RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

7.6.2021 - (07234/1/2021 – C9-0196/2021 – 2018/0258(COD)) - ***II

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Jiří Pospíšil

Proċedura : 2018/0258(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0196/2021
Testi mressqa :
A9-0196/2021
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

(07234/1/2021 – C9-0196/2021 – 2018/0258(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (07234/1/2021 – C9-0196/2021),

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018[1],

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0474),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0196/2021),

1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Fis-16 ta' April 2019, il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

 

In-negozjati interistituzzjonali bdew mal-Parlament li kien għadu kemm ġie elett fis-26 ta' Novembru 2019 bl-ewwel trilogu politiku informali u bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari. Dawn ġew konklużi b'suċċess fis-16 ta' Marzu 2021. It-test li ntlaħaq ftehim proviżorju dwaru ġie kkonfermat mill-COREPER fil-31 ta' Marzu 2021 u ġie approvat mill-Kumitat IMCO fl-14 ta' April 2021.

 

Peress li l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari adottata fis-27 ta' Mejju 2021 tirrifletti għalkollox il-ftehim milħuq fl-istadju bikri tat-tieni qari tan-negozjati interistituzzjonali, ir-rapporteur jirrakkomanda li tiġi approvata mill-Parlament Ewropew mingħajr emendi, sabiex ir-regolament ikun jista' jiġi adottat malajr u jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-istrument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

Referenzi

07234/1/2021 – C9-0196/2021 – 2018/0258(COD)

Data tal-ewwel qari tal-PE – Numru P

16.4.2019 T8-0384/2019

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2018)0474 - C8-0273/2018

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

 

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Jiří Pospíšil

19.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

17.3.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.6.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alex Agius Saliba, Andrus Ansip, Pablo Arias Echeverría, Alessandra Basso, Brando Benifei, Adam Bielan, Hynek Blaško, Biljana Borzan, Vlad-Marius Botoş, Markus Buchheit, Andrea Caroppo, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, David Cormand, Carlo Fidanza, Evelyne Gebhardt, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Svenja Hahn, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Jean-Lin Lacapelle, Maria-Manuel Leitão-Marques, Morten Løkkegaard, Adriana Maldonado López, Antonius Manders, Beata Mazurek, Leszek Miller, Anne-Sophie Pelletier, Miroslav Radačovský, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Tom Vandenkendelaere, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Salvatore De Meo, Claude Gruffat

Data tat-tressiq

7.6.2021

 

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ECR

Adam Bielan, Carlo Fidanza, Beata Mazurek

ID

Alessandra Basso, Hynek Blaško, Markus Buchheit, Virginie Joron, Jean-Lin Lacapelle

NI

Miroslav Radačovský

PPE

Pablo Arias Echeverría, Andrea Caroppo, Deirdre Clune, Salvatore De Meo, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Tom Vandenkendelaere, Marion Walsmann

Renew

Andrus Ansip, Vlad-Marius Botoş,Dita Charanzová, Sandro Gozi, Svenja Hahn, Morten Løkkegaard, Marco Zullo

S&D

Alex Agius Saliba, Brando Benifei, Biljana Borzan, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, Christel Schaldemose

The Left

Kateřina Konečná, Anne-Sophie Pelletier

Verts/ALE

Anna Cavazzini, David Cormand, Alexandra Geese, Claude Gruffat, Kim Van Sparrentak

 

0

-

 

 

 

1

0

ECR

Eugen Jurzyca

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Ġunju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza