Proċedura : 2020/2240(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0136/2021

Testi mressqa :

A9-0136/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2021 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2021)0118

<Date>{22/04/2021}22.4.2021</Date>
<NoDocSe>A9-0136/2021</NoDocSe>
PDF 154kWORD 46k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' de Ioannis Lagos</Titre>

<DocRef>(2020/2240(IMM))</DocRef>


<Commission>{JURI}Kumitat għall-Affarijiet Legali</Commission>

Rapporteur: <Depute>Marie Toussaint</Depute>

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' de Ioannis Lagos

(2020/2240(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ioannis Lagos, imressqa fit-23 ta' Ottubru 2020 mill-Prosekutur tal-Qorti tal-Kassazzjoni tar-Repubblika Ellenika, b'rabta mal-eżekuzzjoni kontra tiegħu tad-deċiżjoni tal-kundanni Nru 2425, 2473, 2506, 2644/2020 tal-Qorti tal-Appell ta' Ateni (l-Ewwel Awla bi tliet imħallfin li jiddeċiedu fuq materji kriminali), u mħabbra fis-seduta plenarja fil-11 ta' Novembru 2020,

 wara li sema' lil Ioannis Lagos, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

 wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0136/2021),

A. billi l-prosekutur responsabbli għal dan il-proċediment talab it-tneħħija tal-immunità ta' Ioannis Lagos, Membru tal-Parlament Ewropew, sabiex ikun jista' jinforza kontrih sentenza ta' priġunerija totali ta' tlettax-il (13) sena u tmien (8) xhur u multa totali ta' elf u tliet mitt euro (EUR 1 300) għal reat u żewġ offiżi;

B. billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

C. billi Ioannis Lagos ġie elett fil-Parlament Ewropew fit-2 ta' Lulju 2019 u t-talba għat-tneħħija tal-immunità tikkonċerna fatti u akkużi qabel ma akkwista l-istatus ta' Membru tal-Parlament Ewropew u konsegwentement l-immunità bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

D. billi, skont l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika, l-ebda Membru Parlamentari ma jista', matul il-mandat tiegħu, jiġi mħarrek, arrestat, inkarċerat jew soġġett għal miżuri oħra li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kamra tad-Deputati;

E. billi Ioannis Lagos instab ħati (a) tar-reat ta' sħubija u tmexxija ta' organizzazzjoni kriminali (l-Artikolu 187(1) u (3) tal-Kodiċi Kriminali), kommess f'Ateni bejn l-2008 u llum, (b) tal-offiża ta' pussess ta' armi (il-Liġi Nru 2168/1993), wara emenda awtorizzata tax-xilja li kienet dik ta' reat ikklassifikat bħala s-sjieda ta' armi, kommessa f'Perama (Attika) fit-30 ta' Settembru 2013 u (c) tal-offiża ta' ksur tal-Liġi Nru 456/1976 dwar l-ivvampjar u l-murtali, kommessa f'Perama (Attika) fid-29 ta' Settembru 2013;

F. billi s-sentenza tal-Qorti tal-Appell ta' Ateni hija infurzabbli immedjatament, peress li l-Qorti ddeċidiet li l-appell kontra dik id-deċiżjoni ma kellux effett sospensiv;

G. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ħa att tad-dokumenti ppreżentati lill-Membri tiegħu minn Ioannis Lagos fis-sens tal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura u kkunsidrati minnu bħala rilevanti għall-proċedura;

H. billi l-infurzabbiltà tal-kundanna ma tikkonċernax opinjonijiet jew voti mitfugħa minn Ioannis Lagos fil-qadi ta' dmirijietu, f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

I. billi skont l-Artikolu 9(8) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkostanza ma għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru tal-Parlament, u lanqas ma għandu jippronunzja ruħu dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jeżamina t-talba, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-kawża;

J. billi mhuwiex il-kompitu tal-Parlament Ewropew li jiddubita l-merti tas-sistemi legali u ġudizzjarji nazzjonali;

K. billi l-Parlament Ewropew ma għandu l-ebda kompetenza biex jivvaluta jew jiddubita l-kompetenza tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali responsabbli għall-proċedimenti kriminali inkwistjoni;

L. billi Ioannis Lagos huwa wieħed minn diversi individwi li jinsabu f'sitwazzjoni simili li fiha l-Qorti tal-Appell ta' Ateni kkundannathom għall-diversi snin ta' priġunerija għar-reati inkwistjoni, iżda l-unika differenza hija li hu attwalment igawdi l-immunità bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

M. billi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;

N. billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma' attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;

O. billi l-allegati reati ma għandhom ebda effett ċar jew dirett fuq il-qadi, mis-Sur Ioannis Lagos ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

P. billi r-reati seħħew qabel l-elezzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew; billi abbażi ta' dan, ma jistax jingħad li l-proċedimenti ġudizzjarji mibdija fl-2014, tnehdew bl-intenzjoni li jxekklu l-attività politika futura ta' Ioannis Lagos bħala Membru tal-Parlament Ewropew, meta dak iż-żmien l-istatus tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew kien għadu ipotetiku u futur;

Q. billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri elementi tal-fatt li jindikaw li l-proċeduri ġudizzjarji inkwistjoni nbdew bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru u għalhekk tal-Parlament Ewropew;

1. Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Ionannis Lagos;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Ellenika u lil Ioannis Lagos.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.4.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Gunnar Beck, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Ibán García Del Blanco, Jean-Paul Garraud, Esteban González Pons, Mislav Kolakušić, Sergey Lagodinsky, Gilles Lebreton, Karen Melchior, Jiří Pospíšil, Franco Roberti, Marcos Ros Sempere, Stéphane Séjourné, Raffaele Stancanelli, Adrián Vázquez Lázara, Axel Voss, Marion Walsmann, Tiemo Wölken, Lara Wolters, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala, Emmanuel Maurel, Nacho Sánchez Amor

 

 

[1] Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI:EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza