RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar
1.7.2021 - (COM(2020)0321 – C9-0216/2021 – 2020/0143(NLE)) - *
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Johan Van Overtveldt
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar
(COM(2020)0321 – C9-0216/2021 – 2020/0143(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0321),
wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-XXXX/2021),
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0228/2021),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/77/KE tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tamministra l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni b'tali mod li "jiżgura li jkun hemm fondi disponibbli meta u kif meħtieġ, waqt li xorta jiġġeneraw l-ogħla dħul possibbli, konsistenti maż-żamma ta' grad għoli ta' sigurtà u stabbilità fuq medda ta' żmien twil".
Il-Kummissjoni Ewropea tuża r-rendimenti tal-KEFA f’likwidazzjoni biex issostni proġetti ta’ riċerka fis-setturi tal-azzar u tal-faħam. Fl-aħħar snin, madankollu, b’riżultat tat-tnaqqis sekulari fir-rendimenti tas-swieq finanzjarji, bdiet tinħoloq pressjoni fuq l-abbiltà tal-portafoll li jiġġenera rendimenti suffiċjenti biex jiffinanzja programm sinifikanti ta’ riċerka.
Din il-proposta għandha l-għan li tagħmel il-portafoll tal-KEFA aktar reżiljenti meta jiltaqa’ ma’ sfidi bħal dawn, billi jwessa’ l-ambitu għal investiment fi klassijiet tal-assi oħra u billi jintużaw tekniki tal-investiment oħra għall-protezzjoni tal-portafoll minn dipendenza esklużiva fuq titoli b’introjtu fiss.
Din il-proposta tippreżenta żewġ bidliet ewlenin:
F’konformità mal-proposta għal emenda tad-Deċiżjoni 2003/76/KE għandu jkun possibbli li r-riżorsi tal-portafoll jinbiegħu fejn meħtieġ biex ikunu permessi pagamenti relatati ma’ allokazzjoni annwali ta’ EUR [111-il miljun] sal-2027. Skont il-kundizzjonijiet tal-investiment u l-evoluzzjoni tad-daqs tal-portafoll, dan se jwassal għal tnaqqis gradwali tal-volum tal-assi mmaniġġjati;
Li jiġu ddiversifikati l-investimenti eliġibbli fil-portafoll biex tissaħħaħ il-prestazzjoni tiegħu fir-rigward tar-riskju / rendiment. Qed jiġi propost li jiġi estiż l-univers tal-assi eliġibbli biex jitjiebu r-rendimenti mistennija għal livell partikolari ta’ riskju. Tradizzjonalment, l-assi tal-KEFA ġew investiti b’mod predominanti f’dejn sovran u supranazzjonali denominat fl-euro. Dan l-univers tal-investiment dejjem ippermetta li jinkisbu rendimenti pożittivi, filwaqt li jżomm f’livell baxx ir-riskju tal-portafoll. Fl-aħħar snin, il-kundizzjonijiet ekonomiċi u tas-suq inbidlu b’modi li naqqsu b’mod durabbli l-opportunitajiet li jinkisbu rendimenti fuq l-investimenti f’dejn sovran u supranazzjonali. Jekk nagħtu ħarsa ’l quddiem, is-swieq finanzjarji b’mod ġenerali u s-swieq tal-bonds tal-euro b’mod partikolari se jibqgħu diffiċli minħabba rendimenti baxxi ħafna jew negattivi (partikolarment it-titoli minn emittenti bl-ogħla kwalità kreditizja) u tnaqqis fil-likwidità, dovut fost l-oħrajn għall-politika monetarja akkomodanti tal-BĊE u għall-programmi tiegħu tax-xiri tal-bonds. Żieda fir-rati tal-imgħax minn din il-bażi baxxa se twassal għal rivalwazzjoni ’l isfel tal-assi eżistenti, bir-riskju ta’ redditi baxxi ħafna jew negattivi sakemm ir-riinvestimenti b’redditi ogħla gradwalment jikkumpensaw għall-effett inizjali tar-rivalwazzjoni.
Il-Kummissjoni għamlitha ċara li t-tibdiliet ma jimplikaw ebda rikors awtomatiku għall-użu ta' dawk l-assi jew l-istrumenti. Minflok, id-Deċiżjoni tkun qiegħda sempliċiment tawtorizza lill-Kummissjoni biex twettaq tali investimenti meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu propizji u meta tali investimenti jkunu konformi mal-orizzont tal-investiment tal-portafoll, b’kont meħud tal-pagamenti sal-2027 b’rabta mal-allokazzjoni annwali. Il-Kummissjoni enfasizzat li se teżerċita prudenza u diliġenza dovuta fl-użu ta' dawn il-possibbiltajiet ikbar ta' investiment biex timmassimizza l-probabbiltà ta' riżultati pożittivi. Hija se tirrapporta fuq id-deċiżjoni li tuża dawn is-setgħat fir-rapporti annwali tagħha, fejn tispjega r-raġunijiet tal-estensjoni tal-univers tal-investiment u tirrapporta dwar ir-riżultati osservati, ladarba d-data tal-prestazzjoni tkun disponibbli.
Il-proposta ma toħloqx obbligazzjonijiet ġodda li għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali skont il-qafas finanzjarju pluriennali.
Ir-rapporteur jifhem il-ħsieb wara l-bidliet proposti. Skont l-aħħar informazzjoni li waslet, il-proposta ġiet ivvalutata b'mod pożittiv mill-Kunsill fejn ġew introdotti biss bidliet tekniċi minuri li ma jbiddlux il-proposta inizjali tal-Kummissjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tad-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f’likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar |
|||
Referenzi |
COM(2020)0321 – C9-0216/2020 – 2020/0143(NLE) |
|||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
3.8.2020 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 14.9.2020 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CONT 14.9.2020 |
ITRE 14.9.2020 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
CONT 17.9.2020 |
ITRE 10.9.2020 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Johan Van Overtveldt 3.9.2020 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
31.5.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
1.7.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 2 3 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Rasmus Andresen, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Vlad Gheorghe, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Silvia Modig, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Henrike Hahn, Adam Jarubas |
|||
Data tat-tressiq |
2.7.2021 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
34 |
+ |
ECR |
Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt |
ID |
Hélène Laporte |
NI |
Mislav Kolakušić |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Adam Jarubas, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig |
Renew |
Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds |
S&D |
Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs |
Verts/ALE |
Rasmus Andresen, David Cormand, Francisco Guerreiro, Henrike Hahn |
2 |
- |
ID |
Joachim Kuhs |
The Left |
Silvia Modig |
3 |
0 |
|
|
ID |
Anna Bonfrisco, Valentino Grant |
The Left |
Dimitrios Papadimoulis |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] Il-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 327).