RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

7.4.2021 - (COM(2020)0571– C9-0301/2020 – 2020/0262(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Stefania Zambelli

Proċedura : 2020/0262(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0114/2021

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

(COM(2020)0571 – C9-0301/2020 – 2020/0262(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0571),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 153(2)(b) u (1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0301/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9‑0114/2021),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

- wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (id-dritt għall-ħajja) u l-Artikolu 31(id-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa),

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom relatati mal-espożizzjoni għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Din id-Direttiva tipprevedi livell konsistenti ta' protezzjoni mir-riskji relatati mal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni permezz ta' qafas ta' prinċipji ġenerali li jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti minimi. L-għan ta' dawn ir-rekwiżiti minimi huwa li l-ħaddiema jiġu protetti fil-livell tal-Unjoni. Dispożizzjonijiet aktar stretti jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

(1) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom relatati mal-espożizzjoni għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Din id-Direttiva tipprevedi livell għoli ta' protezzjoni mir-riskji relatati mal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni permezz ta' qafas ta' prinċipji ġenerali li jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti minimi. L-għan ta' dawn ir-rekwiżiti minimi huwa li l-ħaddiema jiġu protetti fil-livell tal-Unjoni. Dispożizzjonijiet aktar stretti jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

__________________

__________________

45 Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) ( ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50 ).

45 Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Din id-Direttiva turi b'mod ċar il-valur miżjud tal-Unjoni u l-ħtieġa li tiġi adottata leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Minbarra li tistabbilixxi livell minimu simili ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha, din id-Direttiva ttejjeb ukoll iċ-ċarezza u l-infurzar, u tikkontribwixxi għal kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni aħjar għall-atturi ekonomiċi fis-setturi li jużaw is-sustanzi koperti.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Fuq il-post tax-xogħol, ħaddiema u persuni oħrajn ta' spiss jiġu esposti għal taħlita ta' sustanzi, li jistgħu jżidu r-riskji tas-saħħa, jikkawżaw effetti avversi fuq is-sistemi riproduttivi tagħhom u jnaqqsu l-fertilità jew jikkawżaw l-infertilità, u għandhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp tal-fetu u t-treddigħ. Is-sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni jikkawżaw tħassib kbir u l-organizzazzjoni tal-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol jenħtieġ li tapplika l-istess approċċ għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni bħal dak għall-karċinoġeni u l-mutaġeni. Peress li mhux is-sustanzi tossiċi kollha għar-riproduzzjoni huma sustanzi li fir-rigward tagħhom japplika livell limitu, huwa assolutament importanti li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE jitwessa' biex jiġu koperti s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni sabiex jinġieb f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Dan huwa meħtieġ biex jiġu protetti aħjar il-ħaddiema u wliedhom u biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sikura tal-ħaddiema kollha fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari l-ħaddiema nisa tqal jew li qed ireddgħu. Fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, nofs il-211-il sustanza identifikata bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna huma sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni. Kif inhu l-każ f'xi Stati Membri, l-organizzazzjoni tal-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol jenħtieġ li tapplika għalhekk l-istess approċċ għall-karċinoġeni, għall-mutaġeni u għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, u b'hekk tiġi żgurata koerenza ġuridika u kondizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri kollha.

____________________

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) Jenħtieġ li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ta' saħħet il-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali46, ipproklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir fis-17 ta' Novembru 2017, jipprovdi d-dritt tal-ħaddiema għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq il-post tax-xogħol, u dan jinkludi l-protezzjoni mill-espożizzjoni għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

(2) Il-Prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali46, ipproklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir fis-17 ta' Novembru 2017, jipprovdi d-dritt tal-ħaddiema għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq il-post tax-xogħol, u dan jinkludi l-protezzjoni mill-espożizzjoni għall-karċinoġeni, għall-mutaġeni, għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol, indipendentement mill-kondizzjonijiet u mit-tul ta' żmien tal-impjieg jew tal-espożizzjoni.

__________________

__________________

46 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Novembru 2017, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/social-summit-european-pillar-social-rights-booklet_mt.pdf

46 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Novembru 2017, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/social-summit-european-pillar-social-rights-booklet_mt.pdf

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, li l-Kummissjoni ddefiniet fil-komunikazzjoni tagħha tat-3 ta' Frar 2021, għandu l-għan li jnaqqas il-piż li jġorr miegħu l-kanċer għall-pazjenti, għall-familji tagħhom u għas-sistemi tas-saħħa. Il-kanċer jirrappreżenta l-kawża prinċipali ta' mewt relatata max-xogħol fl-Unjoni: attwalment 52 %1 tal-imwiet okkupazzjonali annwali huma attribwiti għal kanċers relatati max-xogħol. L-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol hija responsabbli għal bejn 5,3 u 8,4 %2 tal-każijiet ta' kanċer u għal madwar 120 0003 kanċer dijanjostikat u 100 0004 mewta kull sena. Għalhekk, wara l-emendi għall-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE, kif stabbilit f'din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġu introdotti valuri limitu oħra għal sustanzi jew gruppi ta' sustanzi u proċessi addizzjonali sa tmiem l-2024. Bejn 50 u 70 sustanza jew grupp ta' sustanzi ġew identifikati minn aġenziji, partijiet ikkonċernati differenti, u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa f'listi prijoritarji ta' karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol li għalihom huma meħtieġa valuri limitu vinkolanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2021, tressaq pjan ta' azzjoni biex jinkisbu limiti ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal mill-inqas 25 sustanza jew grupp ta' sustanzi addizzjonali jew sustanzi ġġenerati minn proċess. Is-sustanzi jew il-grupp ta' sustanzi addizzjonali msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE jenħtieġ li jinkludu, iżda mhux biss, sustanzi u proċessi bħal duħħan mill-iwweldjar, benżo[a]piren/idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), α-klorotoluwene (klorur tal-benżil), nitrożammini, nugrufun, fibri ta' karbur tas-siliċju, 1,2-dikloropropan, 1,2-diidrossibenżen (pirokatekol), 2-kloro-1,3-butadien (kloropren), 2,3-epossipropil metakrilat (gliċidil metakrilat), antrakinon, N-(idrossimetil)akrilammid (NMA), 1,2-dikloropropan, 1,2,3-trikloropropan, butanonossima, etilen immina (ażiridina), 1-4diossan, isopren. Jenħtieġ li fost is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni jkun hemm iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb, bisfenol A, monossidu tal-karbonju, il-merkurju u komposti tal-merkurju divalenti inorganiċi, N-metil-2-pirrolidon, N,N-dimetilaċetammid, nitrobenżen, N,N-dimetilformammid, 2-metossietanol, 2-metossietil-aċetat, 2-etossietanol, 2-etossietil aċetat, di(2-etileżil)ftalat, benżil-butil-ftalat u ftalat tad-dibutil.

__________________

 https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/IP_20_1691

2 https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC4551060/

3 https://osha.europa.eu/mt/themes/work-related-diseases/work-related-cancer

4 https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC4551060/

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol vinkolanti huma komponent importanti tal-arranġamenti ġenerali għall-protezzjoni tal-ħaddiema stabbiliti bid-Direttiva 2004/37/KE u m'għandhomx jinqabżu. Jenħtieġ li l-valuri limitu u dispożizzjonijiet oħra relatati direttament jiġu stabbiliti għal dawk il-karċinoġeni u l-mutaġeni kollha li l-informazzjoni disponibbli għalihom, inkluża d-data xjentifika u teknika, tagħmel dan possibbli.

(3) Il-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol vinkolanti huma komponent importanti tal-arranġamenti ġenerali għall-protezzjoni tal-ħaddiema stabbiliti bid-Direttiva 2004/37/KE u m'għandhomx jinqabżu. Jenħtieġ li l-valuri limitu u dispożizzjonijiet oħra relatati direttament jiġu stabbiliti għal dawk il-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni kollha li l-informazzjoni disponibbli għalihom, inkluża d-data xjentifika u teknika aġġornata, tagħmel dan possibbli.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-konformità mal-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol vinkolanti hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra tal-impjegaturi skont id-Direttiva 2004/37/KE, bħal pereżempju t-tnaqqis tal-użu tal-karċinoġeni u l-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni u l-miżuri li għandhom jiġu implimentati għal dan il-għan. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu, sa fejn ikun teknikament possibbli, is-sostituzzjoni tal-karċinoġenu jew tal-mutaġenu b'sustanza, taħlita jew proċess li ma jkunux perikolużi jew li jkunu anqas perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiema, l-użu ta' sistema magħluqa jew miżuri oħrajn li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-espożizzjoni tal-ħaddiema.

(4) Il-konformità mal-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol vinkolanti hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra tal-impjegaturi skont id-Direttiva 2004/37/KE, bħal pereżempju t-tnaqqis tal-użu tal-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-karċinoġeni, għall-mutaġeni jew għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni u l-miżuri li jenħtieġ li jiġu implimentati għal dan il-għan. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu, sa fejn ikun teknikament possibbli, is-sostituzzjoni tal-karċinoġenu, tal-mutaġenu jew tas-sustanza tossika għar-riproduzzjoni b'sustanza, taħlita jew proċess li ma jkunux perikolużi jew li jkunu anqas perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiema, l-użu ta' sistema magħluqa jew miżuri oħrajn li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-espożizzjoni tal-ħaddiema.

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Hemm bżonn ta' għarfien profond dwar l-effett tas-sustanzi mmaniġġjati mill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa. It-taħriġ li l-impjegatur huwa meħtieġ li jipprovdi skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004//37/EC mhux biss jenħtieġ li jiġi offrut perjodikament lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa iżda jenħtieġ li jiġi offrut b'mod sistematiku għall-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa li huma esposti għal mutaġeni jew sustanzi ċitotossiċi.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2004/37, l-impjegaturi fis-setturi tas-saħħa u fis-settur tal-ħarsien soċjali jenħtieġ li jipprevjenu l-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni tal-ħaddiema, tal-pazjenti u tal-membri tal-familji tagħhom li huma tqal, ireddgħu jew li qegħdin jippruvaw jinqabdu tqal.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c)  L-indirizzar tal-espożizzjoni għal sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol huwa partikolarment rilevanti bil-għan li titrawwem il-prevenzjoni u jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-saħħa, peress li xi kategoriji ta' ħaddiema fost dawk l-aktar vulnerabbli jistgħu jkunu esposti żżejjed jew aktar vulnerabbli għad-diversi tipi ta' sustanzi. In-nisa, pereżempju, huma rappreżentati żżejjed fost l-infermiera tas-swali tal-onkoloġija potenzjalment esposti għal mediċini perikolużi. F'setturi li fihom il-ħaddiema huma esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jenħtieġ li tkun parti integrali mill-iżvilupp ta' politiki dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u tal-istrateġiji ta' prevenzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri, f'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, jieħdu azzjonijiet biex jintegraw il-konsiderazzjonijiet fir-rigward tal-ħaddiema b'diżabbiltà u LGBTQI+ fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 7, 8 u 10 tad-Direttiva 2004/37/KE partikolarment fir-rigward tal-faċilitajiet sanitarji, it-tagħmir tax-xogħol u t-tagħmir ta' protezzjoni personali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4d) Ċerti ħaddiema, bħall-ħaddiema mobbli, jistgħu jħabbtu wiċċhom anki ma' diffikultajiet biex jaċċedu għas-servizzi tal-kura tas-saħħa. Barra minn dan, is-setturi bħall-industrija kimika u dik tal-azzar kif ukoll is-settur tat-tindif fis-servizzi tas-saħħa jiddependu minn ħaddiema stazzjonati, mobbli u migranti. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw b'mod partikolari li l-miżuri ta' prevenzjoni u tnaqqis tal-espożizzjoni għall-ħaddiema stabbiliti fl-Artikolu 5, kif ukoll ir-rekwiżit ta' informazzjoni u taħriġ previst fl-Artikolu 11 u 12 tad-Direttiva 2004/37/KE jqisu s-sitwazzjoni vulnerabbli tal-ħaddiema stazzjonati, mobbli u migranti.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4e) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/670/KE1a tirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi nazzjonali tagħhom relatati ma' mard okkupazzjonali xjentifikament rikonoxxut, li jista' jagħti lok għal indennizz u li jkun suġġett għal miżuri preventivi. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li kull ħaddiem ikollu d-dritt għal indennizz fir-rigward ta' mard okkupazzjonali jekk ikun qed isofri minn marda li tista' tiġi ppruvata li hija ta' oriġini u natura okkupazzjonali.

________________

1a. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/670/KE tad-19 ta' Settembru 2003 dwar l-Iskeda Ewropea tal-mard okkupazzjonali (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 28).

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

R the

(4f) Madankollu, ir-rappurtar u r-rikonoxximent ta' kanċers okkupazzjonali bħala mard okkupazzjonali mhumiex uniformi, b'mod partikolari, minħabba perjodu twil ta' latenza bejn l-espożizzjoni għal sustanzi perikolużi u d-dijanjożi tal-marda konsegwenti, in-natura multifattorjali tal-kanċer kif ukoll minħabba proċeduri kumplessi għar-rikonoxximent uffiċjali ta' marda bħala waħda relatata max-xogħol u għall-ksib ta' indennizz. Id-data dwar problemi tas-saħħa relatati max-xogħol spiss tkun nieqsa, mhux affidabbli jew insuffiċjenti. Għalhekk huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex jitjiebu r-rappurtar, il-prevenzjoni, id-dijanjożi, ir-rikonoxximent bikri u l-indennizz għal mard okkupazzjonali, kif ukoll monitoraġġ mediku aħjar tul il-ħajja b'reġistri robusti ta' mard u espożizzjoni.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 4g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4g) It-testijiet tat-tip "swipe" fil-kura tal-kanċer huma rari u dan ifisser li r-riskji sinifikanti ta' espożizzjoni mhumiex qed jiġu identifikati. Kieku dan it-tip ta' testijiet isir sistematikament, ħafna riskji jiġu identifikati. Għaldaqstant, l-użu ta' testijiet bħal dawn jenħtieġ li jiżdiedu fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/27/KE fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Din id-Direttiva ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Jenħtieġ li valuri limitu ġodda jiġu stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, inkluża data xjentifika u teknika ġdida, u għandhom ikunu bbażati wkoll fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt soċjoekonomiku u fuq id-disponibbiltà tal-protokolli u t-tekniki għall-kejl tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Jenħtieġ li din l-informazzjoni jekk ikun possibbli, tinkludi data dwar ir-riskji residwi għas-saħħa tal-ħaddiema, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ASCH). L-informazzjoni relatata mar-riskju residwu, li ssir disponibbli pubblikament fil-livell tal-Unjoni, hija ta' valur għal kwalunkwe ħidma futura biex jiġu llimitati r-riskji mill-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni.

(5) Din id-Direttiva ssaħħaħ il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Jenħtieġ li valuri limitu ġodda jiġu stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq ir-riskju. Jenħtieġ li l-valuri limitu vinkolanti tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol ikunu bbażati fuq il-provi u stabbiliti abbażi tal-informazzjoni disponibbli kollha, inkluża data xjentifika u teknika aġġornata, valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt soċjoekonomiku u d-disponibbiltà tal-protokolli u t-tekniki għall-kejl tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Jenħtieġ li din l-informazzjoni jekk ikun possibbli, tinkludi data dwar ir-riskji residwi għas-saħħa tal-ħaddiema, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ACSH) u monografiji tal-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC). L-informazzjoni relatata mar-riskju residwu, li ssir disponibbli pubblikament fil-livell tal-Unjoni, hija ta' valur għal kwalunkwe ħidma futura biex jiġu limitati r-riskji mill-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeni, għall-mutaġeni u għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-RAC u tal-ACSH, fejn ikun possibbli, il-valuri limitu għar-rotta ta' inalazzjoni tal-espożizzjoni jiġu stabbiliti b'rabta ma' perjodu ta' referenza ta' medja ponderata skont il-ħin ta' tmien sigħat (valuri limitu ta' espożizzjoni fit-tul) u, għal ċerti karċinoġeni jew mutaġeni għal perjodu ta' referenza iqsar, b'mod ġenerali medja ponderata skont il-ħin ta' ħmistax-il minuta (valuri limitu ta' espożizzjoni għal żmien qasir), sabiex jiġu llimitati, sa fejn hu possibbli, l-effetti li jirriżultaw minn espożizzjoni għal żmien qasir.

(6) Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-RAC u tal-ACSH, fejn ikun possibbli, il-valuri limitu għar-rotta inalatorja tal-espożizzjoni jiġu stabbiliti b'rabta ma' perjodu ta' referenza ta' medja ponderata skont il-ħin ta' tmien sigħat (valuri limitu ta' espożizzjoni fit-tul) u, għal ċerti karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni għal perjodu ta' referenza iqsar, b'mod ġenerali medja ponderata skont il-ħin ta' ħmistax-il minuta (valuri limitu ta' espożizzjoni għal żmien qasir), sabiex jiġu limitati, sa fejn hu possibbli, l-effetti li jirriżultaw minn espożizzjoni għal żmien qasir.

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jenħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati mezzi ta' assorbiment oħra minbarra l-inalazzjoni għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni kollha, inkluża l-possibbiltà ta' assorbiment mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni.

(7) Jenħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati mezzi ta' assorbiment oħra minbarra l-inalazzjoni għall-karċinoġeni, għall-mutaġeni u għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni kollha, inkluża l-possibbiltà ta' assorbiment mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Fuq il-post tax-xogħol, il-ħaddiema spiss ikunu esposti għal taħlita ta' sustanzi perikolużi, li jistgħu jżidu r-riskji u jikkawżaw effetti negattivi fuq is-saħħa. Fil-każ ta' espożizzjoni għal taħlita ta' sustanzi li jaġixxu bl-istess mod ta' azzjoni jew fl-istess ċellola jew tessut fil-mira, huwa meħtieġ li tiġi adattata l-implimentazzjoni tal-valuri limitu possibbli tagħhom biex jitqiesu l-effetti kkombinati.

Ġustifikazzjoni

Il-ħaddiema ta' spiss jiġu esposti simultanjament għal diversi sustanzi kimiċi perikolużi użati fil-proċessi industrijali jew iġġenerati minn dawn il-proċessi. Il-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol huma stabbiliti skont is-sustanza mingħajr ebda kunsiderazzjoni tal-espożizzjoni kkombinata possibbli għal sustanzi differenti li jaġixxu bl-istess mod ta' azzjoni (eż. sustanzi karċinoġeni differenti preżenti fuq il-post tax-xogħol).

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-akrilonitril jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47 u għalhekk huwa karċinoġenu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE. Huwa possibbli, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża d-data xjentifika u teknika, li jiġi stabbilit valur limitu fuq terminu twil u fuq terminu qasir għal dan il-karċinoġenu. L-akrilonitril jista' wkoll jiġi assorbit mill-ġilda. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-akrilonitril fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE u li tiġi assenjata notazzjoni għall-ġilda għalih. L-ACSH, ibbażat fuq l-opinjoni tal-RAC, qabel dwar l-utilità tal-bijomonitoraġġ għall-akrilonitril. Dan għandu jitqies meta tkun qiegħda tiġi żviluppata gwida dwar l-użu prattiku tal-bijomonitoraġġ.

(9) L-akrilonitril jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu (il-kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47 u għalhekk huwa karċinoġenu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/37/KE. Huwa possibbli, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża d-data xjentifika u teknika, li jiġi stabbilit valur limitu fuq terminu twil u fuq terminu qasir għal dan il-karċinoġenu. L-akrilonitril jista' wkoll jiġi assorbit mill-ġilda. L-akrilonitril huwa tossiku ħafna u jikkawża newrotossiċità, irritazzjoni lokali tal-ġilda, tal-għajnejn u tas-sistema respiratorja, u sensitizzazzjoni tal-ġilda. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit valur limitu għall-akrilonitril fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE u li tiġi assenjata notazzjoni għall-ġilda għalih. L-ACSH, ibbażat fuq l-opinjoni tal-RAC, qabel dwar l-utilità tal-bijomonitoraġġ għall-akrilonitril. Dan għandu jitqies meta tkun qiegħda tiġi żviluppata gwida dwar l-użu prattiku tal-bijomonitoraġġ.

__________________

__________________

47 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar, u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legalcontent/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32008R1272.

Din l-emenda hija bbażata fuq l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-ECHA: https://echa.europa.eu/documents/10162/102477c9-a961-2c96-5c4d-76fcd856ac19

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fir-rigward tal-akrilonitril, jista' jkun diffiċli li jiġi osservat valur limitu ta' 1 mg/m³ (0,45 ppm) u valur limitu għal żmien qasir ta' 4 mg/m³ (1,8 ppm) f'terminu qasir. Jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali u ta' erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva li minnu għandhom japplikaw dawn il-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol (OEL).

(10) Fir-rigward tal-akrilonitril, jista' jkun diffiċli li jiġi osservat valur limitu ta' 1 mg/m³ (0,45 ppm) u valur limitu għal żmien qasir ta' 4 mg/m³ (1,8 ppm) f'terminu qasir. Jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali u ta' erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva li minnu għandhom japplikaw dawn il-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol (OEL). Jenħtieġ li l-espożizzjoni titnaqqas sa fejn ikun teknikament possibbli taħt dawk il-valuri limitu.

Ġustifikazzjoni

Meta dan ma jkunx teknikament possibbli, l-espożizzjoni tal-ħaddiem għandha titnaqqas għal livell baxx kemm jista' jkun teknikament possibbli. Dan huwa l-obbligu tal-minimizzazzjoni skont l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2004/37/KE.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fir-rigward tal-komposti tan-nikil, il-valuri limitu ta' 0,01 mg/m³ għall-frazzjoni respirabbli u ta' 0,05 mg/m³ għall-frazzjoni inalabbli jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu ssodisfati f'għadd ta' setturi jew proċessi, inkluż b'mod speċifiku t-tidwib, ir-raffineriji u l-iwweldjar. Barra minn hekk, minħabba li jistgħu jintużaw miżuri identiċi tal-ġestjoni tar-riskji kemm għall-komposti tal-kromju (VI) kif ukoll għal dawk tan-nikil, il-miżuri tranżizzjonali li għandhom l-għan li jnaqqsu l-espożizzjoni għal dawn iż-żewġ gruppi ta' karċinoġeni jenħtieġ li jiġu allinjati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali sas-17 ta' Jannar 2025 inklużiv li matulu għandu japplika valur limitu ta' 0,1 mg/m³ għall-frazzjoni inalabbli tal-komposti tan-nikil. Dan il-perjodu tranżizzjonali jiżgura allinjament mad-data tal-applikazzjoni tal-OEL għall-komposti tal-Kromju (VI) adottat fid-Direttiva 2017/2398/UE48.

(12)  Fir-rigward tal-komposti tan-nikil, abbażi tal-kunsens bejn is-sħab soċjali fl-ACSH, ġew introdotti valuri limitu ta' 0,01 mg/m³ għall-frazzjoni respirabbli u 0,05 mg/m³ għall-frazzjoni inalabbli. Skont l-RAC, l-informazzjoni disponibbli dwar il-mekkaniżmi tal-ġenotossiċità u tal-kanċer tappoġġa limitu bbażat fuq mod ta' azzjoni għall-effetti karċinoġeni. Għal dik ir-raġuni, l-RAC ippropona limitu ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol ta' 0,005 mg/m³ għall-frazzjoni respirabbli u 0,03 mg/m³ għall-frazzjoni inalabbli li taħtu ma huwa mistenni l-ebda riskju residwu sinifikanti ta' kanċer għall-ħaddiema. Jista' jkun diffiċli li dawn il-valuri jiġu rispettati f'għadd ta' setturi jew proċessi, inkluż b'mod speċifiku t-tidwib, ir-raffineriji u l-iwweldjar. Barra minn hekk, minħabba li jistgħu jintużaw miżuri identiċi tal-ġestjoni tar-riskji kemm għall-komposti tal-kromu (VI) kif ukoll għal dawk tan-nikil, il-miżuri tranżizzjonali li għandhom l-għan li jnaqqsu l-espożizzjoni għal dawn iż-żewġ gruppi ta' karċinoġeni jenħtieġ li jiġu allinjati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali sas-17 ta' Jannar 2025 inklużiv li matulu għandu japplika valur limitu ta' 0,1 mg/m³ għall-frazzjoni inalabbli tal-komposti tan-nikil. Dan il-perjodu tranżizzjonali jiżgura allinjament mad-data tal-applikazzjoni tal-OEL għall-komposti tal-kromu (VI) adottat fid-Direttiva 2017/2398/UE48. L-espożizzjoni jenħtieġ li titnaqqas sa fejn ikun teknikament possibbli taħt il-valur limitu u, meta possibbli, taħt il-valur limitu propost mill-RAC.

__________________

__________________

48 Id-Direttiva (UE) 2017/2398 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legalcontent/MT/TXT/?qid=1571906530859&uri=CELEX:32017L2398.

48 Id-Direttiva (UE) 2017/2398 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legalcontent/MT/TXT/?qid=1571906530859&uri=CELEX:32017L2398

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) L-ekonomija ekoloġika mistennija tespandi fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huwa importanti li meta jinħolqu impjiegi ġodda l-aspetti tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ikomplu jiġu żgurati u msaħħa. Il-komposti tan-nikil jiżvolġu rwol konsiderevoli fl-iżvilupp ta' alternattivi ekoloġiċi għall-fjuwils fossili. Għalhekk billi l-bżonn ta' komposti tan-nikil mistenni jikber u huwa essenzjali li jiġu protetti l-ħaddiema u tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal dan l-aġent kimiku.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-benżen jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu fis-sens tad-Direttiva 2004/37/KE. Il-benżen jista' wkoll jiġi assorbit mill-ġilda. Jenħtieġ li l-valur limitu stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE għall-benżen jiġi rivedut fid-dawl ta' data xjentifika aktar reċenti u huwa xieraq li tinżamm in-notazzjoni għall-ġilda. L-ACSH, abbażi tal-opinjoni tal-RAC, qabel dwar l-utilità tal-bijomonitoraġġ għall-benżen. Dan għandu jitqies meta tkun qiegħda tiġi żviluppata gwida dwar l-użu prattiku tal-bijomonitoraġġ.

(13) Il-benżen jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu (il-kategorija 1A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu fis-sens tad-Direttiva 2004/37/KE. Il-benżen jista' wkoll jiġi assorbit mill-ġilda. Jenħtieġ li l-valur limitu stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE għall-benżen jiġi rivedut fid-dawl ta' data xjentifika aktar reċenti sa mhux altar tard mill-1 ta' Jannar 2030 f'konformità mal-opinjoni tal-ACSH u huwa xieraq li tinżamm in-notazzjoni għall-ġilda. L-ACSH, abbażi tal-opinjoni tal-RAC, qabel ukoll dwar l-utilità tal-bijomonitoraġġ għall-benżen. Dan għandu jitqies meta tkun qiegħda tiġi żviluppata gwida dwar l-użu prattiku tal-bijomonitoraġġ.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Fir-rigward tal-benżen, jista' jkun diffiċli li xi setturi jikkonformaw ma' valur limitu rivedut ta' 0,2 ppm (0,66 mg/m³) f'terminu qasir. Jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali ta' 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Minn sentejn sa erba' snin wara d-dħul fis-seħħ, jenħtieġ li japplika valur limitu tranżizzjonali ta' 0,5 ppm (1,65 mg/m³).

(14) Fir-rigward tal-benżen, abbażi ta' kunsens bejn is-sħab soċjali fl-ACSH, jenħtieġ li jiġi introdott valur limitu rivedut ta' 0,2 ppm (0,66 mg/m³). Skont l-RAC, jista' jintuża limitu bbażat fuq mod ta' azzjoni għall-ħsara kromożomika fil-ħaddiema biex jiġi stabbilit limitu ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeniċità li huwa meqjus li ma għandu l-ebda riskju residwu sinifikanti tal-kanċer u biex jiġu evitati effetti avversi oħra. Għal din ir-raġuni, l-RAC ippropona valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol ta' 0,05 ppm (0,16 mg/m3), peress li jista' jkun diffiċli li xi setturi jirrispettaw dawn il-valuri f'terminu qasir. Jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali ta' 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Minn sentejn sa erba' snin wara d-dħul fis-seħħ, jenħtieġ li japplika valur limitu tranżizzjonali ta' 0,5 ppm (1,65 mg/m³). L-espożizzjoni jenħtieġ li titnaqqas sa fejn ikun teknikament possibbli taħt il-valur limitu u, meta possibbli, taħt il-valur limitu propost mill-RAC.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Il-valur limitu għat-trab tas-siliċe kristallina respirabbli ("frazzjoni respirabbli") stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2017/2398 jenħtieġ li jiġi rivedut fid-dawl tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni skont id-Direttiva 2004/37/KE u tad-data xjentifika u teknika reċenti.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b) Il-kobalt u l-komposti tal-kobalt jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni (kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huma karċinoġeni fis-sens tad-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża d-data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġi stabbilit valur limitu għal dan il-grupp ta' karċinoġeni. L-espożizzjoni għall-kobalt u għall-komposti tal-kobalt fuq il-postijiet tax-xogħol tista' tirriżulta wkoll f'sensitizzazzjoni tal-ġilda u sensitizzazzjoni tas-sistema respiratorja. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti żewġ valuri limitu kemm għall-frazzjonijiet inalabbli u kif ukoll għal dawk respirabbli tal-kobalt u tal-komposti tiegħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE u li tiġi assenjata notazzjoni għas-sensitizzazzjoni dermika u respiratorja.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14c) Il-mediċini perikolużi jistgħu jikkawżaw effetti avversi fuq is-saħħa, bħal ċerti tipi ta' kanċer u disturbi riproduttivi, f'ħaddiema li jiġu esposti għalihom matul ix-xogħol li jinvolvi t-tħejjija, l-amministrazzjoni jew ir-rimi tagħhom. Għalhekk, il-mediċini perikolużi jaffettwaw lill-ħaddiema li jimmaniġġjawhom direttament jew indirettament. Tali ħaddiema jinkludu l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jużaw mediċini ċitostatiċi jew ċitotossiċi biex jikkuraw pazjenti bil-kanċer fi sptarijiet jew id-dar u l-ħaddiema li jagħmlu attivitajiet relatati mat-tindif, mat-trasport, mal-ħasil tal-ħwejjeġ jew mar-rimi ta' skart ta' mediċini perikolużi jew ta' materjal ikkontaminat minn tali mediċini. Għalhekk huwa importanti li l-ħaddiema kollha jiġu protetti billi, fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE, jiġu inklużi gruppi farmakoterapewtiċi rilevanti ta' mediċini perikolużi. Ir-rekwiżiti ta' tnaqqis u sostituzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva ma japplikawx għal mediċinali perikolużi minħabba li huma essenzjali għat-trattament tal-pazjenti. Id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dik id-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikoli 5 sa 18a tagħha, kif emendata b'din id-Direttiva, japplikaw għal ħaddiema li huma esposti għall-mediċini perikolużi.

Ġustifikazzjoni

Fis-settur tal-kura tas-saħħa waħdu, 12,7-il miljun ħaddiem fl-Ewropa (fosthom 7,3 miljun infermier), huma esposti għal mediċini perikolużi fuq il-post tax-xogħol. L-istudji juru li l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jimmaniġġjaw mediċini ċitotossiċi (il-mediċini kollha b'attività kontra t-tumuri) għandhom probabbiltà tliet darbiet ogħla li jiżviluppaw kanċer (bħal kanċer tas-sider, kanċer emopojetiku) u l-infermiera esposti għal mediċini ċitotossiċi għandhom probabbiltà darbtejn akbar li jitilfu t-tarbija waqt it-tqala (abort spontanju).

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 14d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14d) L-użu fuq il-post tax-xogħol jew fil-qadi ta' dmirijiet relatati max-xogħol, ta' kwalunkwe karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni, inklużi dawk imsemmija fl-annessi tad-Direttiva 2004/37/KE, kif emendata b'din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tas-saħħa tal-ħaddiema. Meta jkunu qed jiddeċiedu liema sustanzi għandhom jirrappurtaw, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu r-rapporti ta' implimentazzjoni ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Filwaqt li jinżammu livelli ta' protezzjoni ndaqs għall-ħaddiema kollha, huwa importanti li jiġu żgurati u ffaċilitati l-fattibbiltà operattiva u l-konformità u jiġu evitati effetti sproporzjonati fuq il-mikroimpriżi u l-SMEs, anki permezz ta' valutazzjoni tal-impatt tat-traspożizzjoni fuq l-SMEs, u li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema jkunu protetti jkun xi jkun id-daqs tal-impriża. F'dan il-kuntest, il-miżuri speċifiċi bħal inċentivi u strumenti diġitali jistgħu jgħinuhom jikkonformaw aħjar mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE. F'dak ir-rigward, is-sħab soċjali u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol jiżvolġu rwol importanti, b'mod partikolari biex jgħinu lill-SMEs jivvalutaw ir-riskji għall-forza tax-xogħol tagħhom u jimplimentaw miżuri protettivi adegwati.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinżammu taħt skrutinju u reviżjoni regolari biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1907/200649.

(16) Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinżammu taħt skrutinju kontinwu u reviżjoni regolari, anki billi, jekk ikun il-każ, isiru proposti leġiżlattivi, biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1907/200649.

__________________

__________________

49 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32006R1907.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jirriżultaw jew li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(17) Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jirriżultaw jew li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni għall-karċinoġeni, għall-mutaġeni jew għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) L-Artikoli 153, 154 u 155 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni u s-setgħat tas-sħab soċjali biex jinnegozjaw u jinfurzaw ftehimiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Karta) tiżgura, b'mod partikolari, id-dritt fundamentali għall-ħajja (Artikolu 2 tal-Karta), u d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa fir-rigward tas-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità (l-Artikolu 31(1) tal-Karta).

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Titolu

Test fis-seħħ

Emenda

(-1) It-titolu tad-Direttiva 2004/37/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE)

"DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE)"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1a (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1a) Fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

"1.  Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1b (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1b) Fl-Artikolu 2 jiddaħħal il-punt li ġej:

"(ba)  "sustanza tossika għar-riproduzzjoni" tfisser: sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1c (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 2 – punt c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

(-1c) Fl-Artikolu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  "valur limitu" tfisser, jekk mhux imkien ieħor speċifikat, il-medja kkunsidrat fil-funzjoni tal-ħin tal-limitu tal-konċentrazzjoni għal-"karċinoġenu jew mutaġenu" fl-arja ġewwa iż-żona ta' respirazzjoni ta' ħaddiem imqabbla mal-perjodu ta' referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III ta' din id-Direttiva.

"(c)  "valur limitu" tfisser, jekk mhux imkien ieħor speċifikat, il-medja ponderata fil-funzjoni tal-ħin tal-limitu tal-konċentrazzjoni għal "karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni" fl-arja ġewwa iż-żona ta' respirazzjoni ta' ħaddiem imqabbla mal-perjodu ta' referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III ta' din id-Direttiva."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1d (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1d) Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"(ca)  "valur limitu bbażat fuq ir-riskju" tfisser: valur limitu stabbilit f'livell ta' espożizzjoni li jikkorrispondi għal riskju ta' żvilupp ta' effett avvers fuq is-saħħa (eż. kanċer) fil-medda bejn livell ta' riskju superjuri u inferjuri, li għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 153(2) tat-TFUE."

Ġustifikazzjoni

Illum, jeżisti kunsens wiesa' fost il-partijiet ikkonċernati u l-gvernijiet li s-sistema attwali biex jiġu stabbiliti valuri limitu skont is-CMD għandha tiġġedded biex isir progress lejn metodoloġija bbażata fuq ir-riskju. Fil-prattika, il-metodoloġija attwali użata mill-Kummissjoni Ewropea tqis taħlita ta' aspetti tas-saħħa, fattibbiltà teknika u fatturi soċjoekonomiċi. Fl-aħħar mill-aħħar, l-OELs vinkolanti proposti għall-karċinoġeni huma bbażati fuq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1e (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 3 − paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1e) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jiġu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni b'riżultat tax-xogħol tagħhom.

"1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jiġu esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni minħabba xogħolhom."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1f (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1f) Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Fil-każ ta' kull attività li tista' tinvolvi riskju ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, n-natura, grad u dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati sabiex jagħmluha possibbli li jistmaw kull riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema u biex tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu. L-istima għandha tiġi mġedda regolarment u f'każ meta xi tibdil occurs fil-kondizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni jew mutaġeni. Il-prinċipal għandu jipprovdi l-awtoritajiet responsabbli fuq talba tagħhom bl-informazzjoni użata biex jagħmel l-istima.

"Fil-każ ta' kull attività li x'aktarx tinvolvi riskju ta' espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni; in-natura, il-grad u t-tul ta' żmien tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati permezz ta' valutazzjoni sistemika tar-riskju sabiex jagħmluha possibbli li jiġi valutat kull riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema u biex jiġu stabbiliti l-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-valutazzjoni għandha tiġi mġedda regolarment u f'każ meta jseħħ xi tibdil fil-kondizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni. L-impjegatur għandu jagħti lill-awtoritajiet responsabbli, fuq talba tagħhom, it-tagħrif użat biex issir il-valutazzjoni."

(02004L0037)

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-valutazzjoni sistematika tar-riskju tissemma bħala obbligu.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1g (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 3 − paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

(-1g)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Meta l-istima ta' riskju tiġi esegwita, min iħaddem għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-effetti kollha li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li qegħdin f'riskju partikolari, inter alia, jieħdu qies tax-xewqa li ma jimpjiegawx dawn il-ħaddiema f'oqsma fejn jistgħu jiġu f'kuntatt ma' karċinoġeni jew mutaġeni.

"4.  Meta l-istima ta' riskju tiġi esegwita, l-impjegaturi għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-effetti kollha li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li qegħdin f'riskju partikolari, fost oħrajn, iqisu x-xewqa li ma jimpjegawx dawn il-ħaddiema f'oqsma li fihom jistgħu jiġu f'kuntatt ma' karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1h (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1h)  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Min iħaddem għandu jnaqqas l-użu ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari billi tibdlu, sa fejn hu teknikament possibbli, b' sustanza, preparazzjoni jew proċess li, taħt il-kondizzjonijiet ta' l-użu tagħhom, ma' jkunux perikolużi jew inqas perikolużi għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, skond kif ikun il-każ.

"1.  Meta karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni jkunu preżenti fuq il-post tax-xogħol, l-impjegatur għandu jnaqqas l-użu tagħhom, partikolarment billi jibdilhom, sakemm dan ikun teknikament possibbli, b'sustanza, b'taħlita jew bi proċess li, skont il-kondizzjonijiet biex jintużaw, ma jkunux ta' periklu jew ikunu ta' inqas periklu għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiem, skont il-każ. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-użu ta' mediċini perikolużi stabbiliti fl-Anness I."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1i (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(-1i)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Meta ma jkunx teknikament possibbli li jinbidel il-karċinoġenu jew il-mutaġenu minn sustanza, preparazzjoni jew proċess li, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu, mhuwiex perikoluż jew inqas perikoluż għas-saħħa u s-sigurtà, l-prinċipal għandu jiżgura li l-karċinoġenu jew il-mutaġenu huwa, sa fejn hu teknikament possibbli, mmanifatturat u użat f'sistema magħluqa.

"2.  Meta ma jkunx teknikament possibbli li l-karċinoġenu, il-mutaġenu jew is-sustanza tossika għar-riproduzzjoni jinbidlu b'sustanza, b'taħlita jew bi proċess li, skont il-kondizzjonijiet tal-użu, mhumiex perikolużi jew huma inqas perikolużi għas-saħħa u s-sigurtà, l-impjegatur għandu jiżgura li l-karċinoġenu, il-mutaġenu jew is-sustanza tossika għar-riproduzzjoni huma, sa fejn hu teknikament possibbli, mmanifatturati u użati f'sistema magħluqa."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1j (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

(-1j)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Esposizzjoni m'għandix tkun iktar mill-valur limitu tal-karċinoġenu kif iddikjarat fl-Anness III.

"4.  L-espożizzjoni m'għandhiex taqbeż il-valur limitu ta' karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni kif stabbilit fl-Anness III. Fil-każ ta' espożizzjoni għal taħlita ta' sustanzi li jaġixxu bl-istess mod ta' azzjoni jew fl-istess ċellola jew tessut fil-mira, l-implimentazzjoni tal-eventwali valuri limitu ta' tali sustanzi għandha tiġi adattata biex tqis l-effetti kkombinati."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt -1k (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

(-1k) Fl-Artikolu 5(5), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

5.  Kull meta karċinoġenu jew mutaġenu huwa użat, il-prinċipal għandu japplika l-miżuri li ġejjin:

"5.  Kull meta jintużaw karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni, l-impjegatur għandu japplika l-miżuri kollha li ġejjin:"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1l (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

(-1l)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  jillimita il-kwantitajiet ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol;

"(a)  jillimita il-kwantitajiet ta' karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1m (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt c

Test fis-seħħ

Emenda

(-1m)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

(ċ)  jiddisinja proċessi ta' ħidma u miżuri ta' kontroll ta' l-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas il-ħruġ ta' karċinoġeni jew mutaġeni fil-post tax-xogħol;

"(c)  jiddisinja proċessi ta' ħidma u miżuri ta' kontroll tal-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas il-ħruġ ta' karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-post tax-xogħol;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1n (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt d

Test fis-seħħ

Emenda

(-1n)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (d) hu sostitwit b'dan li ġej:

(d)  jevakwa il-karċinoġeni jew mutaġeni mis-sors, mis-sistema ta' estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, dawn il-metodi kollha jkunu addattati u kompatibbli bil-ħtieġa li jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ambjent;

"(d)  jevakwa il-karċinoġeni, il-mutaġeni jew is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni minn ras il-għajn, mis-sistema ta' estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, dawn il-metodi kollha jkunu adegwati u kompatibbli mal-ħtieġa li jiġu protetti s-saħħa pubblika u l-ambjent;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1o (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt e

Test fis-seħħ

Emenda

(-1o)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(e)  juża proċeduri addattati eżistenti għat-tkejjiel ta' karċinoġeni jew mutaġeni, b'mod partikolari għall-iskoperta bikrija ta' esposizzjonijiet anormali li jirriżultaw minn avveniment mhux previsti jew aċċident;

"(e)  juża proċeduri adegwati eżistenti għall-kejl ta' karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, b'mod partikolari għar-rilevament bikri ta' espożizzjonijiet anormali li jirriżultaw minn event mhux previst jew inċident;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1p (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1p) Fl-Artikolu 5(5), jiddaħħal il-punt li ġej:

"(ia)  jiżgura li jforni tagħmir ta' protezzjoni personali;"

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1q (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt j

Test fis-seħħ

Emenda

(-1q)  Fl-Artikolu 5(5), il-punt (j) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(j)  demarkazzjoni tal-postijiet ta' riskju u użu ta' sinjali ta' twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta' "no smoking" fil-postijiet fejn ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni;

"(j)  jiddemarka l-postijiet ta' riskju u juża sinjali ta' twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta' "it-tipjip mhuwiex permess" fil-postijiet fejn il-ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1r (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1r) Fl-Artikolu 5(5), jiżdied il-punt li ġej:

"(ma)  f'konformità mad-Direttiva 92/85/KE, jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura li l-ħaddiema nisa tqal, il-ħaddiema li welldu reċentement u l-ħaddiema li qed ireddgħu jkunu protetti kif xieraq u fl-ebda ċirkostanza ma jkunu meħtieġa jagħmlu attivitajiet li jistgħu jipperikolaw is-sigurtà jew is-saħħa tagħhom."

Ġustifikazzjoni

Is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni jistgħu jagħmlu ħsara gravi lill-ħaddiema nisa tqal u li qed ireddgħu u għalhekk neħtieġu miżuri speċjali mmirati lejn dan il-grupp ta' ħaddiema.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1s (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

(-1s)  Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  l-attivitajiet u/jew proċessi industrijali esegwiti, inklużi r-raġunijiet għal liema l-karċinoġeni jew mutaġeni huma użati;

"(a)  l-attivitajiet u/jew il-proċessi industrijali eżegwiti, inklużi r-raġunijiet għal liema l-karċinoġeni, il-mutaġeni jew is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni huma użati;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1t (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

(-1t)  Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)  il-kwantitajiet ta' sustanzi jew preparazzjonijet immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni;

"(b)  il-kwantitajiet ta' sustanzi jew taħlitiet immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1u (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

(-1u)  Fl-Artikolu 10(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

1.  Min iħaddem għandu l-obbligu, f'każ ta' l-attivitajiet kollha għal liema hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni, li jieħdu miżuri addattati biex jiżguraw li:

"1.  L-impjegatur għandu l-obbligu, f'każ ta' l-attivitajiet kollha għal liema hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni li jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li:"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1v (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

(-1v)  Fl-Artikolu 10(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  ħaddiema ma jieklux, jixorbux jew ipejjpu fl-postijiet tax-xogħol fejn hemm ir-riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni;

"(a)  ħaddiema ma jiklux, ma jixorbux jew ma jpejpux fil-postijiet tax-xogħol fejn ikun hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;"

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1w (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiżi 1 u 2

Test fis-seħħ

Emenda

(-1w) Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-inċiżi huma sostitwiti b'dan li ġej:

–-  addattat biex jieħu qies ta' riskju li jkun hemm u ta' riskji ġodda, u

–-  adattat biex iqis r-riskji ġodda jew mibdula,

 offrut perjodikament fil-kuntesti tas-settur tas-saħħa lill-ħaddiema kollha li huma esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, b'mod partikolari meta jkun hemm mediċini ġodda,

 ripetut perjodikament jekk neċessarju.

 offrut perjodikament f'kuntesti oħra jekk neċessarju."

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1x (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

(-1x) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Min iħaddem għandu jinformaw lil ħaddiema fuq l-installazzjonijiet u kontenituri relatati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni, jiżguraw li l-kontenituri kollha, pakketti u installazzjonijet li fihom karċinoġeni jew mutaġeni huma tikkettati b'mod ċar u li jinqara, u juru sinjali ta' twissija u periklu b'mod ċar u viżibli.

"2.  L-impjegatur għandu jinforma lill-ħaddiema bl-installazzjonijiet u bil-kontenituri relatati li fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, jiżgura li l-kontenituri, il-pakketti u l-installazzjonijiet kollha li fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni huma tikkettati b'mod ċar u li jinqara, u juru sinjali ta' twissija u periklu b'mod ċar u viżibbli."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1y (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1y)  Fl-Artikolu 14(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Jekk ħaddiem jiġi misjub li qed issoffri minn anormalita li hi suspetta li tkun riżulta ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jista' jeħtieġ ħaddiema oħra li ġew esposti bħalu biex jgħaddu minn sorveljanza tas-saħħa.

"3. Jekk ħaddiem jinstab li jkun qed isofri minn anormalità li tkun issuspettata li ġejja minn espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, it-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jista' jeħtieġ li ħaddiema oħra li ġew esposti b'mod simili ssirilhom sorveljanza ta' saħħithom. "

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1z (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 14 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1z) Fl-Artikolu 14(8), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

8.  Fil-każi kollha ta' kanċer identifikati skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali kif irriżultaw minn esposizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti.

"8.  Il-każijiet kollha ta' kanċer u disturbi riproduttivi identifikati f'konformità mal-liġijiet u/jew mal-prattiki nazzjonali bħala li jirriżultaw minn espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni, għandhom jiġu notifikati lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu fir-rapporti ta' implimentazzjoni tagħhom ippreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE."

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1aa (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1aa) Fl-Artikolu 15 jiżdied il-paragrafu li ġej:

"2a. L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(8) bħala parti mir-rapporti ta' implimentazzjoni ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1ab (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1ab)  Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 137(2) tat-Trattat, iddikjarat valuri limitu fid-Direttivi fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, inkluż data xjentifka u teknika, li dwarha dawk il-karċinoġeni jew mutaġeni kollha għal liema dan huwa possibbli, u, fejn neċessarju, disposizzjonijiet relatati oħra.

"1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 153(2) tat-TFUE, jistabbilixxu valuri limitu abbażi tar-riskju fid-Direttivi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża data xjentifika u teknika, fir-rigward ta' dawk il-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni kollha għal liema dan huwa possibbli, u, meta neċessarju, dispożizzjonijiet relatati oħra."

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1ac (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1 ac) Fl-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness II, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda fir-rigward tal-karċinoġeni jew tal-mutaġeni.

"Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness II, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda fir-rigward tal-karċinoġeni, tal-mutaġeni jew tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1ad (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1ad) Fl-Artikolu 18a, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni paragrafu:

"Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet eżistenti minn partijiet ikkonċernati u aġenziji differenti u mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni prijoritarji li għalihom huma meħtieġa valuri limitu, u wara konsultazzjoni mal-ACSH, tippreżenta pjan ta' azzjoni biex jinkisbu valuri limitu ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal mill-inqas 25 sustanza, grupp ta' sustanzi jew sustanza ġġenerata minn proċess barra minn dawk imsemmija f'din id-Direttiva. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud ta' dak il-pjan ta' azzjoni, tqis l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, u wara konsultazzjoni mal-ACSH, tippreżenta proposta leġiżlattiva."

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1ae (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1ae) Fl-Artikolu 18a, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni paragrafu:

"Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2022, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tal-iżviluppi l-aktar reċenti fl-għarfien xjentifiku, u wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, b'mod partikolari l-operaturi u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, tiżviluppa definizzjoni ta' mediċini perikolużi u tistabbilixxi l-lista ta' sustanzi koperti mill-entrata korrispondenti fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dik il-lista kull sentejn. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji linji gwida u standards ta' prattika tal-Unjoni għat-tħejjija, l-amministrazzjoni u r-rimi ta' mediċini perikolużi. Dawk il-linji gwida u l-istandards għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u għandhom jitqassmu fl-Istati Membri kollha mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Il-konsultazzjonijiet li jsiru biex jiġu żviluppati d-definizzjoni, il-lista, il-linji gwida u l-istandards għandhom ikunu trasparenti. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati u tal-esperti għandhom isiru pubbliċi b'tempestività."

Ġustifikazzjoni

L-istudji juru li l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jimmaniġġjaw mediċini ċitotossiċi (il-mediċini kollha b'attività kontra t-tumuri) għandhom probabbiltà tliet darbiet ogħla li jiżviluppaw kanċer (bħal kanċer tas-sider, kanċer emopojetiku) u l-infermiera esposti għal mediċini ċitotossiċi għandhom probabbiltà darbtejn akbar li jitilfu t-tarbija waqt it-tqala (abort spontanju).

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1af (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1af) Fl-Artikolu 18a, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni paragrafu:

"Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tal-metodoloġija eżistenti għall-iffissar tal-valuri limitu għall-karċinoġeni f'xi Stati Membri u tal-opinjoni tal-ACSH, tiddefinixxi l-livelli ta' riskju superjuri u inferjuri msemmija fl-Artikolu 2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji linji gwida tal-Unjoni dwar il-metodoloġija għall-iffissar tal-valuri limitu bbażati fuq ir-riskju skont din id-Direttiva. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-EU-OSHA u mqassma fl-Istati Membri kollha mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti."

Ġustifikazzjoni

Illum, jeżisti kunsens wiesa' fost il-partijiet ikkonċernati u l-gvernijiet li s-sistema attwali biex jiġu stabbiliti valuri limitu skont is-CMD għandha tiġġedded biex isir progress lejn metodoloġija bbażata fuq ir-riskju. Fil-prattika, il-metodoloġija attwali użata mill-Kummissjoni Ewropea tqis taħlita ta' aspetti tas-saħħa, fattibbiltà teknika u fatturi soċjoekonomiċi. Fl-aħħar mill-aħħar, l-OELs vinkolanti proposti għall-karċinoġeni huma bbażati fuq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1ag (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1ag) Fl-Artikolu 18a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tal-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, l-opinjoni tal-RAC u wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji linji gwida tal-Unjoni dwar kif l-implimentazzjoni tal-valuri limitu msemmija fl-Artikolu 5(4) għandha tiġi adattata fil-każ ta' espożizzjoni għal taħlita ta' sustanzi. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-EU-OSHA u mqassma fl-Istati Membri kollha mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti."

Ġustifikazzjoni

Il-ħaddiema ta' spiss jiġu esposti simultanjament għal diversi sustanzi kimiċi perikolużi użati fil-proċessi industrijali jew iġġenerati minn dawn il-proċessi. Il-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol huma stabbiliti skont is-sustanza mingħajr ebda kunsiderazzjoni tal-espożizzjoni kkombinata possibbli għal sustanzi differenti li jaġixxu bl-istess mod ta' azzjoni (eż. sustanzi karċinoġeni differenti preżenti fuq il-post tax-xogħol).

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1ah (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1ah) Fl-Artikolu 18a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-ACSH u b'kont meħud tal-opinjoni tal-RAC tal-2018 u tal-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tintroduċi valuri limitu għall-kobalt u għall-komposti tal-kobalt."

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1ai (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1ai) Fl-Artikolu 18a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tal-opinjoni tal-RAC tal-2018 u tal-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, tibda tevalwa l-fattibbiltà ta' tnaqqis ulterjuri tal-valur limitu għall-benżen. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tipproponi, meta jkun il-każ, l-emendi u l-modifiki meħtieġa relatati ma' dik is-sustanza."

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1aj (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Artikolu 18a – paragrafu 4d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1aj) Fl-Artikolu 18a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tal-opinjoni tal-RAC tal-2018 u tal-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, tevalwa l-fattibbiltà ta' tnaqqis ulterjuri tal-valur limitu għall-komposti tan-nikil. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tipproponi, meta jkun il-każ, l-emendi u l-modifiki meħtieġa relatati ma' dik is-sustanza."

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1ak (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Anness I – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1 ak) Fl-Anness I għandu jiżdied dan il-punt:

"8a.  Xogħol li jinvolvi espożizzjoni għal mediċini perikolużi li jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu, mutaġenu u/jew tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."

Ġustifikazzjoni

Fis-settur tal-kura tas-saħħa waħdu, 12,7-il miljun ħaddiem fl-Ewropa (fosthom 7,3 miljun infermier), huma esposti għal mediċini perikolużi fuq il-post tax-xogħol. L-istudji juru li l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa li jimmaniġġjaw mediċini ċitotossiċi (il-mediċini kollha b'attività kontra t-tumuri) għandhom probabbiltà tliet darbiet ogħla li jiżviluppaw kanċer (bħal kanċer tas-sider, kanċer emopojetiku) u l-infermiera esposti għal mediċini ċitotossiċi għandhom probabbiltà darbtejn akbar li jitilfu t-tarbija waqt it-tqala (abort spontanju).

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt -1al (ġdid)

Direttiva 2004/37/KE

Anness II – punt 1

Test fis-seħħ

Emenda

(-1ak) Fl-Anness I, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew ċirkostanzi ta' esposizzjoni ta' kull ħaddiem.

"1.  It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli li tissorvelja s-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew maċ-ċirkostanzi ta' espożizzjoni ta' kull ħaddiem."

Ġustifikazzjoni

Skont stimi konservattivi bbażati fuq l-istħarriġ imwettaq mill-Ministeru Franċiż għax-Xogħol – SUMER, 2015, minimu ta' 1 % tal-forza tax-xogħol f'kull pajjiż tal-UE huwa espost għal mill-inqas sustanza tossika waħda għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) biex tiġi permessa l-inklużjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni ssaħħaħ is-sistema attwali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u toħloq koerenza ġuridika u allinjament aħjar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Anness – punt 1 – parti introduttorja

Direttiva 2004/37/KE

Anness III – punt A – ringiela 4

Test fis-seħħ

Trab tas-siliċe kristallina respirabbli

0,1

Emenda

Trab tas-siliċe kristallina respirabbli

0,05

-

-

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva (UE) 2017/2398 tobbliga lill-Kummissjoni Ewropea tevalwa l-ħtieġa li jiġi modifikat il-valur limitu għat-trab tas-siliċe kristallina respirabbli sa mhux aktar tard mill-2022. Mill-inklużjoni tiegħu fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE fl-2017, il-valur limitu baqa' fil-livell ta' 0,1 mg/m3 minkejja t-341 000 ħaddiem mistennija jmutu minħabba espożizzjoni għal dak il-livell bejn l-2010 u l-2069. Din iċ-ċifra tqis biss il-każijiet ta' kanċer fil-pulmun, anki jekk il-mortalità mistennija tkun ogħla minħabba mard ieħor ikkawżat mill-espożizzjoni. Spanja u l-Finlandja, kif ukoll pajjiżi terzi, għandhom valur limitu nazzjonali aktar baxx (0,05 mg/m3), u dan juri li huwa teknikament u ekonomikament fattibbli.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kanċer jirrappreżenta l-ewwel kawża ta' mewt relatata max-xogħol fl-Unjoni. Skont id-data, madwar 52 % tal-imwiet relatati mal-post tax-xogħol annwali huma attribwiti għall-kanċers relatati mal-post tax-xogħol, meta mqabbla ma' 24 % minħabba mard kardjovaskulari u 22 % minħabba mard ieħor.

Il-Kummissjoni għamlet il-ġlieda kontra l-kanċer waħda mill-prijoritajiet tagħha għall-perjodu 2019-2024. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, 40 % tal-każijiet ta' kanċer fl-Ewropa jista' jiġi evitat. Protezzjoni akbar tal-ħaddiema, flimkien ma' tnaqqis jew eliminazzjoni tar-riskji relatati max-xogħol, timxi fid-direzzjoni t-tajba f'termini ta' prevenzjoni tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għal sustanzi mutaġeni u karċinoġeni.

Il-Kummissjoni diġà indirizzat il-kwistjoni tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-mutaġeni u għall-karċinoġeni permezz tal-adozzjoni ta' tliet proposti intiżi li jaġġornaw id-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol – l-ewwel waħda f'Mejju 2016, it-tieni f'Jannar 2017 u t-tielet f'April 2018.

Din hija r-raba' proposta leġiżlattiva relatata mad-Direttiva u timmira li tistabbilixxi limiti ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal tliet sustanza: l-akrilonitril, il-komposti tan-nikil u l-benżen.

Ir-rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni u r-reviżjoni tal-limiti ta' espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol il-ġodda. L-għan tal-bidliet il-ġodda għad-Direttiva huwa li jiġi żgurat livell ġdid ta' protezzjoni fuq il-post tax-xogħol għal aktar minn miljun ħaddiem fl-UE kollha impjegati f'bosta setturi differenti, fosthom dak taż-żejt, tat-tessuti, tal-manifattura, tal-kostruzzjoni u tas-sustanzi kimiċi. Id-distinzjoni bejn il-frazzjoni respirabbli u inalabbli għall-komposti tan-nikil hija wkoll apprezzata, b'valuri limitu differenti minħabba t-tipi differenti ta' espożizzjoni u periklu.

Barra minn hekk, il-proposta tippermetti perjodu ta' tranżizzjoni xieraq għall-kumpaniji, li jvarja skont is-sustanza, biex dawn ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-valuri limitu adottati l-ġodda. Ir-rapporteur qieset li kien importanti li jittieħed approċċ li jiffaċilita din it-tranżizzjoni għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju u għall-mikroimpriżi. Fl-ilħuq tal-valuri limitu l-ġodda, għandu jiġi adottat approċċ speċifiku għall-SMEs, li għandhom kapaċità finanzjarja u umana limitata. Inċentivi, appoġġ u strumenti diġitali jistgħu jkunu t-triq it-tajba biex il-bżonnijiet ta' dawn il-kumpaniji jiġu sodisfatti.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tqis bħala rakkomandabbli li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-mediċini perikolużi (HMPs) b'mod ambizzjuż. Fil-fatt, kull sena, aktar minn 12,7-il miljun ħaddiem fis-settur tas-saħħa fl-Ewropa, fosthom 7,3 infermiera, huma potenzjalment esposti għal mediċini perikolużi. L-immaniġġjar, il-preparazzjoni u l-amministrazzjoni ta' dawn il-mediċini jesponu lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa għal riskji għolja għal saħħithom, fatt li jfisser li, skont l-istudji, għandhom probabbiltà tliet darbiet ogħla li jkollhom kanċer. Huwa għalhekk li r-rapporteur għażlet mhux biss li temenda l-Anness 1 tad-Direttiva, biex tinkludi l-mediċini perikolużi, iżda wkoll titlob l-introduzzjoni ta' linji gwida li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u l-ħolqien ta' reġistru tal-UE, li jkun fih definizzjoni ta' "mediċini perikolużi" u lista aġġornata regolarment ta' HMPs antineoplastiċi, immunosoppressuri u antivirali, u s-sustanzi attivi tagħhom. L-istudji fil-fatt juru li l-miżuri leġiżlattivi għandhom biss effett jekk ikunu akkumpanjati kif suppost minn linji gwida mhux vinkolanti u miżuri spjegattivi.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur ippruvat ittenni d-disponibbiltà tal-Parlament li jindirizza wkoll il-kwistjoni tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni li diġà kienu suġġetti għal diskussjoni matul ir-reviżjonijiet preċedenti iżda kienet għadha mblukkata. Bil-ftuħ mill-ġdid ta' din id-diskussjoni, ir-rapporteur tittama li l-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jsibu soluzzjoni adegwata u bbilanċjata għal din il-problema.

OPINJONI TAL-MINORANZA

Inkwantu gruppi politiċi pro-Ewropej u demokratiċi, impenjati favur il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għas-sustanza dannużi waqt ix-xogħol, il-Gruppi PPE, S&D, Renew Europe, Verts/ALE u The Left isostnu b'mod sħiħ ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-karċinoġeni u l-mutaġeni introdotta mill-Kummissjoni Ewropea u emendata mill-Membri ta' dan il-Parlament. Għal din ir-raġuni, il-gruppi politiċi tagħna se jsostnu r-rapport leġiżlattiv attribwit lill-Onor. ZAMBELLI tal-Grupp ID. Madankollu, is-sostenn tagħna bl-ebda mod ma jorbotna ma' dan il-grupp politiku u mal-pożizzjonijiet li jittrażmetti, li nopponuhom b'mod qawwi.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI (24.2.2021)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

(COM(2020)0571 – C9-0301/2020 – 2020/0262(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gilles Lebreton

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wieħed għandu jiftakar li l-kanċers, kemm jekk huma relatati max-xogħol kif ukoll jekk le, huma t-tieni l-akbar kawża ta' mwiet fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, wara l-mard kardjovaskulari. Huwa responsabbli għal madwar kwart tal-għadd totali ta' mwiet u huwa kkunsidrat bħala waħda mill-kawżi prinċipali ta' mwiet prematuri. Il-konsegwenzi tiegħu mhux biss jaffettwaw is-saħħa individwali u l-ħajja tal-familja, iżda jaffettwaw ukoll is-sistemi nazzjonali tas-saħħa u tal-kura soċjali, il-baġits pubbliċi, il-produttività u t-tkabbir ekonomiku.

F'dan il-kuntest ġenerali, il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta pjan biex tnaqqas it-tbatija kkawżata mill-marda kif ukoll biex tgħin lill-Istati Membri jsaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer u jtejbu l-kura mogħtija.

Fuq il-post tax-xogħol, il-kanċers huma l-kawża prinċipali ta' 52 % tal-imwiet relatati max-xogħol irreġistrati kull sena, meta mqabbla ma' 24 % għall-mard ċirkolatorju, 22 % għal mard ieħor u 2 % għal korrimenti.

Id-Direttiva 2004/37/KE ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 153(2)(b) tat-TFUE bil-għan li ttejjeb is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. L-Artikolu 16 jipprevedi l-adozzjoni ta' valuri limitu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 153(2) tat-TFUE fir-rigward ta' dawk il-karċinoġeni jew il-mutaġeni kollha li għalihom dan huwa possibbli.

L-għan ta' din il-proposta huwa li jittejjeb il-livell ta' protezzjoni previst f'din id-Direttiva billi jiġu stabbiliti valuri limitu ġodda jew valuri limitu riveduti.

Għal dan il-għan, erba' organizzazzjonijiet tal-impjegaturi wieġbu għall-konsultazzjoni minn qabel u kkonfermaw l-appoġġ tagħhom għall-azzjonijiet intiżi sabiex il-ħaddiema jiġu protetti b'mod effettiv mill-kanċer relatat max-xogħol, inkluż billi jiġu stabbiliti valuri limitu ta' espożizzjoni okkupazzjonali (OELs) fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu definiti valuri proporzjonati u teknikament fattibbli. Filwaqt li l-impjegaturi rrikonoxxew li l-kriterji tal-Kummissjoni għall-prijoritizzazzjoni tas-sustanzi huma rilevanti, dawn issuġġerew li l-kriterji tal-fattibbiltà teknika u ekonomika għandhom jiġu inklużi wkoll.

Sabiex tingħata prijorità lis-saħħa pubblika, il-proposta ma tipprevedix regoli anqas stretti għall-mikrointrapriżi jew l-SMEs. Skont il-Kummissjoni, għas-sustanzi kollha koperti mir-reviżjoni, l-investimenti li għandhom isiru mill-SMEs se jirrappreżentaw proporzjon żgħir tal-fatturat tagħhom matul l-60 snin li ġejjin. Huma biss ftit SMEs li jaħdmu bil-komposti tan-nikil li jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet biex jikkonformaw mal-għażla magħmula. Għalhekk, ġew previsti perjodi tranżitorji fl-għażliet ippreferuti kollha sabiex jingħelbu dawn id-diffikultajiet.

Il-kumpaniji kkonċernati huma ġeneralment sensittivi għal dawn il-prijoritajiet tas-saħħa. Iżda f'kuntest ekonomiku u soċjali inċert, dawn jeħtieġu ċarezza u stabbiltà ġuridika. Huwa għalhekk meħtieġ, pereżempju, li d-definizzjonijiet tal-prodotti u s-sustanzi kkonċernati kif ukoll il-mezzi ta' inalazzjoni jkunu preċiżi u li l-iskeda għal reviżjonijiet possibbli tkun stabbilita minn qabel.

Fl-aħħar nett, ta' min jinnota l-isforzi ta' informazzjoni li saru mill-Kummissjoni biex tispjega u tiġġustifika dawn il-proposti għal reviżjoni tad-Direttiva tal-2004.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom relatati mal-espożizzjoni għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. Din id-Direttiva tipprevedi livell konsistenti ta' protezzjoni mir-riskji relatati mal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni permezz ta' qafas ta' prinċipji ġenerali li jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti minimi. L-għan ta' dawn ir-rekwiżiti minimi huwa li l-ħaddiema jiġu protetti fil-livell tal-Unjoni. Dispożizzjonijiet aktar stretti jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

(1) Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom relatati mal-espożizzjoni għall-karċinoġeni, għall-mutaġeni jew għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol. Din id-Direttiva tipprevedi livell konsistenti ta' protezzjoni mir-riskji relatati mal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeni, għall-mutaġeni jew għas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni permezz ta' qafas ta' prinċipji ġenerali li jippermetti li l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti minimi. L-għan ta' dawn ir-rekwiżiti minimi huwa li l-ħaddiema jiġu protetti fil-livell tal-Unjoni. Dispożizzjonijiet aktar stretti jistgħu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Dawk ir-rekwiżiti minimi jenħtieġ li jiġu stabbiliti wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati ekonomiċi u soċjali kkonċernati u jkunu bbażati fuq valuri u proċeduri proporzjonati u teknikament fattibbli, fl-aħjar interess tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema.

_________________

_________________

45 Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

45 Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) L-obbligi tal-impjegaturi stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jqisu li l-fatt li l-mikrointrapriżi u l-SMEs, li jirrappreżentaw maġġoranza kbira ta' intrapriżi fl-Unjoni, għandhom riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani limitati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw l-impatt tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-piż amministrattiv relatat fuq dawk l-intrapriżi, sabiex jiżguraw li dawn ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat, b'enfasi speċifika fuq il-mikrointrapriżi, u jippubblikaw ir-riżultati ta' tali valutazzjonijiet. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu protezzjoni ugwali għall-ħaddiema kollha u jiffaċilitaw il-konformità tal-mikrointrapriżi u l-SMEs. F'dak il-kuntest, miżuri speċifiċi, bħal inċentivi u għodod diġitali, jistgħu jgħinu lill-SMEs u l-mikrointrapriżi biex jikkonformaw aktar mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2004/37/KE u jimxu lejn l-eliminazzjoni ta' riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali46, ipproklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir fis-17 ta' Novembru 2017, jipprovdi d-dritt tal-ħaddiema għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq il-post tax-xogħol, u dan jinkludi l-protezzjoni mill-espożizzjoni għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

(2) Il-Prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali46, ipproklamat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir fis-17 ta' Novembru 2017, jistabbilixxi d-dritt tal-ħaddiema għal ambjent sikur, san u adattat b'mod xieraq, jiġifieri livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq il-post tax-xogħol, u dan jinkludi l-protezzjoni mill-espożizzjoni għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

_________________

_________________

46 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Novembru 2017, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/social-summit-european-pillar-social-rights-booklet_mt.pdf

46 Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, Novembru 2017, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/social-summit-european-pillar-social-rights-booklet_mt.pdf.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol vinkolanti huma komponent importanti tal-arranġamenti ġenerali għall-protezzjoni tal-ħaddiema stabbiliti bid-Direttiva 2004/37/KE u m'għandhomx jinqabżu. Jenħtieġ li l-valuri limitu u dispożizzjonijiet oħra relatati direttament jiġu stabbiliti għal dawk il-karċinoġeni u l-mutaġeni kollha li l-informazzjoni disponibbli għalihom, inkluża d-data xjentifika u teknika, tagħmel dan possibbli.

(3) Il-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol vinkolanti huma komponent importanti tal-arranġamenti ġenerali għall-protezzjoni tal-ħaddiema stabbiliti bid-Direttiva 2004/37/KE u m'għandhomx jinqabżu. Fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, jenħtieġ li l-valuri limitu u dispożizzjonijiet oħra direttament relatati mal-valuri limitu vinkolanti tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol jiġu stabbiliti għal dawk il-karċinoġeni u l-mutaġeni kollha li l-informazzjoni disponibbli għalihom, inkluża d-data xjentifika u teknika, tagħmel dan possibbli, bil-ħsieb li jiżdiedu l-isforzi biex il-ħaddiema u s-soċjetajiet jiġu protetti mir-riskji fuq il-post tax-xogħol kollha possibbli .

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-konformità mal-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol vinkolanti hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra tal-impjegaturi skont id-Direttiva 2004/37/KE, bħal pereżempju t-tnaqqis tal-użu tal-karċinoġeni u l-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni u l-miżuri li għandhom jiġu implimentati għal dan il-għan. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu, sa fejn ikun teknikament possibbli, is-sostituzzjoni tal-karċinoġenu jew tal-mutaġenu b'sustanza, taħlita jew proċess li ma jkunux perikolużi jew li jkunu anqas perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiema, l-użu ta' sistema magħluqa jew miżuri oħrajn li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-livell tal-espożizzjoni tal-ħaddiema.

(4) Il-konformità mal-valuri limitu tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol vinkolanti hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra tal-impjegaturi skont id-Direttiva 2004/37/KE, bħal pereżempju t-tnaqqis tal-użu tal-karċinoġeni u l-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni u l-miżuri li għandhom jiġu implimentati għal dan il-għan.  Jenħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu, sa fejn ikun teknikament possibbli, is-sostituzzjoni tal-karċinoġenu jew tal-mutaġenu b'sustanza, taħlita jew proċess li ma jkunux perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiema, l-użu ta' sistema magħluqa jew miżuri oħrajn li jkollhom l-għan li jnaqqsu jew jeliminaw il-livell tal-espożizzjoni tal-ħaddiema. Il-programmi ta' riċerka f'dak il-qasam, b'mod partikolari dwar ir-riskji għas-saħħa tal-ħaddiema, jenħtieġ li jikunu eliġibbli biex jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' pjanijiet ta' rkupru nazzjonali u Ewropej futuri.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Din id-Direttiva tipprovdi aktar ċarezza għall-ħaddiema, l-impjegaturi u l-awtoritajiet tal-infurzar u tgħin biex jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi, b'impatt pożittiv fuq iċ-ċifri tal-impjiegi u l-ekonomija.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jenħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati mezzi ta' assorbiment oħra minbarra l-inalazzjoni għall-karċinoġeni u għall-mutaġeni kollha, inkluża l-possibbiltà ta' assorbiment mill-ġilda, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni.

(7) Jenħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati mezzi ta' assorbiment oħra minbarra l-inalazzjoni tal-karċinoġeni u għall-mutaġeni kollha, inkluża l-possibbiltà ta' assorbiment mill-ġilda jew mill-membrani mukużi, sabiex ikun żgurat l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Il-ħaddiema jistgħu jkunu esposti għal taħlita ta' sustanzi perikolużi u dan jista' jżid ir-riskji għas-saħħa tagħhom. Fil-każ ta' espożizzjoni kombinata għal sustanzi perikolużi, ir-regoli jenħtieġ li jiġu adattati u l-valuri ta' limitu jenħtieġ li jitnaqqsu sabiex jitqiesu l-effetti kombinati.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-benżen jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu fis-sens tad-Direttiva 2004/37/KE. Il-benżen jista' wkoll jiġi assorbit mill-ġilda. Jenħtieġ li l-valur limitu stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE għall-benżen jiġi rivedut fid-dawl ta' data xjentifika aktar reċenti u huwa xieraq li tinżamm in-notazzjoni għall-ġilda. L-ACSH, abbażi tal-opinjoni tal-RAC, qabel dwar l-utilità tal-bijomonitoraġġ għall-benżen. Dan għandu jitqies meta tkun qiegħda tiġi żviluppata gwida dwar l-użu prattiku tal-bijomonitoraġġ.

(13) Il-benżen jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniku (il-kategorija 1A) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huwa karċinoġenu fis-sens tad-Direttiva 2004/37/KE. Il-benżen jista' wkoll jiġi assorbit mill-ġilda. Jenħtieġ li l-valur limitu stabbilit fl-Anness III tad-Direttiva 2004/37/KE għall-benżen jiġi rivedut fid-dawl ta' data xjentifika aktar reċenti sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2030, b'mod konformi mal-opinjoni tal-ACSH, u huwa xieraq li tinżamm in-notazzjoni għall-ġilda. L-ACSH, abbażi tal-opinjoni tal-RAC, qabel dwar l-utilità tal-bijomonitoraġġ għall-benżen. Dan jenħtieġ li jitqies meta tkun qiegħda tiġi żviluppata gwida dwar l-użu prattiku tal-bijomonitoraġġ.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Fir-rigward tal-benżen, jista' jkun diffiċli li xi setturi jikkonformaw ma' valur limitu rivedut ta' 0,2 ppm (0,66 mg/m³) f'terminu qasir. Jenħtieġ li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali ta' 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Minn sentejn sa erba' snin wara d-dħul fis-seħħ, jenħtieġ li japplika valur limitu tranżizzjonali ta' 0,5 ppm (1,65 mg/m³).

(14) Fir-rigward tal-benżen, jista' jkun diffiċli li xi setturi u xi intrapriżi, b'mod partikolari l-mikrointrapriżi u l-SMEs jikkonformaw ma' valur limitu rivedut ta' 0,2 ppm (0,66 mg/m³), li huwa anqas mill-valur preċedenti ta' 1 ppm (3,25mg/m3) f'terminu qasir. Jenħtieġ għahekk li jiġi introdott perjodu tranżizzjonali ta' 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Minn sentejn sa erba' snin wara d-dħul fis-seħħ, jenħtieġ li japplika valur limitu tranżizzjonali ta' 0,5 ppm (1,65 mg/m³).

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Il-kobalt u l-komposti tal-kobalt jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi (kategorija 1B) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk huma karċinoġeni fis-sens tad-Direttiva 2004/37/KE. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, li tinkludi data xjentifika u teknika, huwa possibbli li jiġu stabbiliti valuri limitu għal dawk il-karċinoġeni. L-espożizzjoni għall-kobalt u l-komposti tal-kobalt fuq il-postijiet tax-xogħol tista' tirriżulta f'sensitizzazzjoni tal-ġilda u sensitizzazzjoni tas-sistema respiratorja. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti valuri limitu kemm għall-frazzjonijiet inalabbli u kif ukoll għal dawk respirabbli tal-kobalt u l-komposti tal-kobalt fil-kuntest tad-Direttiva 2004/37/KE.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinżammu taħt skrutinju u reviżjoni regolari biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1907/200649.

(16) Il-valuri limitu stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għal skrutinju regolari u jiġu riveduti b'mod strett tal-anqas kull ħames snin fuq il-bażi tal-avvanzi fl-għarfien u t-teknoloġiji, biex tiġi żgurata l-konsistenza kontinwa mar-Regolament (KE) Nru 1907/200649 u mal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi.

__________________

__________________

49 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32006R1907.

49 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi. Disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32006R1907.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Il-perjodi tranżitorji previsti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jiggarantixxu l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri xierqa sabiex jiġu antiċipati l-bidliet u l-ippjanar tal-investimenti neċessarji, filwaqt li jiġu evitati impatti negattivi fuq il-kumpaniji u l-ħaddiema. Fil-każ tal-SMEs u l-mikrointrapriżi, pereżempju, il-perjodi tranżitorji stabbiliti għal ċerti sustanzi se jgħinuhom jindirizzaw l-isfidi tekniċi speċifiċi u jippjanaw l-investimenti suffiċjentement minn qabel.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jirriżultaw jew li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(17) Minħabba li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jirriżultaw jew li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni għall-karċinoġeni jew għall-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, jista' jinkiseb mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. Tali miżuri huma, fi kwalunkwe każ, rekwiżiti minimi li ma jipprivawx lill-Istati Membri mid-dritt li jistabbilixxu dispożizzjonijiet iktar protettivi.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a) Peress li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma maħsuba biex jistabbilixxu rekwiżiti minimi, din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jintroduċu dispożizzjonijiet aktar protettivi.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

Referenzi

COM(2020)0571 – C9-0301/2020 – 2020/0262(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

5.10.2020

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

5.10.2020

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Gilles Lebreton

12.10.2020

Data tal-adozzjoni

22.2.2021

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Manon Aubry, Gunnar Beck, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Ibán García Del Blanco, Jean-Paul Garraud, Esteban González Pons, Mislav Kolakušić, Gilles Lebreton, Karen Melchior, Jiří Pospíšil, Franco Roberti, Marcos Ros Sempere, Ernő Schaller-Baross, Stéphane Séjourné, Raffaele Stancanelli, Marie Toussaint, Adrián Vázquez Lázara, Axel Voss, Marion Walsmann, Tiemo Wölken, Lara Wolters, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrzej Halicki, Javier Nart, Emil Radev

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

13

+

PPE

Geoffroy Didier, Esteban González Pons, Jiří Pospíšil, Ernő Schaller-Baross, Axel Voss, Marion Walsmann, Javier Zarzalejos

ID

Gunnar Beck, Jean-Paul Garraud, Gilles Lebreton

ECR

Raffaele Stancanelli

The Left

Manon Aubry

NI

Mislav Kolakušić

5

-

Renew

Pascal Durand, Karen Melchior, Stéphane Séjourné, Adrián Vázquez Lázara

ECR

Angel Dzhambazki

1

0

Verts/ALE

Marie Toussaint

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

Referenzi

COM(2020)0571 – C9-0301/2020 – 2020/0262(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.9.2020

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

5.10.2020

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.10.2020

JURI

5.10.2020

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ENVI

12.10.2020

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Stefania Zambelli

10.11.2020

Eżami fil-kumitat

27.1.2021

23.2.2021

Data tal-adozzjoni

25.3.2021

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Marc Angel, Dominique Bilde, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, David Casa, Margarita de la Pisa Carrión, Özlem Demirel, Klára Dobrev, Jarosław Duda, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Agnes Jongerius, Radan Kanev, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Miriam Lexmann, Elena Lizzi, Kira Marie Peter-Hansen, Dragoș Pîslaru, Manuel Pizarro, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Guido Reil, Mounir Satouri, Monica Semedo, Beata Szydło, Eugen Tomac, Romana Tomc, Marie-Pierre Vedrenne, Nikolaj Villumsen, Marianne Vind, Maria Walsh, Stefania Zambelli, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Konstantinos Arvanitis, Marc Botenga, Johan Danielsson, Gheorghe Falcă, Sara Matthieu, Véronique Trillet-Lenoir

Data tat-tressiq

7.4.2021

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

ECR

Lucia Ďuriš Nicholsonová

ID

Dominique Bilde, France Jamet, Elena Lizzi, Stefania Zambelli

PPE

David Casa, Jarosław Duda, Rosa Estaràs Ferragut, Gheorghe Falcă, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Radan Kanev, Stelios Kympouropoulos, Miriam Lexmann, Dennis Radtke, Eugen Tomac, Romana Tomc, Maria Walsh, Tomáš Zdechovský

Renew

Atidzhe Alieva‑Veli, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, Dragoș Pîslaru, Monica Semedo, Véronique Trillet‑Lenoir, Marie‑Pierre Vedrenne

S&D

Marc Angel, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Johan Danielsson, Klára Dobrev, Estrella Durá Ferrandis, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, Agnes Jongerius, Manuel Pizarro, Marianne Vind

The Left

Konstantinos Arvanitis, Marc Botenga, Özlem Demirel, Nikolaj Villumsen

Verts/ALE

Katrin Langensiepen, Sara Matthieu, Kira Marie Peter‑Hansen, Mounir Satouri

6

0

ECR

Margarita de la Pisa Carrión, Elżbieta Rafalska, Beata Szydło

ID

Nicolaus Fest, Guido Reil

Renew

Abir Al‑Sahlani

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' April 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza