RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u n-Norveġja rigward il-modifika ta' konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

4.3.2021 - (COM(2020)0479 – C9-0424/2020 – 2020/0230(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Jörgen Warborn

Proċedura : 2020/0230(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0035/2021
Testi mressqa :
A9-0035/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u n-Norveġja rigward il-modifika ta' konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

(COM(2020)0479 – C9-0424/2020 – 2020/0230(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2020)0479),

 wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u n-Norveġja rigward il-modifika ta' konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (00000/20),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0424/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0035/2021),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.


NOTA SPJEGATTIVA

F'Ottubru 2018, l-UE nediet formalment il-proċess tan-negozjati (skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994) ma' għadd ta' Membri tad-WTO f'Ġinevra. Il-prinċipju sottostanti tan-negozjati huwa "approċċ konġunt" żviluppat bejn l-UE u r-Renju Unit lura fl-2017 dwar kif "jitqassmu" l-impenji kwantitattivi li jinsabu fl-iskeda tad-WTO tal-UE28 għall-143 kwota tariffarja (TRQ) fil-qafas tad-WTO għal prodotti agrikoli, tal-ħut u industrijali. Il-bażi ta' dan l-approċċ huwa li jinżamm bis-sħiħ il-volum eżistenti ta' kull TRQ fil-futur, għalkemm maqsum f'żewġ territorji doganali separati: l-UE27 u r-Renju Unit.

 

Il-prinċipju tal-metodoloġija applikata huwa bbażat fuq il-flussi kummerċjali fl-UE27 u fir-Renju Unit matul perjodu ta' referenza rappreżentattiv (ta' 3 snin mill-2013 sal-2015) għat-TRQs kollha tad-WTO.

Fil-15 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tniedi negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT mal-Membri rilevanti tad-WTO bil-ħsieb li jitqassmu l-konċessjonijiet tad-WTO tal-Unjoni dwar it-TRQs.

 

Il-metodoloġija miftiehma tat-tqassim hija deskritta fid-dettall fir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Kunsill u tal-PE. B'mod aktar speċifiku, l-Artikolu 2(b) ta' dan ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li temenda l-ishma tat-tqassim filwaqt li tqis l-informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi kemm fil-kuntest tan-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 kif ukoll minn sorsi oħra b'interess fi kwota tariffarja speċifika.

 

Il-Kunsill (il-Kumitat tal-Politika Kummerċjali) ġie kkonsultat regolarment dwar il-kontenut u l-progress tan-negozjati. In-negozjati man-Norveġja rriżultaw fi Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li ġie inizjalat fis-7 u t-8 ta' Lulju 2020 f'Ġinevra ("il-Ftehim").

 

B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi lill-Kunsill li jawtorizza l-konklużjoni tal-Ftehim.

 

F'konformità mal-Artikolu 218(6) tat-TFUE, hemm bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim.

Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur qed jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni u n-Norveġja rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

10643/2020 – C9-0424/2020 – 2020/0230(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

18.12.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

18.1.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

18.1.2021

AGRI

18.1.2021

PECH

18.1.2021

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ITRE

15.10.2020

AGRI

22.9.2020

PECH

6.10.2020

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Jörgen Warborn

1.10.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.11.2020

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.2.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Saskia Bricmont, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Markéta Gregorová, Enikő Győri, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Margarida Marques, Gabriel Mato, Sara Matthieu, Emmanuel Maurel, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Liesje Schreinemacher, Sven Simon, Dominik Tarczyński, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Markus Buchheit, Jean-Lin Lacapelle, Joachim Schuster

Data tat-tressiq

4.3.2021

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Enikő Győri, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler

S&D

Miroslav Číž, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Bernd Lange, Margarida Marques, Inma Rodríguez-Piñero, Joachim Schuster, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

RENEW

Barry Andrews, Jordi Cañas, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Liesje Schreinemacher, Marie-Pierre Vedrenne

ID

Markus Buccheit, Hervé Juvin, Maximilian Krah, Jean-Lin Lacepelle, Danilo Oscar Lancini

VERTS/ALE

Saskia Bricmont, Marketa Gregorova, Heidi Hautala, Sara Matthieu

ECR

Geert Bourgeois , Emmanouil Fragkos, Dominik Tarczynski, Jan Zahradil

THE LEFT

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

NI

Tiziana Beghin, Carles Puigdemont i Casamajó

 

0

-

 

 

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' April 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza