Proċedura : 2021/0051(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0138/2021

Testi mressqa :

A9-0138/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/05/2021 - 13

Testi adottati :

P9_TA(2021)0226

<Date>{23/04/2021}23.4.2021</Date>
<NoDocSe>A9-0138/2021</NoDocSe>
PDF 181kWORD 50k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>*</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iskema tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE</Titre>

<DocRef>(COM(2021)0095 – C9-0105/2021 – 2021/0051(CNS))</DocRef>


<Commission>{REGI}Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali</Commission>

Rapporteur: <Depute>Younous Omarjee</Depute>

(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iskema tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE

(COM(2021)0095 – C9-0105/2021 – 2021/0051(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0095),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0105/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0138/2021),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


 

NOTA SPJEGATTIVA

 

A. Sfond ġuridiku

 

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplika għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. It-TFUE, u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu, fil-prinċipju ma jawtorizzax differenza fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi bejn it-tassazzjoni ta' prodotti lokali u t-tassazzjoni ta' prodotti minn Franza kontinentali, minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi. Madankollu l-Artikolu 349 tat-TFUE jipprevedi l-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri speċifiċi għal dawn ir-reġjuni ultraperiferiċi minħabba li jeżistu żvantaġġi permanenti li jaffettwaw il-qagħda ekonomika u soċjali tagħhom. Miżuri bħal dawn jikkonċernaw diversi politiki, inkluża l-politika tat-tassazzjoni.

 

B. L-iskema ta' eżenzjoni mit-taxxa tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi

 

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE tas-17 ta' Diċembru 2014[1] awtorizzat lil Franza biex tapplika, sal-31 ta' Diċembru 2020, eżenzjonijiet jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar - taxxa indiretta fis-seħħ biss fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi li japplikaw għall-importazzjonijiet ta' prodotti, irrispettivament mill-oriġini tagħhom - minħabba li importazzjoni sinifikanti ta' prodotti tista' tipperikola l-produzzjoni lokali u li l-ispejjeż addizzjonali jżidu l-prezz nett tal-produzzjoni lokali meta mqabbla ma' prodotti magħmula x'imkien ieħor.

Għaldaqstant, l-għan ta' dawn id-differenzjali fit-taxxa kien li jikkumpensaw għall-iżvantaġġi kompetittivi li jolqtu r-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tinżamm il-produzzjoni lokali.

 

Fl-1 ta' Marzu 2019, l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni testendi l-iskema tad-dazju tal-baħar lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2020.

 

Sabiex l-awtoritajiet Franċiżi jingħataw l-opportunità li jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa, ħidma li ġiet posposta minħabba l-kriżi tas-saħħa pubblika tal-COVID-19, u biex il-Kummissjoni tingħata ż-żmien tippreżenta proposta bilanċjata li tqis id-diversi interessi involuti, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1793 tas-16 ta' Novembru 2020[2] testendi l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE b'sitt xhur, sat-30 ta' Ġunju 2021 minflok sal-31 ta' Diċembru 2020. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar din id-Deċiżjoni tal-Kunsill fit-18 ta' Settembru 2020 skont il-proċedura simplifikata[3] prevista fl-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura.

 

C. Objettiv u kontenut ta' din il-proposta

 

Din il-proposta issa tistabbilixxi l-qafas legali għad-dazju tal-baħar applikabbli wara t-30 ta' Ġunju 2021 billi tipprovdi arranġamenti ta' deroga ġodda għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2027, inkluża reviżjoni tad-dispożizzjonijiet attwali biex tagħmel l-iskema aktar flessibbli u trasparenti. B'mod parallel, il-proposta testendi d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE b'sitt xhur, sal-31 ta' Diċembru 2021, biex Franza tingħata ż-żmien biex tittrasponi l-arranġamenti l-ġodda applikabbli bejn l-1 ta' Jannar 2022 u l-31 ta' Diċembru 2027 fil-liġi nazzjonali tagħha.

 

D. Proċedura fil-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

 

Fil-laqgħa tagħhom fis-6 ta' Lulju 2020, il-koordinaturi qablu li l-proposti leġiżlattivi tekniċi relatati mad-derogi fiskali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-2021-2027 għandhom jiġu ttrattati skont il-proċedura simplifikata mingħajr emendi (l-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura), bil-President bħala rapporteur.  Sar qbil ukoll li l-President għandu jiċċirkola abbozz ta' rapport għall-adozzjoni fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara li jirċievi kull abbozz ta' deċiżjoni mill-Kunsill. Din id-deċiżjoni ġiet approvata mill-kumitat sħiħ fis-16 ta' Lulju 2020.

 

E. Valutazzjoni tar-rapporteur

 

Ir-rapporteur iqis li l-estensjoni proposta tal-iskema ta' deroga mir-regoli tat-tassazzjoni, li tikkonforma bis-sħiħ mal-Artikolu 349, hija ġġustifikata minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi inerenti tal-produzzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi u minħabba l-ħtieġa ta' tpaċija tal-iżvantaġġi kompetittivi li jolqtu r-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tinżamm il-produzzjoni lokali. Għaldaqstant jissuġġerixxi li d-deċiżjoni proposta tiġi approvata mill-Parlament mingħajr emendi, skont il-proċedura simplifikata stabbilita fl-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-iskema tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u emenda tad-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE

Referenzi

COM(2021)0095 – C9-0105/2021 – 2021/0051(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.3.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

24.3.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Younous Omarjee

16.3.2021

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

16.3.2021

Data tal-adozzjoni

22.4.2021

 

 

 

Data tat-tressiq

23.4.2021

 

 

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 1).

[2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1793 tas-16 ta' Novembru 2020 li temenda l-perijodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 940/2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi (ĠU L 402, 1.12.2020, p. 21-22).

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Mejju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza