Proċedura : 2020/0380(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0178/2021

Testi mressqa :

A9-0178/2021

Dibattiti :

PV 14/09/2021 - 18
CRE 14/09/2021 - 18

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2021 - 12

Testi adottati :

P9_TA(2021)0373

<Date>{31/05/2021}31.5.2021</Date>
<NoDocSe>A9-0178/2021</NoDocSe>
PDF 521kWORD 183k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit</Titre>

<DocRef>(COM(2020)0854 – C9-0433/2020 – 2020/0380(COD))</DocRef>

<Commission>{REGI}Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali</Commission>

Rapporteur: <Depute>Pascal Arimont</Depute>

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Valérie Hayer, Kumitat għall-Baġits

François-Xavier Bellamy, Kumitat għas-Sajd

(*) Kumitati assoċjati – l-Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit

(COM(2020)0854 – C9-0433/2020 – 2020/0380(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0854),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 322 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0433/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ...[1],

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Marzu 2021[2],

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-25 ta' Frar 2021[3],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, maqbula fil-laqgħa speċjali tiegħu ta' bejn is-17 u l-21 ta' Lulju 2020, li jipprevedu l-istabbiliment ta' Riżerva ta' Aġġustament speċjali ġdida għall-Brexit,

 wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għas-Sajd,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0178/2021),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

<RepeatBlock-Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fl-1 ta' Frar 2020, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("Ir-Renju Unit") ħareġ mill-Unjoni Ewropea ("UE") u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Euratom") – minn hawn 'il quddiem b'mod kollettiv imsejħin "l-Unjoni", u daħal f'perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' żmien limitat sar qbil dwaru bħala parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ11 u se jdum sal-31 ta' Diċembru 2020. Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit bdew negozjati formali dwar relazzjoni futura.

(1) Fl-1 ta' Frar 2020, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("Ir-Renju Unit") ħareġ mill-Unjoni Ewropea ("UE") u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Euratom") – minn hawn 'il quddiem b'mod kollettiv imsejħin "l-Unjoni", u daħal f'perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' żmien limitat sar qbil dwaru bħala parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ11 u ntemm fil-31 ta' Diċembru 2020. Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit bdew negozjati formali dwar relazzjoni futura.

__________________

__________________

11 Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Il-Ftehim dwar il-Ħruġ") (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).

11 Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Il-Ftehim dwar il-Ħruġ") (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, se jkunu preżenti ostakli għall-kummerċ u għall-iskambji transfruntiera bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Huma mistennija konsegwenzi wiesgħa u estensivi għan-negozji, iċ-ċittadini u l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dawk il-konsegwenzi ma jistgħux jiġu evitati u l-partijiet interessati jeħtieġ li jiżguraw li jkunu lesti għalihom.

(2) Wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-ostakli għall-kummerċ, għall-iskambji transfruntiera u għall-moviment liberu tal-persuni, is-servizzi u l-kapital bejn l-Unjoni u r-Renju Unit saru realtà b'konsegwenzi wiesgħa u estensivi għan-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, u l-ħaddiema tagħhom, kif ukoll għall-komunitajiet lokali u l-amministrazzjonijiet pubbliċi u għaċ-ċittadini. Peress li dawk il-konsegwenzi ma jistgħux jiġu evitati, jeħtieġ li jittaffew kemm jista' jkun, u l-partijiet interessati jeħtieġ li jiżguraw li jkunu lesti għalihom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni hija impenjata li ttaffi l-impatt ekonomiku tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li turi solidarjetà mal-Istati Membri kollha, speċjalment dawk l-aktar affettwati f'ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn.

(3) L-Unjoni hija impenjata li ttaffi l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li turi solidarjetà mal-Istati Membri kollha, inklużi r-reġjuni u l-komunitajiet lokali tagħhom, kif ukoll is-setturi ekonomiċi tagħhom, speċjalment dawk l-aktar affettwati ħażin, f'ċirkostanzi daqshekk eċċezzjonali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) L-Unjoni hija impenjata wkoll favur ġestjoni tas-sajd sostenibbli skont l-objettivi tal-PKS, inkluż il-prinċipju li jintlaħaq ir-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet kollha skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, it-tmiem tas-sajd eċċessiv, ir-restawr tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u l-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, kif previst ukoll mill-impenji internazzjonali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 4</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jenħtieġ li tiġi stabbilita Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (ir-Riżerva) biex tipprovdi appoġġ għal konsegwenzi negattivi fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fis-setturi, b'mod partikolari dawk li huma l-aktar milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bil-għan li jittaffa l-impatt tiegħu fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Jenħtieġ li tkopri kompletament jew parzjalment in-nefqa pubblika addizzjonali mġarrba mill-Istati Membri għal miżuri speċifikament meħuda biex itaffu dawk il-konsegwenzi.

(4) Jenħtieġ li tiġi stabbilita Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (ir-Riżerva) biex tipprovdi appoġġ għal konsegwenzi negattivi fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fis-setturi, b'mod partikolari dawk li huma l-aktar milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bil-għan li jittaffa l-impatt negattiv tiegħu fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Jenħtieġ li tkopri kompletament jew parzjalment in-nefqa addizzjonali mġarrba mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali, jew lokali fl-Istati Membri għal miżuri speċifikament meħuda biex itaffu dawk il-konsegwenzi. Il-perjodu ta' referenza, kif definit f'dan ir-Regolament, li jiddetermina l-eliġibbiltà tan-nefqa, jenħtieġ li japplika għall-pagamenti li jsiru mill-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri, inklużi l-pagamenti lil entitajiet pubbliċi jew privati, għall-miżuri mwettqa.

</Amend>

<AmendB>Emenda  <NumAmB>6</NumAmB>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 4a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Hija tal-fehma li l-Istati Membri li jibbenefikaw mir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit jenħtieġ li jipprovdu l-evidenza kollha meħtieġa ta' appoġġ pubbliku biex iżommu u joħolqu impjiegi ta' kwalità fejn l-impjiegi ġew affettwati b'mod negattiv jew intilfu minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

</AmendB>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għall-finijiet ta' kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, huwa xieraq li l-Istati Membri, meta jfasslu l-miżuri ta' appoġġ, jiffokaw b'mod partikolari fuq ir-reġjuni, iż-żoni u l-komunitajiet lokali, inklużi dawk dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit, li x'aktarx jintlaqtu l-aktar ħażin mill-ħruġ tar-Renju Unit. L-Istati Membri jista' jkollhom jieħdu miżuri speċifiċi b'mod partikolari biex jappoġġaw lin-negozji u lis-setturi ekonomiċi affettwati b'mod negattiv mill-ħruġ. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti tat-tip ta' miżuri li huma l-aktar probabbli li jilħqu dan l-objettiv.

(5) Għall-finijiet ta' kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, huwa xieraq li l-Istati Membri, meta jfasslu l-miżuri ta' appoġġ, jiffokaw b'mod partikolari fuq ir-reġjuni, iż-żoni u l-komunitajiet lokali u jallokawlhom fondi mir-Riżerva, inklużi dawk dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd, li jintlaqtu l-aktar ħażin mill-ħruġ tar-Renju Unit. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw parti sostanzjali mill-kontribuzzjoni mir-Riżerva fuq miżuri li jappoġġaw lin-negozji privati u pubbliċi milquta ħażin mill-ħruġ, b'mod partikolari l-SMEs u l-ħaddiema tagħhom, kif ukoll dawk li jaħdmu għal rashom, peress li issa qed jiffaċċjaw ostakli għall-flussi tal-kummerċ, żieda fil-proċeduri amministrattivi u doganali, u piż regolatorju u finanzjarju akbar. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti tat-tip ta' miżuri li huma l-aktar probabbli li jilħqu dawk l-objettivi. Fl-isforzi tagħhom biex jappoġġaw lis-setturi, lir-reġjuni, liż-żoni u lill-komunitajiet lokali tagħhom milquta ħażin, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta' Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija u jistrieħu fuq l-entitajiet pubbliċi reġjonali u lokali tagħhom biex jidentifikaw l-aktar miżuri xierqa. Il-miżuri ta' appoġġ jenħtieġ li jqisu l-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Aġenda Diġitali, jirrispettaw il-prinċipju "La tagħmilx ħsara sinifikanti" fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 u jkunu konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali inkluż il-kontribut inerenti tiegħu għall-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tagħhom.

</Amend>

<AmendB>Emenda  <NumAmB>8</NumAmB>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Fid-dawl tal-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat b'mod determinat f'konformità mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, il-Fondi u l-programmi se jikkontribwixxu biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni b'appoġġ għall-objettivi klimatiċi. Ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit hija mistennija tikkontribwixxi 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali għall-objettiv tal-klima skont il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet speċifiċi ta' kull Stat Membru.

</AmendB>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5b (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) Fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri, jenħtieġ li n-nefqa għall-assistenza teknika tkun eliġibbli sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali jiġu megħjuna jimplimentaw ir-Riżerva biex jassistu b'mod partikolari lill-SMEs, li minħabba d-daqs tagħhom ma għandhomx ir-riżorsi u l-għarfien biex jegħlbu ż-żieda fil-piż u fl-ispejjeż amministrattivi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 6</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġu speċifikati b'mod ċar kwalunkwe esklużjonijiet mill-appoġġ ipprovdut mir-Riżerva. Jenħtieġ li r-Riżerva teskludi mill-appoġġ it-taxxa fuq il-valur miżjud peress li din tikkostitwixxi dħul ta' Stat Membru, li jagħmel tajjeb għall-ispiża relatata għall-baġit tal-Istat Membru. Sabiex jiġi kkonċentrat l-użu ta' riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, jenħtieġ li l-assistenza teknika użata mill-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Riżerva ma tkunx eliġibbli għal appoġġ mir-Riżerva. F'konformità mal-approċċ ġenerali għall-politika ta' koeżjoni, jenħtieġ li ma tkunx appoġġjata n-nefqa marbuta mar-rilokazzjonijiet jew li tmur kontra kwalunkwe liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli.

(6) Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġu speċifikati b'mod ċar kwalunkwe esklużjonijiet mill-appoġġ ipprovdut mir-Riżerva. Jenħtieġ li r-Riżerva teskludi mill-appoġġ it-taxxa fuq il-valur miżjud peress li din tikkostitwixxi dħul ta' Stat Membru, li jagħmel tajjeb għall-ispiża relatata għall-baġit tal-Istat Membru. F'konformità mal-approċċ ġenerali għall-politika ta' koeżjoni, jenħtieġ li ma tkunx appoġġata n-nefqa marbuta mar-rilokazzjonijiet jew li tmur kontra kwalunkwe liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli. Sabiex jiġu kkonċentrati r-riżorsi limitati u biex ikun hemm konformità mal-objettivi ta' dan ir-regolament ħalli jsir konċentrament fuq l-Istati Membri u s-setturi l-aktar li ntlaqtu ħażin mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, l-entitajiet tas-settur finanzjarju – inklużi l-entitajiet tas-settur bankarju li bbenefikaw mill-ħruġ – jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għal appoġġ mir-Riżerva.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jitqies l-impatt immedjat tal-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri u l-ekonomiji tagħhom u l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri ta' mitigazzjoni, kif xieraq, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni, il-perjodu ta' eliġibbiltà għall-implimentazzjoni ta' tali miżuri jenħtieġ li jibda mill-1 ta' Lulju 2020 u jkun ikkonċentrat fuq perjodu limitat ta' 30 xahar.

(7) Sabiex jitqies l-impatt tal-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u territorjali negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri u l-ekonomiji tagħhom u, fejn xieraq, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex ittaffu l-effetti negattivi mistennija tal-ħruġ, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni, il-perjodu ta' eliġibbiltà jenħtieġ li jibda mill-1 ta' Lulju 2019 u jkun ikkonċentrat fuq perjodu limitat ta' 54 xahar.

</Amend>

<AmendB>Emenda  <NumAmB>12</NumAmB>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Il-Kummissjoni Ewropea hija mistiedna tipprovdi lill-Parlament Ewropew valutazzjoni tal-impatt dwar il-fluttwazzjoni tal-lira Ingliża (GBP) fir-rigward tal-euro (EUR) sabiex jiġu enfasizzati l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit fuq in-negozji u s-setturi ekonomiċi tal-UE, li jibda mill-1 ta' Jannar 2019, il-bidu tal-perjodu ta' referenza għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva.

</AmendB>

<AmendB>Emenda  <NumAmB>13</NumAmB>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) L-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li jimplimentaw ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit, għandhom ifittxu li jistabbilixxu sinerġiji mal-appoġġ li jirċievu mill-Fondi Strutturali Ewropej, kif ukoll li jevitaw trikkib bejn l-użu ta' din ir-Riżerva u l-Fondi Strutturali.

</AmendB>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit, u jipprovdu kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll ir-reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(9) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit, u jipprovdu kontrolli fuq ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll ir-reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każijiet ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt u għad-drittijiet fundamentali huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament effettiv min-naħa tal-UE.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 10</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal impenji baġitarji, pagamenti, riporti u l-irkupru tar-Riżerva. Filwaqt li jirrispetta l-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit kull sena, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi possibbiltajiet ta' riport ta' fondi mhux użati lil hinn minn dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, u b'hekk jimmassimizza l-kapaċità tar-Riżerva li tindirizza l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri u l-ekonomiji tagħhom.

(10) L-implimentazzjoni tar-Riżerva jenħtieġ li titwettaq f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, inklużi l-prevenzjoni effettiva u l-prosekuzzjoni tal-frodi, l-evażjoni, l-evitar u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal impenji baġitarji, pagamenti, riporti u l-irkupru tar-Riżerva. Filwaqt li jirrispetta l-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit kull sena, dan ir-Regolament jenħtieġ li, minħabba n-natura eċċezzjonali u speċifika tar-Riżerva, jipprevedi possibbiltajiet ta' riport ta' fondi mhux użati lil hinn minn dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, u b'hekk jimmassimizza l-kapaċità tar-Riżerva li tindirizza l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u l-ekonomiji tagħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw ir-riżorsi addizzjonali u biex jiżguraw mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr il-miżuri taħt ir-Riżerva, fl-2021 jenħtieġ li jiġi żborżat ammont sostanzjali minnhom bħala prefinanzjament. Il-metodu ta' distribuzzjoni jenħtieġ li jqis l-importanza tal-kummerċ mar-Renju Unit u l-importanza tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Renju Unit, abbażi ta' statistika affidabbli u uffiċjali. Minħabba n-natura unika tal-avveniment li jikkostitwixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u l-inċertezza madwar aspetti ewlenin tar-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni, huwa diffiċli li jiġu antiċipati l-miżuri xierqa li l-Istati Membri se jkollhom jieħdu malajr biex jilqgħu għall-effetti tal-ħruġ. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà u b'mod partikolari li l-Kummissjoni titħalla tadotta d-deċiżjoni ta' finanzjament li tipprovdi l-prefinanzjament mingħajr l-obbligu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju li tipprovdi deskrizzjoni tal-azzjonijiet konkreti li għandhom jiġu ffinanzjati.

(11) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw ir-riżorsi addizzjonali u jiżguraw mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr il-miżuri taħt ir-Riżerva, jenħtieġ li jiġi żborżat ammont sostanzjali minnhom bħala prefinanzjament, f'żewġ pagamenti ugwali, fl-2021 u fl-2022. Il-metodu ta' allokazzjoni għar-riżorsi tar-Riżerva jenħtieġ li jqis l-importanza tal-kummerċ mar-Renju Unit u l-importanza tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Renju Unit, kif ukoll l-importanza tar-reġjuni tal-fruntieri marittimi ġirien u tal-komunitajiet tagħhom, abbażi ta' statistika affidabbli u uffiċjali. Minħabba n-natura unika tal-avveniment li jikkostitwixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u l-inċertezza madwar aspetti ewlenin tar-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni, huwa diffiċli li jiġu antiċipati l-miżuri xierqa li l-Istati Membri se jkollhom jieħdu malajr biex jilqgħu għall-effetti tal-ħruġ. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà u b'mod partikolari li l-Kummissjoni titħalla tadotta d-deċiżjoni ta' finanzjament li tipprovdi l-prefinanzjament mingħajr l-obbligu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju li tipprovdi deskrizzjoni tal-azzjonijiet konkreti li għandhom jiġu ffinanzjati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 12</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Qabel il-pagament tal-prefinanzjament, l-Istati Membri jeħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-korpi maħtura u tal-korp li lilu għandu jitħallas il-prefinanzjament, u jikkonfermaw li d-deskrizzjonijiet tas-sistemi tfasslu fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(12) Qabel il-pagament tal-prefinanzjament, l-Istati Membri jeħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-korpi maħtura u tal-korp li lilu għandu jitħallas il-prefinanzjament, u jikkonfermaw li d-deskrizzjonijiet tas-sistemi tfasslu fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru l-korpi rilevanti fil-livell territorjali xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 13</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha, jenħtieġ li jkun hemm skadenza waħda applikabbli għall-Istati Membri kollha għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva. In-natura speċifika tal-istrument u l-perjodu ta' implimentazzjoni relattivament qasir jiġġustifikaw l-istabbiliment ta' perjodu ta' referenza mfassal apposta u jrendu sproporzjonat ir-rekwiżit għall-Istati Membri li jipprovdu d-dokumenti meħtieġa fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju, fuq bażi annwali. Peress li fl-istess ħin, ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni huma mitigati mir-rekwiżit li tiġi stabbilita sistema solida ta' ġestjoni u kontroll mill-Istati Membri, huwa ġġustifikat li ssir deroga mill-obbligu li jiġu ppreżentati d-dokumenti meħtieġa fi Frar jew Marzu ta' kull sena. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivverifika l-korrettezza tal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Riżerva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati wkoll jissottomettu, bħala parti mill-applikazzjoni, rapporti ta' implimentazzjoni li jipprovdu aktar dettall dwar l-azzjonijiet iffinanzjati, dikjarazzjoni ta' ġestjoni kif ukoll opinjoni ta' korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

(13) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha, jenħtieġ li jkun hemm skadenza waħda applikabbli għall-Istati Membri kollha għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva. In-natura speċifika tal-istrument u l-perjodu ta' implimentazzjoni relattivament qasir jiġġustifikaw l-istabbiliment ta' perjodu ta' referenza mfassal apposta u jrendu sproporzjonat ir-rekwiżit għall-Istati Membri li jipprovdu d-dokumenti meħtieġa fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju, fuq bażi annwali. Peress li fl-istess ħin, ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni huma mitigati mir-rekwiżit li jsir użu minn sistema solida ta' ġestjoni u kontroll diġà eżistenti fl-Istati Membri, jew, fejn xieraq, li tiġi stabbilita mill-Istati Membri, huwa ġġustifikat li ssir deroga mill-obbligu li jiġu ppreżentati d-dokumenti meħtieġa fi Frar jew Marzu ta' kull sena. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivverifika l-korrettezza tal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Riżerva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati wkoll jissottomettu, bħala parti mill-applikazzjoni, rapporti ta' implimentazzjoni li jipprovdu aktar dettall dwar l-azzjonijiet iffinanzjati, l-elementi tal-kontijiet, il-kontrolli mwettqa, dikjarazzjoni ta' ġestjoni kif ukoll opinjoni ta' korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 14</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201613, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tar-Riżerva abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Fejn ikun xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi kwantifikabbli, bħala bażi tal-evalwazzjoni tar-Riżerva.

(14) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201613, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tar-Riżerva abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi fuq l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Fejn ikun xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi kwantifikabbli, bħala bażi tal-evalwazzjoni tar-Riżerva.

__________________

__________________

13 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

13 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>20</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 15</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha u konsistenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-applikazzjonijiet f'pakkett. Jenħtieġ li tħares b'mod partikolari lejn l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, ir-rabta diretta tan-nefqa mal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-ħruġ u l-miżuri stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat biex jiġi evitat finanzjament doppju. Wara l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-prefinanzjament imħallas, u tirkupra l-ammonti mhux użati. Sabiex l-appoġġ jiġi kkonċentrat fuq l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-ħruġ, fejn in-nefqa fl-Istat Membru kkonċernat, aċċettata bħala eliġibbli mill-Kummissjoni, taqbeż l-ammont imħallas bħala prefinanzjament u 0.06 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) nominali għall-2021 tal-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi permessa allokazzjoni ulterjuri mir-Riżerva għal dak l-Istat Membru fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli. Minħabba l-firxa tax-xokk ekonomiku mistenni, jenħtieġ li jsir provvediment għall-possibbiltà li jintużaw l-ammonti rkuprati mill-prefinanzjament għar-rimborż tan-nefqa addizzjonali mill-Istati Membri.

(15) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha u konsistenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-applikazzjonijiet f'pakkett. Jenħtieġ li tħares b'mod partikolari lejn l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, ir-rabta diretta tan-nefqa mal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ u l-miżuri stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat biex jiġi evitat finanzjament doppju. Wara l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-prefinanzjament imħallas, tirkupra l-ammonti mhux użati, u tiddeċiedi dwar pagamenti addizzjonali sal-limiti tal-allokazzjoni proviżorja. Minħabba l-firxa tax-xokk ekonomiku mistenni, l-ammonti mhux użati mill-allokazzjoni proviżorja jenħtieġ li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li l-ammont aċċettat totali tagħhom jaqbeż l-allokazzjoni proviżorja rispettiva tagħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>21</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 15a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Minħabba n-natura eċċezzjonali u bla preċedent tal-istrument u l-iskop tiegħu, jixraq li l-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri sabiex tgħinhom jidentifikaw miżuri li twettqu jew li jkunu mistennija jitwettqu biex jikkumbattu l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit, inkluż dwar kif trid tiġi vvalutata r-rabta diretta tan-nefqa mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>22</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 16</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni u kontroll, jaħtru u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi responsabbli għall-ġestjoni tar-Riżerva kif ukoll dwar korp indipendenti tal-awditjar separat. Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-korpi u s-sistemi maħtura eżistenti stabbiliti għall-fini tal-ġestjoni u l-kontroll tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni jew tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi għall-korpi maħtura.

(16) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni u kontroll, jaħtru u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi responsabbli fil-livell territorjali xieraq, għall-ġestjoni tar-Riżerva kif ukoll dwar korp indipendenti tal-awditjar separat. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu mis-sistemi eżistenti fejn ikun possibbli, u jenħtieġ li jiddelegaw il-kompiti lill-korpi maħtura eżistenti fil-livell territorjali xieraq, stabbiliti għall-fini tal-ġestjoni u l-kontroll tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni jew tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi għall-korpi maħtura. L-Istati Membri ser jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati jkunu involuti fil-korpi ta' monitoraġġ, jekk ma jkunux diġà parti minnhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>23</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 16a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Biex jiġu żgurati kontrolli u awditi effettivi bl-iskop li jiġi evitat il-finanzjament doppju u jiġu prevenuti, identifikati u rettifikati l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-miżuri appoġġati mir-Riżerva, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru u jirreġistraw d-data dwar ir-riċeventi ta' kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva u s-sidien benefiċjarji tagħhom f'format elettroniku standardizzat u interoperabbli u jużaw l-għodda unika għall-estrazzjoni tad-data li trid tiġi pprovduta mill-Kummissjoni.

</Amend>

<AmendB>Emenda  <NumAmB>24</NumAmB>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 16b (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16b) Sabiex titnaqqas il-burokrazija huwa rrakkomandat li jintużaw tekniki eżistenti bħall-għażla tal-ispejjeż issimplifikati biex jingħata kontribut għal distribuzzjoni aktar mgħaġġla tar-riżorsi finanzjarji.

</AmendB>

<Amend>Emenda  <NumAm>25</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 17</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9514, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9615 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193916, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew li ntużaw b'mod mhux korrett u, fejn ikun xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrativi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(17) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9514, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9615 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193916u r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew li ntużaw b'mod mhux korrett u, fejn ikun xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrativi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

__________________

__________________

14 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

14 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

17 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

18 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

<Amend>Emenda  <NumAm>26</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 18</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Jenħtieġ li l-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni mir-Riżerva u jinfurmaw lill-pubbliku kif xieraq peress li l-attivitajiet ta' trasparenza, komunikazzjoni u viżibbiltà huma essenzjali biex l-azzjoni tal-Unjoni ssir viżibbli fuq il-post. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni preċiża u aġġornata.

(18) Jenħtieġ li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-komunitajiet lokali jqajmu kuxjenza dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni mir-Riżerva u jinfurmaw lill-pubbliku u b'mod partikolari lir-riċeventi kif xieraq peress li l-attivitajiet ta' trasparenza, komunikazzjoni u viżibbiltà huma essenzjali biex l-azzjoni tal-Unjoni ssir viżibbli fuq il-post. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni preċiża u aġġornata.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>27</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 19</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi rapport finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Riżerva.

(19) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi rapport finali dwar l-implimentazzjoni tar-Riżerva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>28</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "perjodu ta' referenza" tfisser il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 63(5), il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, li għandu jkun mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2022;

(1) "perjodu ta' referenza" tfisser il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 63(5), il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, li għandu jkun mill-1 ta' Lulju 2019 sal-31 ta' Diċembru 2023;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>29</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) "Status Territorjali Speċjali" tfisser, fejn adatt, it-Territorji Brittaniċi extra-Ewropej u d-Dipendenzi tal-Kuruna;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>30</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Riżerva għandha tipprovdi appoġġ biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fis-setturi, b'mod partikolari dawk li huma l-aktar milquta minn dak il-ħruġ, u biex jittaffa l-impatt relatat fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

Ir-Riżerva għandha tipprovdi appoġġ biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali, soċjali u territorjali negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-Istati Membri, inkluż fir-reġjuni u l-komunitajiet lokali, kif ukoll fis-setturi ekonomiċi, b'mod partikolari dawk li huma milquta l-agħar minn dak il-ħruġ, u biex jittaffa l-impatt negattiv relatat fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>31</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżorsi massimi għar-Riżerva għandhom ikunu ta' EUR 5 370 994 000 fi prezzijiet attwali.

2. Ir-riżorsi massimi għar-Riżerva għandhom ikunu ta' EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>32</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati kif ġej:

3. Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati b'mod proviżorju skont il-metodu u l-ammonti riżultanti ppreżentati fl-Anness I. Għandhom ikunu disponibbli kif ġej:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>33</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ammont ta' prefinanzjament ta' EUR 4 244 832 000 għandu jkun disponibbli fl-2021 f'konformità mal-Artikolu 8;

(a) ammont ta' prefinanzjament ta' EUR 4 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għandu jkun disponibbli u mħallas f'żewġ pagamenti ta' EUR 2 000 000 000 fl-2021 u EUR 2 000 000 000 fl-2022 f'konformità mal-Artikolu 8;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>34</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ammonti addizzjonali ta' EUR 1 126 162 000 għandhom ikunu disponibbli fl-2024 f'konformità mal-Artikolu 11.

(b) ammonti addizzjonali ta' EUR 1 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 għandhom ikunu disponibbli fl-2025 f'konformità mal-Artikolu 11.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>35</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandha tappoġġa biss in-nefqa pubblika marbuta direttament ma' miżuri meħuda speċifikament mill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, u tista' tkopri, b'mod partikolari dan li ġej:

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandha tappoġġa biss miżuri meħuda speċifikament mill-Istati Membri, inkluż fil-livell tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, u tista' tkopri, b'mod partikolari dan li ġej:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>36</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) miżuri li jgħinu n-negozji u l-komunitajiet lokali milquta ħażin mill-ħruġ;

(a) miżuri li jagħtu appoġġ lin-negozji privati u pubbliċi, b'mod partikolari lill-SMEs, dawk li jaħdmu għal rashom, il-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet lokali milquta ħażin mill-ħruġ;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>37</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) miżuri li jappoġġaw l-aktar setturi ekonomiċi milquta;

(b) miżuri li jappoġġaw l-aktar setturi ekonomiċi milquta ħażin;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>38</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) miżuri li jappoġġaw in-negozji u l-komunitajiet lokali dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit;

(c) miżuri li jappoġġaw il-komunitajiet u l-organizzazzonijiet reġjonali u lokali, b'mod partikolari s-settur tas-sajd fuq skala żgħira, dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit, fl-ilmijiet tat-territorji tiegħu bi status speċjali jew fl-ilmijiet koperti minn ftehimiet tas-sajd ma' stati kostali fejn l-opportunitajiet tas-sajd għall-flotot tal-UE naqsu b'riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>39</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) miżuri li jappoġġaw l-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, taħriġ mill-ġdid u taħriġ fis-setturi milquta;

(d) miżuri li jappoġġaw il-ħolqien u l-protezzjoni tal-impjiegi, inklużi impjiegi ekoloġiċi, skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, taħriġ mill-ġdid u taħriġ fis-setturi affettwati ħażin, u biex jittieħdu passi ta' akkomodazzjoni sabiex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll ta' persuni li jkollhom id-dritt jibqgħu fit-territorju tal-Unjoni jew fit-territorju ta' Stat Membru li jkunu telqu mir-Renju Unit minħabba l-ħruġ tiegħu;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>40</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) miżuri li jiżguraw il-funzjonament tal-kontrolli tal-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, tas-sigurtà u tas-sajd, kif ukoll il-ġbir ta' tassazzjoni indiretta inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali;

(e) miżuri li jiżguraw il-funzjonament tal-kontrolli tal-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, tas-sigurtà u tas-sajd, kif ukoll il-ġbir ta' tassazzjoni indiretta, inkluż bis-saħħa ta' persunal, it-taħriġ tiegħu u infrastruttura addizzjonali;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>41</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) miżuri li jtaffu t-tħarbit ikkawżat mill-ħruġ tar-Renju Unit fil-programmi ta' kooperazzjoni u skambju transfruntiera lokali u reġjonali;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>42</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-nefqa għandha tkun eliġibbli jekk issir u titħallas matul il-perjodu ta' referenza għall-miżuri mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat jew għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

2. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjni finanzjarja mir-Riżerva jekk issir u titħallas mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali pubbliċi fl-Istati Membri, inklużi pagamenti lil entitajiet pubbliċi u/jew privati, matul il-perjodu ta' referenza għall-miżuri mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat jew għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>43</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jfasslu l-miżuri ta' appoġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-impatt varjat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq reġjuni u komunitajiet lokali differenti u jiffukaw l-appoġġ mir-Riżerva fuq dawk l-aktar milquta, kif xieraq.

3. Meta jfasslu l-miżuri ta' appoġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-impatt varjat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq reġjuni u komunitajiet lokali differenti u jiffukaw l-appoġġ mir-Riżerva fuq dawk l-aktar milquta ħażin.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>44</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Meta jkunu qed ifasslu l-miżuri ta' appoġġ fil-qasam tas-sajd, l-Istati Membri għandhom iqisu l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, filwaqt li jiżguraw li dawk il-miżuri jikkontribwixxu għall-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut u għandhom jagħmlu ħilithom biex jappoġġaw lis-sajjieda li jkunu ntlaqtu l-agħar mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tas-sajd fuq skala żgħira.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>45</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3b (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. F'konformità mal-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarji tagħhom u f'konformità mal-prinċipju tas-sħubija stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) .../... [RDK ġdid], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu f'diversi livelli mal-awtoritajiet u l-komunitajiet lokali u reġjonali tar-reġjuni u s-setturi l-aktar milquta ħażin, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, bil-għan li jiddefinixxu u jimplimentaw miżuri maqbula b'mod reċiproku li għandhom jiġu appoġġati mir-Riżerva kif ukoll mekkaniżmu ta' monitoraġġ.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>46</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 4</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli.

4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli u mal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż il-kontribut inerenti tiegħu biex jelimina l-inugwaljanzi u jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tagħhom, iqis il-Patt Ekoloġiku Ewropew, jirrispetta l-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" u jikkontribwixxi għall-miri ambjentali tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>47</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 5</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Miżuri eliġibbli skont il-paragrafu 1 jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni sakemm dak l-appoġġ ma jkunx ikopri l-istess kost.

5. Miżuri eliġibbli skont il-paragrafu 1 jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni sakemm dak l-appoġġ ma jkunx ikopri l-istess kost. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti li jaġixxu bħala awtoritajiet ta' ġestjoni jew korpi intermedji għall-fondi Ewropej sabiex jiġi evitat kwalunkwe trikkib fil-finanzjament.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>48</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5a (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Assistenza teknika

Kull Stat Membru jista' juża sa 2,5 % tal-allokazzjoni tiegħu mir-Riżerva għall-assistenza teknika biex jgħin lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali jiġġestixxu, jimmonitorjaw, jikkomunikaw u jikkontrollaw l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda biex jikkumbattu l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u biex jgħinu lill-SMEs, b'mod partikolari, biex jegħlbu ż-żieda fil-piż u fl-ispejjeż amministrattivi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>49</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-assistenza teknika għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, ir-riżoluzzjoni tal-ilmenti, u l-kontroll u l-awditjar tar-Riżerva;

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>50</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) nefqa li tappoġġa entitajiet tas-settur finanzjarju, inklużi entitajiet tas-settur bankarju, li bbenefikaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>51</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mir-Riżerva biex jimplimentaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 biex jipprovdu forom ta' appoġġ li ma jitħallsux lura. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta' rimborż tal-ispejjeż eliġibbli effettivament imġarrbin u mħallsin mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri.

2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mir-Riżerva biex jimplimentaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 biex jipprovdu forom ta' appoġġ li ma jitħallsux lura. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta' rimborż tal-ispejjeż eliġibbli effettivament imġarrbin u mħallsin mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, inklużi l-pagamenti magħmula lil entitajiet pubbliċi u/jew privati, fl-implimentazzjoni tal-miżuri u għal assistenza teknika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>52</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. L-Istati Membri li s-sehem tagħhom mir-riżorsi tar-Riżerva jiġi ddeterminat abbażi tal-ħut maqbud fl-ibħra li jappartjenu liż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tar-Renju Unit skont l-Anness I, għandhom jallokaw tal-anqas 7 % tal-ammont allokat proviżorjament għal miżuri b'appoġġ għall-komunitajiet lokali u reġjonali li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd, partikolarment is-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>53</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kriterji ta' allokazzjoni għall-prefinanzjament li jrid jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istati Membri huma stabbiliti fl-Anness I.

1. Il-kriterji ta' allokazzjoni għar-riżorsi li jridu jitħallsu mill-Kummissjoni lill-Istati Membri huma stabbiliti fl-Anness I.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>54</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-prefinanzjament fi żmien 60 jum mid-data tal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dan għandu jiġi likwidat f'konformità mal-Artikolu 11.

3. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-prefinanzjament fi żmien 30 jum mid-data tal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dan għandu jiġi likwidat f'konformità mal-Artikolu 11.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>55</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 9 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva sat-30 ta' Settembru 2023. Il-Kummissjoni għandha teżamina din l-applikazzjoni u tistabbilixxi jekk ikunux dovuti ammonti addizzjonali lill-Istati Membri jew jekk hemmx xi ammonti li jenħtieġ li jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 11.

1. L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 5(3)(b), jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva sat-30 ta' Ġunju 2024. Il-Kummissjoni għandha teżamina din l-applikazzjoni u tistabbilixxi jekk ikunux dovuti ammonti addizzjonali lill-Istati Membri jew jekk hemmx xi ammonti li jenħtieġ li jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 11.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>56</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 9 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta Stat Membru ma jippreżentax applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva sal-30 ta' Settembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament lil dak l-Istat Membru.

2. Meta Stat Membru ma jippreżentax applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva sat-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament lil dak l-Istat Membru.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>57</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 10 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-mudell stabbilit fl-Anness II. L-applikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nefqa pubblika totali mġarrba u mħallsa mill-Istati Membri u l-valuri tal-indikaturi tal-output għall-miżuri appoġġati. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u minn rapport ta' implimentazzjoni.

1. L-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-mudell stabbilit fl-Anness II. L-applikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nefqa totali mġarrba u mħallsa mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri, inkluża d-distribuzzjoni territorjali tan-nefqa fil-livell NUTS 2, u l-valuri tal-indikaturi tal-output għall-miżuri appoġġati. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u minn rapport ta' implimentazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>58</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) deskrizzjoni tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f'termini ekonomiċi u soċjali inkluża identifikazzjoni tar-reġjuni, l-oqsma u s-setturi l-aktar milqutin;

(a) deskrizzjoni tal-impatt negattiv tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f'termini ekonomiċi, soċjali, territorjali u ambjentali, inkluża identifikazzjoni tas-setturi, ir-reġjuni, l-oqsma u l-komunitajiet lokali li jkunu ntlaqtu l-agħar;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>59</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) fuq talba tal-Kummissjoni, ġabra ta' evidenza tal-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ fuq in-negozji u s-setturi ekonomiċi li jkunu ngħataw appoġġ mir-Riżerva, filwaqt li jitqies iċ-ċaqliq tas-setturi ekonomiċi mir-Renju Unit lejn l-Unjoni;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>60</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) deskrizzjoni tal-kontribut tal-miżuri għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

(e) deskrizzjoni tal-kontribut tal-miżuri għall-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tagħhom, għall-Aġenda Diġitali, għall-miri ambjentali tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u l-Ftehim ta' Pariġi, u għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>61</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ammont totali tan-nefqa pubblika eliġibbli (l-"ammont aċċettat");

(a) l-ammont tan-nefqa eliġibbli aċċettat;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>62</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) l-ammont ta' assistenza teknika msemmi fl-Artikolu 5a;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>63</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab) is-somma tal-ammonti f'(a) u (aa) ("ammont totali aċċettat");

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>64</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk humiex dovuti ammonti addizzjonali lill-Istat Membru, f'konformità mal-paragrafu 3, jew jekk hemmx bżonn li jiġu rkuprati xi ammonti skont il-paragrafu 5.

(b) jekk humiex dovuti ammonti addizzjonali lill-Istat Membru, f'konformità mal-paragrafu 3, jew jekk hemmx bżonn li jiġu rkuprati xi ammonti skont il-paragrafu 6.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>65</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-ammont aċċettat jaqbeż kemm l-ammont ta' prefinanzjament kif ukoll 0,06 % tal-ING nominali tal-2021 tal-Istat Membru kkonċernat, għandu jkun dovut lil dak l-Istat Membru ammont addizzjonali mill-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (b), u kwalunkwe ammont riportat skont l-Artikolu 8(4).

Meta l-ammont totali aċċettat jaqbeż l-ammont ta' prefinanzjament imħallas, għandu jkun dovut lil dak l-Istat Membru ammont addizzjonali mill-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3), il-punt (b), sakemm jintlaħaq l-ammont allokat proviżorjament lill-Istat Membru f'konformità mal-Anness I.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>66</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħallas l-ammont li jaqbeż il-prefinanzjament imħallas lill-Istat Membru kkonċernat jew 0,06 % tad-DNG nominali tal-2021, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Il-parti tal-allokazzjoni proviżorja ta' Stat Membru li ma tkunx koperta mill-ammont totali aċċettat, kif ukoll kwalunkwe ammont riportat skont l-Artikolu 8(3), għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li l-ammont totali aċċettat tagħhom jaqbeż l-allokazzjoni proviżorja mogħtija lilhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>67</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta s-somma tal-ammonti addizzjonali għall-Istati Membri kollha kkalkulata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu taqbeż ir-riżorsi disponibbli f'konformità mal-Artikolu 4(3), il-punt (b), il-kontribuzzjonijiet mir-Riżerva għandhom jitnaqqsu proporzjonalment.

Meta s-somma tal-ammonti addizzjonali kkalkulati għall-Istati Membri kollha skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu taqbeż ir-riżorsi disponibbli f'konformità mal-Artikolu 4(3), il-punt (b) u t-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-kontribuzzjonijiet mir-Riżerva għall-ammonti li jaqbżu l-allokazzjonijiet proviżorji għandhom jitnaqqsu proporzjonalment.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>68</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 5</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-prefinanzjament rispettiv u tħallas kwalunkwe ammont addizzjonali dovut fi żmien 60 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.

5. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-prefinanzjament rispettiv u tħallas kwalunkwe ammont addizzjonali dovut fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>69</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 6</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta l-ammont aċċettat ikun inqas mill-prefinanzjament għall-Istat Membru kkonċernat, id-differenza għandha tiġi rkuprata f'konformità mar-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari l-Parti I, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 3, 4 u 5 tiegħu. L-ammonti rkuprati għandhom jiġu ttrattati bħala dħul assenjat intern f'konformità mal-Artikolu 21(3), il-punt (b), tar-Regolament Finanzjarju u, meta jkun ġie applikat it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jintużaw biex jiżdiedu b'mod proporzjonali l-kontribuzzjonijiet imħallsin lill-Istati Membri eliġibbli għal ammonti addizzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu sa massimu ta' 100 %. F'każ li jkunu saru pagamenti lill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu b'rata ta' 100 %, l-ammonti rkuprati għandhom jingħataw lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

6. Meta l-ammont totali aċċettat ikun inqas mill-prefinanzjament imħallas lill-Istat Membru kkonċernat, id-differenza għandha tiġi rkuprata f'konformità mar-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari l-Parti I, it-Titolu IV, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 3, 4 u 5 tiegħu. L-ammonti rkuprati għandhom jiġu ttrattati bħala dħul assenjat intern f'konformità mal-Artikolu 21(3), il-punt (b), tar-Regolament Finanzjarju u, meta jkun ġie applikat it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jintużaw biex jiżdiedu b'mod proporzjonali l-kontribuzzjonijiet imħallsin lill-Istati Membri eliġibbli għal ammonti addizzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu sa massimu ta' 100 %. F'każ li jkunu saru pagamenti lill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu b'rata ta' 100 %, l-ammonti rkuprati għandhom jingħataw lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>70</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 7</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-ammonti addizzjonali dovuti skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju u l-impenn legali skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tħallas kull ammont addizzjonali dovut fi żmien 60 jum mill-adozzjoni ta' dak l-att.

7. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-ammonti addizzjonali dovuti skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju u l-impenn legali skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tħallas kull ammont addizzjonali dovut fi żmien 30 jum mill-adozzjoni ta' dak l-att.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>71</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jkunu qed iwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tar-Riżerva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inklużi miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġifieri billi:

1. Meta jkunu qed iwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tar-Riżerva, l-Istati Membri, inklużi, meta applikabbli, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom, għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inklużi miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġifieri billi:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>72</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jinnominaw korp responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva u korp tal-awditjar indipendenti f'konformità mal-Artikolu 63(3) tar-Regolament Finanzjarju, u s-superviżjoni ta' tali korpi;

(a) jinnominaw, fil-livell territorjali xieraq, korp, jew – meta jkun mitlub mill-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru – korpi, responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva u korp tal-awditjar indipendenti f'konformità mal-Artikolu 63(3) tar-Regolament Finanzjarju, u s-superviżjoni ta' tali korpi;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>73</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-korpi nnominati u tal-korp li l-prefinanzjament għandu jitħallas lilu, u jikkonfermaw li d-deskrizzjonijiet tas-sistemi jkunu tfasslu, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

(d) jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-korp jew il-korpi nnominati li l-prefinanzjament għandu jitħallas lilu jew lilhom, inklużi, meta applikabbli, il-korpi li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti u fondi mir-Riżerva, u jikkonfermaw li d-deskrizzjonijiet tas-sistemi jkunu tfasslu, fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>74</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-korpi u mis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll diġà fis-seħħ għall-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni jew tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

2. Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-korpi fil-livell territorjali xieraq u jistgħu jagħmlu użu minn sistemi ta' ġestjoni u kontroll ġodda jew diġà fis-seħħ għall-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni jew tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>75</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 3 – parti introduttorja</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandu:

3. Il-korp jew il-korpi responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandhom:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>76</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 4</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-popolazzjoni tkun tikkonsisti f'inqas minn 300 unità tal-kampjunar, ikun jista' jintuża metodu ta' kampjunar mhux statistiku bbażat fuq il-ġudizzju professjonali tal-korp tal-awditjar indipendenti. F'każijiet bħal dawn id-daqs tal-kampjun għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-korp tal-awditjar indipendenti jfassal opinjoni tal-awditjar valida. Il-metodu tal-kampjunar mhux statistiku għandu jkopri minimu ta' 10 % tal-unitajiet tal-kampjunar fil-popolazzjoni tas-sena kontabilistika, magħżula b'mod aleatorju.

Meta l-popolazzjoni tkun tikkonsisti f'inqas minn 300 unità tal-kampjunar, ikun jista' jintuża metodu ta' kampjunar mhux statistiku bbażat fuq il-ġudizzju professjonali tal-korp tal-awditjar indipendenti. F'każijiet bħal dawn id-daqs tal-kampjun għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-korp tal-awditjar indipendenti jfassal opinjoni tal-awditjar valida. Il-metodu tal-kampjunar mhux statistiku għandu jkopri minimu ta' 10 % tal-unitajiet tal-kampjunar fil-popolazzjoni tal-perjodu ta' referenza, magħżula b'mod aleatorju.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>77</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jużax, għall-finijiet tar-Riżerva, is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni jew il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea iżda li joħloq sistema ġdida, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tivvaluta jekk is-sistema hijiex effikaċi u tipprovdix livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema mhijiex effikaċi u ma tipprovdix livell suffiċjenti ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, hija għandha tirrakkomanda miżuri korrettivi lill-Istat Membru kkonċernat. Dak l-Istat Membru għandu jimplimenta dawk il-miżuri fi żmien xahrejn mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>78</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 14 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (f), għandhom jikkonsistu fil-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew ta' parti minnha mill-Fond. L-Istat Membru għandu jirkupra kwalunkwe ammont mitluf b'riżultat ta' xi irregolarità li tinstab.

1. Il-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (f), għandhom jikkonsistu fil-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew ta' parti minnha mir-Riżerva. L-Istat Membru għandu jirkupra kwalunkwe ammont mitluf b'riżultat ta' xi irregolarità li tinstab.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>79</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 15 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jinfurmaw u jippubbliċizzaw liċ-ċittadini tal-Unjoni bir-rwol, ir-riżultati u l-impatt tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mir-Riżerva permezz ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni.

L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom ikunu responsabbli biex jinfurmaw u jippubbliċizzaw liċ-ċittadini tal-Unjoni bir-rwol, ir-riżultati u l-impatt tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mir-Riżerva permezz ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni sabiex itaffu l-impatt negattiv fuq in-negozji u s-setturi ekonomiċi, jevitaw ostakli amministrattivi u jsaħħu l-kampanji ta' informazzjoni tagħhom biex iqajmu kuxjenza dwar ir-regoli l-ġodda fis-seħħ wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u b'mod partikolari għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 jiġu infurmati dwar il-kontribuzzjoni mir-Riżerva bħala inizjattiva tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>80</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 16 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sat-30 ta' Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tar-Riżerva. Il-Kummissjoni tista' tuża l-informazzjoni rilevanti kollha diġà disponibbli f'konformità mal-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju.

1. Sat-30 ta' Ġunju 2026, għandha titwettaq evalwazzjoni biex teżamina l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tar-Riżerva. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha diġà disponibbli f'konformità mal-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>81</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 16 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sal-30 ta' Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Sat-30 ta' Ġunju 2024 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dettaljat dwar il-proċess ta' implimentazzjoni ta' dan ir-regolament, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk ikun hemm bżonn, u sat-30 ta' Ġunju 2027 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tar-Riżerva lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>82</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – sottotitolu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Metodu ta' allokazzjoni għall-prefinanzjament tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit

Metodu ta' allokazzjoni għar-riżorsi tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>83</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – parti introduttorja</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prefinanzjament tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit għandu jitqassam bejn l-Istati Membri skont il-metodoloġija li ġejja:

Ir-riżorsi tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri skont il-metodoloġija li ġejja:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>84</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – punt 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-sehem ta' kull Stat Membru mill-prefinanzjament tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit huwa ddeterminat bħala s-somma ta' fattur marbut mal-ħut maqbud fl-ibħra li jappartjenu għaż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tar-Renju Unit u ta' fattur marbut mal-kummerċ mar-Renju Unit.

1. Is-sehem ta' kull Stat Membru mir-riżorsi tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit huwa ddeterminat bħala s-somma ta' fattur marbut mal-ħut maqbud fl-ibħra li jappartjenu għaż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tar-Renju Unit, fattur marbut mal-kummerċ mar-Renju Unit u fattur marbut mal-popolazzjoni tar-reġjuni marittimi mal-fruntiera tar-Renju Unit.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>85</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – punt 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-fattur marbut mal-ħut maqbud fiż-ŻEE tar-Renju Unit jintuża biex jiġu allokati EUR 600 miljun. Il-fattur marbut mal-kummerċ jintuża biex jiġu allokati EUR 3 400 miljun. Iż-żewġ ammonti huma espressi fi prezzijiet tal-2018.

2. Il-fattur marbut mal-ħut maqbud fiż-ŻEE tar-Renju Unit jintuża biex jiġu allokati EUR 600 miljun. Il-fattur marbut mal-kummerċ jintuża biex jiġu allokati EUR 4 150 miljun. Il-fattur marbut mar-reġjuni marittimi mal-fruntiera jintuża biex jiġu allokati EUR 250 miljun. Kull wieħed minn dawn l-ammonti huwa espress fi prezzijiet tal-2018.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>86</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I– paragrafu 1 – punt 3 – punt b – punt ii</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) is-sehem inizjali tal-valur tal-ħut maqbud fiż-ŻEE tar-Renju Unit jiġi aġġustat billi jiġi mmultiplikat bl-indiċi ta' dipendenza tal-Istat Membru;

(ii) is-sehem inizjali tal-valur tal-ħut maqbud fiż-ŻEE tar-Renju Unit jiġi aġġustat billi jiġi mmultiplikat bl-indiċi ta' dipendenza tal-Istat Membru b'ponderazzjoni ta' 75 %;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>87</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – punt 4 – punt c</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) is-sehem inizjali tal-kummerċ mar-Renju Unit jiġi aġġustat billi jiġi mmultiplikat bl-indiċi ta' dipendenza tal-Istat Membru;

c) is-sehem inizjali tal-kummerċ mar-Renju Unit jiġi aġġustat billi jiġi mmultiplikat bl-indiċi ta' dipendenza tal-Istat Membru b'ponderazzjoni ta' 75 %;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>88</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – punt 4 – punt g</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g) jekk dan il-kalkolu jwassal għal allokazzjoni li taqbeż 0,35 % tal-ING ta' Stat Membru (imkejjel f'Euro), l-allokazzjoni ta' dak l-Istat Membru tiġi limitata għal-livell ta' 0.35 % tal-ING tiegħu. Ir-riżorsi mnaqqsa minħabba dan il-limitu massimu jitqassmu mill-ġdid lill-Istati Membri l-oħra, proporzjonalment mal-ishma mhux limitati tagħhom;

g) jekk dan il-kalkolu jwassal għal allokazzjoni li taqbeż 0,36 % tal-ING ta' Stat Membru (imkejjel f'Euro), l-allokazzjoni ta' dak l-Istat Membru tiġi limitata għal-livell ta' 0,36 % tal-ING tiegħu. Ir-riżorsi mnaqqsa minħabba dan il-limitu massimu jitqassmu mill-ġdid lill-Istati Membri l-oħra, proporzjonalment mal-ishma mhux limitati tagħhom;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>89</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – punt 4 – punt h</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h) jekk il-kalkolu msemmi fil-punt g)jirriżulta f'intensità ta' għajnuna ta' aktar minn EUR 190/kull abitant, l-allokazzjoni ta' dak l-Istat Membru tiġi limitata għal-livell li jikkorrispondi għal intensità ta' għajnuna ta' EUR 190/kull abitant. Ir-riżorsi mnaqqsa minħabba dan il-limitu massimu jitqassmu lill-Istati Membri li ma jkun impost fuqhom limitu taħt il-punti g) jew h), proporzjonalment għall-ishma tagħhom kif ikkalkulati fil-punt g).

h) jekk il-kalkolu msemmi fil-punt g)jirriżulta f'intensità ta' għajnuna ta' aktar minn EUR 195/kull abitant, l-allokazzjoni ta' dak l-Istat Membru tiġi limitata għal-livell li jikkorrispondi għal intensità ta' għajnuna ta' EUR 195/kull abitant. Ir-riżorsi mnaqqsa minħabba dan il-limitu massimu jitqassmu lill-Istati Membri li ma jkun impost fuqhom limitu taħt il-punti g) jew h), proporzjonalment għall-ishma tagħhom kif ikkalkulati fil-punt g).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>90</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-fattur marbut mar-reġjuni marittimi tal-fruntiera jinkiseb billi jiġi kkalkulat is-sehem ta' kull Stat Membru fil-popolazzjoni totali tar-reġjuni marittimi mal-fruntiera tar-Renju Unit. Ir-reġjuni marittimi mal-fruntiera huma reġjuni tal-livell NUTS 3 tul il-fruntieri tal-kosta u reġjuni oħra tal-livell NUTS 3 li tal-anqas nofs il-popolazzjoni reġjonali tagħhom tgħix mhux aktar minn 25 kilometru mill-fruntieri tal-kosta. Il-fruntieri tal-kosta huma definiti bħala linji tal-kosta li jinsabu mhux aktar minn 150 km mil-linja tal-kosta tar-Renju Unit.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>91</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – punt 5 – parti introduttorja</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-finijiet tal-kalkolu tad-distribuzzjoni tal-prefinanzjament tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit:

5. Għall-finijiet tal-kalkolu tad-distribuzzjoni tar-riżorsi tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>92</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness I – paragrafu 1 – punt 5 – punt fa (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

fa) għall-popolazzjoni tar-reġjuni fil-livell NUTS 3, il-perjodu ta' referenza għandu jkun l-2017.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>93</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 7a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7a. 

Korp jew korpi li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti u fondi mir-Riżerva, meta applikabbli

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>94</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 8 – kolonna 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Deskrizzjoni qasira taż-żoni u s-setturi affettwati u tal-miżuri ta' rispons fis-seħħ

Deskrizzjoni taż-żoni u s-setturi affettwati u tal-miżuri ta' rispons fis-seħħ

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>95</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 8a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a. 

Deskrizzjoni tad-djalogu f'diversi livelli u l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>96</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 9 – kolonna 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Nefqa pubblika totali mġarrba u mħallsa qabel it-tnaqqis

Nefqa totali mġarrba u mħallsa qabel it-tnaqqis

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>97</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 14a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14a. 

Distribuzzjoni territorjali tan-nefqa fil-livell NUTS 2

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>98</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 15.1 – kolonna 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri li jgħinu lin-negozji u lill-komunitajiet lokali affettwati mill-irtirar

Miżuri li jagħtu appoġġ lin-negozji privati u pubbliċi, b'mod partikolari l-SMEs, dawk li jaħdmu għal rashom, il-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet affettwati ħażin mill-ħruġ

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>99</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 15.2 – kolonna 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri għall-appoġġ tas-setturi ekonomiċi l-aktar affettwati

Miżuri għall-appoġġ tas-setturi ekonomiċi l-aktar affettwati ħażin

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>100</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 15.3 – kolonna 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri ta' appoġġ għan-negozji u l-komunitajiet lokali li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit

Miżuri ta' appoġġ għall-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet reġjonali u lokali, partikolarment is-settur tas-sajd fuq skala żgħira, li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit, fl-ilmijiet tat-territorji tiegħu bi status speċjali u fl-ilmijiet koperti minn ftehimiet tas-sajd ma' Stati kostali fejn l-opportunitajiet tas-sajd għall-flotot tal-UE naqsu minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>101</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 15.4 - kolonna 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri li jappoġġjaw l-impjiegi permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, taħriġ mill-ġdid u taħriġ fis-setturi affettwati

Miżuri ta' appoġġ għall-ħolqien tax-xogħol u l-impjiegi, inklużi impjiegi ekoloġiċi, skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, taħriġ mill-ġdid u taħriġ fis-setturi affettwati ħażin u miżuri biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll ta' persuni li jkollhom dritt jibqgħu fit-territorju tal-Unjoni jew fit-territorju ta' Stat Membru u li jkunu telqu mir-Renju Unit minħabba l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>102</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 15.4a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15.4a. 

Miżuri biex jittaffa t-tħarbit ikkawżat mill-ħruġ tar-Renju Unit fil-programmi ta' kooperazzjoni u skambju transfruntiera lokali u reġjonali

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>103</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 15.5 – kolonna 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-fruntieri, u l-kontrolli tas-sigurtà, inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali

Miżuri biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-fruntieri, u l-kontrolli tas-sigurtà, inkluż persunal, it-taħriġ tagħhom u infrastruttura addizzjonali

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>104</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – tabella – ringiela 16 – kolonna 2 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Deskrizzjoni qasira / ammont 
(eż l-użu ta' finanzjament mill-Politika ta' Koeżjoni/ REACT-EU/JTF/RRF/oħrajn - jekk jogħġbok speċifika)

Deskrizzjoni / ammont 
(eż. l-użu ta' finanzjament mill-Politika ta' Koeżjoni/ REACT-EU/JTF/RRF/oħrajn jekk jogħġbok speċifika)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>105</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness II – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) is-sistemi ta' kontroll stabbiliti jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>106</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – punt 1 – punt 1.3 – punt aa (ġdid)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

aa) meta applikabbli, il-korp jew il-korpi li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti u fondi mir-Riżerva (isem, indirizz u punt ta' kuntatt fil-korp):

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>

NOTA SPJEGATTIVA

1. Introduzzjoni u kuntest tal-proposta

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ħareġ mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 2020, meta daħal fis-seħħ il-Ftehim dwar il-Ħruġ, li kien jinkludi dispożizzjonijiet għal perjodu ta' tranżizzjoni li dam għaddej sal-31 ta' Diċembru 2020.

Fl-24 ta' Diċembru 2020 iż-żewġ naħat ikkonkludew ftehim ġdid dwar il-kummerċ u l-ooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġu limitati l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit u jiġi stabbilit qafas ta' kooperazzjoni li kellu jifforma l-bażi ta' sħubija futura b'saħħitha u kostruttiva, filwaqt li jiġu evitati l-aktar elementi ta' tħarbit f'xenarju ta' "ebda ftehim", u tingħata ċertezza tad-dritt għal terminu medju sa twil.

Madankollu, minħabba l-fatt li minn tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni r-Renju Unit m'għadux jipparteċipa fil-politiki tal-Unjoni, l-effetti ta' tħarbit fir-relazzjoni ekonomika, kummerċjali u soċjali diġà huma evidenti.

Għalkemm il-ħruġ jaffettwa lill-Unjoni kollha kemm hi, xi Stati Membri, reġjuni, setturi u negozji, speċjalment dawk li huma esposti b'mod sinifikanti għar-Renju Unit, se jintlaqtu b'mod aktar negattiv u mistennija jesperjenzaw telf ekonomiku u finanzjarju sinifikanti.

Ir-rapporteur ifakkar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, maqbula fil-laqgħa speċjali tiegħu ta' bejn is-17 u l-21 ta' Lulju 2020, meta dawn il-konsegwenzi inevitabbli kienu diġà ġew antiċipati u meta ttieħdet id-deċiżjoni li tinħoloq ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ("ir-Riżerva") bħala għodda ta' solidarjetà li, permezz tagħha, l-aktar Stati Membri, reġjuni u setturi milquta kellhom jingħataw appoġġ biex jaffrontaw il-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li ssegwi l-ftehim tal-Kunsill Ewropew u jfakkar li din hija parti mit-tħejjija għal tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni u tibni fuq, kif ukoll tikkomplementa, il-ħidma li saret mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri fil-kuntest tal-miżuri ta' tħejjija meħuda skont il-politiki rispettivi tal-Unjoni matul in-negozjati skont l-Artikolu 50 tat-TUE.

2. Għażla tal-istrument

Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-proposta għar-Riżerva hija mnebbħa mill-esperjenza li ilha teżisti bil-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u l-politika ta' koeżjoni, filwaqt li tadatta ruħha għaċ-ċirkustanzi kompletament ġodda u l-objettiv li jiġu miġġielda l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

Barra minn hekk, jilqa' l-fatt li r-regolament propost se jiġi adottat skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni u li r-Riżerva se tiġi implimentata b'ġestjoni kondiviża.

Huwa jaqbel mal-Kummissjoni li r-Riżerva għandha tqis is-sitwazzjoni bla preċedent għall-Istati Membri, l-uniċità tagħha u l-bżonn li dawn jirreaġixxu malajr u b'mod flessibbli għall-isfidi li jistgħu jinqalgħu għall-ekonomiji tagħhom.

3. Riżorsi mir-Riżerva

Ir-rapporteur jieħu nota tar-riżorsi massimi għall-implimentazzjoni tar-Riżerva – EUR 5 370 994 000 fi prezzijiet attwali – li għandhom jiġu ffinanzjati bħala strument speċjali barra mil-limiti massimi tal-baġit tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE.

Huwa jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-telf ekonomiku u finanzjarju globali relatat mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni għal xi Stati Membri, reġjuni, negozji u setturi pubbliċi kif ukoll privati se jkun wieħed sinifikanti iżda għadu ma jistax jiġi kkwantifikat. Għandu jiġi evitat li tinħoloq l-impressjoni li l-ammont globali disponibbli mir-Riżerva se jkun biżżejjed biex ikopri dan it-telf kollu.

4. Objettivi u kategoriji ta' miżuri eliġibbli

Ir-Riżerva se tipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi negattivi fl-Istati Membri, ir-reġjuni u s-setturi, partikolarment dawk li ntlaqtu l-agħar mill-ħruġ, bil-għan li jittaffa l-impatt tiegħu fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

Filwaqt li r-rapporteur jaqbel mal-lista mhux eżawrjenti u indikattiva tal-kategoriji eliġibbli ta' miżuri kif proposta mill-Kummissjoni, ir-rapporteur huwa tal-fehma li, biex jintlaħaq dan l-objettiv, parti sostanzjali mill-kontribuzzjoni tar-Riżerva għandha tintuża fuq miżuri ta' appoġġ għan-negozji, speċjalment l-SMEs, biex tippermettilhom jadattaw ruħhom għall-ambjent kummerċjali l-ġdid u jiġu protetti l-impjiegi.

Sabiex jiġi limitat ir-riskju li r-Riżerva tintuża biex jingħata appoġġ lil miżuri li jaf ma jikkontribwixxux għall-objettiv maħsub jew saħansitra ma jkunux eliġibbli u, konsegwentement, jiġi limitat ir-riskju li l-Istati Membri ma jingħatawx rimborż għall-ispejjeż tagħhom, ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-miżuri li għandhom jingħataw appoġġ.

5. Preallokazzjoni għas-settur tas-sajd

Ir-rapporteur jemmen li l-Ftehim dwar il-Ħruġ mhux biss intlaħaq fi stadju tardiv ħafna, iżda minħabba l-limitazzjoni maqbula fuq l-attivitajiet tas-sajd, dan is-settur se jkun wieħed mis-setturi li x'aktarx se jiġu affettwati b'mod sever. Għalhekk, huwa jipproponi li s-sehem tal-ammont totali tal-prefinanzjament li huwa marbut mal-ħut maqbud jiġi preallokat, għal kull Stat Membru, biex jintefaq fuq miżuri ta' appoġġ għan-negozji u l-komunitajiet lokali li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd.

6. Perjodu ta' eliġibbiltà u nefqa eliġibbli

Minħabba n-natura speċifika tar-Riżerva, ir-rapporteur jaqbel mal-perjodu ta' implimentazzjoni relattivament qasir propost mill-Kummissjoni. Ir-rapporteur huwa tal-fehma, madankollu, li l-perjodu ta' eliġibbiltà għandu jqis aktar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex itaffu l-effetti ta' tfixkil mistennija minħabba l-ħruġ qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni, u jissuġġerixxi li l-perjodu ta' eliġibbiltà għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri jkun mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2022. Ir-rapporteur ikompli jiċċara li l-kontribuzzjoni mir-Riżerva għandha tieħu l-forma ta' rimborż tal-ispejjeż eliġibbli effettivament imġarrba matul il-perjodu ta' referenza, inkluż fil-livell tal-benefiċjarji, u mħallsa sat-30 ta' Ġunju 2023 mill-Istati Membri għal miżuri mwettqa fl-Istat Membru.

7. Involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili

Meta jkunu qed ifasslu l-miżuri ta' appoġġ, l-Istati Membri għandhom jiffukaw partikolarment fuq ir-reġjuni, iż-żoni, il-komunitajiet lokali u n-negozji li se jkunu ntlaqtu l-agħar mill-ħruġ, inklużi dawk li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd, u r-rapporteur jixtieq jiżgura li l-Istati Membri jistabbilixxu djalogu f'diversi livelli tal-anqas mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-reġjuni u ż-żoni l-aktar milquta, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, billi dan l-involviment jgħin biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet u biex ir-Riżerva tiġi implimentata b'mod aktar effikaċi.

8. Prefinanzjament u ammont addizzjonali

Ir-rapporteur iqis li ż-żewġ fatturi – il-kummerċ fi prodotti u servizzi mar-Renju Unit u l-ħut maqbud fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Renju Unit – magħżula u applikati mill-Kummissjoni fil-metodoloġija għall-kalkolu tal-prefinanzjament tal-Istati Membri, juru r-rabtiet storikament b'saħħithom u r-relazzjonijiet mill-qrib f'termini ekonomiċi bejn l-Istati Membri individwali u r-Renju Unit. Huwa konxju mir-riskju li l-metodu ta' allokazzjoni magħżul jaf ma jirriflettix bis-sħiħ l-esponiment dirett jew indirett speċifiku tal-ekonomija ta' kull Stat Membru għar-Renju Unit, iżda l-metodoloġija tirrifletti biżżejjed l-ispirtu ta' solidarjetà li huwa l-bażi tal-istabbiliment tar-Riżerva, u għandha titqies ukoll fil-kuntest tan-negozjati konklużi reċentement dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u dwar Next Generation EU.

Ir-rapporteur jaqbel ukoll mal-proposta biex ir-Riżerva tiġi attivata f'żewġ rawnds ta' allokazzjonijiet, l-ewwel waħda (EUR 4 244 832 000) imħallsa fl-2021 bħala prefinanzjament u t-tieni waħda (EUR 1 126 162 000), imħallsa fl-2024 f'kontribuzzjonijiet addizzjonali, abbażi tan-nefqa reali, wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni u rapport ta' implimentazzjoni. Dan l-approċċ għandu jippermetti lill-Istati Membri jirreaġixxu malajr għas-sitwazzjoni eċċezzjonali u jirrispondu għall-effetti negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit b'mod aktar effikaċi.

9. Sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva

L-Istati Membri se jkollhom żmien sat-30 ta' Settembru 2023 biex japplikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva u jagħtu dettalji dwar in-nefqa mġarrba. Ir-rapporteur iqis li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-rapport ta' implimentazzjoni li se jkun qed jakkumpanja l-applikazzjoni, u li jiddeskrivi liema miżuri jkunu ttieħdu u kif ġew implimentati, flimkien ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni u rapport tal-awditjar indipendenti. Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà u l-adegwatezza tal-miżuri magħżula minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha dejjem tivverifika r-rabta diretta mal-ħruġ u tikkunsidra ċ-ċaqliq tal-attività tas-setturi ekonomiċi mir-Renju Unit lejn l-Unjoni.

10. Ġestjoni u kontroll

Minħabba n-natura eċċezzjonali tal-ħruġ tar-Renju Unit, ir-rapporteur iqis li t-tfassil tar-Riżerva u d-derogi tagħha mir-Regolament Finanzjarju – prefinanzjament għoli b'mod mhux tas-soltu, it-tieni pagament, l-ebda impenn annwali, pagament u rappurtar annwali – huma xierqa, iżda jipproponi li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-korpi maħtura eżistenti u s-sistemi għall-prevenzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi stabbiliti skont ir-regoli ta' ġestjoni kondiviża li jirregolaw il-fondi tal-politika ta' koeżjoni u l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi l-ħatra ta' korp responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva, korp indipendenti tal-awditjar u korp li jirċievi l-prefinanzjament magħmul mill-Kummissjoni. Ir-rapporteur jixtieq jiċċara li l-Istati Membri għandhom jaħtru korpi addizzjonali, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali, u jiddelegawlhom kompiti kif ukoll fondi mir-Riżerva, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom.

11. Komunikazzjoni u viżibbiltà

Ir-rapporteur jaqbel mal-obbligu propost mill-Kummissjoni li l-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni mir-Riżerva u li jinfurmaw lill-benefiċjarji potenzjali, lill-parteċipanti u lill-pubbliku ġenerali dwar l-eżistenza tar-Riżerva, il-volum tagħha u l-appoġġ li jirriżulta minnha, billi l-attivitajiet ta' trasparenza, komunikazzjoni u viżibbiltà huma essenzjali biex l-azzjoni tal-Unjoni tkun viżibbli fuq il-post.

Barra minn hekk huwa jissuġġerixxi li l-benefiċjarji finali, b'mod partikolari, għandhom jiġu infurmati dwar il-kontribuzzjoni mir-Riżerva bħala inizjattiva tal-Unjoni.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ir-rapporteur jieħu l-opportunità li jfakkar lill-Istati Membri li mhux l-UE biss għandha r-responsabbiltà li tikkomunika d-deċiżjonijiet u l-attivitajiet tagħha liċ-ċittadini tal-UE, iżda anki l-Istati Membri, sabiex iċ-ċittadini jkollhom aktar aċċess u jifhmu aħjar l-impatt tal-politiki tal-UE fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (11.5.2021)

<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali</CommissionInt>

<Titre>dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit</Titre>

<DocRef>(COM(2020)0854 – C9-0433/2020 – 2020/0380(COD))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni (*) : <Depute>Valérie Hayer</Depute>

(*) Kumitat assoċjat – l-Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

<RepeatBlock-Amend><Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fl-1 ta' Frar 2020, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("Ir-Renju Unit") ħareġ mill-Unjoni Ewropea ("UE") u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Euratom") – minn hawn 'il quddiem b'mod kollettiv imsejħin "l-Unjoni", u daħal f'perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' żmien limitat sar qbil dwaru bħala parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ11 u se jdum sal-31 ta' Diċembru 2020. Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit bdew negozjati formali dwar relazzjoni futura.

(1) Fl-1 ta' Frar 2020, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("Ir-Renju Unit") ħareġ mill-Unjoni Ewropea ("UE") u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Euratom") – minn hawn 'il quddiem b'mod kollettiv imsejħin "l-Unjoni", u daħal f'perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' żmien limitat sar qbil dwaru bħala parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ11 u ntemm fil-31 ta' Diċembru 2020. Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit bdew negozjati formali dwar relazzjoni futura.

__________________

__________________

11 Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Il-Ftehim dwar il-Ħruġ") (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).

11 Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ("Il-Ftehim dwar il-Ħruġ") (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni, se jkunu preżenti ostakli għall-kummerċ u għall-iskambji transfruntiera bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Huma mistennija konsegwenzi wiesgħa u estensivi għan-negozji, iċ-ċittadini u l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dawk il-konsegwenzi ma jistgħux jiġu evitati u l-partijiet interessati jeħtieġ li jiżguraw li jkunu lesti għalihom.

(2) Issa li l-perjodu ta' tranżizzjoni ntemm, hemm ostakli għall-kummerċ u għall-iskambji transfruntiera bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Dan għandu konsegwenzi soċjali u ekonomiċi wiesgħa u estensivi għan-negozji , speċjalment l-SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi, iċ-ċittadini u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-komunitajiet u r-reġjuni lokali, inklużi proċeduri amministrattivi għall-għoti ta' servizzi u għan-negozji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, biex b'hekk jinħolqu konġestjonijiet diffiċli fil-fruntieri, jiġi ostakolat il-kummerċ u jiġi ostakolat l-irkupru ekonomiku. Jenħtieġ li dawk il-konsegwenzi jittaffew kemm jista' jkun.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni hija impenjata li ttaffi l-impatt ekonomiku tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li turi solidarjetà mal-Istati Membri kollha, speċjalment dawk l-aktar affettwati f'ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn.

(3) L-Unjoni hija impenjata li ttaffi l-impatti ekonomiċi, soċjali u territorjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li turi solidarjetà mal-Istati Membri, mar-reġjuni u mas-setturi kollha, speċjalment dawk l-aktar affettwati f'ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn. Madankollu, għad hemm ħafna inċertezzi assoċjati mal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit, li jagħmilha diffiċli li jiġi ddeterminat l-esponiment speċifiku tal-ekonomija ta' Stat Membru. Pereżempju, jistgħu jkunu mistennija riżultati pożittivi possibbli mill-moviment tas-setturi ekonomiċi ta' attività mir-Renju Unit lejn Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 4</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jenħtieġ li tiġi stabbilita Riżerva ta/ Aġġustament għall-Brexit (ir-Riżerva) biex tipprovdi appoġġ għal konsegwenzi negattivi fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fis-setturi, b'mod partikolari dawk li huma l-aktar milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bil-għan li jittaffa l-impatt tiegħu fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Jenħtieġ li tkopri kompletament jew parzjalment in-nefqa pubblika addizzjonali mġarrba mill-Istati Membri għal miżuri speċifikament meħuda biex itaffu dawk il-konsegwenzi.

(4) Jenħtieġ li tiġi stabbilita Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (ir-"Riżerva") biex tipprovdi appoġġ għal konsegwenzi negattivi fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fis-setturi, u lill-ħaddiema u fil-komunitajiet lokali b'mod partikolari dawk li huma l-aktar milquta mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bil-għan li jittaffa l-impatt tiegħu fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Jenħtieġ li tkopri kompletament jew parzjalment in-nefqa pubblika addizzjonali mġarrba mill-Istati Membri u mir-reġjuni għal miżuri speċifikament meħuda biex itaffu dawk il-konsegwenzi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għall-finijiet ta' kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, huwa xieraq li l-Istati Membri, meta jfasslu l-miżuri ta' appoġġ, jiffokaw b'mod partikolari fuq ir-reġjuni, iż-żoni u l-komunitajiet lokali, inklużi dawk dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit, li x'aktarx jintlaqtu l-aktar ħażin mill-ħruġ tar-Renju Unit. L-Istati Membri jista' jkollhom jieħdu miżuri speċifiċi b'mod partikolari biex jappoġġaw lin-negozji u lis-setturi ekonomiċi affettwati b'mod negattiv mill-ħruġ. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti tat-tip ta' miżuri li huma l-aktar probabbli li jilħqu dan l-objettiv.

(5) Għall-finijiet ta' kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, huwa xieraq li l-Istati Membri, meta jfasslu l-miżuri ta' appoġġ, jiffokaw b'mod partikolari fuq, u jallokaw fondi mir-Riżerva lil, reġjuni, żoni, setturi, ħaddiema, organizzazzjonijiet, negozji, komunitajiet lokali u setturi ekonomiċi li x'aktarx jintlaqtu l-aktar ħażin mill-ħruġ tar-Renju Unit , pereżempju billi jipprovdu assistenza biex jinstabu swieq ġodda tal-esportazzjoni jew biex jiddiversifikaw il-ktajjen tal-provvista u billi jagħtu attenzjoni speċjali lill-SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi, peress li dawn għandhom it-tendenza li ma jkollhomx il-kapaċitajiet amministrattivi, ġuridiċi u finanzjarji biex iħejju u jimplimentaw pjanijiet ta' kontinġenza bl-għan li jiżguraw impjieg ta' kwalità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħolqu impjiegi ġodda ta' kwalità għolja f'dawk ir-reġjuni u l-komunitajiet lokali partikolarment affettwati. F'dan ir-rigward, ir-reġjuni, iż-żoni u l-komunitajiet lokali dipendenti ħafna fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit jistħoqqilhom attenzjoni partikolari. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti tat-tip ta' miżuri li huma l-aktar probabbli li jilħqu dawn l-objettivi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 6</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġu speċifikati b'mod ċar kwalunkwe esklużjonijiet mill-appoġġ ipprovdut mir-Riżerva. Jenħtieġ li r-Riżerva teskludi mill-appoġġ it-taxxa fuq il-valur miżjud peress li din tikkostitwixxi dħul ta' Stat Membru, li jagħmel tajjeb għall-ispiża relatata għall-baġit tal-Istat Membru. Sabiex jiġi kkonċentrat l-użu ta' riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, jenħtieġ li l-assistenza teknika użata mill-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Riżerva ma tkunx eliġibbli għal appoġġ mir-Riżerva. F'konformità mal-approċċ ġenerali għall-politika ta' koeżjoni, jenħtieġ li ma tkunx appoġġjata n-nefqa marbuta mar-rilokazzjonijiet jew li tmur kontra kwalunkwe liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli.

(6) Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġu speċifikati b'mod ċar kwalunkwe esklużjonijiet mill-appoġġ ipprovdut mir-Riżerva. Jenħtieġ li r-Riżerva teskludi mill-appoġġ it-taxxa fuq il-valur miżjud peress li din tikkostitwixxi dħul ta' Stat Membru, li jagħmel tajjeb għall-ispiża relatata għall-baġit tal-Istat Membru. F'konformità mal-approċċ ġenerali għall-politika ta' koeżjoni, jenħtieġ li, fil-prinċipju, ma tkunx appoġġjata n-nefqa marbuta mar-rilokazzjonijiet jew li tmur kontra kwalunkwe liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 6a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi tar-Riżerva jintużaw bl-aktar mod effiċjenti, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħmlu użu minn ammont proporzjonat tal-allokazzjoni tagħhom għall-assistenza teknika għall-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Riżerva.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jitqies l-impatt immedjat tal-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri u l-ekonomiji tagħhom u l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri ta' mitigazzjoni, kif xieraq, qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni, il-perjodu ta' eliġibbiltà għall-implimentazzjoni ta' tali miżuri jenħtieġ li jibda mill-1 ta' Lulju 2020 u jkun ikkonċentrat fuq perjodu limitat ta' 30 xahar.

(7) Jenħtieġ li jiġi stabbilit il-perjodu ta' eliġibbiltà għall-implimentazzjoni ta' miżuri biex jittaffa u jiġi adattat l-impatt tal-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri u l-ekonomiji tagħhom, filwaqt li jitqies li r-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 2020; li l-Istati Membri bdew jadottaw tali miżuri qabel tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; u li ċerti miżuri ta' kontroll fuq il-fruntiera, bħal dawk imposti mir-Renju Unit fuq l-esportazzjonijiet tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati b'mod progressiv. Il-perjodu ta' eliġibbiltà għandu għalhekk jibda fl-1 ta' Jannar 2020 u jdum sal-31 ta' Diċembru 2023.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8a (ġdida)</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) L-azzjonijiet finanzjarji taħt ir-Riżerva jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-programmi u l-prijoritajiet tal-Unjoni u jikkomplementawhom, bħat-tranżizzjoni diġitali, tranżizzjoni klimatika ġusta u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, filwaqt li jiġi evitat finanzjament doppju għall-istess nefqa.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 10</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal impenji baġitarji, pagamenti, riporti u l-irkupru tar-Riżerva. Filwaqt li jirrispetta l-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit kull sena, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi possibbiltajiet ta' riport ta' fondi mhux użati lil hinn minn dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, u b'hekk jimmassimizza l-kapaċità tar-Riżerva li tindirizza l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri u l-ekonomiji tagħhom.

(10) L-implimentazzjoni tar-Riżerva jenħtieġ li titwettaq f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, inklużi l-prevenzjoni effettiva u l-prosekuzzjoni tal-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal impenji baġitarji, pagamenti, riporti u l-irkupru tar-Riżerva. Filwaqt li jirrispetta l-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit kull sena, dan ir-Regolament, minħabba n-natura eċċezzjonali u speċifika ħafna tar-Riżerva, jenħtieġ li jipprevedi possibbiltajiet ta' riport ta' fondi mhux użati lil hinn minn dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, u b'hekk jimmassimizza l-kapaċità tar-Riżerva li tindirizza l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri u l-ekonomiji tagħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw ir-riżorsi addizzjonali u biex jiżguraw mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr il-miżuri taħt ir-Riżerva, fl-2021 jenħtieġ li jiġi żborżat ammont sostanzjali minnhom bħala prefinanzjament. Il-metodu ta' distribuzzjoni jenħtieġ li jqis l-importanza tal-kummerċ mar-Renju Unit u l-importanza tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Renju Unit, abbażi ta' statistika affidabbli u uffiċjali. Minħabba n-natura unika tal-avveniment li jikkostitwixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u l-inċertezza madwar aspetti ewlenin tar-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni, huwa diffiċli li jiġu antiċipati l-miżuri xierqa li l-Istati Membri se jkollhom jieħdu malajr biex jilqgħu għall-effetti tal-ħruġ. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà u b'mod partikolari li l-Kummissjoni titħalla tadotta d-deċiżjoni ta' finanzjament li tipprovdi l-prefinanzjament mingħajr l-obbligu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju li tipprovdi deskrizzjoni tal-azzjonijiet konkreti li għandhom jiġu ffinanzjati.

(11) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw ir-riżorsi addizzjonali u jiżguraw mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw malajr il-miżuri taħt ir-Riżerva, jenħtieġ li jiġi żborżat ammont sostanzjali minnhom bħala prefinanzjament, fi tliet pagamenti, fl-2021, fl-2022, u fl-2023. Il-metodu ta' distribuzzjoni jenħtieġ li jqis l-importanza tal-kummerċ mar-Renju Unit espress bħala perċentwal tal-PDG, l-importanza tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Renju Unit, l-importanza tar-rabtiet ġirien għar-reġjuni marittimi mal-fruntiera u l-komunitajiet tagħhom u l-importanza tal-kummerċ mar-Renju Unit fis-suq intern, abbażi tal-aħħar statistika affidabbli u uffiċjali u jenħtieġ li jiżgura trattament ugwali tal-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, peress li l-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni ma jindirizzax l-aċċess għas-suq għall-kumpaniji fis-settur tas-servizzi finanzjarji u minħabba li l-effetti konsegwenzjali pożittivi huma diġà viżibbli fl-Unjoni, bħar-rilokazzjoni ta' għadd ta' attivitajiet, dan is-settur għandu jiġi eskluż mill-volum globali ta' prodotti u servizzi kkunsidrati għall-kalkolu tal-fattur marbut mal-kummerċ fis-suq intern. Minħabba n-natura unika tal-avveniment li jikkostitwixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u l-inċertezza madwar aspetti ewlenin tar-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni, huwa diffiċli li jiġu antiċipati l-miżuri xierqa li l-Istati Membri se jkollhom jieħdu malajr biex jilqgħu għall-effetti tal-ħruġ. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà u b'mod partikolari li l-Kummissjoni titħalla tadotta d-deċiżjoni ta' finanzjament li tipprovdi l-prefinanzjament mingħajr l-obbligu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju li tipprovdi deskrizzjoni tal-azzjonijiet konkreti li għandhom jiġu ffinanzjati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 12</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Qabel il-pagament tal-prefinanzjament, l-Istati Membri jeħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-korpi maħtura u tal-korp li lilu għandu jitħallas il-prefinanzjament, u jikkonfermaw li d-deskrizzjonijiet tas-sistemi tfasslu fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(12) Qabel il-pagament tal-prefinanzjament, l-Istati Membri jeħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-korpi maħtura u tal-korp li lilu għandu jitħallas il-prefinanzjament, u jikkonfermaw li d-deskrizzjonijiet tas-sistemi tfasslu fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru l-korp jew korpi rilevanti fil-livell territorjali xieraq, f'konformità mal-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 13</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha, jenħtieġ li jkun hemm skadenza waħda applikabbli għall-Istati Membri kollha għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva. In-natura speċifika tal-istrument u l-perjodu ta' implimentazzjoni relattivament qasir jiġġustifikaw l-istabbiliment ta' perjodu ta' referenza mfassal apposta u jrendu sproporzjonat ir-rekwiżit għall-Istati Membri li jipprovdu d-dokumenti meħtieġa fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju, fuq bażi annwali. Peress li fl-istess ħin, ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni huma mitigati mir-rekwiżit li tiġi stabbilita sistema solida ta' ġestjoni u kontroll mill-Istati Membri, huwa ġġustifikat li ssir deroga mill-obbligu li jiġu ppreżentati d-dokumenti meħtieġa fi Frar jew Marzu ta' kull sena. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivverifika l-korrettezza tal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Riżerva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati wkoll jissottomettu, bħala parti mill-applikazzjoni, rapporti ta' implimentazzjoni li jipprovdu aktar dettall dwar l-azzjonijiet iffinanzjati, dikjarazzjoni ta' ġestjoni kif ukoll opinjoni ta' korp indipendenti tal-awditjar, imfassla skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

(13) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha, jenħtieġ li jkun hemm skadenza waħda applikabbli għall-Istati Membri kollha għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva. In-natura speċifika tal-istrument u l-perjodu ta' implimentazzjoni relattivament qasir jiġġustifikaw l-istabbiliment ta' perjodu ta' referenza mfassal apposta u jrendu sproporzjonat ir-rekwiżit għall-Istati Membri li jipprovdu d-dokumenti meħtieġa fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju, fuq bażi annwali. Peress li fl-istess ħin, ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni huma mitigati mir-rekwiżit li l-Istati Membri jagħmlu użu mis-sistemi eżistenti tagħhom, jew joħolqu, sistemi solidi ta' ġestjoni u kontroll, huwa ġġustifikat li ssir deroga mill-obbligu li jiġu ppreżentati d-dokumenti meħtieġa fi Frar jew Marzu ta' kull sena. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivverifika l-korrettezza tal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tar-Riżerva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati wkoll jissottomettu, bħala parti mill-applikazzjoni, rapporti ta' implimentazzjoni li jipprovdu aktar dettall dwar l-azzjonijiet iffinanzjati, l-elementi tal-kontijiet, sommarju tar-rapporti tal-awditjar finali u l-kontrolli mwettqa, dikjarazzjoni ta' ġestjoni kif ukoll opinjoni ta' korp indipendenti tal-awditjar, imfassla f'konformità standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' ġestjoni u kontroll u l-implimentazzjoni fil-pront tar-Riżerva, il-Kummissjoni għandha torganizza sessjonijiet ta' informazzjoni għall-Istati Membri u tfassal gwida għall-implimentazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 14</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201613, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tar-Riżerva abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Fejn ikun xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi kwantifikabbli, bħala bażi tal-evalwazzjoni tar-Riżerva.

(14) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201613, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tar-Riżerva abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri  u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali. Fejn ikun xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi kwantifikabbli, bħala bażi tal-evalwazzjoni tar-Riżerva.

_________________

_________________

13 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

13 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 15</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha u konsistenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-applikazzjonijiet f'pakkett. Jenħtieġ li tħares b'mod partikolari lejn l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, ir-rabta diretta tan-nefqa mal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-ħruġ u l-miżuri stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat biex jiġi evitat finanzjament doppju. Wara l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-prefinanzjament imħallas, u tirkupra l-ammonti mhux użati. Sabiex l-appoġġ jiġi kkonċentrat fuq l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-ħruġ, fejn in-nefqa fl-Istat Membru kkonċernat, aċċettata bħala eliġibbli mill-Kummissjoni, taqbeż l-ammont imħallas bħala prefinanzjament u 0.06 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) nominali għall-2021 tal-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi permessa allokazzjoni ulterjuri mir-Riżerva għal dak l-Istat Membru fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli. Minħabba l-firxa tax-xokk ekonomiku mistenni, jenħtieġ li jsir provvediment għall-possibbiltà li jintużaw l-ammonti rkuprati mill-prefinanzjament għar-rimborż tan-nefqa addizzjonali mill-Istati Membri.

(15) Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha u konsistenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-applikazzjonijiet f'pakkett. Jenħtieġ li tħares b'mod partikolari lejn l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, ir-rabta diretta tan-nefqa mal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-ħruġ u l-miżuri stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat biex jiġi evitat finanzjament doppju. Wara l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-prefinanzjament imħallas, tirkupra l-ammonti mhux użati, u tiddeċiedi dwar pagamenti addizzjonali sal-limiti tal-allokazzjoni proviżorja. Minħabba l-firxa tax-xokk ekonomiku mistenni, l-ammonti mhux użati mill-allokazzjoni proviżorja jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-Istati Membri li l-ammont totali aċċettat tagħhom jaqbeż l-allokazzjoni proviżorja rispettiva tagħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 16</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni u kontroll, jaħtru u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi responsabbli għall-ġestjoni tar-Riżerva kif ukoll dwar korp indipendenti tal-awditjar separat. Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-korpi u s-sistemi maħtura eżistenti stabbiliti għall-fini tal-ġestjoni u l-kontroll tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni jew tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi għall-korpi maħtura.

(16) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni u kontroll, jaħtru u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi responsabbli għall-ġestjoni tar-Riżerva kif ukoll dwar korp indipendenti tal-awditjar separat. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu użu mis-sistemi eżistenti u jenħtieġ li jiddelegaw il-kompiti lill-korpi maħtura inklużi dawk fil-livelli reġjonali u lokali, stabbiliti għall-fini tal-ġestjoni u l-kontroll tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni jew tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi għall-korpi maħtura. Meta jinħolqu korpi ġodda mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tivvaluta jekk jipprovdux biżżejjed protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura approċċ ta' awditjar konsistenti u komparabbli fl-Istati Membri kollha.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 17</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9514, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193916, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew li ntużaw b'mod mhux korrett u, fejn ikun xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrativi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(17) F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9514, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193916 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew li ntużaw b'mod mhux korrett u fejn ikun xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrativi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

_________________

_________________

14 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

14 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

17 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

17 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

18 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

18 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 18</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Jenħtieġ li l-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni mir-Riżerva u jinfurmaw lill-pubbliku kif xieraq peress li l-attivitajiet ta' trasparenza, komunikazzjoni u viżibbiltà huma essenzjali biex l-azzjoni tal-Unjoni ssir viżibbli fuq il-post. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni preċiża u aġġornata.

(18) Jenħtieġ li l-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni mir-Riżerva u jinfurmaw lill-pubbliku u lir-riċevituri b'mod partikolari kif xieraq peress li l-attivitajiet ta' trasparenza, komunikazzjoni u viżibbiltà huma essenzjali biex l-azzjoni tal-Unjoni ssir viżibbli fuq il-post. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni preċiża u aġġornata.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 19</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi rapport finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Riżerva.

(19) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi rapport finali indipendenti li jinkludi analiżi għal kull Stat Membru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Riżerva. Ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari jekk ir-riżorsi ntużawx b'mod effettiv u effiċjenti u pprovdewx valur miżjud tal-UE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tirrapporta wkoll sa liema punt il-miżuri tal-Istati Membri taffew il-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq l-Istati Membri, ir-reġjuni, il-komunitajiet lokali, is-setturi, in-negozji, inklużi l-SMEs, u fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>20</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "perjodu ta' referenza" tfisser il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 63(5), il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, li għandu jkun mill-1 ta' Lulju 2020 sal-31 ta' Diċembru 2022;

(1) "perjodu ta' referenza" tfisser il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 63(5), il-punt (a), tar-Regolament Finanzjarju, li għandu jkun mill-1 ta' Jannar 2020 sal-31 ta' Diċembru 2023;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>21</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 − paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Riżerva għandha tipprovdi appoġġ biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fis-setturi, b'mod partikolari dawk li huma l-aktar milquta minn dak il-ħruġ, u biex jittaffa l-impatt relatat fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

Ir-Riżerva għandha tipprovdi appoġġ biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fl-Istati Membri, fir-reġjuni, fil-komunitajiet lokali, fis-setturi, fl-organizzazzjonijiet, fin-negozji, speċjalment l-SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi u għall-ħaddiema, b'mod partikolari dawk li huma l-aktar milquta minn dak il-ħruġ, u biex jittaffa l-impatt relatat fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>22</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ mir-Riżerva .

1. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ mir-Riżerva . L-Istati Membri għandhom jallokaw tali appoġġ primarjament lir-reġjuni l-aktar milquta.

2.  Ir-riżorsi massimi għar-Riżerva għandhom ikunu ta' EUR 5 370 994 000 fi prezzijiet attwali.

2.  Ir-riżorsi massimi għar-Riżerva għandhom ikunu ta' 5 000 000 000 skont il-prezzijiet tal-2018.

3. Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati kif ġej:

3. Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati b'mod proviżorju skont il-metodu stabbilit fl-Anness I. Għandhom ikunu disponibbli kif ġej:

(a) ammont ta' prefinanzjament ta' EUR 4 244 832 000 għandu jkun disponibbli fl-2021 f'konformità mal-Artikolu 8;

(a) ammont ta' prefinanzjament ta' EUR 4 000 000 000 skont il-prezzijiet tal-2018 għandu jkun disponibbli u mħallas fi tliet pagamenti mill-2021 sal-2023 f'konformità mal-Artikolu 8 u jkun maqsum kif ġej:

(i)  EUR 1 600 000 000 skont il-prezzijiet tal-2018 fl-2021;

(ii)  EUR 1 200 000 000 skont il-prezzijiet tal-2018 fl-2022;

(iii)  EUR 1 200 000 000 skont il-prezzijiet tal-2018 fl-2023;

(b) ammonti addizzjonali ta' EUR 1 126 162 000 għandhom ikunu disponibbli fl-2024 f'konformità mal-Artikolu 11.

(b) ammonti addizzjonali ta' EUR 1 000 000 000 skont il-prezzijiet tal-2018 għandhom ikunu disponibbli fl-2025 f'konformità mal-Artikolu 11.

L-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jitqiesu bħala prefinanzjament fis-sens tal-Artikolu 115(2), il-punt (b)(i), tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jitqiesu bħala prefinanzjament fis-sens tal-Artikolu 115(2), il-punt (b)(i), tar-Regolament Finanzjarju.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>23</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandha tappoġġa biss in-nefqa pubblika marbuta direttament ma' miżuri meħuda speċifikament mill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, u tista' tkopri, b'mod partikolari dan li ġej:

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandha tappoġġa biss in-nefqa pubblika marbuta direttament ma' miżuri meħuda speċifikament mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali, biex jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, u tista' tkopri, b'mod partikolari dan li ġej:

(a) miżuri li jgħinu n-negozji u l-komunitajiet lokali milquta ħażin mill-ħruġ;

(a) miżuri li jappoġġaw u jgħinu lin-negozji, b'mod partikolari lill-SMEs inkluż intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, lill-ħaddiema u l-komunitajiet lokali milquta ħażin mill-ħruġ, b'mod partikolari r-reġjuni l-aktar milquta;

(b) miżuri li jappoġġaw l-aktar setturi ekonomiċi milquta;

(b) miżuri li jappoġġaw l-aktar setturi ekonomiċi milquta, u lil dawk impjegati magħhom;

(c) miżuri li jappoġġaw in-negozji u l-komunitajiet lokali dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit;

(c) miżuri li jappoġġjaw in-negozji, speċjalment l-SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi, il-ħaddiema u l-komunitajiet lokali li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit, b'mod partikolari dawk li ma jistgħux jirrilokaw l-attivitajiet tagħhom f'ilmijiet differenti;

(ca) miżuri li jappoġġaw lis-sajjieda u lill-operaturi għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd kif definit fi [ir-Regolament (UE) Nru XX/20XX (ir-Regolament FEMSA)] u l-kumpens għall-operaturi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż l-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, għad-dħul tagħhom mitluf jew spejjeż addizzjonali minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u l-aċċess dejjem jonqos għall-ilmijiet tar-Renju Unit;

(d) miżuri li jappoġġaw l-impjiegi, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, taħriġ mill-ġdid u taħriġ fis-setturi milquta;

(d) miżuri li jappoġġaw l-impjiegi, l-inklużjoni u l-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment f'dawk ir-reġjuni u l-komunitajiet lokali l-aktar milquta, bil-għan li jiġu żgurati impjiegi ta' kwalità, inkluż permezz ta' skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet u taħriġ fis-setturi milquta, inkluż is-settur tat-turiżmu;

(e) miżuri li jiżguraw il-funzjonament tal-kontrolli tal-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, tas-sigurtà u tas-sajd, kif ukoll il-ġbir ta' tassazzjoni indiretta inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali;

(e) miżuri li jiżguraw il-funzjonament tal-kontrolli tal-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, tas-sigurtà u tas-sajd, kif ukoll il-ġbir ta' tassazzjoni indiretta inkluż persunal, taħriġ u infrastruttura addizzjonali;

(f) miżuri biex jiffaċilitaw ir-reġimi għaċ-ċertifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti, biex jassistu fl-ilħuq tar-rekwiżiti ta' stabbiliment, biex jiffaċilitaw it-tikkettar u l-immarkar, pereżempju għal standards tas-sikurezza, tas-saħħa u ambjentali, kif ukoll biex jassistu fir-rikonoxximent reċiproku;

(f) miżuri biex jiffaċilitaw ir-reġimi għaċ-ċertifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti, biex jassistu fl-ilħuq tar-rekwiżiti ta' stabbiliment, biex jiffaċilitaw it-tikkettar u l-immarkar, pereżempju għal standards tas-sikurezza, tas-saħħa u ambjentali u soċjali, kif ukoll biex jassistu fir-rikonoxximent reċiproku, inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali;

(fa) miżuri mfassla biex jappoġġaw l-integrazzjoni mill-ġdid taċ-ċittadini tal-Unjoni li jitilqu mir-Renju Unit, bħall-assistenza u l-gwida;

(g) miżuri għall-komunikazzjoni, l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u n-negozji dwar il-bidliet li jirriżultaw mill-ħruġ fuq id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

(g) miżuri għall-komunikazzjoni, konsulenza ġuridika, l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u n-negozji dwar il-bidliet li jirriżultaw mill-ħruġ fuq id-drittijiet u l-obbligi tagħhom;

(ga) Assistenza teknika għall-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Riżerva,

sa massimu ta' 2.5 % tal-allokazzjoni ta' Stat Membru għall-Istati Membri b'allokazzjoni ta' anqas minn EUR 30 miljun,

sa massimu ta' EUR 750 000 għall-Istati Membri b'allokazzjoni ta' bejn EUR 30 miljun u EUR 50 miljun,

sa massimu ta' 1.5 % tal-allokazzjoni ta' Stat Membru għall-Istati Membri b'allokazzjoni ta' aktar minn EUR 50 miljun.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>24</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-nefqa għandha tkun eliġibbli jekk issir u titħallas matul il-perjodu ta' referenza għall-miżuri mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat jew għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

2. In-nefqa għandha tkun eliġibbli jekk issir u titħallas, kemm fil-livelli tal-korpi maħtura kif ukoll tar-riċevituri finali, matul il-perjodu ta' referenza għall-miżuri mwettqa fl-Istat Membru u r-reġjun kkonċernat jew għall-benefiċċju tal-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>25</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jfasslu l-miżuri ta' appoġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-impatt varjat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq reġjuni u komunitajiet lokali differenti u jiffukaw l-appoġġ mir-Riżerva fuq dawk l-aktar milquta, kif xieraq.

3. Meta jfasslu l-miżuri ta' appoġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-impatt varjat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq reġjuni u komunitajiet lokali differenti u jiffukaw l-appoġġ mir-Riżerva fuq dawk l-aktar milquta, kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jinvolvu ruħhom f'konsultazzjonijiet sinifikanti, inklużivi u aċċessibbli mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi s-sħab soċjali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>26</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 6</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Riżerva ma għandhiex tappoġġa:

Ir-Riżerva ma għandhiex tappoġġa:

(a) it-taxxa fuq il-valur miżjud;

(a) it-taxxa fuq il-valur miżjud;

(b) l-assistenza teknika għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, ir-riżoluzzjoni tal-ilmenti, u l-kontroll u l-awditjar tar-Riżerva;

(c) nefqa li tappoġġa r-rilokazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(6);

(c) nefqa li tappoġġa r-rilokazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(6);

(d) nefqa li tappoġġa r-rilokazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14(16) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014, meta kontribuzzjoni mir-Riżerva tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(d) nefqa li tappoġġa r-rilokazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14(16) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014, meta kontribuzzjoni mir-Riżerva tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

(da) miżuri li jappoġġaw dawk il-partijiet tas-settur finanzjarju u bankarju li huma affettwati b'mod pożittiv mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

(db) miżuri li ma jirrispettawx l-objettivi ambjentali tal-Unjoni, il-Ftehim ta' Pariġi, il-"prinċipju tagħmilx ħsara" kif stabbilit fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jew l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>27</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mir-Riżerva biex jimplimentaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 biex jipprovdu forom ta' appoġġ li ma jitħallsux lura. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta' rimborż tal-ispejjeż eliġibbli effettivament imġarrbin u mħallsin mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri.

2. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mir-Riżerva biex jimplimentaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 5 biex jipprovdu forom ta' appoġġ li ma jitħallsux lura. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta' rimborż tal-ispejjeż eliġibbli effettivament imġarrbin u mħallsin mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-miżuri, kemm fil-livelli tal-korpi maħtura kif ukoll tar-riċevituri finali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>28</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 5</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. B'deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament mhux użati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2025. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jiġu kkonsmati l-ewwel fis-sena finanzjarja ta' wara.

5. B'deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament mhux użati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2026. L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jiġu kkonsmati l-ewwel fis-sena finanzjarja ta' wara.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>29</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kriterji ta' allokazzjoni għall-prefinanzjament li jrid jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istati Membri huma stabbiliti fl-Anness I.

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>30</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 3</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-prefinanzjament fi żmien 60 jum mid-data tal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dan għandu jiġi likwidat f'konformità mal-Artikolu 11.

3. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-pagament tal-2021 tal-prefinanzjament fi żmien30 jum mid-data tal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Il-pagamenti tal-2022 u l-2023 tal-prefinanzjament għandhom jitħallsu f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni. Il-prefinanzjament għandu jiġi likwidat f'konformità mal-Artikolu 11.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>31</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 9 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva sat-30 ta' Settembru 2023. Il-Kummissjoni għandha teżamina din l-applikazzjoni u tistabbilixxi jekk ikunux dovuti ammonti addizzjonali lill-Istati Membri jew jekk hemmx xi ammonti li jenħtieġ li jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 11.

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva sat-30 ta' Settembru 2024. Il-Kummissjoni għandha teżamina din l-applikazzjoni u tistabbilixxi jekk ikunux dovuti ammonti addizzjonali lill-Istati Membri jew jekk hemmx xi ammonti li jenħtieġ li jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 11.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>32</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 9 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta Stat Membru ma jippreżentax applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva sal-30 ta' Settembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament lil dak l-Istat Membru.

2. Meta Stat Membru ma jippreżentax applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva sal-30 ta' Settembru 2024, il-Kummissjoni għandha tirkupra l-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament lil dak l-Istat Membru.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>33</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 10 – paragrafu 1</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-mudell stabbilit fl-Anness II. L-applikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nefqa pubblika totali mġarrba u mħallsa mill-Istati Membri u l-valuri tal-indikaturi tal-output għall-miżuri appoġġati. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u minn rapport ta' implimentazzjoni.

1. L-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-mudell stabbilit fl-Anness II. L-applikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nefqa pubblika totali mġarrba u mħallsa mill-Istati Membri, diżaggregata skont ir-reġjun NUTS 2 li fih tkun iġġarrbet in-nefqa, u l-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati u, meta jkun fattibbli, l-indikaturi tal-impatt għall-miżuri appoġġati. Għal kull indikatur l-applikant għandu jassenja, fejn xieraq, sett ta' miri biex ikejjel l-effettività tan-nefqa. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u minn rapport ta' implimentazzjoni li jinkludi ġustifikazzjoni tad-distribuzzjoni tal-infiq bejn ir-reġjuni NUTS 2 li juru li l-appoġġ ġie primarjament allokat għar-reġjuni l-aktar milquta, fejn rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-applikazzjonijiet u d-dokumenti li jakkumpanjawhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>34</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 10 – paragrafu 2</Article>

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport ta' implimentazzjoni għar-Riżerva għandu jinkludi:

2. Ir-rapport ta' implimentazzjoni għar-Riżerva għandu jinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f'termini ekonomiċi u soċjali inkluża identifikazzjoni tar-reġjuni, l-oqsma u s-setturi l-aktar milqutin;

(a) deskrizzjoni tal-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali speċjalment dwar l-impjieg, inkluża identifikazzjoni tar-reġjuni, l-oqsma, is-setturi u l-ħaddiema l-aktar milqutin;

(b) deskrizzjoni tal-miżuri meħudin biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, ta' kemm dawk il-miżuri taffew l-impatt reġjonali u settorjali msemmi fil-punt (a), u kif ġew implimentati;

(b) deskrizzjoni tal-miżuri meħudin biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, dwar kemm dawk il-miżuri taffew l-impatt reġjonali, lokali u settorjali msemmi fil-punt (a), u dwar kif ġew implimentati, kif ukoll deskrizzjoni dwar jekk il-miżuri ħolqux impjiegi ta' kwalità għolja f'dawk ir-reġjuni u komunitajiet lokali partikolarment affettwati;

(c)