Proċedura : 2020/2179(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0076/2021

Testi mressqa :

A9-0076/2021

Dibattiti :

PV 27/04/2021 - 8
CRE 27/04/2021 - 8

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2021 - 2
PV 29/04/2021 - 4
PV 29/04/2021 - 19
CRE 29/04/2021 - 4

Testi adottati :

P9_TA(2021)0203

<Date>{30/03/2021}30.3.2021</Date>
<NoDocSe>A9-0076/2021</NoDocSe>
PDF 198kWORD 55k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019</Titre>

<DocRef>2020/2179(DEC)</DocRef>


<Commission>{CONT}Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit</Commission>

Rapporteur: <Depute>Ryszard Czarnecki</Depute>

EMENDI
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019

2020/2179(DEC)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0076/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2021),

1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2019;

2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019

(2020/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[7],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[8] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0076/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2021),

1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019

(2020/2179(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2019,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2021),

A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu[13], il-baġit finali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-"Istitut") għas-sena finanzjarja 2019 kien jammonta għal EUR 557 896 982,73, li jirrappreżenta żieda ta' 21,80 % meta mqabbel mal-2018; billi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit tal-Istitut għall-2019 kienet tammonta għal EUR 378 562 704,82, li jirrappreżenta żieda ta' 20,99 % meta mqabbel mal-2018;

B. billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), iddikjarat li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1. Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,04 %, li tirrappreżenta żieda ta' 4,99 % meta mqabbla ma' dik tal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 97,57 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,23 % meta mqabbla mal-2018;

2. Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-proċeduri ta' kontroll tal-Istitut ġeneralment ħadmu kif maħsub, minbarra pagament ta' EUR 1 200 għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, li l-kuntratt ta' servizz ma kienx jipprevedi; jinnota, mir-risposta tal-Istitut lill-Qorti, li l-pagament inkwistjoni jirreferi għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba minn membru interim tal-persunal, li wettaq missjoni fl-interess tas-servizz, madankollu l-Istitut irrikonoxxa l-iżball tiegħu u se jagħmel l-aġġustamenti legali meħtieġa;

Prestazzjoni

3. Jirrikonoxxi li l-Istitut juża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fil-livell tal-Istitut u tal-komunità ta' konoxxenza u innovazzjoni (KKI); jinnota li fir-rigward tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-KKI, l-Istitut kejjel il-prestazzjoni tiegħu permezz ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tradizzjonali ta' Orizzont 2020, bħaż-żmien għall-għotja u ż-żmien għall-ħlas; jinnota li, wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu mill-Kummissjoni u l-Istudju dwar l-Impatt tal-Istitut tal-2017, l-Istitut bħalissa qed jaħdem biex jistabbilixxi Qafas ta' Impatt ħalli jkejjel l-impatt soċjoekonomiku tal-attivitajiet KKI tiegħu;

4. Jinnota li l-Istitut implimenta 95 % tal-programm ta' ħidma tiegħu għall-2019;

5. Jinnota li l-Istitut esternalizza s-servizzi kontabilistiċi lill-Kummissjoni, u introduċa l-għodod tal-IT tal-Kummissjoni, bħall-ARES għall-ġestjoni tad-dokumenti u s-SYSPER għall-ġestjoni tar-riżorsi umani;

6. Jinnota li l-Istitut identifika u evalwa l-possibbiltà li jikkoopera u jikkondividi r-riżorsi mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, u li jesplora aktar possibbiltajiet; jistieden lill-Istitut isegwi l-opportunitajiet identifikati għall-kondiviżjoni tar-riżorsi; jistieden lill-Istitut ikompli jiżviluppa s-sinerġiji tiegħu u jżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

7. Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Istitut f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istitut ikompli jkun proattiv f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Politika dwar il-persunal

8. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 97,73 % tat-tabella tal-persunal kienet implimentata, bi 43 aġent temporanju maħtura minn total ta' 44 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 44 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 kienu jaħdmu għall-Istitut 22 aġent kuntrattwali u l-ebda espert nazzjonali sekondat;

9. Jinnota, fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bord tat-tmexxija għall-2019, li hemm erbat irġiel u tmien nisa; jitlob lill-Kummissjoni tqis l-importanza li tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri meta tinnomina lill-membri għall-bord tat-tmexxija tal-istitut; jinnota li fl-2019 l-Istitut kien ibbilanċjat b'mod ġust fir-rigward tal-ġeneru fil-livell tal-persunal (46 % irġiel u 54 % nisa);

10. Jilqa' l-fatt li l-Istitut stabbilixxa politiki soċjali, li jinkludu miżuri mtejba fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-iskola preprimarja u finanzjament ta' attivitajiet soċjali mmirati biex jattiraw u jżommu għadd akbar ta' persunal espatrijat;

11. Jinnota mir-rapport tal-Qorti li ż-żieda kbira fil-baġit tal-Istitut u l-għadd dejjem akbar ta' KKI ma kinux akkumpanjati minn żieda fl-għadd ta' postijiet; jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-baġit tal-Istitut se jiżdied b'EUR 600 000 000 oħra, jew 25 %, fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027, meta mqabbel mal-QFP attwali, u li l-għadd ta' persunal jibqa' limitat għal 70; jinnota wkoll, mir-rapport tal-Qorti, li hemm riskju li l-Istitut ma jkollux biżżejjed kapaċità biex jittratta ż-żieda fl-ammont ta' xogħol tiegħu fil-futur, u li dan ir-riskju kompla jiżdied, minflok ma ttaffa;

12. Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-implimentazzjoni ta' osservazzjoni li tirriżulta mill-2017 dwar il-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet vakanti għadha għaddejja, peress li l-Istitut ma jtellax b'mod konsistenti l-postijiet vakanti tiegħu fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal;

13. Jinkoraġġixxi lill-Istitut jimmira li jiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Sostenibbiltà

14. Jiddispjaċih li l-Istitut għadu ma ffissax objettivi ta' tnaqqis ta' CO2; jilqa' pożittivament, madankollu, l-isforzi li għamel l-Istitut biex joħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħa l-Istitut bil-għan li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu, il-konsum tal-enerġija tiegħu u jiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

Akkwist

15. Jinnota li l-Istitut ipparteċipa f'għadd ta' proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali tal-Kummissjoni u ta' aġenziji oħra tal-Unjoni; jinnota li fl-2018 l-Istitut introduċa sejħa għall-offerti elettronika u sottomissjoni elettronika ta' offerti u pproċessa diversi sejħiet għall-offerti permezz ta' għodod tal-akkwist elettroniku fl-2019;

16. Jinnota li fl-2019 l-Istitut nieda attività ta' monitoraġġ ġdida dwar il-politiki u l-proċeduri ta' akkwist tal-entitajiet legali tal-KKI u ċ-ċentri ta' kolokazzjoni tagħhom bħala segwitu għall-assenjazzjoni ta' esperti tal-2016-2017;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, trasparenza u demokrazija

17. Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Istitut u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u biex jiżgura l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li l-Istitut ippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess u s-CVs tal-bord tat-tmexxija tiegħu u tal-maniġment superjuri tiegħu fuq is-sit web tiegħu;

18. Jinnota li l-Istitut irrapporta każ wieħed ta' informatur fl-2019 u li r-regoli interni ġew applikati; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi ta' dak il-każ;

19. Jinnota li l-valutazzjoni tal-2019 dwar l-implimentazzjoni tal-KKI tal-prinċipji ta' governanza tajba tista' tittejjeb aktar, peress li xi KKI għandhom itejbu l-kodiċi ta' kondotta tajba u l-politiki tagħhom dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ; jinnota li dan l-aspett se jiġi segwit mill-Istitut fl-2020 permezz ta' attività ta' monitoraġġ orizzontali; jistieden lill-Istitut jirrapporta dwar ir-riżultati;

20. Jenfasizza l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji u għall-aġenziji kollha tal-Unjoni;

Kontrolli interni

21. Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern iffinalizza l-awditu tiegħu dwar il-verifika ex ante tal-pagamenti lill-KKI fil-31 ta' Jannar 2019 u bagħat nota dwar l-azzjonijiet ta' segwitu tar-rakkomandazzjonijiet pendenti mill-awditu dwar il-monitoraġġ tal-ftehimiet ta' għotja; jinnota li rakkomandazzjoni waħda ġiet implimentata b'mod adegwat u żewġ rakkomandazzjonijiet għadhom miftuħa;

22. Jinnota l-għadd ta' kwistjonijiet pendenti u miżuri rimedjali li għaddejjin b'reazzjoni għall-kummenti tal-Qorti fl-2014, fl-2017 u fl-2018 relatati b'mod partikolari mal-kundizzjonijiet ta' finanzjament; jinnota r-risposta tal-Istitut li mid-19-il kumment, sebgħa biss għadhom miftuħa; jinnota, barra minn hekk, li tlieta huma lil hinn mill-kontroll tal-Istitut u li tlieta oħra jirrikjedu perjodu itwal ta' żmien biex jitlestew kompletament;

Kummenti oħra

23. Ifaħħar l-involviment proattiv tal-Istitut mal-midja biex jiżviluppa viżibbiltà akbar fil-midja, l-internet u l-midja soċjali sabiex jagħmel xogħla magħruf;

24. Jilqa' l-fatt li l-Istitut tejjeb il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali, billi żied l-involviment ġenerali tiegħu fuq diversi pjattaformi tal-midja soċjali; jinnota, barra minn hekk, l-isforzi tal-Istitut biex il-post tax-xogħol ikun kosteffikaċi u ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jitlob lill-Istitut ikompli jtejjeb il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali u l-istrateġija tiegħu għall-iżvilupp sostenibbli;

25. Jilqa' l-isforzi tal-Istitut biex iżid iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data; jinnota l-proċess ta' implimentazzjoni tal-Istitut tal-politika ġenerali dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, inklużi l-aspetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni taċ-ċibersigurtà; jistieden lill-Istitut jirrapporta dwar ir-riżultat ta' dak il-proċess;

o

o  o

26. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2021[14] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Ryszard Czarnecki, Martina Dlabajová, José Manuel Fernandes, Raffaele Fitto, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Pierre Karleskind, Joachim Kuhs, Ryszard Antoni Legutko, Claudiu Manda, Alin Mituța, Younous Omarjee, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Viola Von Cramon-Taubadel

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

27

+

ECR

Ryszard Czarnecki, Raffaele Fitto, Ryszard Antoni Legutko

NI

Sabrina Pignedoli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

Renew

Olivier Chastel, Martina Dlabajová, Pierre Karleskind, Alin Mituța

S&D

Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters

The Left

Luke Ming Flanagan, Younous Omarjee

Verts/ALE

Daniel Freund, Michèle Rivasi, Viola Von Cramon-Taubadel

 

3

-

ID

Matteo Adinolfi, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs

 

0

0

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.

[2] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.

[3] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

[4] ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

[5] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[6] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[7] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.

[8] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport Annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.

[9] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

[10] ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

[11] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.

[12] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

[13] ĠU C 143, 30.4.2020, p. 22.

[14] Testi adottati, P9_TA-PROV(2021)0000.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza