<TitreType>RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI</TitreType><RefProcLect>***II</RefProcLect>
<Titre>dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013</Titre>
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013
–wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06834/1/2020 – C9-0138/2021),
–wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018[1],
–wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
–wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0384),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
–wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0146/2021),
1.Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2.Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4.Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fit-30 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja. Dan il-programm għandu tliet objettivi ewlenin:
- li jiffaċilita u jappoġġa l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, li jippromwovi l-istat tad-dritt, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura;
- li jappoġġa u jippromwovi t-taħriġ ġudizzjarju, bil-ħsieb li titrawwem kultura komuni legali, ġudizzjarja u tal-istat tad-dritt;
- li jiffaċilita l-aċċess effettiv u nondiskriminatorju għall-ġustizzja għal kulħadd, u rimedju effettiv, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi (il-ġustizzja elettronika).
Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt se tibbenefika minn appoġġ speċifiku, u l-Kummissjoni se tirrapporta kull sena dwar il-prestazzjoni tal-Programm u l-użu tal-fondi għal kull objettiv speċifiku, inklużi azzjonijiet marbuta mal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Il-Parlament Ewropew ikkonferma l-fehim komuni li ntlaħaq mal-Kunsill fis-17 ta' April 2019, permezz tal-adozzjoni ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva (l-ewwel qari).
In-negozjati interistituzzjonali ġew konklużi fit-18 ta' Diċembru 2020 u, fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Frar 2021, il-COREPER iddeċieda li jaċċetta l-eżitu ta' dawk in-negozjati. Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ivvutaw biex jikkonfermaw it-test ta' kompromess rilevanti fl-4 ta' Frar 2021.
Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari adottata fid-19 ta' April 2021 tirrifletti b'mod sħiħ il-ftehim milħuq fl-istadju bikri tat-tieni qari tan-negozjati interistituzzjonali wara verifika lingwistika legali, ir-rapporteurs jirrakkomandaw li tiġi approvata mill-Parlament Ewropew mingħajr emendi, sabiex ir-Regolament ikun jista' jiġi adottat malajr u jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.
Magdalena Adamowicz, Konstantinos Arvanitis, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Nicolas Bay, Gunnar Beck, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Caterina Chinnici, Geoffroy Didier, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Angel Dzhambazki, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Nicolaus Fest, Ibán García Del Blanco, Jean-Paul Garraud, Esteban González Pons, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Andrzej Halicki, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Marina Kaljurand, Peter Kofod, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Gilles Lebreton, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Karen Melchior, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Jiří Pospíšil, Emil Radev, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Ralf Seekatz, Stéphane Séjourné, Sara Skyttedal, Martin Sonneborn, Raffaele Stancanelli, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Marie Toussaint, Dragoş Tudorache, Tom Vandendriessche, Adrián Vázquez Lázara, Bettina Vollath, Axel Voss, Jadwiga Wiśniewska, Tiemo Wölken, Lara Wolters, Javier Zarzalejos
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
60
+
PPE
Magdalena Adamowicz, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Geoffroy Didier, Lena Düpont, Esteban González Pons, Andrzej Halicki, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Emil Radev, Ralf Seekatz, Sara Skyttedal, Tomas Tobé, Axel Voss, Javier Zarzalejos
S&D
Katarina Barley, Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Ibán García Del Blanco, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Marina Kaljurand, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Isabel Santos, Bettina Vollath, Tiemo Wölken, Lara Wolters
Renew
Anna Júlia Donáth, Pascal Durand, Sophia in 't Veld, Moritz Körner, Karen Melchior, Jan-Christoph Oetjen, Maite Pagazaurtundúa, Stéphane Séjourné, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache, Adrián Vázquez Lázara
Verts/ALE
Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Damien Carême, Heidi Hautala, Alice Kuhnke, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Tineke Strik, Marie Toussaint