RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża

21.6.2021 - 05950/1/2021 – C9-0198/2021 – 2018/0152A(COD)) - ***II

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Paulo Rangel


Proċedura : 2018/0152A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0207/2021
Testi mressqa :
A9-0207/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża

(05950/1/2021 – C9-0198/2021 – 2018/0152A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05950/1/2021 – C9-0198/2021),

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018[1],

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0302),

_ wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-25 ta' Settembru 2020 li tawtorizza lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern li jaqsam il-proposta leġiżlattiva u li jipproċedi fuq dik il-bażi,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 67 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0207/2021),

1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fis-16 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex tiġi aġġornata l-VIS. Il-Kumitat LIBE adotta l-abbozz ta' rapport tiegħu fl-4 ta' Frar 2019 u fit-13 ta' Marzu 2019 il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

 

In-negozjati interistituzzjonali bdew mal-Parlament elett il-ġdid f'Settembru 2019 bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari. Matul dawn in-negozjati, iż-żewġ koleġislaturi qablu wkoll li jindirizzaw ukoll il-bidliet f'sistemi oħra ta' informazzjoni, li jirriżultaw mill-funzjonament il-ġdid tal-VIS (l-hekk imsejħa "emendi konsegwenzjali"), li wasslu għall-qsim tal-atti leġiżlattivi. Dawn ġew konklużi b'suċċess fit-8 ta' Diċembru 2020. Fis-27 ta' Jannar 2021, il-Kumitat LIBE vvota u approva t-test maqbul matul in-negozjati interistituzzjonali.

 

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari adottata fis-27 ta' Mejju 2021 tirrifletti b'mod sħiħ il-ftehim milħuq fl-istadju bikri tat-tieni qari tan-negozjati interistituzzjonali, ir-rapporteur jirrakkomanda li tiġi approvata mill-Parlament Ewropew mingħajr emendi, sabiex ir-regolament ikun jista' jiġi adottat malajr u jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI ĠURIDIKA

Is-Sur Juan Fernando López Aguilar

Il-President

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (COM(2018)0302 – C8-0185/2018 – 2018/0152A(COD))

Sur President,

Bl-ittra tal-1 ta' Frar 2021[3], inti kkonsultajt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 40 tar-Regoli ta' Proċedura, biex jeżamina x-xerqien tal-bażi ġuridika tal-proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (2018/0152A(COD)) issuġġerita matul in-negozjati interistituzzjonali.

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Marzu 2021.

I - Kuntest

Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) hija s-soluzzjoni teknoloġika għall-iskambju ta' data dwar il-viżi bejn l-Istati Membri. Din tiffaċilita l-proċedura tal-viżi għal soġġorn qasir u tgħin lill-awtoritajiet tal-viżi, tal-fruntieri, tal-ażil u tal-migrazzjoni biex jiċċekkjaw malajr u b'mod effettiv l-informazzjoni neċessarja dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn l-UE. Is-sistema twettaq tqabbil bijometriku, primarjament tal-marki tas-swaba', għal skopijiet ta' identifikazzjoni u verifikazzjoni. il-VIS hija stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE[4]. L-għan, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tagħha huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 767/2008[5].

Fis-16 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat proposta leġiżlattiva biex temenda r-Regolament VIS u atti leġiżlattivi oħra tal-UE[6]. Il-proposta tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e), l-Artikolu 78(2)(d), (e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tat-TFUE.

Matul in-negozjati interistituzzjonali, il-Kunsill issuġġerixxa li tiġi modifikata l-bażi ġuridika proposta oriġinarjament mill-Kummissjoni, biex tirrifletti aħjar l-eżitu tan-negozjati, u b'hekk inaqqasha għal tnejn, jiġifieri l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e), u l-Artikolu 87(2)(a) tat-TFUE. It-test maqbul b'mod proviżorju mill-koleġiżlaturi jiddependi fuq dawn l-Artikoli.

II - L-Artikoli rilevanti tat-Trattat

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma fformulati kif ġej:

 

Artikolu 16

(ex Artikolu 286 TKE)

 

[...]

 

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, kif ukoll mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u mal-moviment liberu ta' din id-data.  Il-ħarsien ta' dawn ir-regoli għandu jkun suġġett għall-kontroll minn awtoritajiet indipendenti.

 

[...]

 

KAPITOLU 2

POLITIKA DWAR KONTROLLI FIL-FRUNTIERI, L-AŻIL U L-IMMIGRAZZJONI

 

Artikolu 77

(ex Artikolu 62 TKE)

 

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika bil-għan li:

 

(a) tassigura li ma jkun hemm l-ebda kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu

l-fruntieri interni;

 

(b) tassigura li jsiru kontrolli fuq persuni u sorveljanza effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni;

 

(c) iddaħħal b'mod gradwali sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni.

 

2. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar:

 

(a) il-politika komuni dwar viżi u permessi oħra ta' residenza għal permanenza qasira;

 

(b) il-kontrolli li huma suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni;

 

[...]

 

(d) kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta' sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni;

 

(e) in-nuqqas ta' kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri

interni.

 

[...]

 

Artikolu 78

(ex Artikoli 63, punti 1 u 2, u 64(2) tat-TKE)

 

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja bil-għan li toffri status xieraq lil kull ċittadin ta' pajjiż terz li jeħtieġ protezzjoni internazzjonali u bil-għan li tassigura l-ħarsien tal-prinċipju ta' non-refoulement. Din il-politika trid tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u mal-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-refuġjati, kif ukoll ma' trattati oħra rilevanti.

 

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar sistema komuni Ewropea ta' ażil li tinkludi:

 

[...]

 

(d) proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus uniformi ta' ażil jew ta' protezzjoni sussidjarja;

 

(e) kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jikkunsidra applikazzjoni għal ażil jew għal protezzjoni sussidjarja;

 

[...]

 

(g) sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-amministrazzjoni tal-flussi ta' persuni li japplikaw għal ażil jew għal protezzjoni sussidjarja jew temporanja.

 

[...]

 

Artikolu 79

(ex Artikolu 63, punti 3 u 4, TKE)

 

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta' immigrazzjoni maħsuba biex tassigura, fl-istadji kollha, l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda b'saħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

 

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri fl-oqsma li ġejjin:

 

[...]

 

(c) l-immigrazzjoni illegali u r-residenza mhux awtorizzata, inkluża t-tkeċċija u r-ripatrijazzjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni;

 

(d) il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u t-tfal.

 

[...]

 

KAPITOLU 5

KOOPERAZZJONI TAL-PULIZIJA

 

Artikolu 87

(ex Artikolu 30 tat-TUE)

 

1. L-Unjoni għandha tistabbilixxi koperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri, inkluża l-pulizija, is-servizzi tad-dwana u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi speċjalizzati fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati kriminali.

 

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri dwar:

 

(a) il-ġabra, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti;

 

[...]

Artikolu 88

(ex Artikolu 30 tat-TUE)

 

1. Il-missjoni tal-Europol għandha tkun li tappoġġja u ssaħħaħ azzjoni tal-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri kif ukoll il-koperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni.

 

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jiddeterminaw l-istruttura, il-funzjonament, il-qasam tal-azzjoni u l-kompiti tal-Europol. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu:

 

(a) il-ġabra, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni mgħoddi partikolarment mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi jew korpi terzi;

 

[...]

III - Ġurisprudenza tal-QĠUE dwar l-għażla tal-bażi ġuridika

Il-Qorti tal-Ġustizzja tradizzjonalment qieset il-kwistjoni tal-bażi ġuridika xierqa bħala kwistjoni ta' importanza kostituzzjonali, li tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju tas-setgħat konferiti (l-Artikolu 5 TUE) u tiddetermina n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-Unjoni.[7] Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, "l-għażla tal-bażi legali ta' att Komunitarju għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att".[8] Għaldaqstant, l-għażla tal-bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika l-annullament tal-att ikkonċernat. F'dan il-kuntest, ix-xewqa ta' istituzzjoni li tipparteċipa b'mod aktar attiv fl-adozzjoni ta' att partikolari, iċ-ċirkostanzi li fihom l-att ikun ġie adottat, kif ukoll il-ħidma li tkun saret f'aspetti oħra fl-ambitu tal-azzjoni koperta minn att partikolari huma irrilevanti għall-identifikazzjoni tal-bażi ġuridika korretta.[9]

Jekk l-eżami ta' att juri li huwa jsegwi għan doppju jew li għandu żewġ komponenti u jekk wieħed minnhom jista' jiġi identifikat bħala prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor ikun biss sekondarju, dan l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi ġuridika waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti.[10] B'mod eċċezzjonali, fejn miżura jkollha diversi objettivi jew komponenti kontemporanji, li jkunu marbuta b'mod inseparabbli, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett meta mqabbel mal-ieħor/oħrajn, tali att għandu jkun ibbażat fuq id-diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti[11]. Madankollu, dan ikun possibbli biss jekk il-proċeduri stabbiliti għall-bażijiet ġuridiċi rispettivi ma jkunux inkompatibbli ma' xulxin u ma jdgħajfux id-dritt tal-Parlament Ewropew[12]. Barra minn hekk, il-miżura magħżula għandha tikkonforma mat-tip tal-att leġiżlattiv preskritt meta speċifikat fit-Trattat.

IV – Għan u kontenut tal-miżura proposta

Il-premessa 2 tal-proposta tiddikjara li: "L-objettivi ġenerali tal-VIS huma li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża, il-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex: tiffaċilita l-proċedura tal-applikazzjoni għal viża; tipprevjeni l-"visa shopping"; tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi tal-identità; tiffaċilita l-kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fit-territorju tal-Istati Membri; tgħin fl-identifikazzjoni ta' kull persuna li jista' jkun ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju tal-Istati Membri; tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà interna ta' kwalunkwe mill-Istati Membri".

Fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta, il-Kummissjoni tfassal lista ta' objettivi tal-proposta, u tibda bl-objettivi speċifiċi tal-proposta, jiġifieri: "(1) tiffaċilita l-proċedura tal-applikazzjoni għal viża; (2) tiffaċilita u ssaħħaħ il-kontrolli mal-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fit-territorju tal-Istati Membri; (3) ittejjeb is-sigurtà interna taż-żona ta' Schengen billi tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom viżi għal soġġorn twil u permessi ta' residenza.

Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn it-tliet objettivi msemmija hawn fuq u objettivi oħra meqjusa bħala "objettivi anċillari": "(4) tiffaċilita l-verifiki tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, fit-territorju ta' Stat Membru, mill-awtoritajiet tal-migrazzjoni u tal-infurzar tal-liġi; (5) tagħmilha aktar faċli li jiġu identifikati persuni neqsin; (6) tgħin fil-proċess tal-identifikazzjoni u r-ritorn ta' kwalunkwe persuna li jista' jkun ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fl-Istati Membri; (7) tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jaċċessaw data ta' applikanti għal u detenturi ta' viżi għal soġġorn qasir (li diġà huwa possibbli taħt ir-regoli kurrenti), u biex dan l-aċċess jiġi estiż għal detenturi ta' viżi għal soġġorn twil u permessi ta' residenza, fejn meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' kriminalità serja u terroriżmu, filwaqt li jiġu żgurati standards għoljin tal-protezzjoni u l-privatezza tad-data; (8) tiġbor statistika b'appoġġ għal tfassil ta' politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni Ewropea bbażata fuq l-evidenza".

Il-proposta temenda u tħassar għadd ta' atti, li l-lista tagħhom ġiet modifikata matul in-negozjati interistituzzjonali. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li temenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 (li jistabbilixxi l-għan, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tal-VIS), ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 (il- "Kodiċi dwar il-Viżi" li jistabbilixxi r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi fil-VIS[13]), ir-Regolament (UE) 2017/2226 (li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)), ir-Regolament (UE) 2016/399 (il-"Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen"), ir-"Regolament dwar l-Interoperabilità"[14] futur, u d-Deċiżjoni 2004/512/KE (li tistabbilixxi l-VIS). Hija għandha l-għan ukoll li tħassar d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol jistgħu jiksbu aċċess biex jikkonsultaw il-VIS għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. Insegwitu tan-negozjati interistituzzjonali, it-test maqbul b'mod proviżorju jemenda wkoll ir-Regolament (UE) 2018/1240, ir-Regolament (UE) 2018/1860, ir-Regolament (UE) 2018/1861 u r-Regolament (UE) 2019/1896 u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE.

Fir-rigward tal-kontenut prinċipali tagħha, il-proposta tintroduċi dispożizzjonijiet li jtejbu s-sistemi tal-IT, l-arkitettura tad-data u l-iskambju ta' informazzjoni kif ukoll l-interoperabbiltà tal-VIS ma' sistemi oħra tal-UE. Din taġġorna komponenti tekniċi oħra tal-VIS, inkluż il-ġbir ta' identifikaturi bijometriċi. Il-proposta tistabbilixxi proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta' residenza. Il-kontenut tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, li tistabbilixxi l-aċċess tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-Europol għall-VIS, huwa integrat fir-regolament propost.

V - Analiżi u determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

Il-Kumitat LIBE talab li jiġi eżaminat ix-xerqien tal-bażijiet ġuridiċi li fuqhom huwa bbażat it-test maqbul b'mod proviżorju bejn il-koleġiżlaturi, jiġifieri l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e) u l-Artikolu 87(2)(a).

Skont l-Artikolu 77(2), (a), (b), (d) u (e) tat-TFUE, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jadottaw miżuri dwar: (a) il-politika komuni dwar viżi u permessi oħra ta' residenza għal permanenza qasira; (b) il-kontrolli li huma suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni; (d) kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta' sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni; u (e) in-nuqqas ta' kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni.

Fid-dawl tat-tliet objettivi speċifiċi u tal-kontenut prinċipali tal-proposta, jidher li l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e) tat-TFUE, li jagħti l-kompetenza lill-Unjoni biex tadotta leġiżlazzjoni dwar il-viżi, il-kontrolli fil-fruntieri, il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u n-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni, huwa l-bażi ġuridika xierqa għall-proposta.

Għandu jiġi nnotat ukoll li l-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) (e) tat-TFUE huwa l-bażi ġuridika ewlenija għall-proposta.[15]

Skont il-ġurisdizzjoni tal-Qorti, jekk miżura jkollha għan doppju jew ikollha żewġ komponenti, fejn komponent wieħed ikun predominanti u l-ieħor ikun inċidentali, l-att irid ikun ibbażat fuq bażi ġuridika waħda. Meta wieħed iqis l-għan u l-kontenut prinċipali tal-proposta, id-dispożizzjonijiet l-oħra ġew indikati b'mod korrett bħala anċillari.

Madankollu, fid-dawl tal-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, li tistabbilixxi l-aċċess tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-Europol għall-VIS, ġiet mħassra u l-kontenut tagħha ġie integrat fir-Regolament VIS bħala Kapitolu IIIb ġdid "Proċeduri u kundizzjonijiet għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi", l-inklużjoni tal-Artikolu 87(2)(a) tat-TFUE dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija bl-involviment tal-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri bħala bażi ġuridika addizzjonali tidher ġustifikata.

VI – Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Matul il-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Marzu 2021, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda b'hekk, b' 20 vot favur , l-ebda vot kontra u tliet astensjonijiet[16], li jirrakkomanda lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern li l-bażi ġuridika xierqa għar-regolament propost hija l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e) tat-TFUE u l-Artikolu 87(2)(a) tat-TFUE. 

Dejjem tiegħek

Adrián VÁZQUEZ LÁZARA

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI

Referenzi

05950/1/2021 – C9-0198/2021 – 2018/0152A(COD)

Data tal-ewwel qari tal-PE – Numru P

13.3.2019 T8-0174/2019

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2018)0302 - C8-0185/2018

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

7.6.2021

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.6.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Paulo Rangel

4.9.2019

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Carlos Coelho

Bażi ġuridika kkontestata

 Data tal-opinjoni tal-Kumitat JURI

JURI

18.3.2021

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.9.2019

13.1.2020

16.6.2021

 

Data tal-adozzjoni

16.6.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

13

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Malik Azmani, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Nicolas Bay, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Clare Daly, Marcel de Graaff, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Andrzej Halicki, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Peter Kofod, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sara Skyttedal, Martin Sonneborn, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Dragoş Tudorache, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anne-Sophie Pelletier, Franco Roberti, Domènec Ruiz Devesa, Yana Toom

Data tat-tressiq

21.6.2021

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

54

+

ECR

Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Patryk Jaki, Assita Kanko, Nicola Procaccini, Jadwiga Wiśniewska

ID

Nicolas Bay, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Peter Kofod, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche

NI

Laura Ferrara, Milan Uhrík

PPE

Magdalena Adamowicz, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Lena Düpont, Andrzej Halicki, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Nuno Melo, Roberta Metsola, Nadine Morano, Emil Radev, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Sara Skyttedal, Tomas Tobé, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Javier Zarzalejos

Renew

Malik Azmani, Anna Júlia Donáth, Sophia in 't Veld, Moritz Körner, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Yana Toom, Dragoş Tudorache

S&D

Pietro Bartolo, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Marina Kaljurand, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Franco Roberti, Domènec Ruiz Devesa, Birgit Sippel, Bettina Vollath, Elena Yoncheva

13

-

ID

Marcel de Graaff

NI

Martin Sonneborn

The Left

Pernando Barrena Arza, Clare Daly, Cornelia Ernst, Anne-Sophie Pelletier

Verts/ALE

Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Damien Carême, Alice Kuhnke, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Tineke Strik

1

0

S&D

Katarina Barley

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Lulju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza