RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2020

28.6.2021 - (09904/2021 – C9-0232/2021 – 2021/0102(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Pierre Larrouturou

Proċedura : 2021/0102(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0218/2021
Testi mressqa :
A9-0218/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2020

(09904/2021 – C9-0232/2021 – 2021/0102(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru  1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020[2],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027[3] (ir-Regolament dwar il-QFP),

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda[4],

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/2053/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[5],

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2021 adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2015 (COM(2021)0270),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021, adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Ġunju 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (09904/2021 – C9-0232/2016),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0218/2021),

A. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit tal-2021 il-bilanċ favorevoli mis-sena finanzjarja 2020, li jammonta għal EUR 1 768 617 610;

B. billi l-komponenti ewlenin ta' dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta' EUR 1 647,3 miljun, u sottoinfiq fin-nefqa ta' EUR 121,3 miljun;

C. billi fuq in-naħa tad-dħul, is-surplus huwa xprunat b'mod predominanti minn ġbir ogħla milli mistenni ta' dazji doganali;

D. billi fuq in-naħa tan-nefqa, is-sottimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni tilħaq il-EUR 100,98 miljun għall-2020 (li minnhom EUR 61,7 miljun taħt l-Intestatura 5 - Amministazzjoni, attribwibbli għall-impatt tal-COVID-19 fuq il-missjonijiet, il-laqgħat, it-traineeships u r-reklutaġġi), u EUR 120,38 miljun is-sottimplimentazzjoni minn istituzzjonijiet oħra;

1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2020, għal ammont ta' EUR 1 768 617 610, skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-mezzi disponibbli kollha u l-flus mhux użati fil-baġit tal-Unjoni, inkluż is-surplus, għandhom jintużaw biex l-assistenza finanzjarja titqassam b'ħeffa lil dawk li ntlaqtu l-iktar mill-pandemija tal-COVID-19; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri biex jallokaw totalment it-tnaqqis mistenni fil-kontribuzzjonijiet bbażati fuq il-DNG tagħhom li joriġinaw mis-surplus tal-2020 lill-ibbaġitjar tal-azzjonijiet relatati mal-indirizzar tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u lill-irkupru u r-reżiljenza tal-Unjoni, biex jiżguraw l-allokazzjoni ottimali tal-fondi;

3. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.6.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Vlad Gheorghe, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petros Kokkalis

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

37

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Stefanuta, Nils Torvalds

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

The Left

Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis

Verts/ALE

Rasmus Andresen, David Cormand, Alexandra Geese, Francisco Guerreiro

 

2

-

ID

Joachim Kuhs, Hélène Laporte

 

1

0

 

 

NI

Mislav Kolakušić

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Lulju 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza