Proċedura : 2021/0097(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0155/2021

Testi mressqa :

A9-0155/2021

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/05/2021 - 13

Testi adottati :

P9_TA(2021)0228

<Date>{11/05/2021}11.5.2021</Date>
<NoDocSe>A9-0155/2021</NoDocSe>
PDF 176kWORD 49k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>*</RefProcLect>

<Titre>dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta' eżenzjonijiet fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, fir-rigward ta' miżuri tal-Unjoni fl-interess pubbliku</Titre>

<DocRef>(COM(2021)0181 – C9-0132/2021 – 2021/0097(CNS))</DocRef>


<Commission>{ECON}Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</Commission>

Rapporteur: <Depute>Irene Tinagli</Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta' eżenzjonijiet fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, fir-rigward ta' miżuri tal-Unjoni fl-interess pubbliku

(COM(2021)0181 – C9-0132/2021 – 2021/0097(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0181),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0132/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0155/2021),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


 

NOTA SPJEGATTIVA

Id-Direttiva tal-VAT tipprevedi eżenzjoni prevista permezz tal-Artikoli 143(1)(fa) u 151(1)(aa) li tippermetti t-tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni ta' oġġetti minn korpi Ewropej kif ukoll il-provvista ta' oġġetti u servizzi lil dawn il-korpi li għalihom japplika l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (PPI). Abbażi tal-interpretazzjoni rispettiva tal-PPI, dik l-eżenzjoni hija strettament limitata għal xiri li jsir għall-użu uffiċjali ta' dak il-korp tal-UE. Dan ma japplikax għax-xiri ta' oġġetti u servizzi maħsuba biex isiru disponibbli bla ħlas għall-Istati Membri jew awtorità nazzjonali tas-saħħa jew sptar peress li dan ma jitqiesx bħala użu uffiċjali. Madankollu, preċiżament każijiet bħal dawn jistgħu jsiru partikolarment importanti b'reazzjoni għall-kriżijiet, bħall-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk l-eżenzjonijiet tal-VAT applikabbli bħalissa huma meqjusa insuffiċjenti f'dan ir-rigward.

 

Il-proposta attwali għandha l-għan, għalhekk, li tintroduċi eżenzjoni tal-VAT fuq bażi wiesgħa għall-akkwist ta' oġġetti u servizzi mill-Kummissjoni jew minn aġenzija jew korp stabbilit skont id-dritt tal-Unjoni fit-twettiq ta' mandat mogħti lilha mid-dritt tal-Unjoni fl-interess pubbliku.

 

It-tranżazzjonijiet koperti mill-eżenzjoni jinkludu dawn li ġejjin:

- testijiet dijanjostiċi u materjali tal-ittestjar, u tagħmir tal-laboratorju;

- tagħmir personali protettiv (PPE) bħal ingwanti, respiraturi, maskri, ġagagi, prodotti u tagħmir ta' diżinfezzjoni;

- tined, sodod tal-kampijiet, ħwejjeġ u ikel;

- tagħmir ta' tiftix u salvataġġ, boroż tar-ramel, ġkieket tas-salvataġġ u dgħajjes li jintefħu;

- antimikrobiċi u antibijotiċi, antidoti ta' theddid kimiku, trattamenti għal dannu mir-radjazzjoni, antitossini u pilloli tal-jodju;

- prodotti tad-demm jew antikorpi;

- tagħmir li jkejjel ir-radjazzjoni;

- żvilupp, produzzjoni u akkwist tal-prodotti meħtieġa, attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, ħażna strateġika tal-prodotti; liċenzji farmaċewtiċi, faċilitajiet ta' kwarantina, provi kliniċi, diżinfezzjoni tal-bini, eċċ.

 

Il-proposta se tneħħi l-VAT bħala fattur ta' spiża għall-programmi tal-UE. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-introduzzjoni ta' din l-eżenzjoni mill-VAT mhu se jkollha l-ebda implikazzjoni negattiva fuq il-baġit tal-UE.

 

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv assoċjat mal-użu tal-verżjoni stampata taċ-ċertifikat ta' eżenzjoni, il-proposta tipprevedi wkoll l-introduzzjoni ta' formola elettronika.

 

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ir-rapporteur tqis li l-proposta għandha tiġi approvata mal-ewwel opportunità sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tipprovdi s-soluzzjonijiet meħtieġa biex tiġi indirizzata mingħajr piż żejjed il-pandemija tal-COVID-19. Fl-isfond ta' dawn iċ-ċirkostanzi attwali eċċezzjonali, ir-rapporteur tipproponi li l-Parlament japprova l-proposta mingħajr emendi skont proċedura simplifikata fuq il-bażi tal-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura.

 

 

****


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ eżenzjonijiet fuq importazzjonijiet u fuq ċerti provvisti, fir-rigward ta’ miżuri tal-Unjoni fl-interess pubbliku

Referenzi

COM(2021)0181 – C9-0132/2021 – 2021/0097(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

16.4.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

26.4.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

26.4.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

IMCO

26.4.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Irene Tinagli

22.4.2021

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

10.5.2021

Eżami fil-kumitat

10.5.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.5.2021

 

 

 

Data tat-tressiq

11.5.2021

 

 

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Mejju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza