RAPPORT dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019
30.3.2021 - (2020/2172(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Ryszard Czarnecki
- 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- 2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- 3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
- INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0069/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2021),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[7],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[8] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0069/2015),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2021),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0096/2021),
A. billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tal-infiq tagħha[13], il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019 kien ta' EUR 141 620 456, li jirrappreżenta żieda ta' 4,33 % meta mqabbel mal-2018; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;
B. billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2019 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,42 %, li tirrappreżenta żieda ta' 3,31 % meta mqabbla mal-2018; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 86,61 %, li tindika tnaqqis ta' 0,31 % meta mqabbla mal-2018;
2. Jinnota li l-Aġenzija akkumulat dewmien fil-pagamenti f'20 % tal-każijiet fl-2019; jinnota li l-livell ta' pagamenti tard kien saħansitra ogħla fis-snin preċedenti, iżda jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tagħmel il-pagamenti fit-termini preskritti biex tevita riskju għar-reputazzjoni; jilqa' pożittivament il-miżuri ta' mitigazzjoni li ħadet l-Aġenzija f'dan ir-rigward, li rriżulta li fl-2019, tħallas l-ammont globali ta' imgħax immaterjali ta' EUR 1 624,53;
3. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2019 l-Aġenzija ta' spiss naqset milli tagħmel pagamenti fi żmien it-termini preskritti, u b'hekk esponiet lill-Aġenzija għal riskji għar-reputazzjoni; jinnota li, skont it-tweġiba tal-Aġenzija, fl-2019, l-Aġenzija kienet qed tħabbat wiċċha ma' sitwazzjoni ta' nuqqas ta' persunal li affettwat l-amministrazzjoni finanzjarja iżda li l-Aġenzija hija konxja tal-profil tar-riskju fir-rigward tad-dewmien fil-pagamenti u tissorvelja bir-reqqa l-ammonti ta' pagamenti fuq bażi ta' kull xahar u ħadet azzjonijiet ta' mitigazzjoni biex taderixxi mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, il-valur globali tal-fatturi mħallsa tard kien jammonta għal madwar EUR 6,6 miljun fl-2019, li jirrappreżenta 4,6 % tal-pagamenti li saru;
4. Jinnota li fl-2019 l-Aġenzija rċeviet baġit finali ta' EUR 138,3 miljun u żieda ta' 15-il aġent temporanju; jenfasizza, madankollu, li l-abbozz ta' baġit stmat adottat mill-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija talab allokazzjoni totali ta' EUR 143,3 miljun u żieda netta fil-karigi ta' 43 aġent temporanju; jissottolinja li minħabba n-nuqqas baġitarju u ta' persunal, l-Aġenzija kellha tagħti inqas prijorità lil għadd ta' objettivi u azzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jsaħħu d-djalogu tagħhom mal-Aġenzija fir-rigward tal-indirizzar tan-nuqqasijiet baġitarji u tal-persunal;
Prestazzjoni
5. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud tal-attivitajiet tagħha u miżuri oħra biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha, bħar-rata tal-eżitu tal-baġit, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-objettivi tal-programm ta' ħidma u l-grad ta' sodisfazzjon għal dak li jikkonċerna l-immaġni tal-Aġenzija;
6. Ifakkar lill-Aġenzija biex tirrieżamina u taġġorna regolarment is-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tagħha biex tiżgura li tikkontribwixxi b'mod effiċjenti, u biex tiżgura l-għarfien espert tagħha, fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tanalizza l-eżiti bir-reqqa u tużahom biex ittejjeb l-istrateġija u l-ippjanar tal-attività tagħha;
7. Jinnota li l-Aġenzija implimentat 79 % tal-objettivi tal-programm ta' ħidma u 75 % tal-azzjonijiet li jinsabu fil-programm ta' ħidma tal-2019;
8. Jinnota b'apprezzament li fl-2019 l-Aġenzija kompliet twettaq attivitajiet konġunti u servizzi kondiviżi ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, inkluża l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, u li l-Aġenzija ngħaqdet ma' 21 proċedura ta' akkwist interistituzzjonali;
9. Jistieden lill-Aġenzija tkompli żżid il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' aġenziji oħra tal-Unjoni bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza (ir-riżorsi umani, il-ġestjoni tal-bini, is-servizzi tal-IT u s-sigurtà);
10. Jinnota li, skont il-valutazzjoni tal-bord ta' amministrazzjoni, għadd ta' proġetti u attivitajiet importanti ngħataw inqas prijorità u ma seħħewx minħabba l-fatt li l-baġit u t-tabella tal-persunal allokati lill-Aġenzija għall-2019 kienu ferm inqas mill-istimi inizjali u kienet meħtieġa reviżjoni fil-fond tal-programm ta' ħidma annwali;
11. Jilqa' l-fatt li, f'kollaborazzjoni mal-eu-LISA, l-Aġenzija rnexxielha tintegra t-tfittxijiet fis-SIS II fl-interfaċċja tal-utenti tal-USE u li sar aktar progress lejn l-istabbiliment tal-aċċess għall-VIS; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-istabbiliment ta' uffiċċju SIRENE fi ħdan l-Aġenzija ma seħħx fl-2019; iħeġġeġ lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tavvanza fl-allinjament u l-koordinazzjoni tar-riżorsi interni tagħha mal-iżviluppi tal-inizjattivi ta' interoperabbiltà tal-Unjoni;
12. Jissottolinja r-rwol importanti tal-Aġenzija fl-appoġġ tal-investigazzjonijiet kriminali tal-Istati Membri u fil-forniment ta' analiżi operazzjonali; jenfasizza wkoll l-estensjoni tal-kompiti tiegħu u r-rwol dejjem jikber tiegħu fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità u forom gravi u organizzati oħra ta' kriminalità fl-Unjoni kollha;
13. Jenfasizza li l-għadd ta' operazzjonijiet li l-Aġenzija appoġġjat żdied minn 1 748 fl-2018 għal 1 921 fl-2019 (li jirrappreżenta żieda ta' 9,89 %) u li l-laqgħat operattivi ffinanzjati mill-Aġenzija żdiedu minn 427 fl-2018 għal iktar minn 500 fl-2019 (li jirrappreżenta żieda ta' 17 %), fatt li jissottolinja ż-żieda fix-xogħol tal-Aġenzija; jissottolinja l-investigazzjonijiet speċjalizzati ħafna appoġġjati mill-Aġenzija f'dawn l-aħħar snin, maħsuba biex jiġġieldu kontra x-xbieki tal-kriminalità organizzata sofistikati ħafna, it-traffikar tad-droga, ir-rimi illeċitu tal-iskart u t-traffikar illeċitu fid-dark web;
Politika dwar il-persunal
14. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2019, 92,89 % tat-tabella tal-persunal ġiet implimentata, u kienu nħatru 549 aġent temporanju minn total ta' 591 aġent temporanju awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 576 post tax-xogħol awtorizzati fl-2018); jinnota li, barra minn hekk, fl-2019 ħadmu għall-Aġenzija 196 aġent kuntrattwali u 66 espert nazzjonali sekondat;
15. Jinnota li l-Aġenzija temmet l-2019 b'rata ta' postijiet battala ta' 3.6 %, li kienet ogħla mill-mira ta' 2 %; jirrikonoxxi li ġew stabbiliti miżuri ta' mitigazzjoni bħaż-żieda fil-pass tal-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala jew l-użu ta' listi ta' riżerva; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-Aġenzija rreġistrat ukoll rata ta' dawran tal-persunal ogħla milli mistenni ta' 11.7 %, meta mqabbla ma' 8.7 % fis-sena preċedenti; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, ir-rata ta' dawran kienet ir-riżultat ta' għadd kbir ta' riżenji u għadd ta' kuntratti li ntemmu fl-2019 u li l-Aġenzija mmonitorjat mill-qrib is-sitwazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tindirizza din il-kwistjoni fid-dawl tas-sitwazzjonijiet potenzjali ta' "revolving door";
16. Jinsab ferm imħasseb bin-nuqqas ta' bilanċ bejn il-ġeneri rrappuratat fl-2019 għall-maniġers superjuri (139 raġel u 28 mara) u fil-bord ta' amministrazzjoni (43 raġel u 10 nisa) u fil-persunal; jistieden lill-Aġenzija żżid l-isforzi tagħha biex tikseb bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-livelli kollha; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri meta jinnominaw lill-membri tagħhom fil-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija;
17. Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li ġew irrappurtati żewġ każijiet ta' allegat fastidju psikoloġiku u ta' mġiba mhux xierqa relatata u sussegwentement ġew investigati permezz ta' inkjesta amministrattiva formali fl-2019 u deċiżjoni dwar l-eżitu kellha tittieħed fl-2020; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet tal-inkjesta;
18. Jilqa' l-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni tal-għodda eżistenti għar-reklutaġġ elettroniku ġie estiż b'suċċess biex ikopri wkoll il-karigi ristretti; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija implimentat l-osservazzjoni tal-Qorti mill-2017 dwar il-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-EPSO;
19. Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem għall-iżvilupp ta' qafas ta' politika fit-tul dwar ir-riżorsi umani li jindirizza l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-gwida tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, il-bilanċ bejn il-ġeneri, it-telexogħol, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità;
Akkwist pubbliku
20. Jinnota bi tħassib is-sejba tal-Qorti, li hija relatata wkoll mas-segwitu tas-sejbiet tas-sena ta' qabel, li l-Aġenzija tawlet b'mod irregolari ż-żmien ta' kuntratt qafas għall-forniment ta' servizzi ta' vvjaġġar professjonali billi ffirmat emendi fl-2018 u l-2019 wara li kien skada l-kuntratt, li wasslu biex l-emendi u l-pagamenti relatati jkunu irregolari; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li l-estensjoni fl-2019 kienet ir-riżultat ta' deċiżjoni kummerċjali konxja biex tinżamm il-kontinwità tal-operat u ma kinitx tikkostitwixxi dgħufija fil-kontroll ex ante u li, barra minn hekk, kellu jibda awditu intern fir-raba' kwart tal-2020 bil-għan li jinkisbu aċċertamenti addizzjonali dwar l-approċċ ta' ġestjoni tal-kuntratti tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet u konsegwentement issaħħaħ il-ġestjoni tal-kuntratti u l-kontrolli ex ante;
21. Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għall-akkwist ta' għamara, aċċessorji u servizzi relatati, it-termini użati fid-dokumenti għas-sejħa għall-offerti ma kinux speċifiċi biżżejjed, u dan dgħajjef in-natura kompetittiva tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ma vverifikatx biżżejjed il-preċiżjoni tal-prezzijiet sottostanti u l-kalkolu tal-iskontijiet applikati għall-elementi mhux standard qabel ma ssottomettiet il-formola tal-ordni lill-kuntrattur; jistieden lill-Aġenzija tiżgura konformità sħiħa mal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni fil-proċeduri kollha tal-offerti; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, id-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti kienet tinkludi s-suġġett tal-akkwist u l-kriterji tal-esklużjoni, l-għażla u l-għoti applikabbli, u b'hekk ħolqot kundizzjonijiet li jiffavorixxu l-kompetittività u jinnota li, fir-rigward tal-iskont mogħti mill-kuntrattur, il-kuntrattur kien offra skont ogħla mir-rata standard inkluża fil-kuntratt u b'hekk l-Aġenzija aġixxiet f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, skont id-dispożizzjonijiet fil-kuntratt; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet fis-sejħiet għall-offerti jkunu kompluti biex jippermettu kompetizzjoni leali u effettiva;
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, etika u trasparenza
22. Jinnota li l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, il-protezzjoni tal-informaturi u l-ġlieda kontra l-fastidju; jinnota li ġew irrappurtati żewġ każijiet ta' allegat fastidju psikoloġiku u ta' mġiba mhux xierqa relatata u sussegwentement ġew investigati permezz ta' inkjesta amministrattiva formali fl-2019 u deċiżjoni dwar l-eżitu kellha tittieħed fl-2020; jiddeplora l-fatt li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess ta' xi wħud mill-membri tal-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija ma ġewx ippubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; itenni s-sejħa tiegħu lill-Aġenzija biex tippubblika malajr is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri kollha tal-bord ta' amministrazzjoni tal-Aġenzija u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;
23. Jissottolinja l-fatt li l-qafas etiku attwali li japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni jbati minn żvantaġġi konsiderevoli minħabba l-frammentazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet eżistenti; jappella biex dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati billi jiġi stabbilit qafas etiku komuni, li jiżgura l-applikazzjoni ta' standards etiċi għoljin għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni;
Kontrolli interni
24. Jinnota, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet mill-awtorità ta' kwittanza relatati mal-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-etika fl-Aġenzija, li nħarġu tliet rakkomandazzjonijiet importanti, li tnejn minnhom ġew implimentati fl-2019, u rakkomandazzjoni waħda miftuħa dwar l-aġġornament tal-proċess ta' inkjesta amministrattiva u tal-proċedura dixxiplinarja kienet mistennija li tiġi implimentata sa tmiem l-2020;
25. Jinnota li l-kapaċità ta' awditjar intern lestiet l-impenji tal-awditjar li ġejjin: analiżi operattiva, il-proċess ta' ġestjoni tal-għotjiet, il-validazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess tal-utenti mogħtija fl-ABAC, u awditu tal-ISO 17020:2012 tal-laboratorju forensiku tal-Aġenzija; jinnota li, filwaqt li l-kapaċità ta' awditjar intern ikkonkludiet li l-kontrolli interni huma implimentati u effettivi, matul l-2019 saru 41 rakkomandazzjoni ġdida b'rata ta' implimentazzjoni ta' 95 % ta' rakkomandazzjonijiet kritiċi u importanti ħafna li kienu mistennija jitlestew fl-2019;
26. Jinnota li l-bord ta' amministrazzjoni adotta l-qafas ta' kontroll intern tal-Aġenzija f'Diċembru 2018 u li, matul l-2019, l-Aġenzija kkonkludiet li l-komponenti tal-qafas ta' kontroll intern huma preżenti u qed jiffunzjonaw, bil-ħtieġa ta' xi titjib żgħir;
Kummenti oħra
27. Jisħaq fuq l-importanza li tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-Aġenzija f'termini tal-proċeduri ta' ġestjoni u operazzjonijiet interni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tibqa' tkun proattiva f'dak ir-rigward sabiex jiġi evitat distakk diġitali bejn l-aġenziji akkost ta' kollox; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa kollha biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għas-sigurtà online tal-informazzjoni pproċessata;
28. Jinnota li, bl-inċertezza kontinwa marbuta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, fl-ewwel kwart tal-2019 l-Aġenzija eżaminat l-opportunitajiet kollha possibbli biex iżżomm relazzjonijiet operazzjonali effettivi mar-Renju Unit bħala pajjiż terz;
29. Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli tippromwovi l-ħidma, ir-riċerka u l-attivitajiet tagħha biex iżżid il-viżibbiltà pubblika tagħha;
30. Jenfasizza l-fatt li jinħtieġ approċċ kumpless sabiex il-paġni inizjali tas-siti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jsiru aċċessibbli għal persuni b'kull xorta ta' diżabbiltà, kif previst fid-Direttiva (UE) 2016/2102[14], inkluż id-disponibbiltà tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali; jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà jiġu involuti f'dan il-proċess;
o
o o
31. Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni ta'... 2021[15] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN (25.2.2021)
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2019
Rapporteur għal opinjoni: Caterina Chinnici
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jissottolinja r-rwol importanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi ("Europol" jew l-"Aġenzija") biex tappoġġja l-investigazzjonijiet kriminali tal-Istati Membri u tforni analiżi operattiva; jenfasizza wkoll l-estensjoni tal-kompiti tiegħu u r-rwol dejjem jikber tiegħu fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità u forom gravi u organizzati oħra ta' kriminalità fl-Unjoni kollha;
2. Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Europol għas-sena finanzjarja 2019 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2019 hija rappreżentata b'mod ġust; jenfasizza li l-baġit tal-Europol żdied minn EUR 156 miljun għal EUR 169 miljun (+8,3 %) u l-persunal tagħha żdied minn 826 għal 837 (+1,3 %) meta mqabbel mal-2018;
3. Jinnota li għadd ta' proġetti kellhom jiġu deprijoritizzati fil-Programm ta' Ħidma Annwali rivedut għall-2019 minħabba restrizzjonijiet baġitarji u li minħabba t-talba tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-livelli tal-persunal għall-Aġenti Kuntrattwali (AK), l-Europol iddifferixxa r-reklutaġġ tal-postijiet vakanti kollha AK fl-2019;
4. Jinnota li l-proporzjon attwali ta' nisa fil-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol huwa 12-il membru minn 53 (22,6 %); ifakkar li skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2016/794 il-prinċipju ta' rappreżentazzjoni bilanċjata bejn il-ġeneri fil-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jittieħed kont debitu tiegħu; jitlob lill-Europol tieħu miżuri favur bilanċ bejn il-ġeneri aħjar;
5. Jevidenzja li n-numru ta' operazzjonijiet li l-Europol appoġġjat żdied minn 1 748 fl-2018 għal 1 921 fl-2019 (li jirrappreżenta żieda ta' 9,89 %) u li l-laqgħat operattivi ffinanzjati mill-Europol żdiedu minn 427 fl-2018 għal iktar minn 500 fl-2019 (li jirrappreżentaw żieda ta' 17 %), fatt li jissottolinja ż-żieda fix-xogħol tal-Aġenzija; jissottolinja l-investigazzjonijiet speċjalizzati ħafna appoġġjati mill-Europol f'dawn l-aħħar snin, maħsuba biex jiġġieldu kontra x-xbieki tal-kriminalità organizzata sofistikati ħafna, it-traffikar tad-droga, ir-rimi illeċitu tal-iskart u t-traffikar illeċitu fid-dark web;
6. Jiddispjaċih jerġa' jinnota li l-Qorti sabet li kien hemm dgħufijiet fil-ġestjoni tal-kuntratti u f'kontrolli ex ante marbuta mal-fatt li l-Europol reġgħet estendiet b'mod irregolari d-durata ta' kuntratt qafas għall-forniment ta' servizzi tal-ivvjaġġar kummerċjali billi ffirmat emenda wara li kien skada l-kuntratt; jiddeplora l-fatt li dan irriżulta f'pagament irregolari ta' EUR 32 531 fl-2019; jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet li tat l-Europol bħala risposta għas-sejbiet tal-Qorti, skont liema l-estensjoni kienet ir-riżultat ta' deċiżjoni konxja biex tinżamm il-kontinwità tal-attivitajiet u, tal-impenn tal-Europol li jsir awditu intern dwar il-ġestjoni tal-kuntratti fl-2021 bil-ħsieb li tikseb aċċertament addizzjonali f'dawk li huma l-arranġamenti marbuta mal-ġestjoni tal-kuntratti; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet;
7. Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti f'dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' preċiżjoni tad-dokumenti għas-sejħiet għall-offerti tal-2019 fir-rigward tal-akkwist ta' għamara, u dan jikkomprometti n-natura kompetittiva tal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet fis-sejħiet għall-offerti jkunu kompluti biex jippermettu kompetizzjoni leali u effettiva; jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti skont liema l-prezzijiet sottostanti u l-kalkolu ta' ċerti skontijiet ma kinux suġġetti għal verifika xierqa qabel il-preżentazzjoni tal-ordni lill-kuntrattur tax-xiri tal-għamara; jistieden lill-Aġenzija tintegra dawn il-verifiki fil-kontrolli ex ante tagħha qabel ma tiffirma u tibgħat l-ordnijiet;
8. Jinnota li l-Aġenzija akkumulat dewmien fil-pagamenti f'20 % tal-każijiet fl-2019; jikkonstata li l-livell ta' pagamenti tard kien saħansitra ogħla fis-snin preċedenti, iżda jistieden lill-Europol iżżid l-isforzi tagħha biex tagħmel il-pagamenti fit-termini preskritti biex jiġi evitat riskju għar-reputazzjoni; jilqa' pożittivament il-miżuri ta' mitigazzjoni li ħadet l-Europol f'dan ir-rigward, li bis-saħħa tagħhom, fl-2019, tħallas biss imgħax ta' ammont totali immaterjali ta' EUR 1 624,53;
9. Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Europol implimentat korrettament ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti fis-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
24.2.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
61 2 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Adamowicz, Malik Azmani, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Nicolas Bay, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Caterina Chinnici, Clare Daly, Marcel de Graaff, Anna Júlia Donáth, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Andrzej Halicki, Balázs Hidvéghi, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Lívia Járóka, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Fabienne Keller, Peter Kofod, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Martin Sonneborn, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Tomas Tobé, Dragoş Tudorache, Milan Uhrík, Bettina Vollath, Jadwiga Wiśniewska, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Malin Björk, Isabel Santos, Tom Vandenkendelaere |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
61 |
+ |
PPE |
Magdalena Adamowicz, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Andrzej Halicki, Balázs Hidvéghi, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Emil Radev, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Tomas Tobé, Tom Vandenkendelaere, Javier Zarzalejos |
S&D |
Katarina Barley, Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Marina Kaljurand, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Isabel Santos, Birgit Sippel, Bettina Vollath, Elena Yoncheva |
Renew |
Malik Azmani, Anna Júlia Donáth, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache |
Verts/ALE |
Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Damien Carême, Alice Kuhnke, Terry Reintke, Tineke Strik |
ECR |
Jorge Buxadé Villalba, Patryk Jaki, Assita Kanko, Nicola Procaccini, Jadwiga Wiśniewska |
ID |
Nicolas Bay, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Peter Kofod |
The Left |
Pernando Barrena Arza, Malin Björk, Clare Daly, Cornelia Ernst |
NI |
Laura Ferrara, Martin Sonneborn |
2 |
- |
ID |
Marcel de Graaff |
NI |
Milan Uhrík |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
22.3.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 2 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Ryszard Czarnecki, Martina Dlabajová, José Manuel Fernandes, Raffaele Fitto, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Pierre Karleskind, Joachim Kuhs, Ryszard Antoni Legutko, Claudiu Manda, Alin Mituța, Younous Omarjee, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Sabrina Pignedoli, Michèle Rivasi, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrey Novakov, Viola Von Cramon-Taubadel |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
28 |
+ |
ECR |
Ryszard Czarnecki, Raffaele Fitto, Ryszard Antoni Legutko |
ID |
Jean-François Jalkh |
NI |
Sabrina Pignedoli |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Olivier Chastel, Martina Dlabajová, Pierre Karleskind, Alin Mituța |
S&D |
Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters |
The Left |
Luke Ming Flanagan, Younous Omarjee |
Verts/ALE |
Daniel Freund, Michèle Rivasi, Viola Von Cramon-Taubadel |
2 |
- |
ID |
Matteo Adinolfi, Joachim Kuhs |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [2] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [3] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
- [4] ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
- [5] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [6] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [7] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [8] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [9] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1
- [10] ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
- [11] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [12] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [13] ĠU C 184, 28.5.2019, p. 1
- [14] Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016).
- [15] Testi adottati, P9_TA-PROV(2021)0000.