kollettiva tagħna li nilħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jappoġġjaw sforz globali kollettiv u bbażat fuq ix-xjenza li jista' jwassal għall-kisba ta' dawn l-għanijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isostnu proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet trasparenti, ġust u inklużiv fil-UNFCCC;

3. Jisħaq li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ir-responsabbiltà u l-opportunità li jkomplu jassumu rwol ewlieni fl-azzjoni klimatika globali flimkien mal-emittenti globali ewlenin l-oħra; jirrimarka li l-UE tinsab quddiem nett fl-azzjoni klimatika globali, kif evidenzjat mill-adozzjoni tagħha tal-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 u l-pjan tagħha li żżid il-mira tagħha ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw id-diplomazija klimatika tagħhom qabel u wara l-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva għal CBAM, u jiżguraw b'mod partikolari djalogu kontinwu mas-sħab kummerċjali, biex jinċentivaw l-azzjoni klimatika globali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sforzi diplomatiċi paralleli biex jiġi żgurat li l-pajjiżi tal-viċinat tal-UE jkunu involuti minn kmieni;

4. Jenfasizza r-rwol ċentrali taċ-ċittadini u l-konsumaturi fit-tranżizzjoni enerġetika, u l-importanza li tiġi stimulata u appoġġjata l-għażla tal-konsumatur sabiex jitnaqqsu l-effetti tat-tibdil fil-klima billi jiġu promossi attivitajiet sostenibbli u benefiċċji kollaterali li jwasslu għal kwalità ta' ħajja ogħla;

5. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-mira klimatika tal-UE għall-2030 għal "tnaqqis nett tal-emissjonijiet ta' mill-inqas 55 %" meta mqabbla mal-livelli tal-1990; jenfasizza l-fatt, madankollu, li l-Parlament adotta mira ogħla ta' 60 %;

6. Jinnota li, filwaqt li l-UE kienet naqqset l-emissjonijiet domestiċi tagħha ta' gassijiet serra, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra inkorporati f'importazzjonijiet lejn l-UE qed jiżdiedu b'mod kostanti, u dan jimmina l-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-impronta globali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha; jissottolinja li l-importazzjonijiet netti ta' prodotti u servizzi fl-UE jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-emissjonijiet domestiċi ta' CO2 tal-Unjoni; iqis li l-kontenut ta' gassijiet serra tal-importazzjonijiet għandu jiġi mmonitorjat aħjar sabiex jiġu identifikati miżuri possibbli biex titnaqqas l-impronta globali tal-gassijiet serra tal-UE;

Id-disinn ta' CBAM kompatibbli mad-WTO

7. Jappoġġja l-introduzzjoni ta' CBAM, dment li dan ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO u l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) tal-UE billi ma jkunx diskriminatorju jew jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ internazzjonali; iqis li, bħala tali, CBAM joħloq inċentiv għall-industriji Ewropej u s-sħab kummerċjali tal-UE biex jiddekarbonizzaw l-industriji tagħhom, u għalhekk jappoġġja politiki dwar il-klima kemm tal-UE kif ukoll globali favur in-newtralità fir-rigward tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; jiddikjara b'mod inekwivoku li CBAM għandu jkun iddisinjat esklużivament biex javvanza l-objettivi tal-klima u ma jintużax ħażin bħala għodda biex issaħħaħ il-protezzjoniżmu, id-diskriminazzjoni mhux ġustifikabbli jew ir-restrizzjonijiet; jisħaq li dan il-mekkaniżmu għandu jappoġġja l-objettivi ekoloġiċi tal-UE, b'mod partikolari biex jiġu indirizzati aħjar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati fl-industrija tal-UE u fil-kummerċ internazzjonali, filwaqt li jkun nondiskriminatorju u jistinka biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi globali;

8. Jisħaq li l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-Istati Gżejjer Żgħar li Qed Jiżviluppaw għandhom jingħataw trattament speċjali sabiex iqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom u l-impatti negattivi potenzjali tas-CBAM fuq l-iżvilupp tagħhom;

9. Ifakkar fil-limitazzjonijiet u l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi, ikkumplikati, b'mod partikolari, minħabba l-pożizzjoni remota, l-insularità u d-daqs limitat tas-suq tagħhom, u jitlob li s-CBAM, f'konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), iqis b'mod speċjali l-ispeċifiċitajiet tagħhom;

10. Itenni li l-introduzzjoni ta' CBAM għandha tkun parti minn pakkett ta' miżuri leġiżlattivi biex jiġi żgurat it-tnaqqis rapidu tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġejjin mill-produzzjoni u l-konsum tal-UE, b'mod partikolari billi jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika u l-enerġiji rinnovabbli; jisħaq li s-CBAM għandu jkun akkoppjat ma' politiki li jkollhom l-għan li jippermettu u jippromwovu investimenti fi proċessi industrijali b'livell baxx ta' karbonju, inkluż permezz ta' għodod ta' finanzjament innovattivi, il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għal Ekonomija Ċirkolari u politika industrijali usa' tal-UE li tkun kemm ambjentalment ambizzjuża kif ukoll soċjalment ġusta, bil-ħsieb li tidderieġi r-riindustrijalizzazzjoni dekarbonizzata tal-Ewropa biex jinħolqu impjiegi ta' kwalità fil-livell lokali u tiġi żgurata l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, filwaqt li tiġi ssodisfata l-ambizzjoni klimatika tal-UE u jiġu offruti prevedibbiltà u ċertezza biex jiġu żgurati investimenti favur in-newtralità klimatika;

11. Jenfasizza li l-istandards tal-prodott jistgħu jiżguraw manifattura b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u effiċjenti fir-riżorsi kif ukoll jgħinu biex jiġu ggarantiti impatti ambjentali negattivi minimi mill-użu tal-prodott; jitlob, għalhekk lill-Kummissjoni tipproponi, bħala komplement għall-introduzzjoni ta' CBAM, normi u standards vinkolanti u aktar ambizzjużi fuq il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE f'termini ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ffrankar tar-riżorsi u l-enerġija, b'appoġġ għall-Qafas ta' Politika tal-Prodott Sostenibbli u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari;

12. Iqis li għall-prevenzjoni ta' distorsjonijiet possibbli fis-suq intern u tul il-katina tal-valur, CBAM għandu jkopri l-importazzjonijiet kollha ta' prodotti u komoditajiet koperti mill-EU ETS, inkluż meta jkunu inkorporati fi prodotti intermedji jew finali; jisħaq, bħala punt tat-tluq (diġà mill-2023) u wara valutazzjoni tal-impatt, li s-CBAM għandu jkopri s-settur tal-enerġija u s-setturi industrijali intensivi fl-enerġija bħas-siment, l-azzar, l-aluminju, ir-raffinar taż-żejt, il-karta, il-ħġieġ, is-sustanzi kimiċi u l-fertilizzanti, li qed ikomplu jirċievu allokazzjonijiet sostanzjali bla ħlas, u li għadhom jirrappreżentaw 94 % tal-emissjonijiet industrijali tal-Unjoni;

13. Jissottolinja li l-kontenut tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-importazzjonijiet għandu jittieħed kont tiegħu fuq il-bażi ta' punti ta' riferiment trasparenti, affidabbli u aġġornati speċifiċi għall-prodott fil-livell tal-installazzjonijiet f'pajjiżi terzi u li, b'mod prestabbilit, jekk l-importatur ma jagħmilx id-data disponibbli, għandu jittieħed kont tal-medja ta' kontenut globali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-prodotti individwali, imqassma skont il-metodi differenti ta' produzzjoni b'intensitajiet varji ta' emissjonijiet; iqis li l-ipprezzar tal-karbonju tal-importazzjonijiet għandu jkopri kemm l-emissjonijiet diretti kif ukoll dawk indiretti u għalhekk iqis ukoll l-intensità tal-karbonju speċifika għall-pajjiż tal-grilja elettrika jew, jekk l-importatur jagħmel id-data disponibbli, l-intensità tal-karbonju tal-konsum tal-enerġija fil-livell tal-installazzjoni;

14. Jinnota li l-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta l-għażliet differenti kollha għall-introduzzjoni ta' CBAM, li jvarjaw minn strumenti tat-taxxa sa mekkaniżmi li jużaw l-EU ETS; jisħaq li l-modalitajiet għad-disinn ta' CBAM għandhom jiġu esplorati flimkien mar-reviżjoni tal-EU ETS sabiex jiġi żgurat li jkunu komplementari u konsistenti, u biex jiġi evitat trikkib li jwassal għal protezzjoni doppja tal-industriji tal-UE; jissottolinja l-importanza ta' proċess trasparenti wara CBAM, inkluż bl-involviment mad-WTO u s-sħab kummerċjali tal-UE b'koordinazzjoni mal-Parlament Ewropew u billi jitwettqu valutazzjoni u qabbil bir-reqqa tal-effikaċja, l-effiċjenza u l-fattibbiltà legali ta' forom differenti ta' CBAM bil-ħsieb li jitnaqqsu l-emissjonijiet globali totali ta' gassijiet serra; jinsisti li l-għan primarju tas-CBAM huwa ambjentali u li għalhekk il-kriterji ambjentali għandu jkollhom rwol essenzjali fl-għażla tal-istrument, filwaqt li jiġi żgurat prezz tal-karbonju prevedibbli u għoli biżżejjed li jinċentiva l-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi;

15. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu vvalutati l-impatti ta' kull għażla fuq l-istandards tal-għajxien tal-konsumaturi, speċjalment dawk tal-gruppi l-aktar vulnerabbli, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq id-dħul; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjoni tal-impatt tinkludi wkoll il-konsegwenzi għall-baġit tal-UE tad-dħul iġġenerat mis-CBAM bħala riżorsa proprja, skont id-disinn u l-modalitajiet magħżula;

16. Iqis li sabiex jiġi indirizzat ir-riskju potenzjali tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li tinżamm konformità mar-regoli tad-WTO, is-CBAM jeħtieġ li jimponi ħlas għall-kontenut tal-karbonju tal-importazzjonijiet b'mod li jirrifletti l-ispejjeż tal-karbonju mħallsa mill-produtturi tal-UE; jisħaq li l-ipprezzar tal-karbonju fl-ambitu tas-CBAM għandu jirrifletti l-evoluzzjoni dinamika tal-prezz tal-kwoti tal-UE fl-ambitu tal-EU ETS filwaqt li jiżgura l-prevedibbiltà u anqas volatilità fil-prezz tal-karbonju; huwa tal-fehma li l-importaturi għandhom jixtru l-kwoti minn pul separat ta' kwoti għall-EU ETS, li l-prezz tal-karbonju tagħhom jikkorrispondi għal dak tal-jum tat-tranżazzjoni fl-EU ETS; jissottolinja li l-introduzzjoni tas-CBAM hija biss waħda mill-miżuri fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u trid tkun akkumpanjata wkoll mill-miżuri meħtieġa fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS kif ukoll riforma ambizzjuża tal-EU ETS biex jiġi żgurat li din twassal għal ipprezzar tal-karbonju sinifikanti li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, u biex tikkontribwixxi għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'konformità mal-mira klimatika aġġornata tal-UE għall-2030 u l-mira ta' emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra għall-2050, inkluż billi jiġi indirizzat il-fattur ta' tnaqqis lineari, bażi mill-ġdid tal-limitu massimu u valutazzjoni tal-ħtieġa potenzjali ta' prezz minimu tal-karbonju;

17. Jenfasizza li dazju tas-sisa (jew taxxa) fuq il-kontenut tal-karbonju tal-prodotti kollha kkunsmati, kemm domestiċi kif ukoll importati, ma jindirizzax bis-sħiħ ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, ikun teknikament ta' sfida minħabba l-kumplessità tat-traċċar tal-karbonju fil-ktajjen tal-valur globali u jaf ipoġġi piż sinifikanti fuq il-konsumaturi; jirrikonoxxi li dazju fiss jew taxxa fissa fuq l-importazzjonijiet jistgħu jkunu għodda sempliċi biex jingħata sinjal ta' prezz ambjentali b'saħħtu u stabbli għall-karbonju importat; jemmen, madankollu, li minħabba n-natura fissa tagħha, taxxa bħal din tkun għodda inqas flessibbli biex tirrifletti l-prezz li jevolvi tal-EU ETS; jisħaq li, fil-prattika, taxxa li tevolvi li awtomatikament tirrifletti l-prezz tal-EU ETS tkun ekwivalenti għal ETS virtwali; jirrikonoxxi li, jekk is-CBAM ikun ta' natura fiskali, hemm possibbiltà li jiġi introdott mekkaniżmu bbażat fuq l-Artikolu 192(2) tat-TFUE;

18. Jisħaq li l-importaturi għandu jkollhom l-għażla li juru, f'konformità mal-istandards tal-UE għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifikazzjoni tal-EU ETS, li l-kontenut tal-karbonju tal-prodotti tagħhom huwa aktar baxx minn dawk il-valuri, u li jibbenefikaw minn ammont pagabbli adattat b'mod korrispondenti, sabiex jitħeġġu l-innovazzjoni u l-investiment f'teknoloġiji sostenibbli madwar id-dinja; iqis li dan m'għandux jimponi piż sproporzjonat fuq l-SMEs; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu se jkun meħtieġ li tkun sostnuta minn sett ta' standards tal-UE li ma jippermettux li dan il-mekkaniżmu jiġi evitat jew użat ħażin, u se tkun teħtieġ infrastruttura indipendenti u b'saħħitha biex tkun tista' tiġi amministrata;

19. Jisħaq li s-CBAM għandu jiżgura li l-importaturi minn pajjiżi terzi ma jiġux iċċarġjati darbtejn għall-kontenut tal-karbonju tal-prodotti tagħhom, biex jiġi żgurat li dawn jiġu trattati fuq l-istess livell u mingħajr diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-impatt tal-għażliet differenti tas-CBAM fuq il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati;

20. Jenfasizza li, għall-kuntrarju tal-ETS, il-mekkaniżmu ma għandux jittratta l-ħruq tal-injam għall-fjuwil bħala newtrali għall-karbonju u li, fl-ambitu tal-qafas rivedut u aġġornat, il-karbonju inkorporat fl-injam maqtugħ u l-ħamrija fqira għandu jkollu prezz;

21. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timminimizza r-riskju li l-esportaturi lejn l-Unjoni jippruvaw jevitaw il-mekkaniżmu jew jikkompromettu l-effikaċja tiegħu, pereżempju billi jorjentaw mill-ġdid il-produzzjoni bejn is-swieq jew billi jesportaw prodotti semimanifatturati;

Aspetti relatati mal-kummerċ ta' CBAM

22. Jitlob li l-Ftehim ta' Pariġi u l-għan tiegħu ta' 1,5 ℃ isiru wieħed mill-prinċipji gwida ewlenin tal-politika kummerċjali, u li l-inizjattivi kummerċjali kollha u l-għodod ta' politika tagħhom iridu jiġu aġġustati għalih, billi jiġi inkluż, fost l-oħrajn, fl-FTAs bħala element essenzjali; jinsab konvint li tali politika kummerċjali mfassla apposta tista' tkun mutur importanti biex l-ekonomiji jitmexxew lejn id-dekarbonizzazzjoni, sabiex jinkisbu l-objettivi klimatiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew;

23. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-erożjoni tas-sistema kummerċjali multilaterali; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod attiv mal-gvernijiet tas-sħab kummerċjali biex tiżgura djalogu kontinwu dwar din l-inizjattiva, u b'hekk tipprovdi inċentivi għal azzjoni klimatika kemm fl-Unjoni kif ukoll mis-sħab kummerċjali tagħha; jissottolinja li l-politika kummerċjali tista' u għandha tintuża biex tippromwovi aġenda ambjentali pożittiva u biex jiġu evitati differenzi maġġuri fil-livelli ta' ambizzjoni ambjentali bejn l-UE u l-bqija tad-dinja, u li CBAM għandu jiġi ddisinjat bħala azzjoni li tikkomplementa azzjonijiet fl-ambitu tal-kapitoli tal-kummerċ u tal-iżvilupp sostenibbli tal-FTAs tal-UE; jissottolinja li azzjoni globali li tagħmel is-CBAM superfluwu trid tkun l-għan aħħari tal-inizjattiva, waqt li l-bqija tad-dinja tilħaq il-livell ta' ambizzjoni li l-UE stabbiliet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2; huwa, għalhekk, tal-fehma li s-CBAM għandu jitqies bħala mezz biex jgħin fl-aċċelerazzjoni ta' dan il-proċess u mhux bħala mezz ta' protezzjoniżmu; jistenna li l-Kummissjoni tibda negozjati dwar approċċ globali fil-qafas tad-WTO jew tal-G20;

24. Iqis li l-kummerċ internazzjonali u l-politika kummerċjali huma faċilitaturi ewlenin tat-tranżizzjoni lejn ekonomija globali newtrali għall-klima, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari u, bħala tali, jappoġġjaw l-isforzi globali lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi; iqis li hemm ħtieġa urġenti li ssir riforma komprensiva tad-WTO, li tippermettilha tiggarantixxi kummerċ ġust, filwaqt li fl-istess ħin tiġġieled it-tisħin globali; jinnota li r-regoli tal-GATT imorru lura għall-1947 u huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġu konċepiti mill-ġdid fil-kuntest attwali tal-kriżi klimatika; jistenna li l-Kummissjoni tieħu inizjattivi urġenti għar-riforma tad-WTO, sabiex tinkiseb kompatibbiltà mal-objettivi klimatiċi; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex jinkiseb prezzar globali tas-CO2 u jiġi ffaċilitat il-kummerċ f'teknoloġiji ta' protezzjoni tal-klima u l-ambjent, pereżempju permezz ta' inizjattivi ta' politika kummerċjali bħall-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali tad-WTO.

25. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq riformi multilaterali tad-WTO li jġibu d-dritt kummerċjali internazzjonali f'konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u ma' aspetti oħra tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); jirrimarka li CBAM ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO jekk ikun iddisinjat b'objettiv ambjentali ċar biex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali ta' gassijiet serra u jekk jirrispetta l-ogħla integrità ambjentali;

26. Jissottolinja li s-CBAM jista' jgħin fil-kontribut għall-SDGs; ifakkar li l-promozzjoni ta' xogħol deċenti hija wkoll SDG u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE jiġu manifatturati taħt kundizzjonijiet li jirrispettaw il-konvenzjonijiet tal-ILO;

27. Jinnota li, sabiex ikunu kompatibbli mar-regoli tad-WTO, id-dispożizzjonijiet tal-GATT, bħall-Artikolu I (il-prinċipju tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit), l-Artikolu III (il-prinċipju tat-trattament nazzjonali) u, jekk ikun meħtieġ, l-Artikolu XX (eċċezzjonijiet ġenerali) jistgħu jkunu l-bażi għal kwalunkwe disinn tas-CBAM, li l-unika loġika tiegħu għandha tkun strettament ta' bixra ambjentali – it-tnaqqis tal-emissjonijiet globali tas-CO2 u l-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

28. Jissottolinja l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu III tal-GATT; jisħaq li t-trattament bl-istess mod tal-importazzjonijiet u tal-produzzjoni domestika huwa kriterju ewlieni biex ikun żgurat li kwalunkwe miżura tkun kompatibbli mad-WTO; jenfasizza li s-CBAM għandu jikkostitwixxi alternattiva għall-miżuri eżistenti dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju skont il-liġi tal-UE fis-setturi koperti mill-EU ETS sa fejn dan jista' joħloq kundizzjonijiet ekwi bejn il-produtturi barranin u l-produtturi domestiċi tal-UE billi tiġi applikata imposta fuq l-emissjonijiet tal-karbonju inkorporati tal-prodotti kollha f'dawk is-setturi, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, biex b'hekk tiġi żgurata protezzjoni sħiħa mir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-industrija Ewropea u jiġu evitati trasferimenti tal-emissjonijiet lejn pajjiżi terzi; jenfasizza li l-implimentazzjoni tas-CBAM għandha għalhekk timxi id f'id mat-tneħħija parallela, gradwali, rapida u eventwalment kompleta ta' dawk il-miżuri għas-setturi kkonċernati sabiex tiġi evitata l-protezzjoni doppja għall-installazzjonijiet tal-UE, filwaqt li jiġi vvalutat l-impatt fuq l-esportazzjonijiet u s-setturi dipendenti tul il-katina tal-valur; jenfasizza li d-disinn tas-CBAM għandu jsegwi prinċipju sempliċi li bih tunnellata waħda ta' karbonju m'għandhiex tiġi protetta darbtejn;

29. Jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi globali għall-kompetittività tal-industriji Ewropej mingħajr ma jiġu ġġenerati effetti dannużi fuq il-klima u l-ambjent; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra l-introduzzjoni possibbli ta' ribassi fuq l-esportazzjoni, iżda biss jekk tkun tista' turi bis-sħiħ l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-klima u l-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli tad-WTO; jisħaq li bil-għan li tipprevjeni effetti klimatiċi perversi bl-inċentivazzjoni ta' metodi ta' produzzjoni inqas effiċjenti għall-industriji esportaturi Ewropej u biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mad-WTO, kwalunkwe forma ta' appoġġ potenzjali għall-esportazzjoni għandha tkun trasparenti, proporzjonata u ma twassal għall-ebda tip ta' vantaġġ kompetittiv għall-industriji esportaturi tal-UE f'pajjiżi terzi, u għandha tkun strettament limitata għall-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti sabiex jinżammu l-inċentivi għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għall-kumpaniji esportaturi tal-UE;

30. Jisħaq li kwalunkwe mekkaniżmu jrid joħloq inċentiv għall-industriji fl-UE u barra minnha biex jipproduċu prodotti nodfa u kompetittivi, u jevitaw ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, mingħajr ma jipperikolaw l-opportunitajiet kummerċjali;

31. Jinnota li s-CBAM huwa parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u għodda biex jintlaħaq l-għan tal-UE ta' emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra sal-2050; jinnota li l-parti l-kbira tas-setturi industrijali intensivi fl-użu tal-karbonju u tal-kummerċ jistgħu potenzjalment jiġu affettwati mis-CBAM, direttament jew indirettament, u li għandhom jiġu kkonsultati matul il-proċess; jinnota wkoll li s-CBAM jista' jinfluwenza l-ktajjen tal-provvista b'tali mod li dawn jinternalizzaw l-ispejjeż tal-karbonju; jisħaq li kwalunkwe CBAM għandu jkun faċli biex jiġi amministrat u ma jpoġġix piż finanzjarju u amministrattiv żejjed fuq l-intrapriżi, speċjalment l-SMEs.

Is-CBAM u r-riżorsi proprji

32. Jirrikonoxxi li s-CBAM jista' jiġi implimentat jew bħala estensjoni tar-reġim attwali tad-dazji doganali jew bħala skema komplementari fil-qafas eżistenti tal-EU ETS; jenfasizza li ż-żewġ approċċi jistgħu jkunu kompletament konsistenti ma' inizjattiva tar-riżorsi proprji;

33. Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża d-dħul iġġenerat mis-CBAM bħala riżorsi proprji ġodda għall-baġit tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa dwar l-użu ta' dak id-dħul; jenfasizza, madankollu, li r-rwol baġitarju tas-CBAM għandu jkun biss prodott sekondarju tal-istrument; jemmen li dak id-dħul ġdid għandu jippermetti appoġġ akbar għall-azzjoni klimatika u l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, bħat-tranżizzjoni ġusta u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Ewropa, u żieda fil-kontribut tal-UE għall-finanzjament internazzjonali għall-klima favur il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw, li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari biex jappoġġjahom sabiex jgħaddu minn proċess ta' industrijalizzazzjoni bbażat fuq teknoloġiji nodfa u dekarbonizzati; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-effetti soċjali tal-mekkaniżmu fil-proposta tagħha li jmiss bil-ħsieb li timminimizzahom; jisħaq li d-dħul iġġenerat minn CBAM bl-ebda mod ma għandu jintuża bħala sussidji moħbija għal industriji Ewropej b'livell għoli ta' tniġġis, peress li fl-aħħar mill-aħħar dan jikkomprometti l-kompatibbiltà tiegħu mad-WTO;

34. Ifakkar li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-ħolqien ta' riżorsi proprji ġodda, inkluż is-CBAM, matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss fil-Ftehim Interistituzzjonali (FII) dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda[9]; jisħaq li, jekk il-flussi finanzjarji li jiġu ġġenerati mis-CBAM jiġu assenjati lill-baġit tal-UE, dan jgħin biex jittaffew il-kwistjonijiet ta' ekwivalenza fiskali u jiġu żgurati distribuzzjoni ekwa tal-impatt bejn l-Istati Membri kif ukoll struttura simplifikata bi spejjeż amministrattivi minimi; jikkonkludi, għalhekk, li d-definizzjoni tar-rikavati bħala riżorsa proprja tal-UE tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) fil-finanzjament tal-baġit tal-UE, u b'hekk tgħin biex l-impatt tas-CBAM jiġi distribwit b'mod ekwu bejn l-Istati Membri kollha; iqis li kwalunkwe ffrankar fil-livell nazzjonali minħabba kontribuzzjonijiet aktar baxxi tal-ING se jżid l-ispazju fiskali tal-Istati Membri; jisħaq li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu għandha tkun akkumpanjata mit-tneħħija ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent mogħtija lil industriji intensivi fl-enerġija, b'mod partikolari eżenzjonijiet u ħelsien mit-taxxa fuq enerġija użata minn industriji intensivi fl-enerġija;

35. Jieħu nota tad-diversi stimi prudenti tad-dħul, li jvarjaw minn EUR 5 biljun sa EUR 14-il biljun fis-sena, skont il-kamp ta' applikazzjoni u d-disinn tal-istrument il-ġdid; jenfasizza l-fatt li l-baġit tal-UE, fi kwalunkwe każ, huwa perfettament adatt biex jassorbi l-fluttwazzjonijiet fid-dħul jew saħansitra l-effetti rigressivi fit-tul;

36. Huwa determinat li jiżgura li r-riżorsa proprja bbażata fuq is-CBAM tkun parti minn sett ta' riżorsi proprji li jkun biżżejjed biex ikopri l-livell tan-nefqa globali mistennija tal-ispejjeż tal-ħlas lura tal-kapital u l-imgħax tas-self imġarrba fl-ambitu tal-istrument Next Generation EU, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-universalità; ifakkar, barra minn hekk, li kwalunkwe surplus mill-pjan ta' ħlas lura xorta jrid jibqa' fil-baġit tal-UE bħala dħul ġenerali;

37. Jisħaq li l-introduzzjoni ta' sett ta' riżorsi proprji ġodda, kif previst fil-pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda skont il-FII, tista' tiffaċilita enfasi aħjar tan-nefqa fil-livell tal-UE fuq oqsma ta' prijorità u beni pubbliċi komuni b'żidiet kbar fl-effiċjenza meta mqabbla mal-infiq nazzjonali; ifakkar li kwalunkwe nuqqas li jiġu rrispettati t-termini maqbula fil-FII minn waħda mit-tliet istituzzjonijiet jista' jesponiha għal kontestazzjoni legali mill-oħrajn;

38. Jistieden lill-istituzzjonijiet isegwu b'mod attiv l-ispirtu u l-ittra tal-pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda skont il-FII, li jistipula li din ir-riżorsa proprja ġdida għandha tidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023.

L-implimentazzjoni tas-CBAM u aspetti oħra

39. Jisħaq li l-implimentazzjoni tas-CBAM trid tkun akkumpanjata bit-tneħħija tal-forom kollha ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent mogħtija lil industriji intensivi fl-enerġija fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-prattiki differenti tal-Istati Membri f'dik il-kwistjoni fid-dawl tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas;

40. Jitlob li s-CBAM jiġi mmonitorjat permezz ta' korp indipendenti, taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni, li għandu jirrapporta regolarment u jipprovdi informazzjoni trasparenti lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq talba u mill-inqas darbtejn fis-sena;

41. Jinnota li l-UE hija l-akbar importatur dinji tal-karbonju u li l-kontenut tal-karbonju tal-prodotti esportati mill-UE huwa ferm anqas mill-kontenut tal-karbonju tal-prodotti importati; jiddeduċi li l-isforzi Ewropej fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima huma akbar mill-isforz internazzjonali medju; jenfasizza li sabiex jitkejjel l-impatt klimatiku globali tal-Unjoni, hemm bżonn ta' metodu ta' rappurtar solidu li jqis l-emissjonijiet tal-prodotti u s-servizzi importati fl-UE;

42. Jenfasizza li jekk ikun hemm sforzi klimatiċi internazzjonali suffiċjenti, bħal prezzar tal-karbonju internazzjonali robust, mifrux u konsistenti u teknoloġiji, prodotti u proċessi ta' produzzjoni b'emissjonijiet baxxi kompetittivi għall-aħħar, maż-żmien dan se jwassal biex il-mekkaniżmu ma jibqax meħtieġ; iqis li t-tibdil fil-klima huwa problema globali li tirrikjedi soluzzjonijiet globali, u għalhekk jemmen li l-UE għandha tkompli tappoġġa l-istabbiliment ta' qafas globali għall-ipprezzar tas-CO2 b'konformità mal-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Pariġi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal il-mekkaniżmu billi ssegwi kalendarju ta' żmien ċar u ambizzjuż għall-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tiegħu; ifakkar li ċerti soluzzjonijiet tekniċi għall-mitigazzjoni tas-CO2 għadhom fl-istadju pilota u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tissokta bl-isforzi tagħha biex tkompli tiżviluppahom; jistieden lill-Kummissjoni tfassal il-mekkaniżmu bħala parti minn pakkett ta' politika komprensiv u orjentat fit-tul li jkun konsistenti mal-kisba ta' ekonomija b'emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi sa mhux aktar tard mill-2050;

43. Ifakkar li l-politika tal-UE dwar il-klima, il-politika industrijali u l-għan li jinżamm u jiżdied it-tkabbir ekonomiku sostenibbli għandhom jimxu id f'id; jisħaq li kwalunkwe mekkaniżmu jrid ikun integrat fl-istrateġija industrijali tagħna, u joħloq inċentiv għall-industriji biex jipproduċu prodotti nodfa u kompetittivi;

44. Jissottolinja li mekkaniżmu li jiffunzjona tajjeb għandu jiżgura t-tnaqqis tal-emissjonijiet importati fl-UE u jipprovdi l-aktar protezzjoni effettiva tal-klima mir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li jirrispetta r-regoli tad-WTO; jisħaq li l-mekkaniżmu għandu jitfassal b'tali mod li jiżgura l-applikazzjoni effettiva u sempliċi tiegħu u fl-istess ħin jipprevjeni mġiba ta' ċirkomvenzjoni bħad-distribuzzjoni mill-ġdid tar-riżorsi jew l-importazzjoni ta' prodotti semimanifatturati jew finali mhux koperti mill-mekkaniżmu;

45. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ u pariri tekniċi lill-industriji kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż, speċjalment għall-SMEs, fl-istabbiliment ta' sistemi affidabbli ta' kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-importazzjonijiet sabiex tinżamm industrija Ewropea b'saħħitha mingħajr ma jinħolqu ostakli tekniċi għas-sħab kummerċjali;

46. Jitlob evalwazzjoni speċjali tal-impatt tal-mekkaniżmu fuq l-SMEs u fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern; jitlob il-ħolqien, jekk ikun meħtieġ, ta' mekkaniżmu ta' appoġġ għall-SMEs biex jaġġustaw b'suċċess għar-realtà l-ġdida tas-suq, u b'hekk jiġi evitat li jisfaw vittmi ta' prattiki inġusti minn atturi fis-suq akbar;

47. Jinnota, barra minn hekk, li sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta fis-suq Ewropew, il-mekkaniżmu m'għandu joħloq l-ebda żvantaġġ kompetittiv fost materjali li jkunu f'kompetizzjoni; jissottolinja li l-materjali li jirrispettaw l-aktar il-klima m'għandhomx isofru żvantaġġi kompetittivi;

48. Jenfasizza l-importanza tiegħu biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej u l-interessi tagħhom ikunu rrappreżentati u fil-kontribut għall-kisba ta' prijoritajiet tal-UE bħall-protezzjoni tal-klima, it-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività internazzjonali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jinvolvu bis-sħiħ lill-Parlament, bħala koleġiżlatur, fil-proċess leġiżlattiv biex jiġi stabbilit il-mekkaniżmu.

°

° °

49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 


NOTA SPJEGATTIVA

It-tibdil fil-klima m'għadux jirrigwarda biss lix-xjenzati u lill-ġenerazzjonijiet futuri. Ta' kuljum qegħdin nintlaqtu mill-konsegwenzi drammatiċi li huwa jġib miegħu fuq it-territorji tagħna, viċin ħafna tagħna, u nibqgħu mistagħġbin bl-immaġnijiet katastrofiċi li jaslulna mill-bqija tad-dinja. Nirien, mewġiet ta' sħana, nixfa, għargħar, għargħar kostali, uragani, tidwib tas-silġ, pandemiji, spostamenti tal-popolazzjonijiet: l-instabbiltà fil-klima hija r-realtà tagħna. Dan kollu seħħ filwaqt li t-temperatura medja żdiditilna biss b'1,1 gradi C!

Il-Ftehim ta' Pariġi ġibed l-attenzjoni għall-mobilizzazzjoni ġenerali. Jeħtieġ li nħaffu u nżidu l-ambizzjonijiet tagħna għaliex, sal-lum, il-politiki tagħna dwar il-klima se jwassluna għal tisħin ta' bejn 3°C u 4°C, jew saħansitra aktar skont l-agħar xenarji possibbli. Dan iwassal għal dinja aljena u kaotika! L-Unjoni Ewropea jeħtieġ li terfa' r-responsabbiltà għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra li tipproduċi u għal dawk li qed timporta f'ammonti dejjem akbar. Hija għandha rwol determinanti x'taqdi fil-multilateraliżmu u l-kooperazzjoni internazzjonali indispensabbli. Għaliex hija potenza ekonomika u kummerċjali u, bħala tali, għandha tmexxi bl-eżempju.

 

L-Ewropej saru konxji mill-urġenza u mill-perikli u qed jagħmlu l-parti żgħira tagħhom. Iż-żgħażagħ jipprotestaw għall-klima. Għadd dejjem jikber ta' atturi ekonomiċi qed jinvesti bil-kbir fl-enerġija rinnovabbli, fis-sempliċità u fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini u tat-trasport, fid-dekarbonizzazzjoni tal-industrija u tas-servizzi. Il-bdiewa qed juru li l-agrikoltura tista' tgħin biex tkessaħ il-pjaneta aktar milli ssaħħanha żżejjed. Mhijiex biss kwistjoni ta' ġlieda kontra l-perikli iżda wkoll aspirazzjoni popolari biex nibdlu l-mudell ta' żvilupp tagħna, sabiex ikun aktar sostenibbli, aktar ġust soċjalment, aktar reżiljenti u aktar sovran. Id-dekarbonizzazzjoni mhijiex biss ħtieġa urġenti, iżda saret ukoll opportunità, lieva eċċellenti għall-ħolqien tal-impjiegi, għall-iżvilupp bilanċjat tat-territorji tagħna u għall-innovazzjoni teknoloġika, soċjali, industrijali u demokratika.

 

Bl-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, bil-Patt Ekoloġiku u l-Liġi dwar il-Klima, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tinsab fil-qalba tal-aġenda politika tal-Unjoni. Minkejja dan, ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-programm tal-Kummissjoni u d-diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill jitolbu biex isiru aktar sforzi u sforzi aħjar. Il-mira ta' tnaqqis ta' 40 % fl-emissjonijiet tagħna sal-2030 m'għadhiex valida u x-xjenzati jirrakkomandaw li din tiżdied għal 65 %. Tkun xi tkun il-mira l-ġdida li tintgħażel, din se tirrikjedi li nirrevedu bir-reqqa u b'mod sistematiku l-politiki Ewropej kollha f'dan il-qasam, u b'mod partikolari d-Direttiva ETS, li tikkundizzjona b'mod wiesa' l-ipprezzar tal-karbonju u għalhekk is-saħħa tal-inċentiv għad-dekarbonizzazzjoni. Ma jistax ikun hemm politika ambizzjuża dwar il-klima mingħajr tnaqqis sinifikanti fil-kwoti allokati tal-karbonju, mingħajr it-tneħħija tal-kwoti bla ħlas li jikkontribwixxu għall-effikaċja baxxa tas-suq tal-karbonju, u mingħajr id-definizzjoni ta' prezz minimu għal kull tunnellata ta' CO2.

Għalkemm insuffiċjenti, il-politika tal-UE dwar il-klima hija aktar ambizzjuża minn dik ta' ħafna mis-sħab kummerċjali tagħha. Jekk il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima trid tkun opportunità industrijali, ekonomika u soċjali, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tagħna ma għandhiex twassal għal deindustrijalizzazzjoni ġdida, b'rilokazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-karbonju u rilokazzjonijiet tal-investimenti. Hija r-responsabbiltà tagħna li niżguraw li l-isforzi meħtieġa mill-kumpaniji ma jikkundannawhomx biex isofru kompetizzjoni inġusta minn atturi li jipproduċu f'pajjiżi inqas ambizzjużi mill-Unjoni iżda li l-prodotti tagħhom jinsabu fis-suq intern. Dan huwa preċiżament għaliex neħtieġu mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera – Carbon Border Ajustment Mechanism – CBAM.

Is-CBAM huwa għodda essenzjali li tissodisfa diversi objettivi, li kollha jikkontribwixxu għall-istess ċirku virtuż, li l-objettiv primarju tiegħu huwa l-ħarsien tal-klima:

 il-kontribut għat-tisħiħ tal-azzjoni klimatika fi ħdan l-Unjoni,

 l-inkoraġġiment għal ambizzjoni akbar mis-sħab tagħna,

 il-protezzjoni tal-produtturi tagħna minn kompetizzjoni potenzjalment inġusta,

 il-promozzjoni tar-rilokazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi fit-territorju Ewropew,

 l-ispinta għar-riżorsi proprji tal-Unjoni.

Għal dan il-għan, is-CBAM għandu jissodisfa bosta prinċipji:

 Dan maż-żmien irid ikun japplika għall-prodotti kollha importati sabiex ikopri l-impronta tal-karbonju kollha tagħna u jipprevjeni distorsjonijiet fis-suq intern. Fuq bażi tranżitorja, se japplika għall-materja prima ewlenija, li l-produzzjoni tagħha tipproduċi ħafna CO2 u hija koperta mis-suq Ewropew tal-karbonju.

 Irid jidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-2023. L-artikolazzjoni mas-suq tal-ETS tkun iktar effettiva aktar ma l-perjodu ta' tranżizzjoni jkun qasir. CBAM effettiv għandu jagħmilha possibbli li jintemmu l-kwoti bla ħlas. Dawn jikkostitwixxu l-istrument prinċipali fil-ġlieda kontra r-rilokazzjonijiet tal-karbonju, iżda kellhom riperkussjonijiet perversi qawwija u qligħ mhux ġustifikat (windfall profits), kif innotat il-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha 18/2020 intitolat "Is-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta´ Emissjonijiet: l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti kienet teħtieġ immirar aħjar".

 Irid ikun kompatibbli mar-regoli kummerċjali multilaterali billi bosta artikoli tal-GATT jippermettu azzjoni favur interessi superjuri għall-kummerċ, bħall-ambjent u s-saħħa.

 Irid jiżdied mal-baġit Ewropew bħala riżorsa proprja ġdida. Aħna niddefendu l-objettiv li din ir-riżorsa tiġi allokata l-aktar għall-Patt Ekoloġiku u għat-tranżizzjoni ġusta, iżda parti sinifikanti għandha tappoġġja t-tranżizzjonijiet fl-ifqar pajjiżi u dawk l-aktar milquta mit-tibdil fil-klima.

Iċ-ċittadini Ewropej jistennew li l-Unjoni Ewropea taġixxi b'aktar determinazzjoni u ambizzjoni għall-klima. Huma jridu li hija twaqqaf l-"inġenwità" jew iċ-ċinżmu li hija wriet fil-politika kummerċjali, fejn ħafna drabi tinjora l-prezz soċjali, ambjentali u industrijali tal-ftehimiet li tiffirma.

Is-CBAM huwa opportunità eċċellenti biex jiġu rrikonċiljati flimkien il-klima, l-industrija, l-impjiegi, ir-reżiljenza, is-sovranità u r-rilokazzjoni. F'dan ir-rigward, jikkostitwixxi test politiku u demokratiku ewlieni għall-Unjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jkun ta' eżempju!


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI (14.12.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</CommissionInt>


<Titre>dwar "Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO"</Titre>

<DocRef>(2020/2043(INI))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: (*): <Depute>Karin Karlsbro</Depute>

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jilqa' l-għan tal-Unjoni Ewropea li tinkiseb tranżizzjoni soċjalment ġusta għan-newtralità klimatika sal-2050, kif ukoll il-mira ta' 60 % tnaqqis fl-emissjonijiet sal-2030 kif propost mill-Parlament; jitlob li tissokta ż-żieda fil-livell ta' ambizzjoni fl-isforzi klimatiċi fil-politika kummerċjali tal-UE kif ukoll f'ħafna sferi oħra tal-politika; jitlob li l-Ftehim ta' Pariġi u l-għan tiegħu ta' 1,5 ℃ isiru wieħed mill-prinċipji gwida ewlenin tal-politika kummerċjali, u li l-inizjattivi kummerċjali kollha u l-għodod ta' politika tagħhom iridu jiġu aġġustati għalih, billi jiġi inkluż, fost l-oħrajn, fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) bħala element essenzjali; jinsab konvint li tali politika kummerċjali mfassla apposta tista' tkun mutur importanti biex l-ekonomiji jitmexxew lejn id-dekarbonizzazzjoni sabiex jinkisbu l-objettivi klimatiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew; jenfasizza li, bħala riżultat taż-żieda fl-ambizzjoni tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jista' jiżdied; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura protezzjoni sħiħa mir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-politiki kollha tagħha, filwaqt li tqis il-kompetittività tal-industrija Ewropea u tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jinnota li, filwaqt li fl-2018 l-Unjoni kienet naqqset l-emissjonijiet interni tagħha ta' gassijiet serra bi 23,2 % taħt il-livelli tal-1990, l-emissjonijiet tagħha ta' gassijiet serra inkorporati fil-kummerċ internazzjonali kienu qed jiżdiedu b'mod kostanti; jissottolinja li l-importazzjonijiet netti ta' beni u servizzi fl-UE jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-emissjonijiet interni ta' CO2 tal-Unjoni;

2. Jappoġġja, fin-nuqqas ta' prezz globali tal-karbonju u ta' soluzzjoni multilaterali, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera (CBAM) tal-UE li jkun ġust u trasparenti, effiċjenti u bbażat fuq is-suq bil-kundizzjoni li jkun kompatibbli mar-regoli tad-WTO u mal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE (billi jkun nondiskriminatorju u ma joħloqx restrizzjonijiet moħbija fuq il-kummerċ internazzjonali) u li jkun proporzjonat, ibbażat fuq il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u jkun adatt biex l-objettivi tal-klima jintlaħqu b'mod effettiv; iqis li s-CBAM irid japplika għall-beni mill-pajjiżi terzi kollha li għadhom mhumiex parti minn skema effettiva ta' pprezzar tal-karbonju, jew miżuri ekwivalenti b'għanijiet u spejjeż simili għal dawk tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU-ETS), biex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini, u li l-ispejjeż għal ipprezzar inqas ambizzjuż tal-karbonju jridu jkunu deduċibbli mis-CBAM;

3. Jinsab konvint li l-objettiv ta' CBAM għandu jkun li jiġi evitat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-UE u għalhekk jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali li jitnaqqsu l-emissjonijiet globali u li l-UE tiġi megħjuna tissodisfa l-impenji tagħha; jenfasizza l-fatt li CBAM tal-UE huwa mfassal esklużivament biex jagħmel progress f'dawk li huma l-objettivi tal-klima, kif ukoll biex inaqqas ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u li dan għandu jsir b'mod proporzjonat u bbilanċjat, ikun ibbażat fuq l-evidenza u ma jridx jintuża ħażin bħala għodda biex isaħħaħ il-protezzjoniżmu, id-diskriminazzjoni inġustifikabbli jew ir-restrizzjonijiet f'kuntest globali tal-kummerċ internazzjonali li diġà huwa mgħobbi; jitlob li f'dan il-kuntest tiġi evitata burokrazija eċċessiva; jinnota li waħda mill-konsegwenzi tal-miżura se tkun il-prevenzjoni tar-riskju ta' trasferiment tal-produzzjoni barra mill-UE, peress li tali rilokazzjoni tista' tannulla l-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet u tippromwovi l-politiki internazzjonali tal-UE dwar il-ħarsien tal-ambjent;

4. Jinnota li, sabiex ikunu kompatibbli mar-regoli tad-WTO, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), bħall-Artikolu I (il-prinċipju tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit), l-Artikolu III (il-prinċipju tat-trattament nazzjonali) u, jekk ikun meħtieġ, l-Artikolu XX (eċċezzjonijiet ġenerali) jistgħu jkunu l-bażi għal kwalunkwe tfassil tas-CBAM u l-unika loġika tiegħu għandha tkun strettament ta' bixra ambjentali – it-tnaqqis tal-emissjonijiet globali tas-CO2 u l-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

5. Jitlob li sa nofs l-2021 jiġu ppreżentati valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa, flimkien mal-proposta leġiżlattiva, għall-akbar trasparenza, u li jiġu pprovduti inċentivi għall-kooperazzjoni, kif ukoll għall-involviment, mad-WTO u s-sħab kummerċjali tal-UE, f'koordinament mal-Parlament Ewropew; jinnota li l-valutazzjoni tal-impatt trid titwettaq bl-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u, konsegwentement, tal-emissjonijiet globali totali; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tinkludi l-aspetti li ġejjin fil-valutazzjoni tal-impatt:

a. l-effetti tas-CBAM fuq l-innovazzjoni sostenibbli u l-bidliet fil-flussi kummerċjali u l-ktajjen tal-provvista;

b. valutazzjoni tal-valur miżjud tas-CBAM meta mqabbel ma' għażliet alternattivi;

c. setturi pilota possibbli għall-implimentazzjoni bikrija li fihom il-kontenut tal-karbonju tal-beni jkun faċilment identifikabbli;

d. l-impatt possibbli fuq l-industrija tal-UE li jista' jirriżulta minn mekkaniżmu ċċentrat biss fuq materjali bażiċi li jista' jwassal għal bidla fl-importazzjonijiet lejn prodotti intermedji u finali mhux koperti mill-mekkaniżmu, b'mod partikolari jekk il-mekkaniżmu jissostitwixxi l-miżuri eżistenti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

e. jekk u l-mod kif is-settur tal-enerġija għandu jiġi inkluż fil-każ speċifiku ta' importazzjonijiet ta' elettriku b'livell għoli ta' karbonju;

f.  l-effetti possibbli fuq il-kumpaniji tal-UE, speċjalment l-SMEs, f'termini ta' kompetizzjoni globali jekk il-prodotti jiġu affettwati minn prezzijiet ogħla għall-komponenti tagħhom;

g. analiżi ta' kombinament ta' varjabbli ewlenin, inklużi s-setturi, il-pajjiżi u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra inklużi fis-CBAM, u r-relazzjoni tagħhom mal-miżuri eżistenti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

h. kunsiderazzjoni speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw biex jiġi żgurat li CBAM ma jkollux effett negattiv fuq l-iżvilupp tagħhom;

6. Jinnota li l-valutazzjoni tal-impatt trid tikkunsidra bir-reqqa kif is-CBAM jinteraġixxi mal-miżuri eżistenti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS), inkluż jekk il-miżuri attwali jew il-kwoti bla ħlas għandhomx ikunu komplementari għas-CBAM fil-fażi inizjali, jew jekk għandhomx jitneħħew, filwaqt li jiġu evitati l-protezzjoni doppja u d-diskriminazzjoni kontra l-importazzjonijiet, u jekk is-CBAM għandux jiġi introdott gradwalment jew le, sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tad-WTO, filwaqt li jinżammu l-prevedibbiltà u l-istabbiltà għall-kumpaniji tal-UE;

7. Jisħaq li kwalunkwe mekkaniżmu jrid joħloq inċentiv għall-industriji fl-UE u barra minnha biex jipproduċu prodotti nodfa u kompetittivi, u jevitaw ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, mingħajr ma jiġu pperikolati opportunitajiet kummerċjali; jenfasizza r-rwol li tali mekkaniżmu jista' jkollu, jekk ikun ibbilanċjat u implimentat b'mod xieraq, f'industriji intensivi fl-enerġija, bħall-azzar, is-siment u l-aluminju, minħabba l-esponiment kummerċjali li jgħaddu minnu dawk is-setturi u l-parteċipazzjoni tagħhom fl-ETS;

8. Jinnota li s-CBAM huwa parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u għodda biex jintlaħaq l-għan tal-UE li ma jkun hemm l-ebda emissjoni netta ta' gassijiet serra fl-2050; jinnota li l-maġġoranza tas-setturi industrijali intensivi fl-użu tal-karbonju u tal-kummerċ jistgħu potenzjalment jiġu affettwati mis-CBAM, direttament jew indirettament, u li għandhom jiġu kkonsultati matul il-proċess; jinnota wkoll li s-CBAM jista' jinfluwenza l-ktajjen tal-provvista b'tali mod li dawn jinternalizzaw l-ispejjeż tal-karbonju; jisħaq li kwalunkwe CBAM għandu jkun faċli biex jiġi amministrat u ma jpoġġix piż finanzjarju u amministrattiv żejjed fuq l-intrapriżi, speċjalment l-SMEs.

9. Jitlob li d-dħul mis-CBAM jintuża biex jappoġġja l-azzjoni klimatika globali u Ewropea; jissuġġerixxi li d-dħul irid jerġa' jiġi investit fil-baġit tal-UE għall-finijiet tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju bħala appoġġ għat-tranżizzjoni sostenibbli tal-industrija, u fl-għajnuna għall-klima biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mad-WTO;

10. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-erożjoni tas-sistema kummerċjali multilaterali; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod attiv mal-gvernijiet tas-sħab kummerċjali biex tiżgura djalogu kontinwu dwar din l-inizjattiva, u b'hekk tipprovdi inċentivi għal azzjoni klimatika kemm fl-Unjoni kif ukoll mis-sħab kummerċjali tagħha; jissottolinja li l-politika kummerċjali tista' u jmissha tintuża biex tippromwovi aġenda ambjentali pożittiva u biex jiġu evitati differenzi kbar fil-livelli ta' ambizzjoni ambjentali bejn l-UE u l-bqija tad-dinja, u li għandu jiġi mfassal CBAM bħala azzjoni li tikkomplementa l-azzjonijiet fl-ambitu tal-kapitoli kummerċjali u tal-iżvilupp sostenibbli tal-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles tal-UE; jissottolinja li l-għan aħħari tal-inizjattiva jrid ikun azzjoni globali li tagħmel is-CBAM superfluwu peress li l-bqija tad-dinja tilħaq il-livell ta' ambizzjoni li l-UE stabbiliet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2; huwa għalhekk tal-fehma li s-CBAM għandu jitqies bħala mezz biex jgħin fl-aċċelerazzjoni ta' dan il-proċess u mhux bħala mezz ta' protezzjoniżmu; jistenna li l-Kummissjoni tibda negozjati dwar approċċ globali fil-qafas tad-WTO jew tal-G20;

11. Jappella għal metodu ta' kalkolu għall-kontenut tal-karbonju li ma jiddiskriminax bejn il-produtturi tal-UE u dawk ta' pajjiżi terzi, u li joqrob kemm jista' jkun lejn il-kontenut reali tal-karbonju tal-beni kkonċernati; jinnota d-diffikultajiet relatati mal-kalkoli tal-kontenut tal-karbonju tal-prodotti mill-Istati Membri tal-UE u mill-pajjiżi terzi, u jitlob li jsiru sforzi kontinwi biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-kontenut tal-karbonju tal-prodotti; jenfasizza li t-teknoloġija għat-traċċar u r-rintraċċar tal-kontenut tal-karbonju u l-prestazzjoni ta' prodotti kumplessi tista' tkun ta' għajnuna fl-infurzar ta' CBAM għal dawk il-prodotti; jinnota li s-CBAM irid joħloq inċentivi għall-pajjiżi u l-produtturi biex jaqsmu l-informazzjoni dwar l-ipprezzar tal-karbonju u dwar il-kontenut tal-karbonju tal-prodotti;

12. Iqis li l-kummerċ internazzjonali u l-politika kummerċjali huma elementi ewlenin li jaġevolaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija globali newtrali għall-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ċirkolari u, bħala tali, tappoġġja l-isforzi globali lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi; iqis li hemm ħtieġa urġenti li ssir riforma komprensiva tad-WTO, li tippermettilha tiggarantixxi kummerċ ġust, filwaqt li fl-istess ħin tiġġieled kontra t-tisħin globali; jinnota li r-regoli tal-GATT imorru lura għall-1947 u huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid fil-kuntest attwali tal-kriżi klimatika; jistenna li l-Kummissjoni tieħu inizjattivi urġenti għar-riforma tad-WTO sabiex tinkiseb kompatibbiltà mal-objettivi klimatiċi; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex jinkiseb prezzar globali tas-CO2 u jiġi ffaċilitat il-kummerċ f'teknoloġiji ta' protezzjoni tal-klima u l-ambjent, pereżempju permezz ta' inizjattivi ta' politika kummerċjali bħall-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali tad-WTO.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.12.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Udo Bullmann, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Enikő Győri, Roman Haider, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Margarida Marques, Gabriel Mato, Sara Matthieu, Emmanuel Maurel, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Sven Simon, Dominik Tarczyński, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Campomenosi, Nicola Danti, Manuela Ripa

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

34

+

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn

S&D

Udo Bullmann, Miroslav Číž, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Bernd Lange, Margarida Marques, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

RENEW

Barry Andrews, Jordi Cañas, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Nicola Danti, Marie-Pierre Vedrenne

ID

Herve Juvin, Danilo Oscar Lancini, Marco Campomenosi

VERTS/ALE

Manuela Ripa, Heidi Hautala, Sara Matthieu

ECR

Emmanouil Fragkos

NI

Tiziana Beghin, Carles Puigdemont i Casamajó

 

2

-

ID

Roman Haider, Maximilian Krah

 

5

0

ECR

Geert Bourgeois, Dominik Tarczynski, Jan Zahradil

GUE/NGL

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI (11.12.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</CommissionInt>


<Titre>Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO</Titre>

<DocRef>(2020/2043(INI))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni (*): <Depute>Luis Garicano</Depute>

 

(*) Kumitat assoċjat – l-Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jemmen li l-għan ewlieni tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera (CBAM) għandu jkun li jiġġieled it-tibdil fil-klima u jappoġġa l-objettivi klimatiċi tal-UE billi jindirizza r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u jipprovdi inċentivi għal investimenti f'teknoloġija ekoloġika u effiċjenti fl-enerġija fil-livell tal-UE u f'dak globali, u b'hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis globali fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra; jemmen li għan aħħari għandu jkun li ssir ħidma favur politika globali effikaċi dwar il-klima;

2. Iqis li l-objettiv tal-Patt Ekoloġiku Ewropew – li ġie adottat dan l-aħħar – li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, il-mira maqbula mill-Parlament li l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra jitnaqqsu b'mill-inqas 60 % sal-2030, kif ukoll l-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi, se jirrikjedu sforzi sinifikanti ta' dekarbonizzazzjoni fil-livell tal-UE, li jwasslu għal żieda fil-prezz tal-karbonju mħallas mill-produtturi domestiċi skont is-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS), x'aktarx ħafna ogħla mill-prezz attwali; iqis, għalhekk, li fin-nuqqas ta' prezz globali għall-emissjonijiet tal-karbonju, ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jista' jintensifika; jilqa', f'dak il-kuntest, l-impenn tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jimplimentaw mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera li jkun kompatibbli mad-WTO li jiżgura li l-prezz tal-importazzjonijiet jirrifletti l-kontenut tal-karbonju tagħhom, u b'hekk jgħin biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-produtturi domestiċi u dawk barranin u b'hekk jiżgura li l-objettivi klimatiċi tal-UE ma jiġux imminati mir-rilokazzjoni tal-produzzjoni u minn żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi b'politiki klimatiċi inqas ambizzjużi, u dan jgħin biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta;

3. Jinnota li l-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta l-għażliet differenti kollha għall-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, li jvarjaw minn strumenti tat-taxxa sa mekkaniżmi li jiddependu fuq l-EU ETS; jenfasizza li dazju tas-sisa (jew taxxa) fuq il-kontenut tal-karbonju tal-prodotti kollha kkunsmati, kemm domestiċi kif ukoll importati, ma jindirizzax bis-sħiħ ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, ikun teknikament ta' sfida minħabba l-kumplessità tat-traċċar tal-karbonju fil-ktajjen tal-valur globali u jista' jpoġġi piż sinifikanti fuq il-konsumaturi; iqis li sabiex jiġi indirizzat ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li tinżamm konformità mar-regoli tad-WTO, is-CBAM jeħtieġ li jimponi ħlas għall-kontenut tal-karbonju tal-importazzjonijiet b'mod li jirrifletti l-ispejjeż tal-karbonju mħallsa mill-produtturi tal-UE; jemmen, f'dan ir-rigward , li l-mekkaniżmu għandu jiżgura prezz uniku tal-karbonju, kemm għall-produtturi domestiċi kif ukoll għall-importaturi, sabiex ikun konformi mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni tad-WTO; huwa tal-fehma li l-għażla li tirrifletti bl-aħjar mod l-ispiża tal-karbonju mħallsa mill-produtturi tal-UE, u li tiżgura l-aġġustament awtomatiku tal-prezzijiet u l-konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, hija mekkaniżmu bbażat fuq l-EU ETS; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex timplimenta sistema li tkun tirrikjedi li l-importaturi jixtru kwoti għall-volum ta' emissjonijiet tal-karbonju inkorporati fil-prodotti tagħhom; iqis li dan jista' jinkiseb permezz tal-ħolqien ta' pul speċifiku ta' kwoti għall-importazzjonijiet marbuta mal-prezzijiet tal-ETS (ETS virtwali) jew permezz tal-inkorporazzjoni tal-importaturi fil-pul eżistenti ta' kwoti tal-EU ETS; jinnota li dan tal-aħħar jista' jinvolvi sfidi tekniċi addizzjonali, bħal li tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prezzijiet (li potenzjalment tista' tiġi indirizzata billi l-limitu massimu eżistenti jiżdied sa livell xieraq u billi jsir użu mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq) u jiġu introdotti salvagwardji biex jiġi evitat ir-riskju ta' interferenza potenzjali fis-suq; jirrikonoxxi li dazju fiss jew taxxa fissa fuq l-importazzjonijiet jistgħu jkunu għodda sempliċi biex jingħata sinjal ta' prezz ambjentali b'saħħtu u stabbli għall-karbonju importat; jemmen, madankollu, li minħabba n-natura fissa tagħha, taxxa bħal din tkun għodda inqas flessibbli biex tirrifletti l-prezz li qed jevolvi tal-EU ETS; jenfasizza li, fil-prattika, taxxa li tevolvi li awtomatikament tirrifletti l-prezz tal-EU ETS tkun ekwivalenti għal ETS virtwali; jirrikonoxxi li, jekk is-CBAM ikun ta' natura fiskali, hemm possibbiltà li jiġi introdott mekkaniżmu bbażat fuq l-Artikolu 192(2) tat-TFUE; jinsisti li l-għan ewlieni tas-CBAM huwa wieħed ambjentali u għalhekk il-kriterji ambjentali għandu jkollhom rwol essenzjali fl-għażla tal-istrument; jenfasizza li f'konformità ma' dan l-għan, l-istrument magħżul jeħtieġ li jiżgura prezz tal-karbonju prevedibbli u għoli biżżejjed li jinċentiva investimenti fid-dekarbonizzazzjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi;

4. Iqis li s-CBAM idealment għandu japplika għal kwalunkwe importazzjoni (minn materja prima sa prodotti intermedji jew finali) u jkollu inkorporati fih il-materjali bażiċi koperti mill-EU ETS, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bejn il-prodotti fis-suq intern u tul il-katina tal-valur; jirrikonoxxi d-diffikultajiet tekniċi biex jiġu koperti l-materjali bażiċi kollha koperti mill-EU ETS diġà mill-2023 u jifhem li s-setturi meqjusa li huma fl-ogħla riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jistgħu jingħataw prijorità fl-istadju inizjali; iwissi lill-Kummissjoni, madankollu, dwar il-ħsara potenzjali lill-industriji tal-UE jekk ma jiġux koperti is-setturi kollha tal-EU ETS u jistedinha tipproponi l-aktar kamp ta' applikazzjoni settorjali wiesa' possibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, jekk tieħu approċċ pass pass, tinkludi kalendarju vinkolanti għat-twessigħ tal-kopertura tas-CBAM;

5. Iqis li, idealment, is-CBAM għandu jkejjel b'mod preċiż kemm jista' jkun il-kontenut tal-karbonju tal-importazzjonijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu; jirrakkomanda, madankollu, li jiġi introdott disinn fattibbli li jkejjel b'mod oġġettiv il-kontenut tal-karbonju ta' kull importazzjoni abbażi tal-kompożizzjoni tal-materjali bażiċi tagħha (kif deskritt fil-proposta mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew); ifakkar li din l-approssimazzjoni tkun tiżen kull materjal bażiku kopert mill-EU ETS u timmultiplikah b'valur prestabbilit tal-intensità tal-karbonju; jenfasizza, madankollu, li l-importaturi għandu jkollhom l-għażla li juru, f'konformità mal-istandards tal-UE għall-monitoraġġ, rapportar u verifikazzjoni (MRV) tal-EU ETS, li l-kontenut tal-karbonju tal-prodotti tagħhom huwa aktar baxx minn dawk il-valuri, u li jibbenefikaw minn adattament xieraq tal-ammonti pagabbli, sabiex jitħeġġu l-innovazzjoni u l-investiment f'teknoloġiji sostenibbli madwar id-dinja; iqis li dan m'għandux jimponi piż sproporzjonat fuq l-SMEs; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu jeħtieġ li tkun sostnuta minn sett ta' standards tal-UE li ma jippermettux li dan jiġi evitat jew użat b'mod ħażin, u se teħtieġ infrastruttura indipendenti u b'saħħitha biex tkun tista' tiġi amministrata;

6. Jipproponi li l-implimentazzjoni tas-CBAM tniedi t-tneħħija progressiva gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti sakemm dawn jiġu eliminati kompletament, wara perjodu ta' tranżizzjoni xieraq, peress li dan il-mekkaniżmu għandu jiżgura li l-produtturi u l-importaturi tal-UE jeħtiġilhom iħallsu l-istess spejjeż tal-karbonju fis-suq tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' tneħħija progressiva tal-kwoti bla ħlas matul perjodu ta' tranżizzjoni kompatibbli ma' kalendarju prevedibbli; jemmen li l-perjodu ta' tranżizzjoni għandu jipprovdi ċertezza regolatorja għall-industriji li jużaw ir-riżorsi u l-enerġija b'mod intensiv; jenfasizza li m'għandux ikun hemm protezzjoni doppja u li l-mekkaniżmu jeħtieġ li jkun kompatibbli mad-WTO; jemmen li, għal dak il-għan, is-CBAM għandu jnaqqas il-valur tal-allowances bla ħlas mill-ammont pagabbli impost fuq l-importaturi, sabiex is-CBAM u l-allowances bla ħlas ikunu jistgħu jeżistu flimkien mingħajr ma jirriżultaw f'kumpens doppju u filwaqt li jibqgħu konformi mad-WTO; jinnota li din it-tneħħija progressiva għandha tkun akkumpanjata mill-introduzzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għall-esportazzjonijiet li jibqgħu konformi mad-WTO u konsistenti mal-objettivi ambjentali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-introduzzjoni ta' rifużjonijiet parzjali fuq l-esportazzjoni bbażati fuq il-loġika tal-parametri referenzjarji eżistenti tal-aktar produtturi effiċjenti fl-użu tal-karbonju, filwaqt li ma tippermettix rimborsi ogħla mil-livell attwali ta' kwoti mingħajr ħlas, sabiex jinżammu inċentivi b'saħħithom għad-dekarbonizzazzjoni filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-esportazzjonijiet tal-UE;

7. Jenfasizza li s-CBAM għandu jiżgura li l-importaturi minn pajjiżi terzi ma jiġux iċċarġjati darbtejn għall-kontenut tal-karbonju tal-prodotti tagħhom biex jiġi żgurat li dawn jiġu ttrattati fuq l-istess livell u mingħajr diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-impatt tal-għażliet differenti tas-CBAM fuq il-pajjiżi l-anqas żviluppati;

8. Jappella biex id-dħul mis-CBAM jitqies bħala introjtu tal-UE;

9. Jemmen li l-proposta ta' hawn fuq tipprovdi bażi soda għall-kompatibbiltà mar-regoli tad-WTO, peress li ma tiddiskriminax bejn il-produtturi u l-importaturi (u lanqas fosthom), hija bbażata fuq kriterji oġġettivi trasparenti u bbażati fuq ix-xjenza u tissodisfa l-objettiv primarju tagħha li tipproteġi l-ambjent u s-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha f'diskussjonijiet bilaterali u multilaterali mas-sħab kummerċjali biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tas-CBAM u tevita r-ritaljazzjoni; jinsisti li l-ħidma tal-Kummissjoni dwar is-sostenibbiltà ambjentali tiġi promossa fid-WTO sabiex id-dritt internazzjonali tal-kummerċ jinġieb konformi mal-għanijiet klimatiċi tal-Ftehim ta' Pariġi; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Parlament fl-istadji kollha tal-proċess ta' żvilupp tas-CBAM; jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ u proċess ta' rieżami li fihom il-Parlament jiġi involut kemm jista' jkun;


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.12.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

7

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Beck, Marek Belka, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Gilles Boyer, Francesca Donato, Derk Jan Eppink, Engin Eroglu, Jonás Fernández, Raffaele Fitto, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Sven Giegold, Valentino Grant, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Billy Kelleher, Aurore Lalucq, Philippe Lamberts, Aušra Maldeikienė, Pedro Marques, Jörg Meuthen, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Lídia Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Sirpa Pietikäinen, Dragoș Pîslaru, Antonio Maria Rinaldi, Joachim Schuster, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marc Angel, Manon Aubry, Gabriele Bischoff, Damien Carême, Eugen Jurzyca, Chris MacManus, Margarida Marques, Andreas Schwab

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

GUE/NGL

Manon Aubry, José Gusmão

PPE

Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Frances Fitzgerald, José Manuel García Margallo y Marfil, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Aušra Maldeikienė, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Andreas Schwab, Ralf Seekatz, Inese Vaidere

Renew

Gilles Boyer, Engin Eroglu, Billy Kelleher, Dragoș Pîslaru, Stéphanie Yon Courtin

S&D

Marc Angel, Marek Belka, Gabriele Bischoff, Jonás Fernández, Aurore Lalucq, Margarida Marques, Pedro Marques, Csaba Molnár, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli

Verts/ALE

Damien Carême, Sven Giegold, Claude Gruffat, Philippe Lamberts, Kira Marie Peter Hansen, Ernest Urtasun

 

7

-

ECR

Derk Jan Eppink, Eugen Jurzyca, Roberts Zīle

ID

Gunnar Beck, Jörg Meuthen

NI

Lefteris Nikolaou Alavanos

PPE

Enikő Győri

 

8

0

ECR

Raffaele Fitto, Johan Van Overtveldt

GUE/NGL

Chris MacManus

ID

Francesca Donato, Valentino Grant, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

Renew

Caroline Nagtegaal

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (11.12.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</CommissionInt>


<Titre>Lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO</Titre>

<DocRef>(2020/2043(INI))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Elisabetta Gualmini</Depute>

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar li mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera ilu żmien twil meqjus bħala sors ġenwin u ekoloġiku ta' dħul proprju għall-baġit tal-UE u kien fost l-għażliet ippreferuti għal riżorsi proprji ġodda msemmija fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament tas-16 ta' Settembru[10];

2. Jirrikonoxxi li l-għanijiet ewlenin tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jridu jkunu li jipproteġi l-klima, itaffi d-dilemma tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jipprovdi kundizzjonijiet ekwi għall-ispejjeż tad-dekarbonizzazzjoni, u jżid id-domanda għal prodotti u proċessi b'livell baxx ta' karbonju, kif ukoll li jipprevjeni distorsjonijiet għall-kompetizzjoni u l-kummerċ, u li jissalvagwardja l-kompetittività tal-industriji tal-UE; jisħaq li l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera se jgħin lill-UE tilħaq il-miri klimatiċi tagħha filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-kummerċ internazzjonali, titnaqqas id-delokalizzazzjoni tal-produzzjoni lejn pajjiżi terzi b'regolamenti ambjentali li huma inqas ambizzjużi, u li jiġi rrispettat il-prinċipju "ta' min iniġġes iħallas", bil-għan li tiġi stimulata l-bqija tad-dinja biex tieħu azzjoni klimatika f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u l-Patt Ekoloġiku Ewropew; jemmen li r-riżultat eventwali tal-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jkun innovazzjoni u investimenti akbar f'teknoloġiji aktar ekoloġiċi; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jitfassal b'kunsiderazzjoni tal-ogħla integrità ambjentali;

3. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa ta' abbozzi differenti għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera qabel ma tippreżenta proposta leġiżlattiva; jitlob li din il-valutazzjoni tal-impatt mill-bidu nett tqis xenarji differenti, bħall-possibbiltà li jiġu koperti s-setturi kollha preżenti u prospettivi tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS), u l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi li jistgħu jiġu koperti mill-mekkaniżmu; iqis li huwa indispensabbli li l-valutazzjoni tevalwa l-impatt ta' abbozzi differenti fil-kapaċità tagħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tagħhom fuq is-settur industrijali tal-UE, b'attenzjoni speċifika għall-SMEs, il-kompetittività tal-esportaturi tal-UE, u kontromiżuri possibbli minn pajjiżi terzi u l-fornituri tagħhom lejn l-industriji tal-UE; jemmen, fl-istess ħin, li sabiex jinżammu inċentivi b'saħħithom għad-dekarbonizzazzjoni u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-prodotti tal-UE fi swieq terzi, il-valutazzjoni tal-impatt għandha teżamina wkoll il-merti u l-konsegwenzi probabbli tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni (inkluż jekk dawn jiddaħħlu gradwalment) fis-setturi koperti u dawk mhux koperti mill-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, kif ukoll il-komplementarjetà tagħhom mal-miżuri tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fl-ambitu tal-iskema tal-ETS; jisħaq fuq l-importanza ta' valutazzjoni tal-impatti ta' kull għażla fuq l-istandards tal-għajxien tal-konsumaturi, speċjalment dawk tal-gruppi l-aktar vulnerabbli, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq id-dħul; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjoni tal-impatt tinkludi wkoll il-konsegwenzi għall-baġit tal-UE tad-dħul iġġenerat mill-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera bħala riżorsa proprja, skont l-abbozz u l-modalitajiet magħżula;

4. Jissottolinja l-importanza li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq intern, kif ukoll miżuri protezzjonisti kontra l-UE; jinnota li l-ambizzjoni ogħla tal-UE dwar it-tibdil fil-klima twassal għal riskju akbar ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, minħabba standards ambjentali aktar baxxi u nuqqas ta' azzjonijiet klimatiċi ambizzjużi f'pajjiżi terzi; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tiżgura protezzjoni sħiħa tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-politiki kollha tagħha skont il-każ; jissuġġerixxi mekkaniżmu nondiskriminatorju, progressiv u kompatibbli mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u jħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tibqa' miftuħa għal approċċ multilaterali li jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv għal azzjonijiet klimatiċi globali f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, u li jista' jevita ritaljazzjoni kontra l-ekonomija tal-UE; iħeġġeġ, fl-istess ħin, lill-Kummissjoni ssegwi r-riformi multilaterali tad-WTO li jġibu d-dritt internazzjonali tal-kummerċ f'konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi; iqis li – fid-dawl tal-pandemija globali u tal-kriżijiet ekonomiċi sussegwenti – qiegħed isir aktar indispensabbli li jiġu żviluppati politiki internazzjonali li jistgħu jirrikonċiljaw ir-rekwiżiti essenzjali tal-azzjoni klimatika mal-kompetittività industrijali u l-kummerċ ġust;

5. Jirrikonoxxi li l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jista' jiġi implimentat jew bħala estensjoni tar-reġim attwali tad-dazji doganali jew bħala skema komplementari fil-qafas eżistenti tal-ETS; jenfasizza li ż-żewġ approċċi jistgħu jkunu kompletament konsistenti ma' inizjattiva tar-riżorsi proprji; jenfasizza li dan il-mudell, ċentralizzat skont l-istandards tal-ETS għas-setturi, il-materjali u l-prezzijiet tal-karbonju, jiffaċilita l-istabbiliment ta' livelli ekwivalenti tal-ipprezzar tal-karbonju fuq il-prodotti, kemm dawk tal-UE kif ukoll dawk mhumiex, u għalhekk jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi fil-kummerċ internazzjonali, u kompatibbiltà mal-liġi tad-WTO, u b'mod partikolari mal-Artikolu III tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT); jirrimarka li, filwaqt li l-mekkaniżmu finali għandu eventwalment ikopri firxa wiesgħa kemm jista' jkun ta' importazzjonijiet, it-tfassil inizjali tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jista' jkun limitat għal ċerti setturi tal-ekonomija, magħżula abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt;

6. Ifakkar li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-ħolqien ta' riżorsi proprji ġodda, inkluż il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, matul il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss fil-Ftehim Interistituzzjonali (FII) dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda; jisħaq li, jekk il-flussi finanzjarji li jiġu ġġenerati mill-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jiġu assenjati lill-baġit tal-UE, dan jgħin biex jittaffew il-kwistjonijiet ta' ekwivalenza fiskali u jiġu żgurati distribuzzjoni ekwa tal-impatt bejn l-Istati Membri kif ukoll struttura simplifikata bi spejjeż amministrattivi minimi; jikkonkludi, għalhekk, li d-definizzjoni tar-rikavati bħala riżorsa proprja tal-UE tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) fil-finanzjament tal-baġit tal-UE, u b'hekk tgħin biex l-impatt tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jiġi distribwit b'mod ekwu bejn l-Istati Membri kollha; iqis li kwalunkwe ffrankar fil-livell nazzjonali minħabba kontribuzzjonijiet aktar baxxi tal-ING se jżid l-ispazju fiskali tal-Istati Membri; jisħaq li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu għandha tkun akkumpanjata mit-tneħħija ta' sussidji ambjentalment ta' ħsara mogħtija lil industriji intensivi fl-enerġija, b'mod partikolari eżenzjonijiet u ħelsien mit-taxxa fuq enerġija użata minn industriji intensivi fl-enerġija;

7. Jilqa' l-fatt li, jekk il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jsir bażi għal riżorsa proprja skont il-FII, dan iġib in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE f'allinjament eqreb mal-objettivi strateġiċi ta' politika, bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-ekonomija ċirkolari u t-tranżizzjoni ġusta, u b'hekk jgħin biex jiġu ġġenerati benefiċċju kollaterali, inċentivi u valur miżjud tal-UE; jikkunsidra li d-dħul mill-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera jkun, min-natura u l-oriġini tiegħu, marbut strettament mal-politiki dwar it-tibdil fil-klima, il-fruntieri esterni u l-politika kummerċjali fil-livell tal-UE, u għalhekk jikkostitwixxi bażi xierqa ħafna għal riżorsa proprja tal-UE; jisħaq għalhekk li, għal raġunijiet ta' integrità ambjentali, id-dħul iġġenerat mill-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera ma jintużax biex jissussidja politiki jew azzjonijiet li jmorru kontra l-Ftehim ta' Pariġi u l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

8. Jissottolinja li l-kontenut tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-importazzjonijiet ikkonċernati għandu jitqies fuq il-bażi ta' punti ta' riferiment trasparenti u affidabbli speċifiċi għall-prodott li jirrappreżentaw il-medja ta' kontenut globali tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-prodotti individwali filwaqt li jitqiesu metodi ta' produzzjoni differenti b'diversi intensitajiet ta' emissjoni; iqis li l-ipprezzar tal-karbonju tal-importazzjonijiet għandu jqis ukoll l-intensità tal-karbonju tal-grilja tal-elettriku speċifika għall-pajjiż;

9. Jieħu nota tad-diversi stimi prudenti tad-dħul, li jvarjaw minn EUR 5 biljun sa EUR 14-il biljun fis-sena, skont il-kamp ta' applikazzjoni u d-disinn tal-istrument il-ġdid; jenfasizza l-fatt li l-baġit tal-UE, fi kwalunkwe każ, huwa perfettament adatt biex jassorbi l-varjazzjonijiet fid-dħul jew saħansitra l-effetti rigressivi fit-tul;

10. Huwa determinat li jiżgura li r-riżorsa proprja bbażata fuq il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera tkun parti minn sett ta' riżorsi proprji li jkun biżżejjed biex ikopri l-livell tan-nefqa globali mistennija tal-ispejjeż tal-ħlas lura tal-kapital u l-imgħax tas-self imġarrba fl-ambitu tal-istrument Next Generation EU, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-universalità; ifakkar, barra minn hekk, li kwalunkwe surplus mill-pjan ta' ħlas lura xorta jrid jibqa' fil-baġit tal-UE bħala dħul ġenerali; jissottolinja li kwalunkwe allokazzjoni tad-dħul tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera tikser il-FII, id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji u r-Regolament Finanzjarju;

11. Jisħaq li l-introduzzjoni ta' sett ta' riżorsi proprji ġodda, kif previst fil-Pjan Direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' Riżorsi Proprji Ġodda skont il-Ftehim Interistituzzjonali, tista' tiffaċilita enfasi aħjar tan-nefqa fil-livell tal-Unjoni fuq oqsma ta' prijorità u beni pubbliċi komuni b'żidiet kbar fl-effiċjenza meta mqabbla mal-infiq nazzjonali; ifakkar li kwalunkwe nuqqas li jiġu rrispettati t-termini maqbula fil-FII minn waħda mit-tliet istituzzjonijiet jista' jesponiha għal kontestazzjoni legali mill-oħrajn;

12. Jistieden lill-istituzzjonijiet isegwu b'mod attiv l-ispirtu u l-ittra tal-Pjan Direzzjonali għall-introduzzjoni ta' Riżorsi Proprji Ġodda skont il-Ftehim Interistituzzjonali, li jistipula li din ir-riżorsa proprja ġdida għandha tidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.12.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Vlad Gheorghe, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Ioannis Lagos, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann, Niclas Herbst, Petros Kokkalis

 

 

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

Verts/ALE

Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Francisco Guerreiro

GUE/NGL

Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis

ID

Hélène Laporte

PPE

Lefteris Christoforou, Herbert Dorfmann, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

 

2

-

ID

Joachim Kuhs

NI

Ioannis Lagos

 

4

0

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

ID

Anna Bonfrisco

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (17.12.2020)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</CommissionInt>


<Titre>lejn mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO</Titre>

<DocRef>(2020/2043(INI))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Jens Geier</Depute>

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

 

A. billi l-Artikolu XX tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) jippermetti lill-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) jimplimentaw il-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tal-ħajja jew is-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti (b), jew tar-riżorsi naturali (g);

1. Jilqa' l-Ftehim ta' Pariġi bħala impenn internazzjonali favur il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u jissottolinja l-ħtieġa li titwettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-kompatibbiltà tal-ġabra ta' regoli internazzjonali kollha ma' dawn l-għanijiet klimatiċi; jinnota li l-UE hija responsabbli għal 9 % tal-livelli globali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u hija t-tielet l-akbar emittent ta' gassijiet serra fid-dinja; jinnota wkoll bi tħassib in-nuqqas ta' sforzi u miżuri klimatiċi internazzjonali ambizzjużi biżżejjed biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-ftehim, kif ukoll l-irtirar tal-Istati Uniti minnu;

2. Jilqa' l-isforzi Ewropej f'dan ir-rigward, bħall-introduzzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-għan li tinkiseb tranżizzjoni kosteffiċjenti, ġusta u soċjalment ibbilanċjata u ekwa li twassal għan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050; jenfasizza l-ħtieġa li jinżamm tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030, filwaqt li jiġi żgurat li l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas jiġi applikat b'mod konsistenti;

3. Jemmen li miżuri asimmetriċi għall-protezzjoni tal-klima mhumiex biżżejjed biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima; jissottolinja li l-politika kummerċjali tista' u għandha tintuża biex tiġi promossa aġenda ambjentali pożittiva filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-UE, u biex jiġu indirizzati d-differenzi kbar fir-rigward tal-ambizzjoni ambjentali bejn l-UE u l-bqija tad-dinja; jemmen, barra minn hekk, li mekkaniżmu tal-UE ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO ("il-mekkaniżmu") jista' jinċentiva importazzjonijiet b'emissjonijiet baxxi u l-ħolqien ta' teknoloġiji u prodotti b'emissjonijiet baxxi fl-UE, u dan iwassal għat-tnaqqis meħtieġ b'mod urġenti tal-emissjonijiet importati tal-UE; iqis li l-mekkaniżmu jista' jwassal għal żieda fl-isforzi internazzjonali biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u jista' jkun l-ewwel pass lejn l-ipprezzar internazzjonali tal-karbonju jekk jiġi implimentat b'mod proporzjonat u bbilanċjat; jiddikjara wkoll li l-mekkaniżmu għandu jwassal għall-ħolqien ta' ċirku virtuż fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fuq livell internazzjonali, pereżempju billi dan isir parti min-negozjati għal ftehimiet ambjentali multilaterali;

4. Jinnota li l-UE hija l-akbar importatur dinji tal-karbonju u li l-kontenut tal-karbonju tal-oġġetti esportati mill-UE huwa ferm anqas mill-kontenut tal-karbonju tal-oġġetti importati; jiddeduċi li l-isforzi Ewropej fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima huma akbar mill-isforz internazzjonali medju; jenfasizza li sabiex jitkejjel l-impatt klimatiku globali tal-Unjoni, hemm bżonn ta' metodu ta' rappurtar solidu li jqis l-emissjonijiet tal-oġġetti u s-servizzi importati fl-UE;

5. Jenfasizza li l-għan ewlieni tal-mekkaniżmu huwa li jiffaċilita l-kisba tan-newtralità karbonika u li jinċentiva l-isforzi internazzjonali favur il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jissottolinja li l-mekkaniżmu għandu jippermetti li l-industrija Ewropea tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-għanijiet klimatiċi tal-UE u li l-pajjiżi terzi jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-għanijiet klimatiċi internazzjonali billi jitrawmu sforzi sostanzjali għad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-manifattura, u jenfasizza fl-istess ħin li dan għandu joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-industrija Ewropea; jindika, barra minn hekk, il-ħtieġa li jitqiesu l-emissjonijiet li jirriżultaw mit-trasport tal-importazzjonijiet meta jiġi kkalkulat l-ipprezzar tal-kontenut tal-karbonju; iqis li huwa neċessarju li l-kamp ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu jkopri l-akbar parti possibbli tal-impronta tal-karbonju ta' prodott, jiġifieri billi jiġu inklużi l-emissjonijiet mill-enerġija fil-produzzjoni u fl-aħħar mill-aħħar tul il-katina tal-valur filwaqt li ma jiġux ikkawżati distorsjonijiet fis-suq intern, b'mod partikolari fis-swieq downstream;

6. Jenfasizza li jekk ikun hemm sforzi klimatiċi internazzjonali suffiċjenti, bħal prezzar tal-karbonju internazzjonali robust, mifrux u konsistenti u teknoloġiji, prodotti u proċessi ta' produzzjoni b'emissjonijiet baxxi kompletament kompetittivi, maż-żmien, dan se jwassal biex il-mekkaniżmu ma jibqax bżonjuż; iqis li t-tibdil fil-klima huwa problema globali li tirrikjedi soluzzjonijiet globali, u għalhekk jemmen li l-UE għandha tkompli tappoġġa l-istabbiliment ta' qafas globali għall-ipprezzar tas-CO2 b'konformità mal-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Pariġi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal il-mekkaniżmu bi skeda ta' żmien ċara u ambizzjuża għall-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni tiegħu; ifakkar li ċerti soluzzjonijiet tekniċi għall-mitigazzjoni tas-CO2 għadhom fl-istadju pilota u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tissokta bl-isforzi tagħha biex tkompli tiżviluppahom; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżgura protezzjoni mmirata u f'waqtha tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għas-setturi kollha meqjusa f'riskju; jistieden finalment lill-Kummissjoni tfassal il-mekkaniżmu bħala parti minn pakkett ta' politika komprensiv u orjentat fit-tul li jkun konsistenti mal-kisba ta' ekonomija b'emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi sa mhux aktar tard mill-2050;

7. Jissottolinja wkoll li l-mekkaniżmu għandu jkun parti minn sett usa' ta' politiki u miżuri komplementari li jkollhom l-għan li jippermettu u jippromwovu investimenti fi proċessi industrijali b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, inaqqsu l-intensità tal-emissjonijiet tal-industrija u jinċentivaw miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u l-użu ta' enerġiji rinnovabbli; jiddikjara li l-mekkaniżmu jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn politika industrijali li tkun ambjentalment ambizzjuża, ekonomikament soda u soċjalment ekwa u li ssaħħaħ ir-reżiljenza u l-kompetittività globali; jissuġġerixxi wkoll li jiġu appoġġati r-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini, is-sostituzzjoni tal-materja prima tal-kostruzzjoni, l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u l-inċentivi għax-xiri ta' materjali b'livell baxx ta' karbonju permezz tal-akkwist pubbliku, kif ukoll politiki ta' innovazzjoni pubbliċi b'saħħithom li jeskludu l-appoġġ għal teknoloġiji li jiddependu fuq l-użu ta' fjuwils fossili; jenfasizza il-ħtieġa li jitqies ir-rwol komplementari tat-tisħiħ tal-standards tal-prodotti b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari;

8. Ifakkar fir-riżultati miksuba mill-Unjoni permezz tar-regoli dwar ir-rekwiżiti tal-prodotti u t-tikkettar, li rnexxielhom jistimulaw konsum responsabbli, jinvolvu liċ-ċittadini Ewropej u jappoġġaw l-innovazzjoni u l-kompetittività u industrijali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora politiki analogi dwar il-prodotti li jistgħu jippromwovu standards ġodda u joħolqu swieq ewlenin għal prodotti u teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi bil-ħsieb li tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u tingħata għajnuna biex jiġi garantit li l-użu tal-prodotti jkollu impatt negattiv minimu fuq l-ambjent;

9. Jenfasizza li azzjonijiet klimatiċi asimmetriċi madwar id-dinja, u b'mod aktar speċifiku n-nuqqas ta' azzjonijiet klimatiċi ambizzjużi mis-sħab kummerċjali Ewropej, jistgħu jżidu r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, b'żieda fl-emissjonijiet globali u żvantaġġ kompetittiv fis-swieq internazzjonali għall-industrija Ewropea, u li għalhekk dawn jistgħu jipperikolaw l-impjiegi u l-ktajjen tal-valur Ewropej; jenfasizza li l-industrija Ewropea qed tbati minn pressjoni ekonomika akbar minħabba importazzjonijiet irħas mis-sħab kummerċjali u l-kriżi tal-COVID-19; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura protezzjoni aktar immirata u effettiva kontra t-tibdil fil-klima u r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fit-tfassil tal-mekkaniżmu;

10. Jenfasizza li l-prevenzjoni tar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju timxi id f'id mal-preservazzjoni tal-kompetittività industrijali tal-UE u l-evitar tat-trasferimenti tal-emissjonijiet lejn pajjiżi terzi permezz tar-riallokazzjoni tal-attivitajiet industrijali, l-investimenti u l-impjiegi; jenfasizza li l-attivitajiet meħuda sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet klimatiċi; jenfasizza li s-setturi strateġiċi huma partikolarment esposti f'termini ta' impatt fuq il-produzzjoni u l-kapaċità ta' investiment tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu vvalutati r-riskji possibbli tal-esternalizzazzjoni u d-delokalizzazzjoni industrijali barra l-UE; jindika, barra minn hekk, il-ħtieġa li jinħolqu inċentivi għal gvernijiet u esportaturi ta' pajjiżi terzi biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom;

11. Ifakkar li l-politika tal-UE dwar il-klima, il-politika industrijali u l-għan li jinżamm u jiżdied it-tkabbir ekonomiku sostenibbli għandhom jimxu id f'id; jenfasizza li kwalunkwe mekkaniżmu jrid ikun integrat fl-istrateġija industrijali tagħna, u joħloq inċentiv għall-industriji biex jipproduċu prodotti nodfa u kompetittivi;

12. Jissuġġerixxi mekkaniżmu progressiv u speċifiku għas-settur li l-ewwel jinkludi, wara valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, is-setturi bl-ogħla kontenut ta' karbonju u intensità kummerċjali, bħall-industriji tal-azzar, tas-siment u tal-aluminju intensivi fl-enerġija, is-settur tal-enerġija u l-industriji tal-plastik, tal-kimika u tal-fertilizzanti, qabel ma jitkabbar maż-żmien; jemmen li tali disinn inaqqas ir-ritaljazzjoni internazzjonali u jservi bħala fażi tal-ittestjar għall-industrija Ewropea; jenfasizza madankollu li dan m'għandux iwassal għal distorsjonijiet tas-suq intern jew piż amministrattiv eċċessiv, peress li dan jista' jillimita l-kompetizzjoni tas-suq ġusta, miftuħa u bbażata fuq ir-regoli u jkollu effett partikolarment negattiv fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jew isir għodda għall-protezzjoniżmu;

Aspetti kummerċjali

13. Jenfasizza li l-industrija Ewropea, inklużi l-SMEs, għandu jkollha l-possibbiltà li taċċessa l-katina tal-provvista globali u s-swieq globali biex tibqa' kompetittiva; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-effett tal-erożjoni tas-sistema kummerċjali multilaterali, iż-żieda fl-ostakli kummerċjali u l-kunflitti kummerċjali fuq il-bilanċ kummerċjali Ewropew; jinsisti li l-mekkaniżmu għandu jitfassal b'tali mod li jnaqqas ir-riskju ta' tilwim kummerċjali ġdid; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tieħu approċċ multilaterali, mingħajr preġudizzju għall-effikaċja tal-mekkaniżmu, permezz ta' djalogi kontinwi mas-sħab kummerċjali internazzjonali tagħha, speċjalment ma' dawk b'approċċi differenti għall-protezzjoni tal-klima, bil-għan li jiġu evitati miżuri ta' ritaljazzjoni internazzjonali possibbli kontra l-UE;

14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel il-mekkaniżmu nondiskriminatorju u kompatibbli mal-acquis tad-WTO u d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE, preferibbilment billi tuża l-Artikoli XX(b) u (g) tal-Ftehim GATT; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura kundizzjonijiet ekwi fil-kummerċ internazzjonali, filwaqt li żżomm f'moħħha l-istatus tal-UE bħala l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja; jenfasizza li l-prinċipji ta' suq globali ħieles u ġust għandhom jingħataw ir-rispett dovut;

15. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi qafas globali għall-ipprezzar tas-CO2 u tiffaċilita l-kummerċ f'teknoloġiji li jipproteġu l-klima u l-ambjent, pereżempju permezz ta' inizjattivi ta' politika kummerċjali bħall-Ftehim tad-WTO dwar il-Beni Ambjentali; jenfasizza li l-Unjoni jista' jkollha rwol pijunier billi tinkludi kapitoli ambizzjużi dwar l-enerġija u s-sostenibbiltà fil-ftehimiet kummerċjali tagħha;

Metodoloġija

16. Jenfasizza li mekkaniżmu li jiffunzjona tajjeb għandu jiżgura t-tnaqqis tal-emissjonijiet importati fl-UE u jipprovdi l-aktar protezzjoni effettiva tal-klima kontra r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li jirrispetta r-regoli tad-WTO; jenfasizza li l-mekkaniżmu għandu jitfassal b'tali mod li jiżgura l-applikazzjoni effettiva u sempliċi tiegħu u fl-istess ħin jipprevjeni mġiba ta' ċirkomvenzjoni bħad-distribuzzjoni mill-ġdid tar-riżorsi jew l-importazzjoni ta' prodotti semimanifatturati jew finali mhux koperti mill-mekkaniżmu;

17. Jemmen li l-kontenut reali tal-karbonju tal-prodotti importati għandu jitqies kemm jista' jkun fil-metodu ta' kalkolu, filwaqt li ma jiġux ikkawżati diffikultajiet u żvantaġġi addizzjonali għall-industrija Ewropea; jinnota d-diffikultajiet fil-ġbir ta' data verifikata u affidabbli dwar il-kontenut tal-karbonju ta' prodotti finali jew intermedji minħabba l-ktajjen tal-valur internazzjonali; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà teknika u d-disponibbiltà ta' data affidabbli mill-importaturi u l-esportaturi, eż. billi tesplora l-potenzjal ta' teknoloġiji avvanzati bħal blockchain, u jekk ikun meħtieġ tipproponi soluzzjonijiet; jenfasizza għalhekk l-importanza li tiġi stabbilita sistema ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika bir-reqqa sabiex tiġi evalwata l-effiċjenza tal-mekkaniżmu; iqis li l-verifika minn parti terza indipendenti tista' titqies bħala għodda biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data;

18. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ u pariri tekniċi lill-industriji kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż, speċjalment għall-SMEs, fl-istabbiliment ta' sistemi affidabbli ta' kontabbiltà tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-importazzjonijiet sabiex tinżamm industrija Ewropea b'saħħitha mingħajr ma jinħolqu ostakli tekniċi għas-sħab kummerċjali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżgura li l-importaturi jitħallew juru l-kontenut baxx ta' karbonju tal-prodotti tagħhom, u tagħtihom l-opportunità li jkollhom il-pagamenti tal-karbonju tagħhom imnaqqsa jew li jkunu eżentati għal dawn il-prodotti; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-fattibbiltà u l-kompatibbiltà mal-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet;

19. Jinnota wkoll li sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta fis-suq Ewropew, il-mekkaniżmu m'għandu joħloq l-ebda żvantaġġ kompetittiv fost materjali li jkunu f'kompetizzjoni; jissottolinja li l-materjali li jirrispettaw l-aktar il-klima m'għandhomx isofru żvantaġġi kompetittivi;

20. Jemmen li l-mekkaniżmu għandu jqis is-sitwazzjonijiet speċifiċi tal-pajjiżi l-anqas żviluppati li storikament ftit li xejn kellhom emissjonijiet; jenfasizza li dan m'għandux ixekkel l-iżvilupp sostenibbli tagħhom u li s-sitwazzjoni tagħhom m'għandhiex tkompli tiġi aggravata bir-rilokazzjoni tal-industriji li jniġġsu u li huma ta' ħsara għall-ambjent u għall-popolazzjonijiet lokali;

21. Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-possibbiltà li tibda timplimenta l-mekkaniżmu bit-tneħħija gradwali tal-kwoti bla ħlas, li jinżammu matul fażi tranżitorja sakemm il-mekkaniżmu jiddaħħal fis-seħħ kompletament u jkun effiċjenti; jenfasizza li m'għandux ikun hemm protezzjoni doppja u li l-mekkaniżmu jeħtieġ li jkun kompatibbli mad-WTO;

22. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li jiġu stabbiliti rifużjonijiet tal-esportazzjoni kompletament kompatibbli mad-WTO għall-atturi industrijali l-aktar virtużi f'termini ta' effiċjenza tal-karbonju fit-tfassil tal-mekkaniżmu;

23. Jissottolinja li skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 bit-titolu "Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil"[11] u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu adottata fil-plenarja fis-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[12], ir-riżorsi ġġenerati mill-mekkaniżmu għandhom jitqiesu bħala riżorsi proprji Ewropej;

24. Jistieden lill-Kummissjoni tqis id-dimensjoni soċjali tal-mekkaniżmu fil-proposta li jmiss tagħha sabiex tiġi żgurata kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet; jinnota li l-mekkaniżmu jista' jwassal għal prezzijiet ogħla tal-prodotti għall-konsumaturi; jissottolinja li l-konsumaturi, b'mod speċjali dawk b'introjtu baxx, m'għandhomx isofru minn piż akbar fuq il-kapaċità tal-akkwist tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-impatti potenzjali fuq l-istandards tal-għajxien, speċjalment ta' dawk minn gruppi vulnerabbli u fl-Istati Membri li jiddependu ħafna fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, u jieħdu miżuri effettivi biex jappoġġaw l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx u jaħdmu biex jikkumpensaw ir-riskju ta' kwalunkwe żieda fil-prezz ta' oġġetti importati bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu;

25. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa tal-għażliet kollha disponibbli ta' mekkaniżmi, disinni u alternattivi differenti qabel ma tippreżenta proposta leġiżlattiva, sabiex tevalwa sa liema punt dawn jinċentivaw l-azzjoni internazzjonali dwar il-klima u jipprevjenu r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tal-investiment u biex tara liema strument jilħaq l-għan tal-ambizzjoni klimatika globali bl-aktar mod effettiv; jagħti parir lill-Kummissjoni tagħmel l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 il-fattur ewlieni fl-għażla tal-forma tal-mekkaniżmu;

26. Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika, fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, miżuri għas-setturi fejn ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huwa l-ogħla filwaqt li tqis il-kompetittività tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effetti tal-mekkaniżmu fuq is-sħab kummerċjali, inkluż fuq il-pajjiżi ġirien tagħna u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tagħmel ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt disponibbli għall-pubbliku mill-aktar fis possibbli, u qabel il-pubblikazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha;

27. Jitlob evalwazzjoni speċjali tal-impatt tal-mekkaniżmu fuq l-SMEs u fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern; jitlob il-ħolqien, jekk ikun meħtieġ, ta' mekkaniżmu ta' appoġġ għall-SMEs biex jaġġustaw b'suċċess għar-realtà l-ġdida tas-suq, u b'hekk jiġi evitat li jisfaw vittmi ta' prattiki inġusti minn atturi fis-suq akbar;

28. Jenfasizza l-importanza tiegħu fl-iżgurar tar-rappreżentanza taċ-ċittadini Ewropej u l-interessi tagħhom u fil-kontribut għall-kisba ta' prijoritajiet tal-UE bħall-protezzjoni tal-klima, it-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività internazzjonali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jinvolvu bis-sħiħ lill-Parlament, bħala koleġiżlatur, fil-proċess leġiżlattiv biex jiġi stabbilit il-mekkaniżmu.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

15.12.2020

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

32

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Carlo Calenda, Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Ciarán Cuffe, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Jens Geier, Nicolás González Casares, Bart Groothuis, Christophe Grudler, András Gyürk, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Eva Kaili, Seán Kelly, Izabela-Helena Kloc, Łukasz Kohut, Zdzisław Krasnodębski, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Thierry Mariani, Eva Maydell, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Mikuláš Peksa, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Jérôme Rivière, Robert Roos, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Carême, Eleonora Evi, Klemen Grošelj, Alicia Homs Ginel, Elena Lizzi

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

EPP

François-Xavier Bellamy

S&D

Carlo Calenda, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Jens Geier, Nicolás González Casares, Robert Hajšel, Alicia Homs Ginel, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Miapetra Kumpula-Natri, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho

RENEW

Nicola Beer, Nicola Danti, Valter Flego, Claudia Gamon, Klemen Groselj, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen

Greens

François Alfonsi, Damien Carême, Ciarán Cuffe, Eleonora Evi, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Mikuláš Peksa, Marie Toussaint

GUE

Manuel Bompard

NI

Clara Ponsatí Obiols

 

32

-

EPP

Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Pilar Del Castillo Vera, Christian Ehler, András Gyurk, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss

ID

Paolo Borchia, Markus Buchheit, Elena Lizzi, Isabella Tovaglieri

ECR

Izabela-Helena Kloc, Zdzisław Krasnodębski, Robert Roos, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski, Evžen Tošenovský

NI

Andrea Caroppo

 

4

0

RENEW

Bart Groothuis

ID

Thierry Mariani, Joëlle Mélin, Jérôme Rivière

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

5.2.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

8

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurélia Beigneux, Monika Beňová, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Malin Björk, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Esther de Lange, Christian Doleschal, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Eleonora Evi, Agnès Evren, Pietro Fiocchi, Andreas Glück, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Karin Karlsbro, Petros Kokkalis, Joanna Kopcińska, Ryszard Antoni Legutko, Javi López, César Luena, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Dan-Ştefan Motreanu, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Ivan Vilibor Sinčić, Linea Søgaard-Lidell, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel Bompard, István Ujhelyi, Inese Vaidere

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

58

+

NI

Ivan Vilibor Sinčić

PPE

Traian Băsescu, Alexander Bernhuber, Nathalie Colin-Oesterlé, Christian Doleschal, Agnès Evren, Adam Jarubas, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Dolors Montserrat, Dan-Ştefan Motreanu, Ljudmila Novak, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Christine Schneider, Edina Tóth, Inese Vaidere, Pernille Weiss, Michal Wiezik

Renew

Pascal Canfin, Martin Hojsík, Jan Huitema, Karin Karlsbro, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Nicolae Ştefănuță, Linea Søgaard-Lidell, Nils Torvalds, Véronique Trillet-Lenoir

S&D

Nikos Androulakis, Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Cyrus Engerer, Jytte Guteland, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Günther Sidl, István Ujhelyi, Petar Vitanov, Tiemo Wölken

The Left

Malin Björk, Petros Kokkalis, Silvia Modig, Mick Wallace

Verts/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Tilly Metz, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus

 

8

-

ECR

Sergio Berlato, Pietro Fiocchi, Joanna Kopcińska, Ryszard Antoni Legutko, Rob Rooken, Alexandr Vondra, Anna Zalewska

The Left

Manuel Bompard

 

10

0

ID

Simona Baldassarre, Aurelia Beigneux, Marco Dreosto, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Joëlle Mélin, Luisa Regimenti, Silvia Sardone

PPE

Esther de Lange

Renew

Andreas Glück

 

It-tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjonijiet

 

 

 

 

 

[1] Testi adottati, P9_TA(2020)0206.

[2] Testi adottati, P9_TA(2019)0078.

[3] Testi adottati, P9_TA(2020)0005.

[4] Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima"), P9_TA(2020)0253.

[5] L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO), "Statement on the State of the Global Climate in 2019" (Dikjarazzjoni dwar l-Istat tal-Klima Globali fl-2019).

[6] Fezzigna, P., Borghesi, S., Caro, D., "Revising Emission Responsibilities through Consumption-Based Accounting: A European and Post-Brexit Perspective" (Reviżjoni tar-Responsabbiltajiet għall-Emissjonijiet permezz ta' Kontabbiltà bbażata fuq il-Konsum: Perspettiva Ewropea u ta' wara l-Brexit) f'Sustainability, 17 ta' Jannar 2019.

[7] Ara r-Rapport Speċjali Nru 18/2020 tal-QEA

[8] L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), "CO2 emissions embodied in international trade and domestic final demand: methodology and results using the OECD inter-country input-output database ("L-emissjonijiet tas-CO2 inkorporati fil-kummerċ internazzjonali u fid-domanda domestika finali: metodoloġija u riżultati bl-użu tal-bażi tad-data tal-input-output tal-OECD bejn il-pajjiżi", 23 ta' Novembru 2020.

[9] Testi adottati, P9_TA(2020)0358.

[10] Testi adottati, P9_TA(2020)0220.

[11] Testi adottati, P8_TA(2018)0449.

[12] Testi adottati, P9_TA(2020)0220.

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Frar 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza