RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika Arġentina relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

27.5.2021 - (COM(2021)0107 – C9-0000/2021 – 2021/0054(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Jordi Cañas

Proċedura : 2021/0054(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0175/2021
Testi mressqa :
A9-0175/2021
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika Arġentina relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

(COM(2021)0107 – C9-0000/2021 – 2021/0054(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2021)0107),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06838/2021),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0170/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0175/2021),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Arġentina.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit (UK) mill-Unjoni Ewropea, f'Ottubru 2018, l-Unjoni Ewropea (UE) nediet formalment il-proċess tan-negozjati (skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994) flimkien ma' għadd ta' Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), inklużi l-Istati Uniti tal-Amerika (USA). Il-prinċipju sottostanti tan-negozjati huwa "approċċ konġunt" żviluppat bejn l-UE u r-Renju Unit lura fl-2017 dwar kif "jitqassmu" l-impenji kwantitattivi li jinsabu fl-iskeda tad-WTO tal-UE28 għall-143 kwota tariffarja (TRQs) fil-qafas tad-WTO għal prodotti agrikoli, tal-ħut u industrijali. Il-bażi ta' dan l-approċċ huwa li fil-futur jinżamm bis-sħiħ il-volum eżistenti ta' kull TRQ wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, iżda maqsum f'żewġ territorji doganali separati: l-UE27 u r-Renju Unit.

Il-prinċipju tal-metodoloġija applikata huwa bbażat fuq il-flussi kummerċjali fl-UE27 u fir-Renju Unit matul perjodu ta' referenza rappreżentattiv (ta' 3 snin mill-2013 sal-2015) għat-TRQs kollha tad-WTO.

Il-metodoloġija miftiehma tat-tqassim hija deskritta fid-dettall fir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B'mod aktar speċifiku, l-Artikolu 2(b) ta' dan ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li temenda l-ishma tat-tqassim filwaqt li tqis l-informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi kemm fil-kuntest tan-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 kif ukoll minn sorsi oħra b'interess fi kwota tariffarja speċifika.

Fil-15 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tniedi negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT mal-Membri rilevanti tad-WTO, inkluż ir-Repubblika Arġentina, bil-ħsieb li jitqassmu l-konċessjonijiet tad-WTO tal-Unjoni dwar it-TRQs.

Ir-Repubblika Arġentina għandha drittijiet ta' negozjar għal 26 TRQ u drittijiet ta' konsultazzjoni għal 4 TRQs.

In-negozjati mar-Repubblika Arġentina rriżultaw fi Ftehim li ġie inizjalat fil-5 ta' Frar 2021 f'Ġinevra ("il-Ftehim"). Ir-Regolament (UE) 2019/216 rilevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 se jiġu emendati biex jirriflettu t-TRQ emendati. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi lill-Kunsill li jawtorizza l-konklużjoni tal-Ftehim.

 

F'konformità mal-Artikolu 218(6) tat-TFUE, hemm bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim.

Fid-dawl ta' dan, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim, mingħajr preġudizzju għad-dritt demokratiku tiegħu għal skrutinju kontinwu.

 

 

ANNESS 1 – ITTRA MILL-PRESIDENT TAL-KUMITAT AGRI

 

 

 

 

 

 

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Il-President

 

Is-Sur Bernd Lange

President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

ASP 12G301

 

 

Ref.: IPOL-COM-AGRI D(2021)5818

 

 

Sur President,

 

Nirreferi għall-proposti għal deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehimiet bejn l-UE u l-Pakistan (COM(2021)81), l-Indoneżja (COM(2021)84) u l-Arġentina (COM(2021)107), rispettivament, dwar it-tqassim tal-kwoti tar-rati tariffarji wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

 

Il-koordinaturi tal-Kumitat AGRI kkunsidraw il-kwistjoni fil-laqgħa tagħhom tat-23 ta' Marzu. Huma nnutaw li l-ftehimiet proposti ma jbiddlux b'mod sinifikanti t-tqassim u l-impenji kwantitattivi stabbiliti mir-Regolament (UE) 2019/216 fir-rigward tal-prodotti agrikoli u agroalimentari.

 

Konsegwentement, il-Koordinaturi taw l-approvazzjoni tagħhom għall-konklużjoni mill-UE tal-ftehimiet imsemmija hawn fuq mal-Pakistan, l-Indoneżja u l-Arġentina, rispettivament, u talbuni nagħtik l-opinjoni tagħhom skont l-Artikolu 56 tar-Regoli ta' Proċedura.

 

Dejjem tiegħek,

 

LINS

 

Norbert Lins

Kopja: Is-Sur Martin Hlaváček, Rapporteur Permanenti AGRI għall-kwistjonijiet relatati mal-Brexit


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika Arġentina relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

06837/2021 – C9-0170/2021 – 2021/0054(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

10.5.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.5.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

17.5.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

AGRI

14.4.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Jordi Cañas

11.2.2021

 

 

 

Eżami fil-kumitat

15.4.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.5.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Markéta Gregorová, Roman Haider, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Margarida Marques, Gabriel Mato, Sara Matthieu, Emmanuel Maurel, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Sven Simon, Dominik Tarczyński, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Berlato, Jean-Lin Lacapelle, Morten Løkkegaard

Data tat-tressiq

27.5.2021

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ECR

Sergio Berlato, Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Dominik Tarczyński

ID

Roman Haider, Maximilian Krah

NI

Tiziana Beghin, Carles Puigdemont i Casamajó

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Barry Andrews, Jordi Cañas, Karin Karlsbro, Morten Løkkegaard, Samira Rafaela, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Miroslav Číž, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Bernd Lange, Margarida Marques, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

Verts/ALE

Markéta Gregorová, Heidi Hautala, Sara Matthieu

 

1

-

ID

Danilo Oscar Lancini

 

4

0

ID

Herve Juvin, Jean-Lin Lacapelle

The Left

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Ġunju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza