RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija")
20.7.2021 - (08656/2021 – C9-0189/2021 – 2018/0244(CNS)) - *
Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Tomas Tobé
(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra-Ewropea, inkluż Greenland)
(08656/2021 – C9-0189/2021 – 2018/0244(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08656/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0189/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A9-0244/2021),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Fl-14 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni ressqet quddiem il-Kunsill proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (COM(2018)461 final). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ser tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-assoċjazzjoni tal-UE mal-PTEE, inkluż Greenland, għall-perjodu 2021-2027.
F'konformità mal-proċedura ta' konsultazzjoni, fil-31 ta' Jannar 2019 il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Aktar tard, il-fajl ġie sospiż fil-Kunsill fl-istennija tal-finalizzazzjoni tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-regolament li jistabbilixxi l-istrument ta' viċinat, ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u ta' kooperazzjoni internazzjonali - Ewropa Globali.
Mat-tkomplija tal-ħidma tiegħu dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill, il-Kunsill għamel għadd ta' bidliet u fil-21 ta' Mejju 2021 iddeċieda li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew għat-tieni darba.
Wara analiżi bir-reqqa, ir-rapporteur huwa tal-fehma li din il-verżjoni riveduta twieġeb għar-rakkomandazzjonijiet ewlenin ifformulati mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu adottata f'Jannar 2019 billi:
tinkludi referenza aktar estensiva għall-Aġenda 2030 u l-kisba tal-SDGs; tirrikonoxxi li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa huma vitali biex jintlaħqu l-SDGs;
tirrikonoxxi li l-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-PTEE jista' jittejjeb permezz tat-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-isferi kollha tal-kooperazzjoni;
tinkludi dispożizzjonijiet addizzjonali u lingwaġġ imsaħħaħ dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem inklużi d-drittijiet tan-nisa u t-tfal;
tinkoraġġixxi u tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-PTEE fil-programmi tal-Unjoni;
iżżid il-mira klimatika minn 20 % għal 25 % u tinkludi lingwaġġ aktar qawwi dwar il-protezzjoni tan-natura u l-ambjent;
tiddeskrivi b'aktar ċarezza l-oqsma differenti ta' kooperazzjoni li ġew proposti;
iżżid l-għadd ta' konsultazzjonijiet trilaterali annwali bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri relatati magħhom u l-PTEE;
tħeġġeġ, fejn rilevanti, lill-PTEE biex jesprimu l-fehmiet tagħhom fil-kuntest tat-tfassil u l-valutazzjoni tal-impatt tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE ma' pajjiżi terzi;
tiċċara d-destin tar-rimborżi mill-Faċilità ta' Investiment tal-PTEE ġestita mill-Bank Ewropew tal-Investiment.
Il-bidliet l-oħra jirrispondu għall-ħtieġa li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti artikoli, li jitqiesu l-pożizzjonijiet tal-UE fl-aġenda internazzjonali u li jkun hemm allinjament mad-diversi strumenti esterni għal raġunijiet ta' koerenza.
L-Anness II ta' dan l-abbozz ta' Deċiżjoni (dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) jikkorrispondi kważi fl-intier tiegħu għat-test tal-Anness VI tad-Deċiżjoni attwali dwar l-OCTs (id-Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea), li għaliha l-Parlament Ewropew ġie kkonsultat fl-2019 (2019/0162(CNS), bl-unika bidla ż-żieda tal-Artikolu 45(2)).
Meta jitqies li l-verżjoni riveduta tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill twieġeb għar-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Parlament Ewropew ifformulati fl-2019 u tinftiehem il-ħtieġa li jiġi evitat aktar dewmien fl-ipprogrammar tal-assistenza finanzjarja pprovduta lill-OCTs, il-President jipproponi li din il-proposta tiġi adottata mingħajr emendi, f'konformità mal-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (”Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) |
|||
Referenzi |
08656/2021 – C9-0189/2021 – COM(2018)0461 – C8-0379/2018 – 2018/0244(CNS) |
|||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
16.7.2018 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 7.6.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Tomas Tobé 14.6.2021 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
14.6.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
13.7.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
13.7.2021 |
|
|
|
Data tat-tressiq |
21.7.2021 |