RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (qabel l-4 ta' Lulju 2019: Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2019

30.3.2021 - (2020/2177(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Joachim Stanisław Brudziński


Proċedura : 2020/2177(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0078/2021

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (qabel l-4 ta' Lulju 2019: Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2019

(2020/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2019,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0074/2015),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2021),

1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;

2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


 

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (qabel l-4 ta' Lulju 2019: Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2019

(2020/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2019,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[8],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0074/2015),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2021),

1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2019;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

 


3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (qabel l-4 ta' Lulju 2019: Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija) għas-sena finanzjarja 2019

(2020/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2019,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2021),

A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha[15], il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien EUR 16 147 153, li jirrappreżenta żieda ta' 19,06 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej kollu kemm hu mill-baġit tal-Unjoni;

B. billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), tiddikjara li l-Qorti kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1. Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,50 %, li tfisser li l-Aġenzija għaddiet l-objettiv ippjanat tagħha b'żieda ta' 0,25 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 81,35 %, li tfisser tnaqqis ta' 1,62 % meta mqabbla mal-2018;

Prestazzjoni

2. Jinnota li l-Aġenzija tkompli tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud offrut mill-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari biex tistma l-impatt u l-effett tal-kodiċijiet tan-network, biex iżżomm rendikont tal-ammendi kollha imposti u biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha;

3. Jinnota li l-Aġenzija rnexxielha tadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet sinifikanti fis-swieq tal-Unjoni tal-elettriku u tal-gass li rriżultaw mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011[16] (REMIT); jinnota bi tħassib li xi kompiti ma ngħatawx prijorità jew ma ġewx eżegwiti minħabba nuqqas ta' riżorsi;

4. Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Aġenzija baqgħet testernalizza s-servizzi ta' kontabbiltà lill-Kummissjoni u tikkondividi r-riżorsi ma' Aġenziji oħra fl-oqsma tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-ġestjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-baġit u l-finanzi, l-akkwist u l-ġestjoni tal-faċilitajiet; iqis tali inizjattiva bħala eżempju validu biex l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni jsegwu;

5. Jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa s-sinerġiji tagħha u żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki mal-aġenziji l-oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);

6. Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini ta' proċeduri ta' operazzjonijiet u ġestjoni interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji tal-Unjoni akkost ta' kollox; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;

Politika dwar il-persunal

7. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, it-tabella tal-persunal kienet 100 % implimentata, b'67 aġent temporanju maħtura minn total ta' 67 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla ma' 67 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota, barra minn hekk, li fl-2019 ħadmu għall-Aġenzija 26 aġent kuntrattwali u erba' esperti nazzjonali sekondati;

8. Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tal-Aġenzija (ħamest irġiel u mara waħda) u fil-Bord tal-Amministrazzjoni (11-il raġel u seba' nisa); jitlob lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija;

9. Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija kienet qed tuża ħaddiema interim biex twettaq kompiti fit-tul ħalli tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' membri tal-persunal impjegati direttament;

10. Jinnota bi tħassib li skont ir-Rapport Speċjali 22/2020 tal-Qorti intitolat "Il-futur tal-aġenziji tal-UE – Potenzjal għal aktar flessibbiltà u kooperazzjoni", l-Aġenzija hija esposta għar-riskju ta' riżorsi limitati li jwassal għat-tnaqqis tal-ordni ta' prijoritajiet ta' lista twila ta' kompiti;

11. Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Aġenzija rċeviet riżorsi addizzjonali fil-kuntest tal-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha;

12. Jinnota li l-Aġenzija adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju, li ġew organizzati diversi korsijiet ta' taħriġ għall-iskop li jżidu s-sensibilizzazzjoni u joffru lill-persunal informazzjoni u tali korsijiet huma obbligatorji għall-impjegati l-ġodda; jinnota li ġie rrappurtat każ wieħed ta' allegat fastidju, iżda ħadd ma ġie investigat u ħadd ma tressaq il-qorti;

13. Jinsab mħasseb dwar id-daqs kbir tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-aġenzija, fatt li jikkomplika l-proċess deċiżjonali u jiġġenera spejjeż amministrattivi konsiderevoli;

14. Jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timmira li tiżviluppa qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Sostenibbiltà

15. Jiddispjaċih li l-Aġenzija għadha ma ffissatx objettivi ta' tnaqqis ta' CO2; jilqa' pożittivament madankollu l-isforzi li għamlet l-Aġenzija bil-għan li toħloq qafas ta' ħidma li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif ukoll il-miżuri kollha li ħadet l-Aġenzjija bil-għan li tnaqqas l-impronta tal-karbonju tagħha, il-konsum tal-enerġija tagħha u tiżviluppa fluss tax-xogħol mingħajr karti;

Akkwist pubbliku

16. Jinnota li 67 proċedura ta' akkwist tlestew mis-47 proċedura ppjanata għall-2019; jinnota li wara l-osservazzjoni tal-Qorti dwar l-użu tal-akkwist elettroniku, l-Aġenzija implimentat is-sejħiet għall-offerti elettroniċi fl-2019 u jirrikonoxxi li s-sottomissjonijiet elettroniċi ta' offerti kienu qed jiġu implimentati fl-2020;

17. Jinnota li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata rigward il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet bl-ammont totali mħallas b'mod irregolari li jikkorrispondi għal EUR 988 138,00, li jirrappreżenta 6,3 % tal-pagamenti kollha li saru mill-Aġenzija fl-2019; jinnota li l-pagamenti irregolari osservati kienu relatati ma' żewġ proċeduri ta' akkwist irregolari li ma kinux twettqu kif preskritt wara proċeduri kompetittivi;

18. Jinnota r-risposta tal-Aġenzija għas-sejba tal-Qorti u l-miżuri meħuda mill-Aġenzija biex tipprevjeni li dawn il-proċeduri ta' akkwist irregolari jerġgħu jseħħu;

19. Jiddispjaċih li l-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata abbażi ta' żewġ proċeduri ta' akkwist irregolari, li għalihom l-Aġenzija kienet naqset milli twettaq proċeduri ta' akkwist kompetittivi u xierqa, u dan ifisser li l-pagamenti kollha assoċjati huma irregolari; jinsab inkwetat immens bil-fatt li l-pagamenti irregolari li saru skont il-kuntratti li rriżultaw minn tali proċeduri ta' akkwist irregolari jirrappreżentaw 6,3 % tal-pagamenti kollha li saru mill-Aġenzija fl-2019.

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20. Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li ġie identifikat każ ta' kunflitt ta' interess fl-2019, li rriżulta f'valutazzjoni mill-Bord ta' Regolaturi u mill-unità tar-riżorsi umani li ddeċidew li ma jiħdux azzjoni addizzjonali;

21. Jinnota b'sodisfazzjon li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' tal-Bord tal-Amministrazzjoni u tal-maniġment superjuri ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija;

22. Jinnota l-kontinwazzjoni tal-azzjonijiet li ttieħdu biex tittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi jiġu rrappurtati l-laqgħat li l-persunal tal-Aġenzija jkollu mal-partijiet ikkonċernati esterni, b'mod partikolari l-laqgħat tad-direttur mal-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom, u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija;

23. Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti li l-proċeduri ta' reklutaġġ ma ġewx applikati kif xieraq għall-proċess ta' selezzjoni, u dan irriżulta fin-nuqqas min-naħa tal-Aġenzija li tirrispetta l-prinċipju ta' trattament ugwali u li tapplika kontrolli interni effikaċi;

24. Jenfasizza l-fatt li l-qafas etiku li japplika attwalment għall-istituzzjonijiet u għall-aġenziji tal-Unjoni jippreżenta inkonvenjenti notevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' konsistenza bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jenfasizza li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji u għall-aġenziji kollha tal-Unjoni;

Kontrolli interni

25. Jinnota li l-Aġenzija rrappurtat li l-qafas ta' kontroll intern tagħha huwa effikaċi u li l-valutazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tiegħu ma żvelatx nuqqasijiet, ħlief għal nuqqas żgħir wieħed li jikkonċerna n-nuqqas ta' reġistrazzjonijiet fir-reġistru tal-eċċezzjonijiet tagħha; jinnota bi tħassib li l-Qorti sabet li r-reġistru tal-eċċezzjonijiet ma kienx imtela kif suppost; jirrakkomanda li l-Aġenzija tirreġistra l-eċċezzjonijiet u l-avvenimenti kollha mhux konformi fir-reġistru, u li dawn jitqiesu kif xieraq fil-valutazzjoni annwali tal-qafas ta' kontroll intern;

26. Jinnota li l-pjan ta' awditjar strateġiku għall-Aġenzija għall-perjodu mill-2017 sal-2019 ġie implimentat bis-sħiħ u s-servizz tal-awditjar intern iddetermina s-suġġetti ta' awditjar għall-perjodu ta' ppjanar li jmiss;

27. Jinnota li tlieta mill-ħames azzjonijiet li rriżultaw mill-valutazzjoni tar-riskju tas-servizz tal-awditjar intern ġew implimentati bis-sħiħ fl-oqsma tal-kontinwità tal-attivitajiet, il-ġestjoni tad-dokumenti u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi tal-azzjonijiet li għaddejjin għall-governanza tal-IT u s-sorveljanza tas-suq fl-ambitu ta' REMIT;

Kummenti oħra

28. Jinnota li l-Aġenzija fittxet oqsma ta' titjib fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u ċ-ċibersigurtà, billi stabbiliet mekkaniżmu biex teżamina mill-ġdid l-istandards u l-linji gwida kull sena; jirrikonoxxi l-ħolqien ta' funzjoni ta' awditjar minn parti terza biex jiġu evalwati l-proċessi tal-Aġenzija minn perspettiva taċ-ċibersigurtà;

29. Jilqa' favorevolment l-isforzi tal-Aġenzija biex toffri post tax-xogħol effikaċi f'termini tal-kostijiet u ekokompatibbli;

o

o  o

30. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta'... 2021[17] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Ryszard Czarnecki, Martina Dlabajová, José Manuel Fernandes, Raffaele Fitto, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Pierre Karleskind, Joachim Kuhs, Ryszard Antoni Legutko, Claudiu Manda, Alin Mituța, Younous Omarjee, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Viola Von Cramon-Taubadel

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

25

+

ECR

Ryszard Czarnecki, Raffaele Fitto, Ryszard Antoni Legutko

NI

Sabrina Pignedoli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský

Renew

Olivier Chastel, Martina Dlabajová, Pierre Karleskind, Alin Mituța

S&D

Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters

Verts/ALE

Daniel Freund, Michèle Rivasi, Viola Von Cramon-Taubadel

 

5

-

ID

Matteo Adinolfi, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs

The Left

Luke Ming Flanagan, Younous Omarjee

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' April 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza