RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa
22.7.2021 - (COM(2021)0087 – C9‑0166/2021 – 2021/0048(NLE)) - *
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Maria da Graça Carvalho
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa
(COM(2021)0087 – C9‑0166/2021 – 2021/0048(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0087),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0166/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0246/2021),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Sabiex jinkisbu l-akbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni u l-aktar kontribut effettiv għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni, ir-Regolament [XXXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 (ir-"Regolament dwar Orizzont Ewropa")] stabbilixxa l-politika u l-qafas legali għas-sħubijiet Ewropej ma' sħab tas-settur privat u/jew pubbliku. Is-sħubijiet Ewropej huma element ewlieni tal-approċċ ta' politika ta' Orizzont Ewropa. Dawn huma stabbiliti sabiex iwettqu l-prijoritajiet tal-Unjoni fil-mira ta' Orizzont Ewropa u jiżguraw impatt ċar għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha, li jista' jinkiseb b'mod aktar effettiv fi sħubija, permezz ta' viżjoni strateġika li tkun kondiviża u rrispettata mis-sħab, aktar milli mill-Unjoni waħedha. |
(1) Sabiex jinkisbu l-akbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Unjoni u l-aktar kontribut effettiv għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni, ir-Regolament [XXXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 (ir-"Regolament dwar Orizzont Ewropa")] stabbilixxa l-politika u l-qafas legali għas-sħubijiet Ewropej ma' sħab tas-settur privat u/jew pubbliku. Is-sħubijiet Ewropej huma element ewlieni tal-approċċ ta' politika ta' Orizzont Ewropa. Dawn huma stabbiliti sabiex iwettqu l-impenji u l-prijoritajiet tal-Unjoni fil-mira ta' Orizzont Ewropa u jiżguraw impatt ċar għall-UE u għaċ-ċittadini u għall-ambjent tagħha, li jista' jinkiseb b'mod aktar effettiv fi sħubija, permezz ta' viżjoni strateġika li tkun kondiviża u rrispettata mis-sħab, aktar milli mill-Unjoni waħedha. |
__________________ |
__________________ |
10 ĠU [….]. |
10 ĠU [….]. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) B'mod partikolari, is-sħubijiet Ewropej fil-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" ta' Orizzont Ewropa jaqdu rwol importanti fil-kisba tal-objettivi strateġiċi bħall-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjonijiet favur għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u Ewropa ekoloġika u diġitali u jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-irkupru mill-kriżi mingħajr preċedent relatata mal-COVID. Is-sħubijiet Ewropej jindirizzaw sfidi transfruntieri kumplessi li jeħtieġu approċċ integrat. Dawn jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati l-fallimenti fit-trasformazzjoni, sistemiċi u tas-suq deskritti fil-valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw dan ir-Regolament billi jgħaqqdu flimkien firxa wiesgħa ta' atturi tul il-ktajjen tal-valur u l-ekosistemi sabiex jaħdmu lejn viżjoni komuni u jsarrfuha fi pjanijiet direzzjonali konkreti u f'implimentazzjoni koordinata tal-attivitajiet. Barra minn hekk, dawn jippermettu li l-isforzi u r-riżorsi jiġu kkonċentrati fuq prijoritajiet komuni sabiex jiġu solvuti l-isfidi kumplessi. |
(2) B'mod partikolari, is-sħubijiet Ewropej fil-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" ta' Orizzont Ewropa jaqdu rwol importanti fil-kisba tal-objettivi strateġiċi bħall-aċċellerazzjoni tal-ilħuq tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-impenn tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi adottat fil-qafas tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima1a (il-"Ftehim ta' Pariġi") u t-tranżizzjonijiet favur Ewropa ekoloġika u diġitaliu jenħtieġ li jikkontribwixxu għal irkupru soċjalment, ekonomikament u ambjentalment reżiljenti mill-kriżi mingħajr preċedent relatata mal-COVID filwaqt li jsaħħu t-tmexxija industrijali Ewropea. Is-sħubijiet Ewropej jindirizzaw sfidi transfruntieri kumplessi li jeħtieġu approċċ integrat. Dawn jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati l-fallimenti fit-trasformazzjoni, sistemiċi u tas-suq deskritti fil-valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw dan ir-Regolament billi jgħaqqdu flimkien firxa wiesgħa ta' atturi tul il-ktajjen tal-valur u l-ekosistemi sabiex jaħdmu lejn viżjoni komuni u jsarrfuha fi pjanijiet direzzjonali konkreti u f'implimentazzjoni koordinata tal-attivitajiet. Barra minn hekk, dawn jippermettu li l-isforzi u r-riżorsi jiġu kkonċentrati fuq prijoritajiet komuni sabiex jiġu solvuti l-isfidi kumplessi għall-benefiċċju tas-soċjetà. |
|
___________ |
|
1a ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Sabiex tiġi ggarantita l-eċċellenza xjentifika, u f'konformità mal-Artikolu 13 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), jenħtieġ li tiġi żgurata l-libertà tar-riċerka xjentifika u jenħtieġ li jiġu promossi l-ogħla standards ta' integrità xjentifika. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) Huwa importanti li s-sħubijiet Ewropej kollha jirrispettaw il-prattiki etiċi u l-prinċipji etiċi fundamentali filwaqt li jaderixxu mal-istandards etiċi stabbiliti fil-kodiċijiet tal-etika nazzjonali, settorjali jew istituzzjonali differenti. L-attivitajiet ta' riċerka tagħhom jenħtieġ li dejjem japplikaw il-prinċipji kif stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa u fid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni relatata ma' dak l-Artikolu dwar l-etika u r-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Sabiex jitwettqu l-prijoritajiet u l-impatt, jenħtieġ li s-sħubijiet Ewropej jiġu żviluppati permezz ta' involviment wiesa' tal-partijiet ikkonċernati rilevanti madwar l-Ewropa, inklużi l-industrija, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħal fondazzjonijiet li jappoġġaw u/jew iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni. Jenħtieġ li dawn ikunu wkoll waħda mill-miżuri sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-sħab tas-settur privat u/jew pubbliku fil-livell internazzjonali inkluż billi jingħaqdu l-programmi ta' riċerka u ta' innovazzjoni u l-investiment transfruntier fir-riċerka u fl-innovazzjoni sabiex jinġiebu benefiċċji reċiproċi għan-nies u għan-negozji filwaqt li jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' ssostni l-interessi tagħha f'oqsma strateġiċi. |
(3) Sabiex jitwettqu l-prijoritajiet u l-impatt, jenħtieġ li s-sħubijiet Ewropej jiġu żviluppati permezz ta' involviment wiesa' tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha madwar l-Ewropa, inklużi l-industrija, l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u n-negozji ġodda, l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, il-korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), u fondazzjonijiet li jappoġġaw u/jew iwettqu r-riċerka u l-innovazzjoni. Jenħtieġ li dawn ikunu wkoll waħda mill-miżuri sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-sħab tas-settur privat u/jew pubbliku fil-livell internazzjonali inkluż billi jingħaqdu l-programmi ta' riċerka u ta' innovazzjoni u l-investiment transfruntier fir-riċerka u fl-innovazzjoni sabiex jinġiebu benefiċċji reċiproċi għan-nies u għan-negozji filwaqt li jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tiżviluppa l-awtonomija strateġika tagħha flimkien ma' ekonomija miftuħa. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Ir-Regolament (UE) 2020/85211 jistabbilixxi l-qafas ġenerali għad-determinazzjoni ta' jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli għall-finijiet tad-definizzjoni ta' investimenti sostenibbli. Dan joħloq referenza komuni li l-investituri, il-banek, l-industrija u r-riċerkaturi jistgħu jużaw meta jinvestu fi proġetti u f'attivitajiet ekonomiċi li jkollhom impatt pożittiv sostanzjali fuq il-klima u fuq l-ambjent u l-ebda ħsara sinifikanti fuq kwalunkwe wieħed minnhom. Huwa r-referenza għal investimenti ekoloġiċi fl-Unjoni. |
(6) Ir-Regolament (UE) 2020/85211 jistabbilixxi l-qafas ġenerali għad-determinazzjoni ta' jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli għall-finijiet tad-definizzjoni ta' investimenti sostenibbli. Dan joħloq referenza komuni li l-investituri, il-banek, l-industrija u r-riċerkaturi jistgħu jużaw meta jinvestu fi proġetti u f'attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u li jkollhom impatt pożittiv sostanzjali fuq il-klima u fuq l-ambjent u l-ebda ħsara sinifikanti fuq kwalunkwe wieħed minnhom. Huwa r-referenza għal investimenti ekoloġiċi fl-Unjoni. |
__________________ |
__________________ |
11 Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13). |
11 Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13). |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Fejn rilevanti, jenħtieġ li s-sħubijiet iqisu l-Kriterji Tekniċi ta' Skrinjar skont l-Artikolu 3 u l-prinċipju "La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti" mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 bħala strument sabiex itejbu l-prontezza tal-proġetti tagħhom u l-aċċess għall-finanzjament ekoloġiku li se jkun kruċjali għall-adozzjoni mis-suq u għall-varar aktar mifrux tat-teknoloġiji u tas-soluzzjonijiet innovattivi li se jipprovdu. L-evidenza xjentifika tinsab fil-qalba tal-Kriterji Tekniċi ta' Skrinjar. Ir-riċerka u l-innovazzjoni, segwiti mis-Sħubijiet, jenħtieġ li jaqdu rwol importanti sabiex jgħinu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu jew imorru lil hinn mill-istandards u mil-limiti stabbiliti fir-Regolament u sabiex iżommu l-Kriterji Tekniċi ta' Skrinjar aġġornati u konsistenti mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
(7) Fejn rilevanti, jenħtieġ li s-sħubijiet iqisu l-Kriterji Tekniċi ta' Skrinjar skont l-Artikolu 3 u l-prinċipju "La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti" mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 fejn l-attività tal-Impriża Konġunta taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament bħala strument sabiex itejbu l-prontezza tal-proġetti tagħhom u l-aċċess għall-finanzjament ekoloġiku li se jkun kruċjali għall-adozzjoni mis-suq u għall-varar aktar mifrux tat-teknoloġiji u tas-soluzzjonijiet innovattivi li se jipprovdu. L-evidenza xjentifika tinsab fil-qalba tal-Kriterji Tekniċi ta' Skrinjar. Ir-riċerka u l-innovazzjoni, segwiti mis-Sħubijiet, jenħtieġ li jaqdu rwol importanti sabiex jgħinu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu jew imorru lil hinn mill-istandards u mil-limiti stabbiliti fir-Regolament u sabiex iżommu l-Kriterji Tekniċi ta' Skrinjar aġġornati u konsistenti mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) L-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni mwettqa mill-impriżi konġunti jenħtieġ li jiġu ffinanzjati minn Orizzont Ewropa. Sabiex jiksbu impatt massimu, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiżviluppaw sinerġiji mill-qrib ma' programmi u ma' strumenti ta' finanzjament oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw il-varar ta' soluzzjonijiet innovattivi, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali, sabiex tiżdied il-koeżjoni ekonomika u soċjali u jitnaqqsu l-iżbilanċi. |
(10) L-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni mwettqa mill-impriżi konġunti jenħtieġ li jiġu ffinanzjati minn Orizzont Ewropa. Sabiex jiksbu impatt massimu, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiżviluppaw sinerġiji mill-qrib ma' programmi u ma' strumenti ta' finanzjament oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw il-varar ta' soluzzjonijiet sostenibbli innovattivi, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali u tiżdied il-koeżjoni ekonomika u soċjali u jitnaqqsu l-iżbilanċi u jiġu mmitigati l-impatti ambjentali. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) L-approċċ ta' politika l-ġdid għas-Sħubijiet Ewropej, u b'mod partikolari s-sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati, jitlob mod ġdid kif jiġi stabbilit il-qafas legali li joperaw fih. Filwaqt li l-istabbiliment ta' impriżi konġunti fuq il-bażi tal-Artikolu 187 tat-TFUE għall-finijiet ta' Orizzont 2020 wera li huwa effettiv f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni, huwa meħtieġ li dan jissaħħaħ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jżid il-koerenza, l-effiċjenza, l-effettività u l-orjentazzjoni lejn l-impatt tal-implimentazzjoni permezz tat-tisrif tad-dispożizzjonijiet ta' Orizzont Ewropa, u tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-programm fil-qafas ta' Orizzont 2020, f'dispożizzjonijiet komuni fl-impriżi konġunti b'mod armonizzat. Għandu l-għan li jiffaċilita l-ħolqien ta' kollaborazzjoni u ta' sinerġiji bejn is-sħubijiet Ewropej, u b'hekk jagħmel użu sħiħ mill-interkonnessjonijiet tagħhom fil-livell organizzazzjonali. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jfittxu opportunitajiet sabiex jinvolvu rappreżentanti ta' sħubijiet Ewropej oħra f'diskussjonijiet matul l-abbozzar tal-programmi ta' ħidma tagħhom, jidentifikaw l-oqsma li fihom attivitajiet kumplimentari jew konġunti jindirizzaw l-isfidi b'mod aktar effettiv u effiċjenti, jevitaw trikkib, jallinjaw it-twaqqit tal-attivitajiet tagħhom u jiżguraw l-aċċess għar-riżultati u għal mezzi rilevanti oħrajn ta' skambju tal-għarfien. |
(11) L-approċċ ta' politika l-ġdid għas-Sħubijiet Ewropej, u b'mod partikolari s-sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati, jitlob mod ġdid kif jiġi stabbilit il-qafas legali li joperaw fih. Filwaqt li l-istabbiliment ta' impriżi konġunti fuq il-bażi tal-Artikolu 187 tat-TFUE għall-finijiet ta' Orizzont 2020 wera li huwa effettiv f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni, huwa meħtieġ li dan jissaħħaħ. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jżid il-koerenza, l-effiċjenza, l-effettività, l-orjentazzjoni lejn l-impatt u l-valur miżjud soċjetali tal-implimentazzjoni permezz tat-tisrif tad-dispożizzjonijiet ta' Orizzont Ewropa, u tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-programm fil-qafas ta' Orizzont 2020, f'dispożizzjonijiet komuni fl-impriżi konġunti b'mod armonizzat. Għandu l-għan li jiffaċilita l-ħolqien ta' kollaborazzjoni u ta' sinerġiji bejn is-sħubijiet Ewropej, u b'hekk jagħmel użu sħiħ mill-interkonnessjonijiet tagħhom fil-livell organizzazzjonali. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jfittxu opportunitajiet sabiex jinvolvu rappreżentanti ta' sħubijiet Ewropej oħra f'diskussjonijiet matul l-abbozzar tal-programmi ta' ħidma tagħhom, jidentifikaw l-oqsma li fihom attivitajiet kumplimentari jew konġunti jindirizzaw l-isfidi b'mod aktar effettiv u effiċjenti, jevitaw trikkib, jallinjaw it-twaqqit tal-attivitajiet tagħhom u jiżguraw l-aċċess għar-riżultati u għal mezzi rilevanti oħrajn ta' skambju tal-għarfien. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Wara l-identifikazzjoni tas-sinerġiji bejniethom, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkollhom l-għan li jiddeterminaw l-ishma tal-baġit li jenħtieġ li jintużaw għal attivitajiet komplementari jew konġunti bejn l-impriżi konġunti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb effiċjenzi u armonizzazzjoni mtejba tar-regoli permezz ta' kollaborazzjoni operazzjonali intensifikata u billi jesplora ekonomiji ta' skala, inkluż l-istabbiliment ta' back office komuni, li jenħtieġ li jipprovdi funzjonijiet ta' appoġġ orizzontali lill-impriżi konġunti. Jenħtieġ li l-back office komuni jagħmilha aktar faċli sabiex jinkiseb impatt u armonizzazzjoni akbar fuq punti komuni filwaqt li jinżamm ċertu grad ta' flessibbiltà sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull impriża konġunta. Jenħtieġ li l-istruttura tiġi stabbilita bl-użu ta' ftehimiet dwar il-livell ta' servizz li għandhom jiġu konklużi b'mod konġunt mill-impriżi konġunti. Jenħtieġ li l-funzjonijiet ta' back office komuni jkopru l-funzjonijiet ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ amministrattiv f'oqsma li fihom l-iskrinjar tiegħu jkun irriżulta effiċjenti u kosteffettiv u jenħtieġ li jqisu l-konformità mar-rekwiżit ta' responsabbiltà ta' kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni individwali. Jenħtieġ li l-istruttura legali titfassal sabiex taqdi bl-aħjar mod il-ħtiġijiet komuni tal-impriżi konġunti, sabiex tiżgura l-kollaborazzjoni mill-qrib tagħhom u tesplora s-sinerġiji possibbli kollha fost is-sħubijiet Ewropej u, bħala konsegwenza, bejn id-diversi partijiet tal-programm Orizzont Ewropa kif ukoll bejn il-programmi l-oħra ġestiti mill-impriżi konġunti. |
(12) Wara l-identifikazzjoni tas-sinerġiji bejniethom, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkollhom l-għan li jiddeterminaw l-ishma tal-baġit li jenħtieġ li jintużaw għal attivitajiet komplementari jew konġunti bejn l-impriżi konġunti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb effiċjenzi u armonizzazzjoni mtejba tar-regoli permezz ta' kollaborazzjoni operazzjonali intensifikata u billi jesplora ekonomiji ta' skala, inkluż, fejn applikabbli, il-possibbiltà tal-istabbiliment ta' funzjonijiet ta' back office komuni, li jenħtieġ li jipprovdi funzjonijiet ta' appoġġ orizzontali lill-impriżi konġunti. Iż-żieda fl-għadd ta' funzjonijiet li l-impriżi konġunti joperaw b'mod komuni tagħmilha aktar faċli sabiex jinkiseb impatt u armonizzazzjoni akbar fuq punti komuni filwaqt li jinżamm ċertu grad ta' flessibbiltà sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull impriża konġunta. Il-funzjonijiet ta' back office komuni jistgħu jkopru l-funzjonijiet ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ amministrattiv, f'oqsma li fihom l-iskrinjar tiegħu jkun irriżulta effiċjenti u kosteffettiv u jenħtieġ li jqisu l-konformità mar-rekwiżit ta' responsabbiltà ta' kull uffiċjal tal-awtorizzazzjoni individwali. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkunu jistgħu jikkonkludu b'mod konġunt ftehimiet dwar il-livell ta' servizz, sabiex tiġi żgurata l-kollaborazzjoni mill-qrib tagħhom u jiġu esplorati s-sinerġiji possibbli kollha fost is-sħubijiet Ewropej u, bħala konsegwenza, bejn id-diversi partijiet tal-programm Orizzont Ewropa kif ukoll bejn il-programmi l-oħra ġestiti mill-impriżi konġunti. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) L-impriżi konġunti jenħtieġ li jżidu l-għarfien tagħhom u jkollhom approċċ aktar integrat u sistematiku biex jiġġestixxu l-attivitajiet fl-oqsma ta' riċerka tagħhom. Il-komplementarjetà u s-sinerġija ma' programmi ta' ħidma għar-riċerka kollaborattiva u mal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jrawmu l-pipeline tal-innovazzjoni ispirat minn isfel għal fuq. Dan joħloq opportunitajiet għal riċerka f'oqsma li bħalissa mhumiex qed jiġu indirizzati u jippromwovi wkoll applikazzjonijiet f'setturi oħra, kemm aktar 'il fuq kif ukoll aktar 'l isfel tal-pipeline. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Orizzont Ewropa jintroduċi approċċ aktar strateġiku, koerenti u xprunat mill-impatt għas-sħubijiet Ewropej, filwaqt li jibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020. F'konformità mal-ambizzjoni l-ġdida, dan ir-Regolament għandu l-għan li juża b'mod aktar effettiv is-sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati, b'mod partikolari billi jiffoka fuq objettivi, fuq eżiti u fuq impatt ċari li jistgħu jinkisbu sal-2030, u billi jiżgura kontribut ċar għall-prijoritajiet ta' politika u għall-politiki relatati tal-Unjoni. Il-kollaborazzjoni mill-qrib u s-sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti oħrajn fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari ma' sħubijiet Ewropej oħra, huma kruċjali sabiex jinkiseb impatt akbar u sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni tar-riżultati. Fil-valutazzjoni tal-impatt ġenerali, jenħtieġ li jitqiesu investimenti usa' lil hinn mill-kontribuzzjonijiet mis-sħab u skattati mill-impriżi konġunti li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tagħhom. |
(14) Orizzont Ewropa jintroduċi approċċ aktar strateġiku, koerenti u xprunat mill-impatt għas-sħubijiet Ewropej, filwaqt li jibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020. F'konformità mal-ambizzjoni l-ġdida, dan ir-Regolament għandu l-għan li juża b'mod aktar effettiv is-sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati, b'mod partikolari billi jiffoka fuq objettivi, fuq eżiti u fuq impatt ċari li jistgħu jinkisbu sal-2030, u billi jiżgura kontribut ċar għall-prijoritajiet ta' politika u għall-politiki relatati tal-Unjoni. Il-kollaborazzjoni mill-qrib u s-sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti oħrajn fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari ma' sħubijiet Ewropej oħra, huma kruċjali sabiex jinkiseb impatt xjentifiku, soċjoekonomiku u ambjentali akbar u sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni tar-riżultati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida ċari, sempliċi u konkreti biex tippermetti t-tipi differenti ta' sinerġiji, bħat-trasferiment tar-riżorsi, il-finanzjament alternattiv, il-finanzjament kumulattiv u l-finanzjament integrat. Huwa ta' importanza partikolari għall-Istati Membri u r-reġjuni li jimmassimizzaw l-allinjament tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-programmi operattivi tagħhom ma' programmi ta' ħidma tal-Impriżi Konġunti biex jippermettu l-mekkaniżmu possibbli ta' trasferiment ta' 5 % mill-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej lill-Impriżi Konġunti, kif previst fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni). Jenħtieġ li jiġu esplorati wkoll is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll bejn l-Impriżi Konġunti nfushom u ma' programmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni u alleanzi industrijali rilevanti ma' fondazzjonijiet u trusts tal-karità. Fil-valutazzjoni tal-impatt ġenerali, jenħtieġ li jitqiesu investimenti usa' lil hinn mill-kontribuzzjonijiet mis-sħab u skattati mill-impriżi konġunti li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tagħhom biex jiffaċilitaw l-aċċellerazzjoni tal-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi. |
|
_______________
|
|
1a Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159). |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq il-prinċipji u fuq il-kriterji stabbiliti fir-Regolament dwar Orizzont Ewropa, inklużi l-aċċess miftuħ u t-trasparenza, effett ta' ingranaġġ qawwi u impenji fit-tul tal-partijiet kollha involuti. Wieħed mill-objettivi ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-aċċess miftuħ tal-inizjattivi għal firxa wiesgħa ta' entitajiet, inklużi dawk ġodda. Jenħtieġ li I-sħubiji jkunu miftuħa għal kwalunkwe entità li tkun lesta u kapaċi taħdem lejn l-għan komuni, u tippromwovi parteċipazzjoni wiesgħa u attiva tal-partijiet ikkonċernati fl-attivitajiet, fis-sħubija u fil-governanza tagħhom, u sabiex tiżgura li r-riżultati jkunu għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha, b'mod partikolari permezz ta' disseminazzjoni wiesgħa tar-riżultati u tal-attivitajiet ta' qabel il-varar madwar l-Unjoni. |
(15) Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq il-prinċipji u fuq il-kriterji stabbiliti fir-Regolament dwar Orizzont Ewropa, inklużi l-aċċess miftuħ u t-trasparenza, effett ta' ingranaġġ qawwi u impenji fit-tul tal-partijiet kollha involuti. Wieħed mill-objettivi ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-aċċess miftuħ tal-inizjattivi għal firxa wiesgħa ta' entitajiet, inklużi dawk ġodda. Jenħtieġ li s-sħubijiet jkunu miftuħa għal kwalunkwe entità li tkun lesta u kapaċi taħdem lejn l-għan komuni, u tippromwovi parteċipazzjoni wiesgħa u attiva tal-partijiet ikkonċernati fl-attivitajiet, fis-sħubija u fil-governanza tagħhom, u sabiex tiżgura li r-riżultati jkunu għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli globali, b'mod partikolari permezz ta' disseminazzjoni wiesgħa tar-riżultati u tal-attivitajiet ta' qabel il-varar b'mod kemm jista' jkun wiesa' madwar l-Unjoni. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) Sehem mill-EUR 5,4 biljun allokati lil Orizzont Ewropa min-Next Generation EU fl-ambitu tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (il-"QFP"), jista' jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-fondi tal-Impriżi Konġunti. Dik il-kontribuzzjoni tista' tiġi ssupplimentata wkoll b'diżimpenn, kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a (ir-"Regolament Finanzjarju"), u aġġustata biex tirrifletti l-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati. Kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Unjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (ir-"Regolament QFP")1b u l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu ddistribwiti fi ħdan ir-raggruppamenti tal-Pilastru 2 ta' Orizzont Ewropa b'mod ġust, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tar-riċerka tal-Unjoni kif ukoll l-għanijiet ta' politika tagħha. Kwalunkwe kontribuzzjoni addizzjonali tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ippariġġata minn kontribuzzjonijiet minn Membri għajr l-Unjoni. |
|
____________
|
|
1a Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1). |
|
1b Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 11). |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) F'konformità mal-ambizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar Orizzont Ewropa, waħda mill-prekundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' sħubijiet istituzzjonalizzati hija li jiġu żgurati l-kontribuzzjonijiet tas-sħab tul il-ħajja tal-inizjattivi. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li s-sħab privati jagħtu parti sinifikanti mill-kontribuzzjonijiet tagħhom fil-forma ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-kostijiet operazzjonali tal-impriża konġunta. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkunu jistgħu jfittxu miżuri sabiex jiffaċilitaw dawn il-kontribuzzjonijiet permezz tal-programmi ta' ħidma tagħhom, b'mod partikolari billi jnaqqsu r-rati ta' finanzjament. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet speċifiċi ta' impriża konġunta u fuq l-attivitajiet sottostanti. F'każijiet iġġustifikati, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu introdotti kundizzjonijiet addizzjonali li jirrikjedu l-parteċipazzjoni ta' membru tal-impriża konġunta jew tal-entitajiet kostitwenti jew affiljati tiegħu, immirati lejn attivitajiet li fihom is-sħab industrijali tal-impriża konġunta jista' jaqdu rwol ewlieni, bħal dimostrazzjonijiet fuq skala kbira u proġetti ewlenin, u jikkontribwixxu aktar permezz ta' rati ta' finanzjament aktar baxxi. Jenħtieġ li l-livell ta' parteċipazzjoni tal-membri jiġi mmonitorjat mid-direttur eżekuttiv sabiex il-bord ta' tmexxija jingħata s-setgħa li jieħu azzjonijiet xierqa, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ bejn l-impenn mis-sħab u l-aċċess miftuħ. F'każijiet debitament iġġustifikati, in-nefqa kapitali għal, pereżempju, dimostraturi fuq skala kbira jew għal proġetti ewlenin, tista' titqies bħala kost eliġibbli f'konformità mal-qafas legali applikabbli. |
(18) F'konformità mal-ambizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar Orizzont Ewropa, waħda mill-prekundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' sħubijiet istituzzjonalizzati hija li jiġu żgurati l-kontribuzzjonijiet tas-sħab tul il-ħajja tal-inizjattivi. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li s-sħab privati jagħtu parti sinifikanti mill-kontribuzzjonijiet tagħhom fil-forma ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-kostijiet operazzjonali tal-impriża konġunta. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkunu jistgħu jfittxu miżuri sabiex jiffaċilitaw dawn il-kontribuzzjonijiet permezz tal-programmi ta' ħidma tagħhom. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu bbażati fuq il-ħtiġijiet speċifiċi ta' impriża konġunta u fuq l-attivitajiet sottostanti. F'każijiet iġġustifikati, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu introdotti kundizzjonijiet addizzjonali li jirrikjedu l-parteċipazzjoni ta' membru tal-impriża konġunta jew tal-entitajiet kostitwenti jew affiljati tiegħu, immirati lejn attivitajiet li fihom is-sħab industrijali tal-impriża konġunta jista' jaqdu rwol ewlieni jew jiksbu programm ta' sistema integrat. Jenħtieġ li l-livell ta' parteċipazzjoni tal-membri jiġi mmonitorjat mid-direttur eżekuttiv sabiex il-bord ta' tmexxija jingħata s-setgħa li jieħu azzjonijiet xierqa, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ bejn l-impenn mis-sħab u l-aċċess miftuħ. F'każijiet debitament iġġustifikati, in-nefqa kapitali għal, pereżempju, dimostraturi fuq skala kbira jew għal proġetti ewlenin, tista' titqies bħala kost eliġibbli f'konformità mal-qafas legali applikabbli. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) F'konformità mal-prinċipju tal-kondiviżjoni ġusta tal-kontribuzzjonijiet fost il-membri tal-impriżi konġunti, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-kostijiet amministrattivi tal-impriżi konġunti jinqasmu b'mod ugwali bejn l-Unjoni u l-membri għajr l-Unjoni. Jenħtieġ li devjazzjonijiet minn dak il-prinċipju jitqiesu biss f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati bħal meta d-daqs jew l-istruttura tas-sħubija ta' membru tal-impriża konġunta għajr l-Unjoni tkun tirriżulta f'kontribuzzjonijiet għal kull entità kostitwenti jew affiljata, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u medji (SMEs), ta' livell li tant ikun għoli li jipperikola serjament l-inċentiv li entità ssir jew tibqa' entità kostitwenti jew affiljata tal-membru tal-impriża konġunta. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-perċentwal minimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-kostijiet amministrattivi tal-impriża konġunta minn membri għajr l-Unjoni jkun ta' 20 % tal-kostijiet amministrattivi annwali totali u jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet mill-SMEs jkunu ferm anqas minn dawk minn entitajiet kostitwenti jew affiljati akbar. Ladarba tintlaħaq massa kritika ta' sħubija li tippermetti kontribuzzjoni ogħla minn 20 % tal-kostijiet amministrattivi annwali totali, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet annwali għal kull entità kostitwenti jew affiljata jinżammu jew jiżdiedu bl-għan li gradwalment jiżdied is-sehem tal-membri għajr l-Unjoni fil-kontribuzzjoni ġenerali għall-kostijiet amministrattivi annwali tal-impriża konġunta. Jenħtieġ li l-membri tal-impriża konġunta għajr l-Unjoni jagħmlu ħilithom sabiex iżidu l-għadd ta' entitajiet kostitwenti jew affiljati bl-għan li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni għal 50 % tal-kostijiet amministrattivi tal-impriża konġunta tul il-ħajja tagħha. |
(19) Il-proporzjon ta' kostijiet amministrattivi għall-baġit totali jenħtieġ li jkun ta' valur komparabbli fost l-impriżi konġunti u jenħtieġ li ma jaqbiżx il-5 % tal-baġit tagħhom. Barra minn hekk, f'konformità mal-prinċipju tal-kondiviżjoni ġusta tal-kontribuzzjonijiet fost il-membri tal-impriżi konġunti, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-kostijiet amministrattivi tal-impriżi konġunti jinqasmu b'mod ugwali bejn l-Unjoni u l-membri għajr l-Unjoni. Jenħtieġ li l-membri, għajr l-Unjoni, jaqblu bejniethom dwar id-distribuzzjoni ġusta tal-parti tagħhom tal-ispejjeż amministrattivi tal-impriżi konġunti. Jenħtieġ li devjazzjonijiet minn dak il-prinċipju jitqiesu biss f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati bħal meta d-daqs jew l-istruttura tas-sħubija ta' membru tal-impriża konġunta għajr l-Unjoni tkun tirriżulta f'kontribuzzjonijiet għal kull entità kostitwenti jew affiljata, b'mod partikolari SMEs, organizzazzjonijiet tar-riċerka jew universitajiet, ta' livell li tant ikun għoli li jipperikola serjament l-inċentiv li entità ssir jew tibqa' entità kostitwenti jew affiljata tal-membru tal-impriża konġunta. F'dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-perċentwal minimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-kostijiet amministrattivi tal-impriża konġunta minn membri għajr l-Unjoni jkun ta' 20 % tal-kostijiet amministrattivi annwali totali u jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet mill-SMEs, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-universitajiet ikunu ferm anqas minn dawk minn entitajiet kostitwenti jew affiljati akbar. Ladarba tintlaħaq massa kritika ta' sħubija li tippermetti kontribuzzjoni ogħla minn 20 % tal-kostijiet amministrattivi annwali totali, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet annwali għal kull entità kostitwenti jew affiljata jinżammu jew jiżdiedu bl-għan li gradwalment jiżdied is-sehem tal-membri għajr l-Unjoni fil-kontribuzzjoni ġenerali għall-kostijiet amministrattivi annwali tal-impriża konġunta. Jenħtieġ li l-membri tal-impriża konġunta għajr l-Unjoni jagħmlu ħilithom sabiex iżidu l-għadd ta' entitajiet kostitwenti jew affiljati bl-għan li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni għal 50 % tal-kostijiet amministrattivi tal-impriża konġunta tul il-ħajja tagħha. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Ir-Regolament dwar Orizzont Ewropa jirrikjedi li s-sħab juru l-impenn fit-tul tagħhom, inkluż sehem minimu ta' investimenti pubbliċi u/jew privati. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li f'dan ir-Regolament l-Unjoni tidentifika membri fundaturi stabbiliti fl-Istati Membri, fil-pajjiżi assoċjati mal-programm Orizzont Ewropa jew fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, fejn ikun meħtieġ, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi estiża l-bażi ta' sħubija ta' impriżi konġunti wara li jiġu stabbiliti b'membri assoċjati magħżula wara proċeduri miftuħa u trasparenti, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda jew l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi addizzjonali mal-programm Orizzont Ewropa. L-entitajiet legali interessati li jappoġġaw l-objettivi tal-impriżi konġunti fl-oqsma speċifiċi tar-riċerka tagħhom, mingħajr ma jsiru membri, jenħtieġ li jiġu offruti wkoll il-possibbiltà li jsiru sħab kontribwenti ta' dawn l-impriżi konġunti. |
(20) Ir-Regolament dwar Orizzont Ewropa jirrikjedi li s-sħab juru l-impenn fit-tul tagħhom, inkluż sehem minimu ta' investimenti pubbliċi u/jew privati. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li f'dan ir-Regolament l-Unjoni tidentifika membri fundaturi stabbiliti fl-Istati Membri, fil-pajjiżi assoċjati mal-programm Orizzont Ewropa jew fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, fejn ikun meħtieġ, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi estiża l-bażi ta' sħubija ta' impriżi konġunti wara li jiġu stabbiliti b'membri assoċjati magħżula wara sejħiet għall-espressjoni ta' interess regolari, miftuħa, ġusti u trasparenti u l-proċeduri tal-għażla sussegwenti , filwaqt li jitqiesu l-opinjoni tal-korp konsultattiv xjentifiku kif ukoll l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda u approċċi innovattivi jew l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi addizzjonali mal-programm Orizzont Ewropa. L-entitajiet legali interessati li jappoġġaw l-objettivi tal-impriżi konġunti fl-oqsma speċifiċi tar-riċerka tagħhom, mingħajr ma jsiru membri, jenħtieġ li jiġu offruti wkoll il-possibbiltà li jsiru sħab kontribwenti ta' dawn l-impriżi konġunti. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) L-istabbiliment ta' impriża konġunta jiżgura sħubija pubblika-privata ta' benefiċċju reċiproku għall-membri involuti, inkluż billi tiġi promossa ċ-ċertezza dwar allokazzjonijiet baġitarji kbar għall-industriji rilevanti matul perjodu ta' seba' snin. Meta wieħed isir membru fundatur jew membru assoċjat, jew waħda mill-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom, ikun jista' jikseb influwenza, jew direttament jew permezz tar-rappreżentanti tal-industrija, fil-bord ta' tmexxija tal-impriża konġunta. Il-bord ta' tmexxija huwa l-korp deċiżjonali tal-impriża konġunta li jiddeċiedi dwar l-orjentazzjoni strateġika fit-tul tas-sħubija, kif ukoll dwar il-prijoritajiet annwali tagħha. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-membri fundaturi u l-membri assoċjati u, jekk applikabbli li jirrappreżentaw l-entitajiet kostitwenti tagħhom, ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-aġenda u għall-iffissar tal-prijoritajiet tal-impriża konġunta permezz tal-adozzjoni u permezz tal-emendar possibbli tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni, kif ukoll l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, inkluż il-kontenut tas-sejħiet għal proposti, ir-rata ta' finanzjament applikabbli għal kull suġġett ta' sejħa, u r-regoli relatati tal-proċeduri ta' sottomissjoni, ta' evalwazzjoni, tal-għażla, ta' għoti u ta' rieżami. |
(21) L-istabbiliment ta' impriża konġunta jiżgura sħubija pubblika-privata ta' benefiċċju reċiproku għall-membri involuti, inkluż billi tiġi promossa ċ-ċertezza dwar allokazzjonijiet baġitarji kbar għall-industriji rilevanti matul perjodu ta' seba' snin, u billi jiġu pprovduti sinjali politiċi, ippjanar imsaħħaħ u ċertezza għall-investitur. Il-bord ta' tmexxija huwa l-korp deċiżjonali tal-impriża konġunta li jiddeċiedi dwar l-orjentazzjoni strateġika fit-tul tas-sħubija, kif ukoll dwar il-prijoritajiet annwali tagħha abbażi tal-kontribut tas-sħab kollha, inkluż is-settur privat, il-komunità xjentifika, rappreżentanti tal-Istati Membri u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mingħajr skop ta' qligħ attivi fil-qasam tal-impriża konġunta rilevanti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-membri fundaturi u l-membri assoċjati u, jekk applikabbli li jirrappreżentaw l-entitajiet kostitwenti tagħhom flimkien mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra kollha, ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-aġenda u għall-iffissar tal-prijoritajiet tal-impriża konġunta permezz tal-adozzjoni u permezz tar-reviżjoni possibbli tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni, kif ukoll l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, inkluż il-kontenut tas-sejħiet għal proposti, ir-rata ta' finanzjament applikabbli għal kull suġġett ta' sejħa, u r-regoli relatati tal-proċeduri ta' sottomissjoni, ta' evalwazzjoni, tal-għażla, ta' għoti u ta' rieżami. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 22
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Huwa xieraq li l-membri għajr l-Unjoni jimpenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament permezz ta' ittra ta' impenn. Jenħtieġ li dawk l-ittri ta' impenn jkunu legalment validi matul il-ħajja tal-inizjattiva u mmonitorjati mill-qrib mill-impriża konġunta u mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti joħolqu ambjent legali u organizzazzjonali li jippermetti lill-membri jwettqu l-impenji tagħhom filwaqt li jiżguraw l-aċċess miftuħ kontinwu tal-inizjattiva u trasparenza matul l-implimentazzjoni tagħhom, b'mod partikolari għall-iffissar tal-prijoritajiet u għall-parteċipazzjoni f'sejħiet għal proposti. |
(22) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkunu jistgħu jaħdmu b'mod aġli, sempliċi u flessibbli u jkollhom stabbilit sett ta' regoli ċari, u b'hekk itejbu l-attraenza għall-partijiet ikkonċernati kollha b'mod partikolari għall-industrija, għall-SMEs, għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka u għall-Istati parteċipanti. Huwa xieraq li l-membri għajr l-Unjoni jimpenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament permezz ta' ittra ta' impenn. Jenħtieġ li dawk l-ittri ta' impenn jkunu ppubblikati fil-ħin fuq is-sit web tal-impriża konġunta rilevanti filwaqt li jiġi żgurat li r-regoli ta' kunfidenzjalità jiġu rrispettati, u jkunu legalment validi matul il-ħajja tal-inizjattiva u mmonitorjati mill-qrib mill-impriża konġunta u mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti joħolqu ambjent legali u organizzazzjonali li jippermetti lill-membri jwettqu l-impenji tagħhom filwaqt li jiżguraw l-aċċess miftuħ kontinwu tal-inizjattiva, it-trasparenza u r-rispett tar-regoli dwar il-kunflitti ta' interess, matul l-implimentazzjoni tagħhom, b'mod partikolari għall-iffissar tal-prijoritajiet u għall-parteċipazzjoni f'sejħiet għal proposti filwaqt li tiġi promossa parteċipazzjoni bbilanċjata mill-aspett ġeografiku u tal-ġeneri. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti, fejn xieraq, jidentifikaw sejħiet għal proposti fejn jiġi promoss rwol ta' koordinazzjoni għall-parteċipanti tal-SMEs. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Simplifikazzjoni ulterjuri hija l-pedament tal-Programm Qafas Orizzont Ewropa. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu ta' rapportar simplifikat għas-sħab, li ma għadhomx meħtieġa jirrapportaw dwar il-kostijiet mhux eliġibbli. Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operazzjonali jitqiesu biss fuq il-bażi tal-kostijiet eliġibbli. Dan jippermetti l-kalkolu awtomatizzat ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operazzjonali permezz tal-għodod tal-IT ta' Orizzont Ewropa, inaqqas il-piż amministrattiv għas-sħab u jagħmel il-mekkaniżmu ta' rapportar għall-kontribuzzjonijiet aktar effettiv. Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operazzjonali jiġu mmonitorjati mill-qrib mill-impriżi konġunti u jenħtieġ li jitħejjew rapporti regolari mid-direttur eżekuttiv tal-bord ta' tmexxija sabiex jiġi stabbilit jekk il-progress fl-ilħuq tal-miri tal-kontribuzzjonijiet in natura huwiex sodisfaċenti biżżejjed. Jenħtieġ li l-bord ta' tmexxija jivvaluta kemm l-isforzi magħmula kif ukoll ir-riżultati miksuba mill-membri li jikkontribwixxu għal attivitajiet operazzjonali, kif ukoll fatturi oħra, bħal-livell ta' parteċipazzjoni tal-SMEs u l-attraenza tal-inizjattiva għall-ġodda. Meta jkun meħtieġ, jenħtieġ li jieħu miżuri rimedjali u korrettivi xierqa filwaqt li jqis il-prinċipji tal-aċċess miftuħ u tat-trasparenza. |
(23) Simplifikazzjoni ulterjuri hija l-pedament tal-Programm Qafas Orizzont Ewropa. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu ta' rapportar simplifikat għas-sħab, li ma għadhomx meħtieġa jirrapportaw dwar il-kostijiet mhux eliġibbli. Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operazzjonali jitqiesu biss fuq il-bażi tal-kostijiet eliġibbli. Dan jippermetti l-kalkolu awtomatizzat ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operazzjonali permezz tal-għodod tal-IT ta' Orizzont Ewropa, inaqqas il-piż amministrattiv għas-sħab u jagħmel il-mekkaniżmu ta' rapportar għall-kontribuzzjonijiet aktar effettiv. Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operazzjonali jiġu mmonitorjati mill-qrib mill-impriżi konġunti u jenħtieġ li jitħejjew rapporti regolari mid-direttur eżekuttiv tal-bord ta' tmexxija u jsiru pubbliċi fil-ħin fuq is-sit web tal-impriża konġunta rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk il-progress fl-ilħuq tal-miri tal-kontribuzzjonijiet in natura huwiex sodisfaċenti biżżejjed. Jenħtieġ li l-bord ta' tmexxija jivvaluta kemm l-isforzi magħmula kif ukoll ir-riżultati miksuba mill-membri li jikkontribwixxu għal attivitajiet operazzjonali, kif ukoll fatturi oħra, bħal-livell ta' parteċipazzjoni tal-SMEs, l-attraenza tal-inizjattiva għall-parteċipanti ġodda u d-diversità ġeografika. Meta jkun meħtieġ, jenħtieġ li jieħu miżuri rimedjali u korrettivi xierqa filwaqt li jqis il-prinċipji tal-aċċess miftuħ u tat-trasparenza. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jipprovdu opportunità u inċentiv sistematiċi għall-membri għajr l-Unjoni sabiex jikkombinaw l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tagħhom ma' dawk tal-impriża konġunta. Jenħtieġ li attivitajiet addizzjonali ma jirċevux appoġġ finanzjarju mill-impriża konġunta. Madankollu, dawn jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet in natura tal-membri meta jikkontribwixxu għall-objettivi tal-impriża konġunta u marbuta direttament mal-attivitajiet tagħha. Dik ir-rabta tista' tiġi stabbilita permezz tal-adozzjoni tar-riżultati minn azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-impriża konġunta jew mill-inizjattivi preċedenti tagħha, jew billi jintwera valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet aktar speċifiċi dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet addizzjonali għal kull impriża konġunta, sakemm dan ikun meħtieġ biex jinkisbu d-direzzjonalità u l-impatt mixtieqa. Jenħtieġ li jiġi deċiż ukoll mill-bordijiet ta' tmexxija tal-impriżi konġunti jekk, għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet, l-użu ta' metodi ta' simplifikazzjoni bħal somom f'daqqa jew kostijiet ta' unità huwiex meħtieġ sabiex jinkisbu simplifikazzjoni, kosteffettività u livell xieraq ta' protezzjoni ta' data kummerċjali kunfidenzjali. |
(24) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jipprovdu opportunità u inċentiv sistematiċi għall-membri għajr l-Unjoni sabiex jikkombinaw l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tagħhom ma' dawk tal-impriża konġunta. Jenħtieġ li attivitajiet addizzjonali ma jirċevux appoġġ finanzjarju mill-impriża konġunta. Madankollu, dawn jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet in natura tal-membri meta jikkontribwixxu għall-objettivi tal-impriża konġunta u marbuta direttament mal-attivitajiet tagħha. Dik ir-rabta tista' tiġi stabbilita permezz tal-adozzjoni tar-riżultati minn azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-impriża konġunta jew mill-inizjattivi preċedenti tagħha, jew billi jintwera valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet aktar speċifiċi dwar l-identifikazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet addizzjonali bl-aktar mod trasparenti għal kull impriża konġunta, sakemm dan ikun meħtieġ biex jinkisbu d-direzzjonalità u l-impatt mixtieqa. Jenħtieġ li jiġi deċiż ukoll mill-bordijiet ta' tmexxija tal-impriżi konġunti jekk, għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet, l-użu ta' metodi ta' simplifikazzjoni bħal somom f'daqqa jew kostijiet ta' unità huwiex meħtieġ sabiex jinkisbu simplifikazzjoni, kosteffettività u livell xieraq ta' protezzjoni ta' data kummerċjali kunfidenzjali. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24a) Sabiex tappoġġa l-karrieri tar-riċerkaturi żgħażagħ u trawwem l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-impriża konġunta jenħtieġ li tipprovdi informazzjoni aġġornata u sejħiet miftuħa regolari għall-istudenti tal-PhD u ta' wara d-dottorat fil-mandat tal-impriża konġunta rilevanti, billi tippromwovi, fejn rilevanti, il-komplementarjetajiet u s-sinerġiji mal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Jenħtieġ li l-governanza tal-impriżi konġunti tiżgura li l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom ikunu idonei sabiex iżommu l-pass mal-ambjent soċjoekonomiku u teknoloġiku li qed jinbidel b'rata mgħaġġla u mal-isfidi globali. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jibbenefikaw mill-għarfien espert, mill-pariri u mill-appoġġ mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, sabiex jimplimentaw b'mod effettiv il-kompiti tagħhom u jiżguraw sinerġiji fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu korpi konsultattivi bl-għan li jipprovdulhom pariri esperti u jwettqu kwalunkwe kompitu ieħor ta' natura konsultattiva li jkun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi tal-impriżi konġunti. Fl-istabbiliment tal-korpi konsultattivi, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata ta' esperti fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża konġunta, inkluż fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri. Jenħtieġ li l-parir ipprovdut minn dawn il-korpi kif ukoll minn dawk tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u ta' partijiet ikkonċernati oħra ta' impriżi konġunti jġib miegħu perspettivi xjentifiċi. |
(25) Jenħtieġ li l-governanza tal-impriżi konġunti tiżgura li l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom ikunu trasparenti u idonei sabiex iżommu l-pass mal-ambjent soċjoekonomiku u teknoloġiku li qed jinbidel b'rata mgħaġġla u mal-isfidi globali. Jenħtieġ li l-korpi governattivi ta' impriżi konġunti jqisu wkoll il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri u d-diversità ġeografika. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jibbenefikaw mill-għarfien espert, mill-pariri u mill-appoġġ mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż iżda mhux limitat għal universitajiet u organizzazzjonijiet oħra tar-riċerka, rappreżentanti tal-industrija u l-SMEs sabiex jimplimentaw b'mod effettiv il-kompiti tagħhom u jiżguraw sinerġiji fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali u reġjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu korpi konsultattivi bl-għan li jipprovdulhom pariri esperti u jwettqu kwalunkwe kompitu ieħor ta' natura konsultattiva li jkun meħtieġ għall-kisba tal-objettivi tal-impriżi konġunti. Fl-istabbiliment tal-korpi konsultattivi, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata ta' esperti fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża konġunta. Jenħtieġ li l-parir ipprovdut minn dawn il-korpi kif ukoll minn dawk tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, ta' partijiet ikkonċernati oħra ta' impriżi konġunti u ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jġib miegħu perspettivi xjentifiċi. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 26
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkunu jistgħu jistabbilixxu korp konsultattiv b'funzjoni konsultattiva xjentifika. Jenħtieġ li dak il-korp jew il-membri tiegħu jkunu f'pożizzjoni li jipprovdu pariri xjentifiċi indipendenti u appoġġ lill-impriża konġunta rispettiva. Jenħtieġ li l-pariri xjentifiċi jikkonċernaw, b'mod partikolari, pjanijiet ta' ħidma annwali, attivitajiet addizzjonali kif ukoll kwalunkwe aspett ieħor tal-kompiti tal-impriżi konġunti, kif meħtieġ. |
(26) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jistabbilixxu korp konsultattiv b'funzjoni konsultattiva xjentifika. Jenħtieġ li dak il-korp jew il-membri tiegħu jipprovdu pariri xjentifiċi indipendenti u appoġġ lill-impriża konġunta rilevanti indipendentement minn membri ta' korpi governattivi oħra tal-impriża konġunta. Jenħtieġ li l-pariri xjentifiċi jikkonċernaw, b'mod partikolari, l-aġenda strateġika ta' riċerka u ta' innovazzjoni, il-pjanijiet ta' ħidma annwali, attivitajiet addizzjonali, impatti soċjoekonomiċi, ambjentali u klimatiċi, membri potenzjali ġodda kif ukoll kwalunkwe aspett ieħor tal-kompiti tal-impriżi konġunti, kif meħtieġ. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26a) Il-bordijiet ta' tmexxija jenħtieġ li jipprovdu lill-korp konsultattiv xjentifiku b'informazzjoni f'waqtha dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet proposti mill-korp konsultattiv xjentifiku. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 28
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(28) Bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-impriżi konġunti jkunu konxji tal-pożizzjonijiet u tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati mill-katina tal-valur kollha fl-oqsma rispettivi tagħhom, l-impriżi konġunti jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu l-gruppi ta' partijiet ikkonċernati konsultattivi rispettivi tagħhom, li għandhom jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet orizzontali jew fuq kwistjonijiet speċifiċi, skont il-ħtiġijiet ta' kull impriża konġunta. Jenħtieġ li tali gruppi jkunu miftuħa għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati kollha, inklużi gruppi ta' interess organizzati, u gruppi ta' interess internazzjonali mill-Istati Membri, minn pajjiżi assoċjati kif ukoll minn pajjiżi oħrajn, attivi fil-qasam tal-impriżi konġunti. |
(28) Bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-impriżi konġunti jkunu konxji tal-pożizzjonijiet u tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati mill-katina tal-valur kollha fl-oqsma rispettivi tagħhom, l-impriżi konġunti jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu l-gruppi ta' partijiet ikkonċernati konsultattivi rispettivi tagħhom, li għandhom jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet orizzontali jew fuq kwistjonijiet speċifiċi, skont il-ħtiġijiet ta' kull impriża konġunta. Jenħtieġ li tali gruppi jkunu miftuħa għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati kollha, inklużi gruppi ta' interess organizzati, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u gruppi ta' interess internazzjonali mill-Istati Membri, minn pajjiżi assoċjati kif ukoll minn pajjiżi oħrajn, attivi fil-qasam tal-impriżi konġunti. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 29
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti joperaw b'mod miftuħ u trasparenti, billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin lill-korpi xierqa tagħhom kif ukoll billi jippromwovu l-attivitajiet tagħhom, inklużi attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni, lill-pubbliku usa'. |
(29) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti joperaw b'mod sempliċi, aġli, miftuħ, ġust u trasparenti, billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin lill-korpi xierqa tagħhom kif ukoll billi jippromwovu l-attivitajiet tagħhom, inklużi attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni, lill-pubbliku usa', filwaqt li jwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u jippromwovu attivitajiet edukattivi u ta' disseminazzjoni, bl-involviment ta' networks akkademiċi, xjentifiċi u ta' għarfien, sħab soċjali u ekonomiċi, organizzazzjonijiet tal-media, tal-industrija u tal-SMEs u atturi oħra. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti kollha jagħmlu sforzi ddedikati biex jiżguraw li l-pubbliku jkun informat biżżejjed u fil-ħin dwar l-attivitajiet tal-impriżi konġunti u jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni xierqa dwar is-siti web rispettivi tagħhom, inkluża l-pubblikazzjoni ta' dokumentazzjoni rilevanti bħal attivitajiet annwali, rapporti ta' progress, aġendi u minuti tal-laqgħat tal-bord f'konformità mar-regoli ta' kunfidenzjalità. Dawn jenħtieġ li jtejbu d-djalogu mas-soċjetà, iżidu s-sensibilizzazzjoni, jiffavorixxu parteċipazzjoni attiva fl-istadji kollha ta' inkjesta xjentifika, u b'hekk jippermettu liċ-ċittadini jfasslu b'mod konġunt soluzzjonijiet, jikkontribwixxu għall-ideat u joħolqu attitudnijiet kostruttivi dwar l-attivitajiet u r-riżultati tal-impriżi konġunti, biex b'hekk tiżdied il-fiduċja f'soluzzjonijiet teknoloġiċi għal sfidi attwali u futuri. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 30
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiġu implimentati bl-użu ta' struttura u ta' regoli li jtejbu l-effiċjenza u jiżguraw is-simplifikazzjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jadottaw regoli finanzjarji speċifiċi għall-ħtiġijiet tagħhom f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2. |
(30) L-istruttura ta' governanza u l-uffiċċju ddedikat għall-programm huma karatteristiċi uniċi tal-impriżi konġunti li jenħtieġ li jippermettu livell ogħla ta' operazzjonijiet ibbażati fuq il-fiduċja. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiġu implimentati bl-użu ta' struttura u ta' regoli li jtejbu l-impatt u l-effiċjenza tagħhom u jiżguraw l-akbar simplifikazzjoni amministrattiva għall-benefiċjarji u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv tagħhom. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jadottaw regoli finanzjarji speċifiċi għall-ħtiġijiet tagħhom f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2. Sabiex l-impriżi konġunti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom u attivitajiet addizzjonali, jenħtieġ li jiddisponu minn persunal adegwat f'termini tal-ammont u tal-grad. |
__________________ |
__________________ |
2 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1). |
2 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1). |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 32
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(32) Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-impriżi konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa tikkonforma mar-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiżguraw applikazzjoni konsistenti ta' dawk ir-regoli fuq il-bażi tal-miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jużaw il-mudell korporattiv tal-ftehim ta' għotja mħejji mill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-perjodu sabiex jiġu kkontestati t-trasferimenti tas-sjieda tar-riżultati msemmija fl-[Artikolu 36(4)] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, jenħtieġ li titqies id-durata taċ-ċikli ta' innovazzjoni fl-oqsma koperti mill-impriżi konġunti rispettivi. |
(32) Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-impriżi konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa tikkonforma mar-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar Orizzont Ewropa. B'mod partikolari, l-SMEs jista' ma jkollhomx ir-riżorsi biex jinvolvu ruħhom b'mod attiv fi proġetti Ewropej u jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-impriżi konġunti kollha biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħhom. Madankollu, sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tal-SMEs, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkunu jistgħu japplikaw rati differenti ta' rimborż għall-finanzjament tal-Unjoni f'azzjoni skont it-tip ta' parteċipant. Ir-rati ta' rimborż jenħtieġ li jiġu indikati fil-programm ta' ħidma. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiżguraw applikazzjoni konsistenti ta' dawk ir-regoli fuq il-bażi tal-miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jużaw il-mudell korporattiv tal-ftehim ta' għotja mħejji mill-Kummissjoni. Fir-rigward tal-perjodu sabiex jiġu kkontestati t-trasferimenti tas-sjieda tar-riżultati msemmija fl-[Artikolu 36(4)] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, jenħtieġ li titqies id-durata taċ-ċikli ta' innovazzjoni fl-oqsma koperti mill-impriżi konġunti rilevanti. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 32a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(32a) Peress li n-nuqqas ta' ħiliet huwa ostaklu kbir għall-kompetittività, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jikkontribwixxu b'mod attiv biex inaqqsu d-diskrepanza f'ħiliet speċifiċi madwar l-Unjoni u jadottaw miżuri biex iżidu l-bilanċ bejn il-ġeneri u jindirizzaw id-dimensjoni tal-ġeneru, inklużi l-oqsma STEM, billi jgħinu fil-bini ta' kapital uman u ta' għarfien ġdid, billi jinvolvu ruħhom f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni u jippromwovu attivitajiet edukattivi u ta' disseminazzjoni, bl-involviment ta' networks akkademiċi, xjentifiċi u ta' għarfien, sħab soċjali u ekonomiċi, organizzazzjonijiet tal-media, tal-industrija u tal-SMEs u atturi oħra. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jfittxu possibbiltajiet biex jinfurmaw lill-istudenti li jistgħu jkunu jixtiequ karriera fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika u f'oqsma oħra relatati mal-attivitajiet operazzjonali tal-impriżi konġunti. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkunu wieħed mill-istrumenti biex jattiraw it-talenti u jnaqqsu l-problema tal-eżodu ta' mħuħ, filwaqt li jżommu ċirkolazzjoni bbilanċjata ta' riċerkaturi u għarfien espert speċjalizzat. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 33
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Wieħed mill-finijiet ewlenin tal-impriżi konġunti huwa li jrawmu l-kapaċitajiet ekonomiċi tal-Unjoni u b'mod partikolari s-sovranità xjentifika u teknoloġika tagħha. Barra minn hekk, l-irkupru ta' wara l-pandemija jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment f'teknoloġiji ewlenin bħall-5G, l-IA, il-cloud, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija ekoloġika u l-valorizzazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji fl-Unjoni. Ir-riżultati ġġenerati mill-parteċipanti kollha se jaqdu rwol importanti f'dan ir-rigward u l-parteċipanti kollha se jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni permezz tar-riżultati ġġenerati fil-proġett u mid-drittijiet ta' aċċess għalihom, anki dawk il-parteċipanti li ma jkunux irċevew finanzjament mill-Unjoni. Għalhekk, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li d-dritt għal impriżi konġunti li joġġezzjonaw għal trasferimenti tas-sjieda tar-riżultati jew għal għotjiet ta' liċenzja esklużiva rigward ir-riżultati japplika wkoll għal parteċipanti li ma jkunux irċevew finanzjament mill-Unjoni. Fl-eżerċitar ta' dan id-dritt ta' kontestazzjoni, jenħtieġ li l-impriża konġunta ssib bilanċ ġust bejn l-interessi tal-Unjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fuq ir-riżultati tal-parteċipanti mingħajr finanzjament f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li dawn il-parteċipanti ma jkunu rċevew l-ebda finanzjament mill-Unjoni għall-azzjoni li minnha ġew iġġenerati r-riżultati. |
(33) Fost il-finijiet ewlenin tal-impriżi konġunti huma li jrawmu l-kapaċitajiet ekonomiċi tal-Unjoni u b'mod partikolari s-sovranità industrijali, xjentifika u teknoloġika tagħha kif ukoll in-newtralità klimatika u li jibnu ekonomija aktar sostenibbli u kompetittiva permezz ta' innovazzjoni xjentifika, diġitali u teknoloġika. Barra minn hekk, l-irkupru ta' wara l-pandemija jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment f'infrastrutturi meħtieġa u f'teknoloġiji ewlenin bħat-tekonoloġiji ta' komunikazzjoni ġodda, il-5G u s-6G, l-IA, il-cloud, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija ekoloġika kif ukoll il-valorizzazzjoni, il-varar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jikkontribwixxu għat-trawwim tax-xjenza miftuħa f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 14 u 39 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, li jiddikjara li l-aċċess għad-data tar-riċerka jenħtieġ li jkun "kemm jista' jkun miftuħ, magħluq kemm meħtieġ", filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi leġittimi tal-benefiċjarji. Ir-riżultati ġġenerati mill-parteċipanti kollha se jaqdu rwol importanti f'dan ir-rigward u l-parteċipanti kollha se jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni permezz tar-riżultati ġġenerati fil-proġett u mid-drittijiet ta' aċċess għalihom, anki dawk il-parteċipanti li ma jkunux irċevew finanzjament mill-Unjoni. Għalhekk, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Unjoni, jenħtieġ li d-dritt għal impriżi konġunti li joġġezzjonaw għal trasferimenti tas-sjieda tar-riżultati jew għal għotjiet ta' liċenzja esklużiva rigward ir-riżultati japplika wkoll għal parteċipanti li ma jkunux irċevew finanzjament mill-Unjoni. Fl-eżerċitar ta' dan id-dritt ta' kontestazzjoni, jenħtieġ li l-impriża konġunta ssib bilanċ ġust bejn l-interessi tal-Unjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fuq ir-riżultati tal-parteċipanti mingħajr finanzjament f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li dawn il-parteċipanti ma jkunu rċevew l-ebda finanzjament mill-Unjoni għall-azzjoni li minnha ġew iġġenerati r-riżultati. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 38
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(38) F'konformità mal-[Artikolu 8(2)(c)] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkollhom approċċ ċar taċ-ċiklu tal-ħajja. Sabiex l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti b'mod adegwat, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiġu stabbiliti għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2031 sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-għotjiet sakemm jitlestew l-aħħar azzjonijiet indiretti mnedija. |
(38) Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiġu ffinanzjati mill-programmi tal-Unjoni fl-ambitu tal-QFP u, fejn ikun applikabbli, min-Next Generation EU. F'konformità mal-[Artikolu 8(2)(c)] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jkollhom approċċ ċar taċ-ċiklu tal-ħajja. Sabiex l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti b'mod adegwat, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jiġu stabbiliti għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2031 sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-għotjiet sakemm jitlestew l-aħħar azzjonijiet indiretti mnedija. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 38a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(38a) L-impriża konġunta, il-korpi u l-persunal tagħha jenħtieġ li jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. Jenħtieġ li l-bord ta' tmexxija u d-Diretturi Eżekuttivi jadottaw regoli għall-prevenzjoni, l-evitar u l-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess. Jenħtieġ li l-Membri tal-Kumitat Xjentifiku jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u jżommu aġġornata dikjarazzjoni tal-attivitajiet professjonali kollha, tal-interessi finanzjarji u tal-kunflitti ta' interess. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Premessa 39
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(39) Fil-kuntest tal-prijorità tal-Kummissjoni Ewropea ta' "Patt Ekoloġiku Ewropew"3 appoġġat mill-Istrateġija riveduta tal-Unjoni dwar il-Bijoekonomija4, mill-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità5, mill-Komunikazzjoni Pjaneta Nadif għall-Kulħadd6, mill-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari7 u mill-komunikazzjoni l-ġdida Mill-Għalqa sal-Platt8, jenħtieġ li s-settur Ewropew b'bażi bijoloġika, inklużi l-SMEs, ir-reġjuni u l-produtturi primarji jsiru newtrali għall-klima, aktar ċirkolari u aktar sostenibbli filwaqt li jibqgħu kompetittivi fuq skala globali. Ekosistema tal-innovazzjoni b'bażi bijoloġika b'saħħitha, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva tista' tnaqqas id-dipendenza fuq materja prima u riżorsi minerali fossili mhux rinnovabbli u tħaffef is-sostituzzjoni tagħhom. Tista' tiżviluppa prodotti, materjali, proċessi u nutrijenti rinnovabbli b'bażi bijoloġika mill-iskart u mill-bijomassa permezz tal-innovazzjoni mmexxija mis-sostenibbiltà u miċ-ċirkolarità. Tali Ekosistema tista' toħloq ukoll valur mill-materja prima lokali – inklużi l-iskart, ir-residwi u l-flussi sekondarji – sabiex iġġib impjiegi, tkabbir ekonomiku u żvilupp madwar l-Unjoni mhux biss f'żoni urbani iżda wkoll f'territorji rurali u kostali fejn tiġi prodotta l-bijomassa u li spiss ikunu reġjuni periferali li rarament jibbenefikaw mill-iżvilupp industrijali. |
(39) Fil-kuntest tal-prijorità tal-Kummissjoni ta' "Patt Ekoloġiku Ewropew"3 appoġġat mill-Istrateġija riveduta tal-Unjoni dwar il-Bijoekonomija4, mill-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità5, mill-Komunikazzjoni Pjaneta Nadif għall-Kulħadd6, mill-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari7, mill-komunikazzjoni l-ġdida Mill-Għalqa sal-Platt8 u l-SDGs tan-NU, jenħtieġ li s-settur Ewropew b'bażi bijoloġika, inklużi l-SMEs u n-negozji ġodda, ir-reġjuni u l-produtturi primarji jsiru newtrali għall-klima, aktar ċirkolari u aktar sostenibbli filwaqt li jibqgħu kompetittivi fuq skala globali. Ekosistema tal-innovazzjoni b'bażi bijoloġika b'saħħitha, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva tista' tnaqqas id-dipendenza fuq materja prima u riżorsi minerali fossili mhux rinnovabbli u tħaffef is-sostituzzjoni tagħhom. Tista' tiżviluppa prodotti, materjali, proċessi u nutrijenti rinnovabbli b'bażi bijoloġika mill-iskart u mill-bijomassa permezz tal-innovazzjoni mmexxija mis-sostenibbiltà u miċ-ċirkolarità. Tali Ekosistema tista' toħloq ukoll valur mill-materja prima lokali – inklużi l-iskart, ir-residwi u l-flussi sekondarji – sabiex iġġib impjiegi, tkabbir soċjali u żvilupp madwar l-Unjoni mhux biss f'żoni urbani iżda speċjalment f'territorji rurali u kostali fejn tiġi prodotta l-bijomassa u li spiss ikunu reġjuni periferali li rarament jibbenefikaw mill-iżvilupp industrijali, ekonomiku u soċjali. Din tista' tikkontribwixxi wkoll għall-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet li jużaw teknoloġiji u approċċi ta' emissjonijiet negattivi. |
__________________ |
__________________ |
3 https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt. |
3 https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt. |
6 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52018DC0773&from=EN. |
6 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52018DC0773&from=EN. |
7 https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt |
7 https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Premessa 40
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) L-Impriża Konġunta dwar l-Industrija Bbażata fuq il-Prodotti Bijoloġiċi stabbilita fil-qafas ta' Orizzont 2020 iffokat fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi, speċjalment f'setturi intensivi fir-riżorsi u b'impatt għoli, bħall-agrikoltura, il-manifattura tat-tessuti u l-kostruzzjoni, b'mod partikolari mmirata wkoll lejn l-operaturi lokali, il-manifatturi, l-impjanti u l-fabbriki. L-evalwazzjoni interim tagħha ppubblikata f'Ottubru 2017 inkludiet sett b'saħħtu ta' 34 rakkomandazzjoni li huma riflessi fit-tfassil tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika stabbilita b'dan ir-Regolament. L-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika mhijiex kontinwazzjoni diretta tal-Impriża Konġunta dwar l-Industrija Bbażata fuq il-Prodotti Bijoloġiċi iżda, pjuttost, programm li jibni fuq il-kisbiet tal-predeċessur u jindirizza n-nuqqasijiet tiegħu. F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika tinvolvi firxa usa' ta' partijiet ikkonċernati inkluż is-settur primarju (l-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija) kif ukoll fornituri ta' skart, ta' residwi u ta' flussi sekondarji, awtoritajiet reġjonali u investituri sabiex tipprevjeni fallimenti tas-suq u proċessi b'bażi bijoloġika mhux sostenibbli. Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, jenħtieġ li tiffinanzja biss proġetti li jirrispettaw il-prinċipji taċ-ċirkolarità, tas-sostenibbiltà u tal-limiti planetarji. |
(40) L-Impriża Konġunta dwar l-Industrija Bbażata fuq il-Prodotti Bijoloġiċi stabbilita fil-qafas ta' Orizzont 2020 iffokat fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi, speċjalment f'setturi intensivi fir-riżorsi u b'impatt għoli, bħall-agrikoltura, il-manifattura tat-tessuti u l-kostruzzjoni, b'mod partikolari mmirata wkoll lejn l-operaturi lokali, il-manifatturi, l-impjanti u l-fabbriki. L-evalwazzjoni interim tagħha ppubblikata f'Ottubru 2017 inkludiet sett b'saħħtu ta' 34 rakkomandazzjoni li huma riflessi fit-tfassil tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika stabbilita b'dan ir-Regolament. L-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika mhijiex kontinwazzjoni diretta tal-Impriża Konġunta dwar l-Industrija Bbażata fuq il-Prodotti Bijoloġiċi iżda, pjuttost, programm li jibni fuq il-kisbiet tal-predeċessur u jindirizza n-nuqqasijiet tiegħu. F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika tinvolvi firxa usa' ta' partijiet ikkonċernati inkluż is-settur primarju (fit-teknoloġija, l-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija kollha) kif ukoll fornituri ta' skart, ta' residwi u ta' flussi sekondarji, awtoritajiet reġjonali u investituri sabiex tipprevjeni fallimenti tas-suq u proċessi b'bażi bijoloġika mhux sostenibbli kif ukoll rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. B'mod partikolari jenħtieġ li tiżgura l-ftuħ għal atturi iżgħar. Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, jenħtieġ li tiffinanzja biss proġetti li jirrispettaw il-prinċipji taċ-ċirkolarità, tas-sostenibbiltà, tal-limiti planetarji u timmitiga l-impatti soċjali u ambjentali potenzjali tagħhom. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Premessa 41
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(41) Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika tistabbilixxi Gruppi ta' Varar li jenħtieġ li jservu bħala korpi konsultattivi u jenħtieġ li jipparteċipaw b'mod attiv fid-diskussjonijiet strateġiċi li qed jistabbilixxu l-aġenda għas-sħubija. Huwa kruċjali li dawn il-korpi konsultattivi jiġu inklużi fl-istruttura ta' governanza sabiex jiġu żgurati parteċipazzjoni usa' u investiment privat ogħla fis-settur ċirkolari b'bażi bijoloġika. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Gruppi ta' Varar jipprovdu appoġġ għal-laqgħat strateġiċi tal-Bord ta' Tmexxija fejn il-mexxejja industrijali u r-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati flimkien ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni ta' livell għoli jingħaqdu mal-Bord ta' Tmexxija permanenti sabiex jiddiskutu u jistabbilixxu d-direzzjoni strateġika tas-sħubija. |
(41) Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika tistabbilixxi Gruppi ta' Varar li jenħtieġ li jservu bħala korpi konsultattivi u jenħtieġ li jipparteċipaw b'mod attiv fid-diskussjonijiet strateġiċi li qed jistabbilixxu l-aġenda għas-sħubija. Huwa kruċjali li dawn il-korpi konsultattivi jiġu inklużi fl-istruttura ta' governanza sabiex jiġu żgurati parteċipazzjoni usa' u investiment privat ogħla fis-settur ċirkolari b'bażi bijoloġika. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Gruppi ta' Varar jipprovdu appoġġ għal-laqgħat strateġiċi tal-Bord ta' Tmexxija fejn il-mexxejja industrijali u r-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati flimkien ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni ta' livell għoli jingħaqdu mal-Bord ta' Tmexxija permanenti sabiex jiddiskutu u jistabbilixxu d-direzzjoni strateġika u jiżguraw is-sostenibbiltà ambjentali u soċjali tas-sħubija. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Premessa 42
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(42) Jenħtieġ li l-objettiv ewlieni tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa jkun li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impronta ekoloġika tal-avjazzjoni billi taċċellera l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-avjazzjoni newtrali għall-klima għall-aktar varar bikri possibbli tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-għanijiet ambizzjużi ta' mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jiġifieri tnaqqis ta' 55% fl-emissjonijiet sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, u newtralità klimatika sal-2050. Dan l-objettiv jista' jinkiseb biss permezz tal-aċċellerazzjoni u permezz tal-ottimizzazzjoni tal-proċessi ta' riċerka u ta' innovazzjoni fl-ajrunawtika u billi tittejjeb il-kompetittività globali tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa tiżgura wkoll li avjazzjoni aktar nadifa tibqa' sikura, sigura u effiċjenti għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bl-ajru. |
(42) Jenħtieġ li l-objettiv ewlieni tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa jkun li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impronta ekoloġika tal-avjazzjoni billi taċċellera l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-avjazzjoni newtrali għall-klima għall-aktar varar bikri possibbli tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-għanijiet ambizzjużi ta' mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") jiġifieri tnaqqis ta' 55 % fl-emissjonijiet sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, u newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi. Dan l-objettiv jista' jinkiseb biss permezz tal-aċċellerazzjoni u permezz tal-ottimizzazzjoni tal-proċessi ta' riċerka u ta' innovazzjoni fl-ajrunawtika u billi tittejjeb il-kompetittività globali tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa tiżgura wkoll li avjazzjoni aktar nadifa tibqa' sikura, sigura u effiċjenti għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bl-ajru. |
|
_______________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Premessa 44a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(44a) L-avjazzjoni nadifa u sostenibbli, li qed tħabbat wiċċha ma' sfidi sinifikanti minħabba l-pandemija tal-COVID-19, ġiet rikonoxxuta bħala element vitali għas-suċċess tal-Unjoni f'dinja kompetittiva ħafna. L-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa tista' tespandi l-bażi ta' appoġġ għar-riċerka dwar l-ajrunawtika b'modi differenti. Din tista' tgħin fl-importazzjoni ta' għarfien, soluzzjonijiet u potenzjal tal-innovazzjoni ġodda billi ssib ideat fi xjenzi u setturi oħra. Din tista' tippermetti wkoll lill-istudenti jikkontribwixxu f'ambjent industrijali, b'mod partikolari fl-SMEs. Kollaborazzjoni b'suċċess bejn l-impriżi konġunti u l-istituzzjonijiet akkademiċi tista' twassal għal kuntratti ta' riċerka sponsorjati, kollaborazzjonijiet iffinanzjati, programmi ta' internship għall-istudenti, faċilitajiet kondiviżi speċjalizzati, programmi ta' affiljati tal-industrija, għotjiet u premjijiet li jsaħħu lill-komunità akkademika. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Premessa 47
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(47) L-Ewropa qed taffaċċja l-isfida li jkollha taqdi rwol ewlieni fl-internalizzazzjoni tal-kostijiet soċjetali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-mudell tan-negozju tat-trasport bl-ajru filwaqt li tkompli tiżgura "kundizzjonijiet ekwi" għall-prodotti Ewropej fis-suq globali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa tappoġġa lir-rappreżentanti Ewropej fl-istandardizzazzjoni internazzjonali u fl-isforzi leġiżlattivi internazzjonali. |
(47) L-Ewropa qed taffaċċja l-isfida li jkollha taqdi rwol ewlieni globali fl-internalizzazzjoni tal-kostijiet soċjetali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tal-impatti ambjentali fil-mudell tan-negozju tat-trasport bl-ajru filwaqt li tkompli tiżgura "kundizzjonijiet ekwi" għall-prodotti u s-servizzi Ewropej fis-suq globali kif ukoll id-dritt għal konnettività u l-kompetittività tas-settur. Għalhekk, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa tappoġġa lir-rappreżentanti Ewropej fl-istandardizzazzjoni internazzjonali u fl-isforzi leġiżlattivi internazzjonali. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Premessa 48
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(48) L-interess fl-Idroġenu evolva b'mod drammatiku f'dawn l-aħħar ħames snin filwaqt li l-Istati Membri kollha ffirmaw u rratifikaw il-Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-Ftehim ta' Pariġi. Fl-aħħar tal-2019, il-Kummissjoni ppreżentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għandu l-għan li jittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja, b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, li fiha fl-2050 ma jkun hemm l-ebda emissjoni netta ta' gassijiet serra. L-oqsma prijoritarji jinkludu idroġenu nadif, ċelloli tal-fjuwil, fjuwils alternattivi oħrajn u ħżin tal-enerġija. L-idroġenu huwa prominenti fil-Komunikazzjonijiet ta' Lulju 2020 dwar "Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima" u "Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija" kif ukoll għat-tnedija tal-Alleanza Ewropea għall-Idroġenu Nadif li tiġbor flimkien il-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jidentifikaw il-ħtiġijiet tat-teknoloġija, l-opportunitajiet ta' investiment u l-ostakli regolatorji għall-bini ta' ekosistema tal-idroġenu nadif fl-Unjoni. |
(48) L-interess fl-Idroġenu evolva b'mod drammatiku f'dawn l-aħħar ħames snin filwaqt li l-Istati Membri kollha ffirmaw u rratifikaw il-Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-Ftehim ta' Pariġi. Fl-aħħar tal-2019, il-Kummissjoni ppreżentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għandu l-għan li jittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja, b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, li fiha mhux aktar tard mill-2050 ma jkun hemm l-ebda emissjoni netta ta' gassijiet serra. L-oqsma prijoritarji jinkludu idroġenu nadif, ċelloli tal-fjuwil, fjuwils alternattivi oħrajn, ħżin tal-enerġija u teknoloġiji ta' emissjonijiet negattivi. L-idroġenu huwa prominenti fil-Komunikazzjonijiet ta' Lulju 2020 dwar "Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima" u "Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija" u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2021 dwar "Strateġija Ewropea għall-Idroġenu"1a kif ukoll għat-tnedija tal-Alleanza Ewropea għall-Idroġenu Nadif li tiġbor flimkien il-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jidentifikaw ir-riċerka fit-teknoloġija u l-ħtiġijiet tal-infrastruttura, l-opportunitajiet ta' investiment u l-ostakli regolatorji kif ukoll ekonomiċi għall-bini ta' ekosistema tal-idroġenu nadif fl-Unjoni. |
|
______________ |
|
1a Testi adottati, P9_TA(2021)0241. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Premessa 49
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(49) Attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni ddedikati relatati mal-applikazzjonijiet tal-idroġenu ilhom appoġġati mill-2008, prinċipalment permezz tal-Impriżi Konġunti taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (Impriża Konġunta FCH u l-Impriża Konġunta FCH 2) fil-qafas tal-PQ7 u ta' Orizzont 2020 kif ukoll permezz ta' proġetti kollaborattivi tradizzjonali, li jkopru l-istadji/l-oqsma kollha tal-katina tal-valur tal-idroġenu. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif ssaħħaħ u tintegra l-kapaċità xjentifika tal-Unjoni sabiex tħaffef l-iżvilupp u t-titjib ta' applikazzjonijiet avvanzati tal-idroġenu nadif lesti għas-suq, fl-użu finali għall-enerġija, għat-trasport, għall-bini u għall-industrija. Dan se jkun possibbli biss jekk ikun ikkombinat mat-tisħiħ tal-kompetittività tal-katina tal-valur tal-idroġenu nadif tal-Unjoni, u b'mod partikolari l-SMEs. |
(49) Attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni ddedikati relatati mal-applikazzjonijiet tal-idroġenu ilhom appoġġati mill-2008, prinċipalment permezz tal-Impriżi Konġunti taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (Impriża Konġunta FCH u l-Impriża Konġunta FCH 2) fil-qafas tal-PQ7 u ta' Orizzont 2020 kif ukoll permezz ta' proġetti kollaborattivi tradizzjonali, li jkopru l-istadji/l-oqsma kollha tal-katina tal-valur tal-idroġenu. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif ssaħħaħ u tintegra l-kapaċità xjentifika tal-Unjoni sabiex tħaffef l-iżvilupp u t-titjib ta' applikazzjonijiet avvanzati tal-idroġenu nadif lesti għas-suq, fl-użu finali għall-enerġija, għat-trasport tal-avjazzjoni, marittimu u dak heavy-duty, għall-bini u għall-industrija. Dan se jkun possibbli biss jekk ikun ikkombinat mat-tisħiħ tal-kompetittività tal-katina tal-valur tal-idroġenu nadif tal-Unjoni, u b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Premessa 51
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(51) Peress li l-idroġenu jista' jiġi varat bħala fjuwil, bħala trasportatur tal-enerġija u għall-ħżin tal-enerġija, huwa essenzjali li s-sħubija għall-idroġenu nadif tistabbilixxi kollaborazzjoni strutturata ma' ħafna sħubijiet oħra ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari għall-użu finali. Jenħtieġ li s-sħubija għall-idroġenu nadif tinteraġixxi b'mod partikolari mat-trasport bit-triq u fuq l-ilma b'emissjonijiet żero, mas-sistema ferrovjarja Ewropea, mal-avjazzjoni nadifa, mal-proċessi għall-pjaneta u mas-sħubijiet tal-azzar nadif. Għal dik il-fini, jenħtieġ li tiġi stabbilita struttura li tirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija sabiex jiġu żgurati l-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn dawn is-sħubiji fil-qasam tal-idroġenu. L-inizjattiva għall-idroġenu nadif tkun l-unika sħubija ffokata fuq l-indirizzar tat-teknoloġiji tal-produzzjoni tal-idroġenu. Jenħtieġ li l-kollaborazzjoni ma' sħubijiet tal-użu finali tiffoka b'mod partikolari fuq il-wiri tat-teknoloġija u fuq il-kodefinizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet. |
(51) Peress li l-idroġenu jista' jiġi varat bħala fjuwil, bħala trasportatur tal-enerġija u għall-ħżin tal-enerġija, huwa essenzjali li s-sħubija għall-idroġenu nadif tistabbilixxi kollaborazzjoni strutturata ma' ħafna sħubijiet oħra ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari għall-użu finali, u tkun involuta fi Proġetti Importanti ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEI). Jenħtieġ li s-sħubija għall-idroġenu nadif tinteraġixxi u tiżviluppa sinerġiji b'mod partikolari mat-trasport bit-triq u fuq l-ilma b'emissjonijiet żero, mas-sistema ferrovjarja Ewropea, mal-avjazzjoni nadifa, mal-proċessi għall-pjaneta u mas-sħubijiet tal-azzar nadif. Għal dik il-fini, jenħtieġ li tiġi stabbilita struttura li tirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija sabiex jiġu żgurati l-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn dawn is-sħubiji fil-qasam tal-idroġenu. L-inizjattiva għall-idroġenu nadif tkun l-unika sħubija ffokata fuq l-indirizzar tat-teknoloġiji u l-infrastruttura tal-produzzjoni tal-idroġenu. Jenħtieġ li l-kollaborazzjoni ma' sħubijiet tal-użu finali tiffoka b'mod partikolari fuq il-wiri tat-teknoloġija u fuq il-kodefinizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Premessa 53
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(53) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prosperuża, b'ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkun hemm l-ebda emissjoni netta ta' gassijiet serra sal-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. L-oqsma prijoritarji jinkludu l-aċċellerazzjoni tal-bidla għal mobilità sostenibbli u intelliġenti. |
(53) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prosperuża, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittiva fejn ma jkun hemm l-ebda emissjoni netta ta' gassijiet serra sal-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. L-oqsma prijoritarji jinkludu l-aċċellerazzjoni tal-bidla għal mobilità sostenibbli u intelliġenti. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Premessa 54
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(54) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa22 (Marzu 2020) tenfasizza li l-industriji tal-mobilità sostenibbli u intelliġenti, bħall-industrija ferrovjarja, għandhom kemm ir-responsabbiltà kif ukoll il-potenzjal li jixprunaw it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, jappoġġaw il-kompetittività industrijali tal-Ewropa u jtejbu l-konnettività. Għalhekk jenħtieġ li t-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bl-avjazzjoni u fuq l-ilma jikkontribwixxi għal tnaqqis ta' 90% fl-emissjonijiet tat-trasport sal-2050. Bħala kwistjoni ta' prijorità, parti sostanzjali mill-75% tal-merkanzija interna li llum tinġarr bit-triq għandha tiġi trasferita għal fuq il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma interni. |
(54) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa22 (Marzu 2020), inkluż l-aġġornament tagħha ta' Mejju 2021, tenfasizza li l-industriji tal-mobilità sostenibbli u intelliġenti, bħall-industrija ferrovjarja, għandhom kemm ir-responsabbiltà kif ukoll il-potenzjal li jixprunaw it-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, jappoġġaw il-kompetittività industrijali tal-Ewropa, jagħtu spinta lill-irkupru u jtejbu l-konnettività. Għalhekk jenħtieġ li t-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bl-avjazzjoni u fuq l-ilma jikkontribwixxi għal tnaqqis ta' 90 % fl-emissjonijiet tat-trasport sal-2050. Bħala kwistjoni ta' prijorità, parti sostanzjali mill-75% tal-merkanzija interna li llum tinġarr bit-triq għandha tiġi trasferita għal fuq il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma interni. |
__________________ |
__________________ |
22 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1593086905382&uri=CELEX:52020DC0102 |
22 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1593086905382&uri=CELEX:52020DC0102 |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Premessa 56
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(56) Jenħtieġ li l-objettiv tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea jkun li tipprovdi network ferrovjarju Ewropew integrat b'kapaċità għolja billi telimina l-ostakli għall-interoperabbiltà u tipprovdi soluzzjonijiet għal integrazzjoni sħiħa, li jkopru l-ġestjoni tat-traffiku, il-vetturi, l-infrastruttura u s-servizzi. Jenħtieġ li din tisfrutta l-potenzjal enormi għad-diġitalizzazzjoni u għall-awtomatizzazzjoni sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-ferroviji, tiżdied il-kapaċità, u jissaħħu l-flessibbiltà u l-affidabbiltà tagħhom, u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq Arkitettura tas-Sistema Funzjonali ta' Referenza solida kondiviża mis-settur, f'koordinazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. |
(56) Jenħtieġ li l-objettiv tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea jkun li tipprovdi network ferrovjarju Ewropew integrat b'kapaċità għolja li jkollu l-għan li jikseb l-ogħla standards ta' sigurtà kemm għall-utenti finali, inklużi l-passiġġieri, kif ukoll għall-ħaddiema tal-ferroviji billi telimina l-ostakli għall-interoperabbiltà u tipprovdi soluzzjonijiet għal integrazzjoni sħiħa, li jkopru l-ġestjoni tat-traffiku, il-vetturi, l-infrastruttura u s-servizzi inkluż permezz tal-bejgħ ta' biljetti. Jenħtieġ li din tisfrutta l-potenzjal enormi għad-diġitalizzazzjoni u għall-awtomatizzazzjoni sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-ferroviji, tiżdied il-kapaċità, u jissaħħu l-flessibbiltà u l-affidabbiltà, is-sikurezza u l-inklużività tagħhom, u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq Arkitettura tas-Sistema Funzjonali ta' Referenza solida kondiviża mis-settur, f'koordinazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Premessa 58
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(58) Il-ferroviji huma sistema kumplessa, b'interazzjonijiet mill-qrib ħafna bejn il-maniġers tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji (operaturi tal-ferroviji) u t-tagħmir rispettiv tagħhom (infrastruttura u materjal fuq ir-roti). Huwa impossibbli li tinkiseb innovazzjoni mingħajr speċifikazzjonijiet u strateġija komuni fis-sistema ferrovjarja kollha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Pilastru tas-Sistema tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea jippermetti lis-settur jikkonverġi fuq kunċett operazzjonali u fuq arkitettura tas-sistema uniċi, li jinkludu d-definizzjoni tas-servizzi, tal-blokok funzjonali u tal-interfaċċi, li jifformaw il-bażi tal-operazzjonijiet tas-sistema ferrovjarja. Jenħtieġ li dan jipprovdi l-qafas ġenerali sabiex jiżgura li r-riċerka tkun immirata lejn ir-rekwiżiti tal-klijenti u l-ħtiġijiet operazzjonali li huma miftiehma b'mod komuni u lejn rekwiżiti tal-klijenti u ħtiġijiet operazzjonali kondiviżi. Jenħtieġ li l-mudell ta' governanza u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea jirriflettu r-rwol ewlieni tal-Kummissjoni fl-għaqda u fl-integrazzjoni tas-sistema ferrovjarja Ewropea, speċjalment fit-twettiq rapidu u effettiv tal-kunċett operazzjonali u tal-arkitettura tas-sistema uniċi, filwaqt li jkunu involuti s-sħab privati fi rwoli ta' konsulenza u ta' appoġġ tekniku. |
(58) Il-ferroviji huma sistema kumplessa, b'interazzjonijiet mill-qrib ħafna bejn il-maniġers tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji (operaturi tal-ferroviji) u l-fornituri tat-tagħmir rispettiv tagħhom (pereżempju infrastruttura u materjal fuq ir-roti). Huwa impossibbli li tinkiseb innovazzjoni mingħajr speċifikazzjonijiet u strateġija komuni fis-sistema ferrovjarja kollha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Pilastru tas-Sistema tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea jippermetti lis-settur jikkonverġi fuq kunċett operazzjonali u fuq arkitettura tas-sistema uniċi, li jinkludu d-definizzjoni tas-servizzi, tal-blokok funzjonali u tal-interfaċċi, li jifformaw il-bażi tal-operazzjonijiet tas-sistema ferrovjarja. Jenħtieġ li dan jipprovdi l-qafas ġenerali sabiex jiżgura li r-riċerka tkun immirata lejn ir-rekwiżiti tal-klijenti u l-ħtiġijiet operazzjonali sabiex isaħħu d-drittijiet tal-passiġġieri li huma miftiehma b'mod komuni u lejn rekwiżiti tal-klijenti u ħtiġijiet operazzjonali kondiviżi. Jenħtieġ li l-mudell ta' governanza u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea jirriflettu r-rwol ewlieni tal-Kummissjoni fl-għaqda u fl-integrazzjoni tas-sistema ferrovjarja Ewropea, speċjalment fit-twettiq rapidu u effettiv tal-kunċett operazzjonali u tal-arkitettura tas-sistema uniċi, filwaqt li jkunu involuti s-sħab privati fi rwoli ta' konsulenza u ta' appoġġ tekniku u filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti finali, inklużi l-passiġġieri, u l-ħaddiema b'referenza speċifika għas-sikurezza u l-inklużività. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Premessa 61
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(61) Fil-kuntest tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-SDG 3, u l-Komunikazzjoni Lejn Strateġija Komprensiva mal-Afrika23 , l-Unjoni ħadet impenn li tikkontribwixxi sabiex tiżgura ħajjiet mimlija saħħa u tippromwovi l-benessri għal kulħadd, li tibni sħubija saħansitra aktar b'saħħitha bejn iż-żewġ kontinenti tagħna u li tappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni fl-Afrika. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tindirizza n-nuqqas ta' dijanjostika, ta' trattamenti u ta' vaċċini xierqa, fost l-hekk imsejħa teknoloġiji oħrajn tas-saħħa, sabiex jiġu indirizzati mard infettiv, bħall-HIV, il-malarja u t-tuberkulożi, iżda wkoll mard infettiv ieħor relatat mal-faqar u li ma jingħatax biżżejjed attenzjoni, li huwa prevalenti fl-Afrika, speċjalment fl-Afrika sub-Saħarjana. Il-pandemija tal-COVID19 żvelat li biż-żieda fil-konnettività bejn reġjuni differenti fid-dinja, permezz tal-kummerċ dinji u t-turiżmu, il-mard infettiv jista' jinfirex malajr madwar id-dinja kollha. Għalhekk, l-iżvilupp ta' teknoloġiji tas-saħħa huwa kruċjali sabiex jiġi limitat it-tixrid ta' mard infettiv, kif ukoll sabiex dan jiġi miġġieled ladarba jinfirex, sabiex tiġi protetta s-saħħa taċ-ċittadini fil-pajjiżi kkonċernati u fl-Unjoni. Sabiex tinkiseb tmexxija aktar b'saħħitha fis-saħħa globali mill-inizjattiva attwali tal-EDCTP2, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tas-sħubija jiġi estiż sabiex ikopri r-rispons għal theddid ta' mard infettiv emerġenti, il-problemi dejjem akbar ta' reżistenza għall-antimikrobiċi u komorbiditajiet ta' mard mhux komunikabbli. |
(61) Fil-kuntest tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni tal-SDGs tan-NU, b'mod partikolari l-SDG 3, u l-Komunikazzjoni Lejn Strateġija Komprensiva mal-Afrika23 , l-Unjoni ħadet impenn li tikkontribwixxi sabiex tiżgura ħajjiet mimlija saħħa u tippromwovi l-benessri għal kulħadd, li tibni sħubija saħansitra aktar b'saħħitha bejn iż-żewġ kontinenti tagħna u li tappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni fl-Afrika. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tindirizza n-nuqqas ta' dijanjostika, ta' trattamenti u ta' vaċċini xierqa, fost l-hekk imsejħa teknoloġiji oħrajn tas-saħħa, sabiex jiġu indirizzati mard infettiv, bħall-HIV, il-malarja u t-tuberkulożi, iżda wkoll mard infettiv ieħor relatat mal-faqar u li ma jingħatax biżżejjed attenzjoni, li huwa prevalenti fl-Afrika, speċjalment fl-Afrika sub-Saħarjana. Il-pandemija tal-COVID19 żvelat li biż-żieda fil-konnettività bejn reġjuni differenti fid-dinja, permezz tal-kummerċ dinji u t-turiżmu, il-mard infettiv jista' jinfirex malajr madwar id-dinja kollha. Għalhekk, l-iżvilupp ta' teknoloġiji tas-saħħa huwa kruċjali sabiex jiġi limitat it-tixrid ta' mard infettiv, kif ukoll sabiex dan jiġi miġġieled ladarba jinfirex, sabiex tiġi protetta s-saħħa taċ-ċittadini biex tittejjeb u titrawwem is-saħħa fil-pajjiżi kkonċernati u fl-Unjoni billi jiġu appoġġati l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa u jiġi żgurat aċċess ugwali u sħiħ għas-saħħa. Sabiex tinkiseb tmexxija aktar b'saħħitha fis-saħħa globali mill-inizjattiva attwali tal-EDCTP2, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tas-sħubija jiġi estiż sabiex ikopri r-rispons għal theddid ta' mard infettiv emerġenti, il-problemi dejjem akbar ta' reżistenza għall-antimikrobiċi u komorbiditajiet ta' mard mhux komunikabbli. |
__________________ |
__________________ |
23 Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Lejn strateġija komprensiva mal-Afrika, Brussell, 9.3.2020, JOIN(2020) 4 final. |
23 Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Lejn strateġija komprensiva mal-Afrika, Brussell, 9.3.2020, JOIN(2020) 4 final. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Premessa 62
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(62) L-indirizzar ta' mard infettiv li jaffettwa l-Afrika sub-Saħarjana b'għodod teknoloġiċi moderni jeħtieġ l-involviment ta' sett kbir ta' atturi u ta' impenji fit-tul. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3, isservi bħala pont għall-bini ta' networks u ta' kooperazzjoni produttivi u sostenibbli bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn partijiet differenti fin-Nofsinhar, filwaqt li tibni relazzjonijiet ma' diversi organizzazzjonijiet tas-settur privat u pubbliku sabiex jissaħħu l-kollaborazzjonijiet bejn il-proġetti u l-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li l-programm jgħin ukoll sabiex jiġu stabbiliti kollaborazzjonijiet ġodda bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn in-Nofsinhar u n-Nofsinhar sabiex jitwettqu studji fuq diversi pajjiżi u fuq diversi siti fl-Afrika sub-Saħarjana. Barra minn hekk, jenħtieġ li konferenza internazzjonali regolari, il-Forum tal-EDCTP, tipprovdi pjattaforma għal xjenzati u għan-networks rilevanti mill-Ewropa, mill-Afrika, u minn xi mkien ieħor sabiex jaqsmu s-sejbiet u l-ideat, u sabiex jiġu stabbiliti rabtiet kollaborattivi. |
(62) L-indirizzar ta' mard infettiv li jaffettwa l-Afrika sub-Saħarjana b'għodod teknoloġiċi moderni jirrikjedi l-involviment ta' sett kbir ta' atturi u ta' impenji fit-tul. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3, isservi bħala pont għall-bini ta' networks u ta' kooperazzjoni produttivi u sostenibbli bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn partijiet differenti fin-Nofsinhar, filwaqt li tibni relazzjonijiet ma' diversi organizzazzjonijiet tas-settur privat, mingħajr skop ta' qligħ u pubbliku sabiex jissaħħu l-kollaborazzjonijiet bejn il-proġetti u l-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tistabbilixxi rabtiet u sinerġiji b'saħħithom mal-inizjattivi li ġew implimentati s'issa mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u jenħtieġ li ttejjeb il-koordinazzjoni fl-oqsma differenti ta' attività, tikkollabora fil-bini tal-kapaċitajiet u tikkondividi faċilitajiet u infrastrutturi mal-azzjonijiet appoġġati mill-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fl-Afrika. Jenħtieġ li l-programm jgħin ukoll sabiex jiġu stabbiliti kollaborazzjonijiet ġodda bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u bejn in-Nofsinhar u n-Nofsinhar sabiex jitwettqu studji fuq diversi pajjiżi u fuq diversi siti fl-Afrika sub-Saħarjana. Barra minn hekk, jenħtieġ li konferenza internazzjonali regolari, il-Forum tal-EDCTP, tipprovdi pjattaforma għal xjenzati u għan-networks rilevanti mill-Ewropa, mill-Afrika, u minn xi mkien ieħor sabiex jaqsmu s-sejbiet u l-ideat, u sabiex jiġu stabbiliti rabtiet kollaborattivi. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Premessa 64
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(64) Huwa essenzjali li l-attivitajiet ta' riċerka ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 jew li b'xi mod ieħor huma koperti mill-programm ta' ħidma tagħha, ikunu f'konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Protokolli Supplimentari tagħha, mal-prinċipji etiċi inklużi fid-Dikjarazzjoni ta' Helsinki tal-2008 tal-Assoċjazzjoni Medika Dinjija, mal-istandards ta' prassi klinika tajba adottati mill-Konferenza Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tar-Rekwiżiti Tekniċi għar-Reġistrazzjoni ta' Farmaċewtiċi għall-Użu mill-Bniedem, mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u mar-rekwiżiti lokali dwar l-etika tal-pajjiżi fejn ikunu se jitwettqu l-attivitajiet ta' riċerka. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tirrikjedi li l-innovazzjonijiet u l-interventi żviluppati fuq il-bażi tar-riżultati tal-azzjonijiet indiretti appoġġati mill-programm ikunu tajbin għall-but ta' popolazzjonijiet vulnerabbli u aċċessibbli għalihom. |
(64) Huwa essenzjali li l-attivitajiet ta' riċerka ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 jew li b'xi mod ieħor huma koperti mill-programm ta' ħidma tagħha, ikunu f'konformità sħiħa mal-Karta, mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Protokolli Supplimentari tagħha, mal-prinċipji etiċi inklużi fid-Dikjarazzjoni ta' Helsinki tal-2008 tal-Assoċjazzjoni Medika Dinjija, mal-istandards ta' prassi klinika tajba adottati mill-Konferenza Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tar-Rekwiżiti Tekniċi għar-Reġistrazzjoni ta' Farmaċewtiċi għall-Użu mill-Bniedem, mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u mar-rekwiżiti lokali dwar l-etika tal-pajjiżi fejn ikunu se jitwettqu l-attivitajiet ta' riċerka. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tirrikjedi li l-innovazzjonijiet u l-interventi żviluppati fuq il-bażi tar-riżultati tal-azzjonijiet indiretti appoġġati mill-programm ikunu tajbin għall-but ta' popolazzjonijiet vulnerabbli li jgħixu f'ambjenti bi ftit riżorsi u jkunu aċċessibbli għalihom. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tappoġġa wkoll l-istabbiliment ta' kumitati tal-etika f'pajjiżi Afrikani, b'appoġġ għall-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Premessa 65
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(65) Sabiex l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tirnexxi u tinċentiva l-parteċipazzjoni fis-sħubija, jenħtieġ li l-finanzjament tal-impriża konġunta jkun ristrett għall-entitajiet legali eliġibbli għall-finanzjament fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa u stabbilit fi stati kostitwenti tal-Assoċjazzjoni tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP). Jenħtieġ li l-entitajiet stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni, f'pajjiżi assoċjati u f'pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana xorta jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-sejħiet mingħajr ma jirċievu finanzjament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li entitajiet stabbiliti f'pajjiżi oħra li ma jkunux membri tal-Assoċjazzjoni tal-EDCTP3 ikunu eliġibbli għal finanzjament f'suġġetti speċifiċi tas-sejħiet jew f'każ ta' sejħa li tindirizza emerġenza tas-saħħa pubblika, fejn dan ikun previst fil-programm ta' ħidma. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tieħu l-miżuri xierqa kollha, inklużi dawk kuntrattwali, sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li titfittex il-konklużjoni ta' ftehimiet dwar ix-xjenza u t-teknoloġija ma' pajjiżi terzi. Qabel il-konklużjoni tagħhom, meta l-entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz mingħajr tali ftehim jipparteċipaw b'finanzjament f'azzjoni indiretta, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta EDCTP3 tapplika miżuri alternattivi għas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni: il-koordinatur finanzjarju tal-azzjoni jenħtieġ li jkun stabbilit fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat u l-ammont ta' prefinanzjament kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ftehim ta' għotja jenħtieġ li jiġu adattati sabiex iqisu b'mod adegwat ir-riskji finanzjarji. |
(65) Sabiex l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tirnexxi u tinċentiva l-parteċipazzjoni fis-sħubija, jenħtieġ li l-finanzjament tal-impriża konġunta jkun ristrett għall-entitajiet legali eliġibbli għall-finanzjament fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa u stabbilit fi stati kostitwenti tal-Assoċjazzjoni tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP). Jenħtieġ li l-entitajiet stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni, f'pajjiżi assoċjati u f'pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana xorta jkunu jistgħu jipparteċipaw fis-sejħiet mingħajr ma jirċievu finanzjament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li entitajiet stabbiliti f'pajjiżi oħra li ma jkunux membri tal-Assoċjazzjoni tal-EDCTP3 ikunu eliġibbli għal finanzjament f'suġġetti speċifiċi tas-sejħiet jew f'każ ta' sejħa li tindirizza emerġenza tas-saħħa pubblika, fejn dan ikun previst fil-programm ta' ħidma. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 tieħu l-miżuri xierqa kollha, inklużi dawk kuntrattwali, sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li titfittex il-konklużjoni ta' ftehimiet dwar ix-xjenza u t-teknoloġija ma' pajjiżi terzi. Qabel il-konklużjoni tagħhom, meta l-entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz mingħajr tali ftehim jipparteċipaw b'finanzjament f'azzjoni indiretta, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta EDCTP3 tapplika miżuri alternattivi għas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni: ħlief f'każijiet ta' proġetti mmexxija minn entitajiet u pajjiżi Afrikani, il-koordinatur finanzjarju tal-azzjoni jenħtieġ li jkun stabbilit fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat u l-ammont ta' prefinanzjament kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ftehim ta' għotja jenħtieġ li jiġu adattati sabiex iqisu b'mod adegwat ir-riskji finanzjarji. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Premessa 66
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(66) Fil-kuntest tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea ta' "Ekonomija għas-servizz tan-nies" u ta' "Ewropa lesta għall-era diġitali", l-industrija Ewropea, li tinkludi l-SMEs, jenħtieġ li ssir aktar ekoloġika, aktar ċirkolari u aktar diġitali filwaqt li tibqa' kompetittiva fuq skala globali. Il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol tal-apparati mediċi u tat-teknoloġiji diġitali fl-indirizzar tal-isfidi emerġenti u l-użu ta' servizzi tas-saħħa elettronika sabiex tiġi pprovduta kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, flimkien ma' sejħa sabiex tiġi żgurata l-provvista ta' mediċini affordabbli bl-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Unjoni, filwaqt li tiġi appoġġata industrija farmaċewtika Ewropea innovattiva u fuq quddiem nett fid-dinja. L-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija tas-saħħa tal-Unjoni, pedament tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien tal-Unjoni, għal attività ekonomika akbar fl-iżvilupp ta' teknoloġiji tas-saħħa, b'mod partikolari ta' soluzzjonijiet integrati tas-saħħa, u b'hekk isservi bħala għodda sabiex tiżdied is-sovranità teknoloġika u titrawwem it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetajiet tagħna. Prijoritajiet politiċi bħal dawn jistgħu jinkisbu billi jinġabru flimkien l-atturi kruċjali: l-akkademja, il-kumpaniji ta' diversi daqsijiet u l-utenti finali tal-innovazzjonijiet tas-saħħa, taħt il-kappa ta' sħubija pubblika-privata fir-riċerka u fl-innovazzjoni fis-saħħa. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva tgħin sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-"Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer"9 u tal-"Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi"10. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva tkun allinjata mal-Istrateġija Industrijali l-ġdida għall-Ewropa11, mal-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa12 u mal-istrateġija tal-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali13. |
(66) Fil-kuntest tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni ta' "Ekonomija għas-servizz tan-nies" u ta' "Ewropa lesta għall-era diġitali", l-industrija Ewropea, li tinkludi l-SMEs u n-negozji ġodda, jenħtieġ li ssir ambjentalment sostenibbli, aktar ċirkolari u aktar diġitali filwaqt li tibqa' kompetittiva fuq skala globali. Il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol tal-apparati mediċi, tad-dijanjostika msaħħa, tat-trattamenti u tat-teknoloġiji diġitali fl-indirizzar tal-isfidi emerġenti tas-saħħa u l-użu ta' servizzi tas-saħħa elettronika sabiex tiġi pprovduta kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, flimkien ma' sejħa sabiex tiġi żgurata l-provvista ta' mediċini affordabbli bl-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-pazjenti, filwaqt li tiġi appoġġata industrija farmaċewtika Ewropea innovattiva u fuq quddiem nett fid-dinja. L-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija tas-saħħa tal-Unjoni fl-iżvilupp ta' teknoloġiji tas-saħħa, b'mod partikolari ta' soluzzjonijiet integrati tas-saħħa, u b'hekk ittejjeb il-kwalità u l-għoti tas-servizzi tas-saħħa fl-Unjoni kollha, isservi bħala għodda sabiex jiżdiedu l-iżvilupp teknoloġiku u s-soluzzjonijiet innovattivi u titrawwem it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetajiet tagħna. Prijoritajiet politiċi bħal dawn jistgħu jinkisbu billi jinġabru flimkien l-atturi kruċjali: is-settur pubbliku, l-akkademja, il-kumpaniji ta' diversi daqsijiet u l-utenti finali tal-innovazzjonijiet tas-saħħa, taħt il-kappa ta' sħubija pubblika-privata fir-riċerka u fl-innovazzjoni fis-saħħa. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva tgħin sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-"Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer"9, tal-Missjoni ta' Orizzont Ewropa dwar il-Kanċer u tal-"Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi"10, u jenħtieġ li ttejjeb ukoll il-kollaborazzjoni mal-inizjattivi differenti Ewropej għall-mard rari. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva tkun allinjata mal-Istrateġija Industrijali l-ġdida għall-Ewropa11 u l-aġġornament tagħha, mal-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa12 u mal-istrateġija tal-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali13. Jenħtieġ li jiġu mfittxija sinerġiji mal-Awtorità Ewropea għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) biex tiġi pprovduta sistema kollaborattiva strutturali sabiex l-Unjoni tkun tista' tantiċipa u tindirizza t-theddid relatat mas-saħħa b'mod aktar effettiv. Il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u s-sinerġiji mal-programm l-UE għas-Saħħa huma ta' benefiċċju wkoll biex jittejjeb l-istat ta'tħejjija tal-Unjoni għat-theddid tas-saħħa transfruntier, jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u jittejbu d-disponibbiltà u l-affordabbiltà ta' prodotti għall-innovazzjoni farmaċewtika. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tiżviluppa wkoll sinerġiji mal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa kif ukoll mal-inizjattivi ta' riċerka fil-qasam tal-mard rari. |
__________________ |
__________________ |
9 https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12154-Europe-s-Beating-Cancer-Plan. |
9 https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12154-Europe-s-Beating-Cancer-Plan. |
10 https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/antimicrobial_resistance/docs/amr_2017_action-plan.pdf. |
10 https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/antimicrobial_resistance/docs/amr_2017_action-plan.pdf. |
11 COM(2020)0102. |
11 COM(2020)0102. |
12 COM(2020)0761. |
12 COM(2020)0761. |
13 COM(2020)0103. |
13 COM(2020)0103. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Premessa 67
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(67) L-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva tibni fuq l-esperjenza miksuba mill-Impriża Konġunta Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (Impriża Konġunta IMI2) inkluż il-ħidma li saret minn din l-inizjattiva għall-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta IMI214, inizjattiva suċċessur jeħtieġ li "tippermetti l-involviment attiv ta' setturi oħra tal-industrija mal-industrija farmaċewtika sabiex jiġi sfruttat l-għarfien espert tagħhom fl-iżvilupp ta' interventi ġodda tal-kura tas-saħħa". Għalhekk, is-setturi tal-industrija jeħtieġ li jkopru s-setturi tal-bijofarmaċewtika, tal-bijoteknoloġija u tat-teknoloġija medika, inklużi kumpaniji attivi fil-qasam diġitali. Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-inizjattiva jkopri l-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u l-ġestjoni tal-mard u jrid jiġi stabbilit billi jitqies il-piż għoli għall-pazjenti u/jew għas-soċjetà minħabba s-severità tal-marda u/jew in-numru ta' persuni affettwati, kif ukoll l-impatt ekonomiku għoli tal-marda għall-pazjenti u għas-sistemi tal-kura tas-saħħa. L-azzjonijiet iffinanzjati jridu jagħti rispons lill-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika tal-Unjoni, jappoġġaw l-iżvilupp ta' innovazzjonijiet futuri tas-saħħa li jkunu sikuri, iffokati fuq in-nies, effettivi, kosteffettivi u tajbin għall-but tal-pazjenti u għas-sistemi tal-kura tas-saħħa. |
(67) L-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva tibni fuq l-esperjenza miksuba mill-Impriża Konġunta Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (Impriża Konġunta IMI2) inkluż il-ħidma li saret minn din l-inizjattiva għall-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta IMI214, inizjattiva suċċessur jeħtieġ li "tippermetti l-involviment attiv ta' setturi oħra tal-industrija mal-industrija farmaċewtika sabiex jiġi sfruttat l-għarfien espert tagħhom fl-iżvilupp ta' interventi ġodda tal-kura tas-saħħa". Għalhekk, is-setturi tal-industrija jeħtieġ li jkopru s-setturi tal-bijofarmaċewtika, tal-bijoteknoloġija u tat-teknoloġija medika, inklużi kumpaniji attivi fil-qasam diġitali. Jenħtieġ li l-inizjattiva l-ġdida tiżgura involviment attiv tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti. Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-inizjattiva jkopri l-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u l-ġestjoni tal-mard u jrid jiġi stabbilit billi jitqies il-piż għoli għall-pazjenti, għall-familji tagħhom u/jew għas-soċjetà minħabba s-severità tal-marda u/jew in-numru ta' persuni affettwati jew li x'aktarx jiġu affettwati, kif ukoll l-impatt ekonomiku għoli tal-marda għall-pazjenti u għas-sistemi tal-kura tas-saħħa. L-azzjonijiet iffinanzjati jridu jagħti rispons lill-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika tal-Unjoni, jappoġġaw l-iżvilupp ta' innovazzjonijiet futuri tas-saħħa li jkunu sikuri, iċċentrati fuq in-nies u fuq il-pazjenti, effettivi, kosteffettivi, aċċessibbli u tajbin għall-but tal-pazjenti u għas-sistemi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa sabiex tittejjeb il-kwalità tas-saħħa. |
__________________ |
__________________ |
14 The Interim Evaluation of the Innovative Medicines Initiative 2 Joint Undertaking (2014-2016) operating under Horizon 2020 (ISBN 978-92-79-69299-4). |
14 The Interim Evaluation of the Innovative Medicines Initiative 2 Joint Undertaking (2014-2016) operating under Horizon 2020 (ISBN 978-92-79-69299-4). |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Premessa 68
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(68) Sabiex tiġi żgurata l-aħjar opportunità għall-ġenerazzjoni ta' ideat xjentifiċi ġodda u għal attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni ta' suċċess, jenħtieġ li l-atturi ewlenin fl-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva jkunu riċerkaturi minn diversi tipi ta' entitajiet, pubbliċi u privati. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-utenti finali bħaċ-ċittadini tal-Unjoni, il-professjonisti fil-kura tas-saħħa u l-fornituri tal-kura tas-saħħa jipprovdu kontribut fit-tfassil strateġiku u fl-attivitajiet tal-inizjattiva, filwaqt li jiżguraw li din tindirizza l-ħtiġijiet tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Unjoni kollha, il-korpi tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u l-kontribwenti għall-kura tas-saħħa jipprovdu wkoll kontribut bikri għall-attivitajiet tas-sħubija, filwaqt li jiżguraw in-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, sabiex tiżdied il-probabbiltà li r-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa għall-adozzjoni u b'hekk jilħqu l-impatti mistennija. Jenħtieġ li dak il-kontribut kollu jgħin sabiex l-isforzi tar-riċerka jiġu mmirati aħjar lejn oqsma ta' ħtiġijiet mhux issodisfati. |
(68) Sabiex tiġi żgurata l-aħjar opportunità għall-ġenerazzjoni ta' ideat xjentifiċi ġodda u għal attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni ta' suċċess, jenħtieġ li l-atturi ewlenin fl-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva jkunu riċerkaturi minn diversi tipi ta' entitajiet, pubbliċi u privati. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-utenti finali bħaċ-ċittadini tal-Unjoni, il-familji tagħhom, il-gruppi tal-konsumatur u tal-pazjenti, il-professjonisti fil-kura tas-saħħa u l-fornituri tal-kura tas-saħħa, kif ukoll gruppi ta' pazjenti u gruppi ta' interess pubbliku oħra rilevanti minn madwar l-Unjoni jipprovdu kontribut fit-tfassil strateġiku u fl-attivitajiet tal-inizjattiva. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta tiżgura li l-attivitajiet li twettaq jindirizzaw dawn il-ħtiġijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Unjoni kollha, il-korpi tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u l-kontribwenti għall-kura tas-saħħa jipprovdu wkoll kontribut bikri għall-attivitajiet tas-sħubija, filwaqt li jiżguraw in-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, sabiex tiżdied il-probabbiltà li r-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-pazjenti u r-rekwiżiti meħtieġa għall-adozzjoni u b'hekk jilħqu l-impatti mistennija. Jenħtieġ li dak il-kontribut kollu jgħin sabiex l-isforzi tar-riċerka jiġu mmirati aħjar lejn oqsma ta' ħtiġijiet mhux issodisfati jew ħtiġijiet mhux iffinanzjati biżżejjed. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Premessa 70
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(70) Jenħtieġ li l-objettivi tas-sħubija jiffokaw fuq il-qasam prekompetittiv, u b'hekk joħolqu spazju sikur għal kollaborazzjoni effiċjenti bejn kumpaniji attivi f'teknoloġiji tas-saħħa differenti. Sabiex tiġi riflessa n-natura integrattiva tal-inizjattiva, tgħin sabiex tkisser is-silos bejn is-setturi tal-industrija tas-saħħa u ssaħħaħ il-kollaborazzjonijiet bejn l-industrija u l-akkademja, jenħtieġ li l-maġġoranza tal-proġetti ffinanzjati mill-inizjattiva jkunu transsettorjali. |
(70) Jenħtieġ li l-objettivi tas-sħubija jiffokaw fuq il-qasam mhux kompetittiv u prekompetittiv, u b'hekk joħolqu spazju sikur għal kollaborazzjoni effiċjenti u effettiva bejn kumpaniji attivi f'teknoloġiji tas-saħħa differenti. Sabiex tiġi riflessa n-natura integrattiva tal-inizjattiva, tgħin sabiex tkisser is-silos bejn is-setturi tal-industrija tas-saħħa u ssaħħaħ il-kollaborazzjonijiet bejn l-industrija u l-akkademja, jenħtieġ li l-maġġoranza tal-proġetti ffinanzjati mill-inizjattiva jkunu transsettorjali. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Premessa 71
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(71) It-terminu Teknoloġiji Diġitali Ewlenin jirreferi għal komponenti u għal sistemi elettroniċi li jirfdu s-setturi ekonomiċi ewlenin kollha. Il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li dawk it-teknoloġiji jiġu ġestiti fl-Ewropa, b'mod partikolari fil-kuntest tat-twettiq tal-prijoritajiet tal-politika Ewropea bħall-awtonomija tat-teknoloġija diġitali30 L-importanza tal-qasam u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni jeħtieġu azzjoni urġenti sabiex ma titħalla l-ebda ħolqa dgħajfa fil-ktajjen tal-innovazzjoni u tal-valur tal-Ewropa. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni li jgħaqqad u jiffoka l-għoti ta' appoġġ għar-riċerka u għall-innovazzjoni fil-komponenti u fis-sistemi elettroniċi mill-Istati Membri, mill-Unjoni u mis-settur privat. |
(71) It-terminu Teknoloġiji Diġitali Ewlenin jirreferi għal komponenti u għal sistemi elettroniċi li jirfdu s-setturi ekonomiċi ewlenin kollha. Il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li dawk it-teknoloġiji jiġu ġestiti fl-Ewropa, b'mod partikolari fil-kuntest tat-twettiq tal-prijoritajiet tal-politika Ewropea bħall-awtonomija tat-teknoloġija diġitali30 L-importanza tal-qasam u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni jeħtieġu azzjoni urġenti sabiex ma titħalla l-ebda ħolqa dgħajfa fil-ktajjen tal-innovazzjoni u tal-valur tal-Ewropa. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni li jgħaqqad u jiffoka l-għoti ta' appoġġ għar-riċerka u għall-innovazzjoni fil-komponenti u fis-sistemi elettroniċi mill-Istati Membri, mill-Unjoni u mis-settur privat. L-Alleanza dwar il-proċessuri u t-teknoloġiji tas-semikondutturi u l-Alleanza għad-Data industrijali, l-Edge u l-Cloud jenħtieġ li jikkomplementaw ukoll l-inizjattivi tal-Impriża Konġunta. |
__________________ |
__________________ |
30 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (COM(2020) 67 final). |
30 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (COM(2020) 67 final). |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Premessa 72
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(72) Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin tindirizza suġġetti ddefiniti b'mod ċar li jippermettu lill-industriji Ewropej b'mod ġenerali jfasslu, jimmanifatturaw u jużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi fil-komponenti u fis-sistemi elettroniċi. Appoġġ finanzjarju strutturat u kkoordinat fil-livell Ewropew huwa meħtieġ sabiex jgħin lit-timijiet tar-riċerka u lill-industriji Ewropej iżommu l-aspetti qawwija attwali tagħhom li jqegħduhom fuq quddiem nett fil-kuntest internazzjonali kompetittiv ħafna u jnaqqsu d-distakk fit-teknoloġiji li huma kritiċi għal trasformazzjoni diġitali fl-Ewropa li tirrifletti l-valuri ewlenin tal-Unjoni inklużi l-privatezza u l-fiduċja, is-sigurtà u s-sikurezza. Il-kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati tal-ekosistema, li jirrappreżentaw is-segmenti kollha tal-ktajjen tal-valur, hija essenzjali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda u għall-adozzjoni rapida tal-innovazzjoni mis-suq. L-aċċess miftuħ u l-flessibbiltà sabiex jiġu integrati l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi b'mod partikolari l-SMEs, f'oqsma emerġenti jew kontigwi tat-teknoloġija, jew fit-tnejn, huma vitali wkoll. |
(72) Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin tindirizza suġġetti ddefiniti b'mod ċar li jippermettu lill-industriji Ewropej b'mod ġenerali jfasslu, jimmanifatturaw u jużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi fil-komponenti u fis-sistemi elettroniċi. Appoġġ finanzjarju strutturat u kkoordinat fil-livell Ewropew huwa meħtieġ sabiex jgħin lit-timijiet tar-riċerka u lill-industriji Ewropej iżommu l-aspetti qawwija attwali tagħhom li jqegħduhom fuq quddiem nett fil-kuntest internazzjonali kompetittiv ħafna u jnaqqsu d-distakk fit-teknoloġiji li huma kritiċi għal trasformazzjoni diġitali tal-Unjoni u t-tmexxija teknoloġika tagħha li tirrifletti l-valuri ewlenin tal-Unjoni inklużi l-privatezza, il-protezzjoni tad-data u l-fiduċja, is-sigurtà u s-sikurezza fil-livelli kollha tal-ktajjen tal-valur. Il-kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati tal-ekosistema, li jirrappreżentaw is-segmenti kollha tal-ktajjen tal-valur, hija essenzjali għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda bbażati fuq il-privatezza u s-sigurtà skont id-disinn u l-adozzjoni rapida tagħhom tal-innovazzjoni mis-suq. L-aċċess miftuħ u l-flessibbiltà sabiex jiġu integrati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi b'mod partikolari l-SMEs, f'oqsma emerġenti jew kontigwi tat-teknoloġija, jew fit-tnejn, huma vitali wkoll. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin tiżviluppa wkoll attivitajiet ta' riċerka biex tikkontribwixxi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2021 bit-titlu "Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali". |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Premessa 73
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(73) Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin tgħaqqad il-mezzi finanzjarji u tekniċi li huma essenzjali sabiex jinżamm il-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f'dan il-qasam, sabiex jiġu ġġenerati esternalitajiet importanti għas-soċjetà, u sabiex jinqasam it-teħid tar-riskju billi l-istrateġiji u l-investimenti jiġu allinjati lejn interess Ewropew komuni. Għalhekk, jenħtieġ li l-membri tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin jkunu l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati ma' Orizzont Ewropa fuq bażi volontarja, u assoċjazzjonijiet bħala membri privati li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom [u entitajiet legali oħrajn attivi fil-qasam tal-komponenti u tas-sistemi tal-elettronika fl-Ewropa]. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tiffaċilita allinjament koerenti mal-programmi u mal-istrateġiji nazzjonali, filwaqt li tnaqqas it-trikkib u l-frammentazzjoni tal-isforzi filwaqt li tiżgura sinerġiji bejn il-partijiet ikkonċernati u l-attivitajiet. |
(73) Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin tgħaqqad il-mezzi finanzjarji u tekniċi li huma essenzjali sabiex jinżamm il-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f'dan il-qasam, sabiex jiġu ġġenerati esternalitajiet importanti għas-soċjetà, billi l-istrateġiji u l-investimenti jiġu allinjati lejn interess Ewropew komuni. Għalhekk, jenħtieġ li l-membri tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin jkunu l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati ma' Orizzont Ewropa fuq bażi volontarja, u assoċjazzjonijiet bħala membri privati li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom [u entitajiet legali oħrajn attivi fil-qasam tal-komponenti u tas-sistemi tal-elettronika fl-Ewropa]. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tiffaċilita allinjament koerenti mal-programmi u mal-istrateġiji nazzjonali, filwaqt li tnaqqas it-trikkib u l-frammentazzjoni tal-isforzi filwaqt li tiżgura sinerġiji bejn il-partijiet ikkonċernati u l-attivitajiet. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Premessa 74
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(74) F'konformità mal-[Artikolu 8(1)(c)] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, jenħtieġ li l-istati parteċipanti jafdaw lill-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin bl-implimentazzjoni tal-kontribut tagħhom lill-parteċipanti nazzjonali tagħhom f'azzjonijiet indiretti. Jenħtieġ li l-benefiċjarji ffirmaw ftehim ta' għotja uniku mal-impriża konġunta skont ir-regoli ta' Orizzont Ewropa, inkluż il-qafas rispettiv għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, skont il-programm tal-Unjoni li jappoġġa l-attività ta' għotja korrispondenti. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin tipproċessa l-pretensjonijiet għall-kostijiet u teżegwixxi l-pagamenti lill-benefiċjarji. |
(74) F'konformità mal-[Artikolu 8(1)(c)] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, jenħtieġ li l-impriżi konġunti jimplimentaw ġestjoni ċentrali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha permezz ta' approċċ ikkoordinat. Għaldaqstant, jenħtieġ li kull stat parteċipanti jikkonkludi ftehim amministrattiv mal-impriża konġunta li jistabbilixxi l-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għall-pagament ta' kontribuzzjonijiet, u r-rapportar dwarhom, lill-applikanti li jinsabu f'dak l-istat parteċipanti. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-prijoritajiet strateġiċi nazzjonali tagħhom u f'każijiet debitament iġġustifikati, jenħtieġ li l-istati parteċipanti jkollhom dritt ta' veto fuq l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom għal applikanti speċifiċi. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Premessa 77
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(77) Il-qafas legali tal-Ajru Uniku Ewropew tal-Unjoni31 jfittex li jirriforma s-sistema Ewropea ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) permezz ta' azzjonijiet istituzzjonali, operazzjonali, teknoloġiċi u regolatorji bl-għan li jtejjeb il-prestazzjoni tagħha f'termini ta' kapaċità, ta' sikurezza, ta' effiċjenza u ta' impatt ambjentali. |
(77) Il-qafas legali tal-Ajru Uniku Ewropew tal-Unjoni31 jfittex li jirriforma s-sistema Ewropea ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) permezz ta' azzjonijiet istituzzjonali, operazzjonali, teknoloġiċi u regolatorji bl-għan li jtejjeb il-prestazzjoni tagħha f'termini ta' kapaċità, ta' sikurezza, ta' effiċjenza, ta' klima u ta' impatt ambjentali. |
__________________ |
__________________ |
31 Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 96 31.3.2004, p.1). |
31 Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 96 31.3.2004, p.1). |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Premessa 78
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(78) Il-proġett ta' Riċerka u ta' Żvilupp tal-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (ATM) (il-"proġett SESAR")32 għandu l-għan li jimmodernizza l-ATM u jiġbor flimkien l-innovazzjoni teknoloġika u operazzjonali b'appoġġ għall-Ajru Uniku Ewropew. Għandu l-għan li jipprovdi s-soluzzjonijiet teknoloġiċi għal ATM bi prestazzjoni għolja sal-2035 sabiex jippermetti funzjonament mhux konġestjonat, saħansitra aktar sikur u aktar ekoloġiku tas-settur tat-trasport bl-ajru. Il-proġett SESAR jinkludi tliet proċessi kollaborattivi relatati ma' xulxin, kontinwi u li qed jevolvu li jiddefinixxu, jiżviluppaw u jvaraw sistemi teknoloġiċi innovattivi u proċeduri operazzjonali li huma l-bażi tal-ajru diġitali Ewropew iddefinit fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM33 . |
(78) Il-proġett ta' Riċerka u ta' Żvilupp tal-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (ATM) (il-"proġett SESAR")32 għandu l-għan li jimmodernizza l-ATM u jiġbor flimkien l-innovazzjoni teknoloġika u operazzjonali b'appoġġ għall-Ajru Uniku Ewropew. Għandu l-għan li jipprovdi s-soluzzjonijiet teknoloġiċi għal ATM bi prestazzjoni għolja sal-2035 sabiex jippermetti funzjonament mhux konġestjonat, saħansitra aktar sikur u aktar ekoloġiku u favur il-klima tas-settur tat-trasport bl-ajru, li jikkonforma mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Il-proġett SESAR jinkludi tliet proċessi kollaborattivi relatati ma' xulxin, kontinwi u li qed jevolvu li jiddefinixxu, jiżviluppaw u jvaraw sistemi teknoloġiċi innovattivi u proċeduri operazzjonali li huma l-bażi tal-ajru diġitali Ewropew iddefinit fil-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM33 . |
__________________ |
__________________ |
32 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU 64, 2.3.2007, p. 1). |
32 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU 64, 2.3.2007, p. 1). |
33 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE li tendorsja l-Pjan Direttur Ewropew għall-Ġestjoni tal-Ajru tal-proġett ta' Riċerka tal-ATM tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) (ĠU L 95, 9.4.2009, p.41). |
33 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE li tendorsja l-Pjan Direttur Ewropew għall-Ġestjoni tal-Ajru tal-proġett ta' Riċerka tal-ATM tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) (ĠU L 95, 9.4.2009, p.41). |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Premessa 79
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(79) Il-"Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM" huwa l-għodda ta' ppjanar għall-modernizzazzjoni tal-ATM madwar l-Ewropa, li jgħaqqad l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-ATM ma' xenarji ta' attivitajiet ta' varar sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew. |
(79) Il-"Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM" huwa l-għodda ta' ppjanar għall-modernizzazzjoni tal-ATM madwar l-Ewropa, li jgħaqqad l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-ATM ma' xenarji ta' attivitajiet ta' varar sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, mhux biss it-titjib tal-effiċjenza matul titjiriet individwali, iżda wkoll l-iffaċilitar tal-adattament kontinwu tal-kapaċità globali tagħha flimkien mal-progress teknoloġiku. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Premessa 81
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(81) Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 tibni fuq l-esperjenza tal-Impriża Konġunta SESAR u tkompli r-rwol ta' koordinazzjoni tagħha għar-riċerka dwar l-ATM fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 jkunu li ssaħħaħ u tintegra aktar il-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni fl-Ewropa, li tgħin sabiex taċċellera d-diġitalizzazzjoni tas-settur u tagħmlu aktar reżiljenti u skalabbli għall-varjazzjonijiet fit-traffiku. Jenħtieġ li ssaħħaħ, permezz tal-innovazzjoni, il-kompetittività tat-trasport bl-ajru u tas-servizzi tal-ATM bl-ekwipaġġ u mingħajr ekwipaġġ, sabiex tappoġġa l-irkupru ekonomiku u t-tkabbir. Jenħtieġ li tiżviluppa u taċċellera l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġi stabbilit l-ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew bħala l-ajru l-aktar effiċjenti u ekoloġiku għat-titjiriet fid-dinja. |
(81) Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 tibni fuq l-esperjenza tal-Impriża Konġunta SESAR u tkompli r-rwol ta' koordinazzjoni tagħha għar-riċerka dwar l-ATM fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 jkunu jistgħu jappoġġaw l-azzjonijiet intenzjonati li jsaħħu u jintegraw aktar il-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni fl-Ewropa, li min-naħa tagħha tgħin sabiex taċċellera d-diġitalizzazzjoni tas-settur u tagħmlu aktar reżiljenti u skalabbli għall-varjazzjonijiet fit-traffiku. Jenħtieġ li tikkontribwixxi għat-tisħiħ, permezz tal-innovazzjoni, tal-kompetittività tat-trasport bl-ajru u tas-servizzi tal-ATM bl-ekwipaġġ u mingħajr ekwipaġġ, sabiex tappoġġa l-irkupru u t-tkabbir ekonomiku u soċjali. Jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp u taċċellera l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġi stabbilit l-ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew bħala l-ajru l-aktar effiċjenti u ekoloġiku għat-titjiriet fid-dinja. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Premessa 83
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(83) Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fl-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 tkun miftuħa għall-aktar firxa u rappreżentazzjoni wisgħin possibbli ta' partijiet ikkonċernati mill-Istati Membri u mill-pajjiżi kollha assoċjati ma' Orizzont Ewropa, inklużi l-SMEs, permezz ta' forom differenti ta' parteċipazzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tiżgura bilanċ xieraq bejn il-manifatturi tat-tagħmir kemm għall-avjazzjoni bl-ekwipaġġ kif ukoll għal dik mingħajr ekwipaġġ, għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, għall-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, għall-ajruporti, għall-assoċjazzjonijiet tal-persunal militari u professjonali, u toffri opportunitajiet lill-SMEs, lill-akkademja u lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka. Bl-għan li tidentifika l-aktar approċċi promettenti u l-entitajiet li kapaċi jwettquhom, il-Kummissjoni nediet sejħa għal espressjoni ta' interess għal membri potenzjali. Jenħtieġ li l-Bord ta' Tmexxija jitħalla jagħżel membri assoċjati fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik is-sejħa sabiex jipprovdi għal espansjoni rapida tal-grupp ta' membri. |
(83) Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fl-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 tkun miftuħa għall-aktar firxa u rappreżentazzjoni wisgħin possibbli ta' partijiet ikkonċernati mill-Istati Membri u mill-pajjiżi kollha assoċjati ma' Orizzont Ewropa, inklużi l-SMEs, l-esperti xjentifiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti anki fl-oqsma tal-ambjent u l-klima, permezz ta' forom differenti ta' parteċipazzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tiżgura bilanċ xieraq bejn il-manifatturi tat-tagħmir kemm għall-avjazzjoni bl-ekwipaġġ kif ukoll għal dik mingħajr ekwipaġġ, għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, għall-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, għall-ajruporti, għall-assoċjazzjonijiet tal-persunal militari u professjonali, u toffri opportunitajiet lill-SMEs, lill-akkademja u lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka. Bl-għan li tidentifika l-aktar approċċi promettenti u l-entitajiet li kapaċi jwettquhom, il-Kummissjoni nediet sejħa għal espressjoni ta' interess għal membri potenzjali. Jenħtieġ li l-Bord ta' Tmexxija jitħalla jagħżel membri assoċjati fuq il-bażi tar-riżultati ta' dik is-sejħa sabiex jipprovdi għal espansjoni rapida tal-grupp ta' membri. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Premessa 86
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(86) L-Aġenzija EUROCONTROL għandha infrastruttura xierqa u s-servizzi ta' appoġġ amministrattiv, tal-IT, tal-komunikazzjonijiet u tal-loġistika meħtieġa. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 tibbenefika minn tali infrastruttura u servizzi minn EUROCONTROL. F'dan il-kuntest, hemm xi sinerġiji potenzjali li jistgħu jinkisbu mill-ġbir flimkien ta' riżorsi amministrattivi ma' Impriżi Konġunti oħrajn permezz ta' back office komuni. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 tagħżel li ma tibqax taħdem bil-funzjonijiet tal-back office komuni stabbiliti b'dan ir-Regolament. |
(86) L-Aġenzija EUROCONTROL għandha infrastruttura xierqa u s-servizzi ta' appoġġ amministrattiv, tal-IT, tal-komunikazzjonijiet u tal-loġistika meħtieġa. Jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 tibbenefika minn tali infrastruttura u servizzi minn EUROCONTROL. F'dan il-kuntest, hemm xi sinerġiji potenzjali li jistgħu jinkisbu mill-ġbir flimkien ta' riżorsi amministrattivi ma' Impriżi Konġunti oħrajn. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 tagħżel li ma tibqax taħdem bil-funzjonijiet tal-back office komuni stabbiliti b'dan ir-Regolament. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Premessa 88
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(88) Fil-kuntest tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea għall-2019-2024 "Ewropa lesta għall-era diġitali", "Ekonomija għas-servizz tan-nies" u tal-objettivi ta' politika stabbiliti fil-kuntest tal-Komunikazzjonijiet tagħha "Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa", l-Ewropa jeħtieġ li tiżviluppa l-infrastrutturi diġitali kritiċi bbażati fuq networks tal-5G u tibni l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħha lejn is-6G sal-2030. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza strateġika ta' Sħubija Ewropea għal Networks u Servizzi Intelliġenti sabiex tipprovdi servizzi siguri bbażati fuq il-konnettività lill-konsumaturi u lin-negozji. Dawk il-prijoritajiet jistgħu jinkisbu billi jinġabru flimkien l-atturi ewlenin, jiġifieri l-industrija, l-akkademja u l-awtoritajiet pubbliċi, taħt il-kappa ta' sħubija Ewropea li tibni fuq il-kisbiet tal-inizjattiva tal-PPP tal-5G, li żviluppat b'suċċess it-teknoloġija u l-istandards tal-5G. |
(88) Fil-kuntest tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2019-2024 "Ewropa lesta għall-era diġitali", "Ekonomija għas-servizz tan-nies" u tal-objettivi ta' politika stabbiliti fil-kuntest tal-Komunikazzjonijiet tagħha "Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa", u dwar "Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali", l-Ewropa jeħtieġ li tiżviluppa l-infrastrutturi diġitali kritiċi bbażati fuq networks tal-5G u tibni l-bażi tal-għarfien u l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħha lejn is-6G u teknoloġiji tal-komunikazzjoni rilevanti ġodda sal-2030. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza strateġika ta' Sħubija Ewropea għal Networks u Servizzi Intelliġenti sabiex tipprovdi servizzi siguri bbażati fuq il-konnettività lill-konsumaturi u lin-negozji. Dawk il-prijoritajiet jistgħu jinkisbu billi jinġabru flimkien l-atturi ewlenin, jiġifieri l-industrija, l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi, taħt il-kappa ta' sħubija Ewropea li tibni fuq il-kisbiet tal-inizjattiva tal-PPP tal-5G, li żviluppat b'suċċess it-teknoloġija u l-istandards tal-5G. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Premessa 89
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(89) L-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti hija mfassla sabiex tindirizza kwistjonijiet ta' politika fil-qasam tal-infrastruttura diġitali u sabiex testendi l-kamp ta' applikazzjoni tat-teknoloġija ta' riċerka u ta' innovazzjoni għan-networks tas-6G. Jenħtieġ li, b'involviment mill-qrib tal-Istati Membri, din issaħħaħ ir-rispons għall-politika tal-Unjoni u għall-ħtiġijiet soċjali fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika tan-network, taċ-ċibersigurtà, tas-sovranità teknoloġika, tal-privatezza u tal-etika u se testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' riċerka u ta' innovazzjoni min-networks għall-provvista ta' servizzi bbażati fuq il-cloud kif ukoll għal komponenti u għal apparati li jippermettu servizzi għaċ-ċittadini u għal firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi bħall-kura tas-saħħa, it-trasport, il-manifattura u l-media. |
(89) L-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti hija mfassla sabiex tindirizza kwistjonijiet ta' politika fil-qasam tal-infrastruttura diġitali u sabiex testendi l-kamp ta' applikazzjoni tat-teknoloġija ta' riċerka u ta' innovazzjoni għan-networks tas-6G u networks oħra ta' komunikazzjoni. Jenħtieġ li, b'involviment mill-qrib tal-Istati Membri, din issaħħaħ ir-rispons għall-politika tal-Unjoni u għall-ħtiġijiet soċjali fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika tan-network, taċ-ċibersigurtà, tas-sovranità u r-reżiljenza teknoloġika, tal-privatezza u tal-etika u se testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' riċerka u ta' innovazzjoni min-networks għall-provvista ta' servizzi bbażati fuq il-cloud kif ukoll għal komponenti u għal apparati li jippermettu servizzi għaċ-ċittadini u għal firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi u soċjali bħall-kura tas-saħħa, it-trasport, il-manifattura u l-media. |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Premessa 91
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(91) L-infrastrutturi avvanzati tal-5G se jkunu l-bażi għall-iżvilupp tal-ekosistemi għat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u, fil-pass li jmiss, għall-pożizzjoni tal-Ewropa sabiex tadotta t-teknoloġija tas-6G. Il-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) 2 - Diġitali kif ukoll il-Programm Ewropa Diġitali u InvestEU joffru opportunitajiet għall-iżvilupp ta' ekosistemi diġitali bbażati fuq il-5G u aktar tard fuq is-6G. Meta jitqies is-sett wiesa' ta' partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati involuti f'tali proġetti ta' varar, huwa essenzjali li jiġu kkoordinati l-istabbiliment ta' aġenda strateġika, il-kontribut għall-programmazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati relatati ma' tali programmi. Bħala bażi strateġika għal dawk il-kompiti, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti tikkoordina l-iżvilupp ta' Aġendi Strateġiċi ta' Varar għall-oqsma rilevanti tat-tnedija, bħas-sistemi tal-5G tul it-toroq u tul il-binarji ferrovjarji. Jenħtieġ li, fost l-oħrajn dawk l-aġendi jistabbilixxu pjanijiet direzzjonali għall-varar, l-għażliet ewlenin għall-mudelli ta' kooperazzjoni u kwistjonijiet strateġiċi oħra. |
(91) L-infrastrutturi avvanzati tal-5G jistgħu jkunu l-bażi għall-iżvilupp tal-ekosistemi għat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u, fil-pass li jmiss, għall-pożizzjoni tal-Ewropa sabiex tadotta t-teknoloġija tas-6G b'mod trasparenti u miftuħ, peress li l-ħolqien ta' standards globali u kompatibbli tas-6G inaqqas il-kostijiet, joħloq ktajjen tal-provvista diġitali aktar effiċjenti u jtejjeb l-innovazzjoni. Il-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) 2 - Diġitali kif ukoll il-Programm Ewropa Diġitali u InvestEU joffru opportunitajiet għall-iżvilupp ta' ekosistemi diġitali bbażati fuq il-5G u aktar tard fuq is-6G. Meta jitqies is-sett wiesa' ta' partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati involuti f'tali proġetti ta' varar, huwa essenzjali li jiġu ffaċilitati l-istabbiliment ta' aġenda strateġika, il-kontribut għall-programmazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati relatati ma' tali programmi. Bħala bażi strateġika għal dawk il-kompiti, jenħtieġ li l-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti tikkoordina l-iżvilupp ta' Aġendi Strateġiċi ta' Varar għall-oqsma rilevanti tat-tnedija, bħas-sistemi tal-5G tul it-toroq u tul il-binarji ferrovjarji. Jenħtieġ li, fost l-oħrajn dawk l-aġendi jistabbilixxu pjanijiet direzzjonali għall-varar, rakkomandazzjonijiet teknoloġiċi, l-għażliet ewlenin għall-mudelli ta' kooperazzjoni u kwistjonijiet strateġiċi oħra. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi disa' impriżi konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta' sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati ddefiniti fl-[Artikolu 2(3)] u msemmija fil-punt [(c)] tal-[Artikolu 8(1)]tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Dan jiddetermina l-objettivi u l-kompiti, is-sħubija, l-organizzazzjoni u regoli operatorji oħrajn tagħhom. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi disa' impriżi konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta' sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati ddefiniti fl-[Artikolu 2(3)] u msemmija fil-punt [(c)] tal-[Artikolu 8(1)] u l-Anness III tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Dan jiddetermina l-objettivi u l-kompiti, is-sħubija, l-organizzazzjoni u regoli operatorji oħrajn tagħhom, inkluż dwar it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. "entitajiet affiljati" tfisser l-entitajiet kif definiti fl-Artikolu 187(1) tar-Regolament Finanzjarju; |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. "attività addizzjonali" tfisser attività barra mill-parti ewlenija tal-programm ta' ħidma li ma tirċevix appoġġ finanzjarju mill-impriża konġunta iżda tikkontribwixxi għall-objettivi tagħha u hija marbuta direttament mal-użu tar-riżultati minn proġetti ta' dik l-impriża konġunta jew tal-inizjattivi preċedenti tagħha jew li għandha valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni; |
9. "attività addizzjonali" tfisser attività li hija inkluża fil-pjan annwali għall-attivitajiet addizzjonali annessi mal-parti ewlenija tal-programm ta' ħidma, u li ma tirċevix appoġġ finanzjarju mill-impriża konġunta iżda tikkontribwixxi b'mod dirett għall-objettivi tagħha u hija marbuta direttament mal-użu tar-riżultati minn proġetti ta' dik l-impriża konġunta jew tal-inizjattivi preċedenti tagħha jew li għandha valur miżjud sinifikanti tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-politiki tal-Unjoni; |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-impriżi konġunti msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa kif stabbilit fl-[Artikolu 3] tiegħu. |
1. L-impriżi konġunti msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa kif stabbilit fl-[Artikolu 3] tiegħu. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Permezz tal-involviment u tal-impenn ta' sħab fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' programm ta' attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni, l-impriżi konġunti għandhom jilħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin: |
2. L-impriżi konġunti għandhom jilħqu l-objettivi ġenerali li ġejjin: |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) it-tisħiħ u l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni sabiex jiġu appoġġati l-ħolqien u d-disseminazzjoni ta' għarfien ġdid ta' kwalità għolja, b'mod partikolari bil-ħsieb li jingħelbu l-isfidi globali, jiġu żgurati l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni u jingħata kontribut għal Żona Ewropea tar-Riċerka msaħħa; |
(a) it-tisħiħ u l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet xjentifiċi, innovattivi u teknoloġiċi tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tar-reġjuni, sabiex jiġu appoġġati l-ħolqien u d-disseminazzjoni ta' għarfien ġdid ta' kwalità għolja, b'mod partikolari bil-ħsieb li jingħelbu l-isfidi soċjetali globali, jiġu żgurati u mtejba l-kompetittività tal-Unjoni, il-valur miżjud Ewropew, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà u jingħata kontribut għal Żona Ewropea tar-Riċerka msaħħa; |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-iżgurar ta' tmexxija globali mmexxija mis-sostenibbiltà tal-ktajjen tal-valur tal-Unjoni u ta' awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni f'teknoloġiji u f'industriji ewlenin f'konformità mal-istrateġija industrijali għall-Ewropa; |
(b) l-iżgurar ta' tmexxija globali mmexxija mis-sostenibbiltà u mir-reżiljenza tal-ktajjen tal-valur tal-Unjoni u s-salvagwardja ta' awtonomija strateġika tal-Unjoni, filwaqt li tiġi ppreservata ekonomija miftuħa, f'teknoloġiji u f'industriji ewlenin f'konformità mal-istrateġija industrijali u tal-SMEs għall-Ewropa, il-Patt Ekoloġiku Ewropew, politiki oħra tal-Unjoni u l-Pjan ta' Rkupru Ewropew; |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) l-iżvilupp u l-aċċellerazzjoni tal-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi madwar l-Unjoni li jindirizzaw sfidi klimatiċi, ambjentali, tas-saħħa u sfidi soċjetali globali oħrajn li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u tinkiseb in-newtralità fil-klima fl-Unjoni sal-2050. |
(c) l-iżvilupp u l-aċċellerazzjoni tal-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi madwar l-Unjoni li jindirizzaw sfidi klimatiċi, ambjentali, tas-saħħa, diġitali u sfidi soċjetali globali oħrajn li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni, l-aċċellerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni u t-trawwim tal-ekosistema tal-innovazzjoni, filwaqt li jintlaħqu l-SDGs tan-NU u tinkiseb in-newtralità fil-klima fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) isaħħu l-massa kritika u l-kapaċitajiet xjentifiċi fir-riċerka u fl-innovazzjoni transsettorjali u interdixxiplinari madwar l-Unjoni; |
(a) isaħħu l-massa kritika u l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi fir-riċerka u fl-innovazzjoni kollaborattivi, transsettorjali u interdixxiplinari madwar l-Unjoni; |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jaċċelleraw it-tranżizzjonijiet soċjali, ekoloġiċi u ekonomiċi f'oqsma u f'setturi ta' importanza strateġika għall-prijoritajiet tal-Unjoni, b'mod partikolari sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 f'konformità mal-miri stabbiliti f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
(b) jaċċelleraw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali f'oqsma u f'setturi ta' importanza strateġika għall-prijoritajiet tal-Unjoni, b'mod partikolari sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 f'konformità mal-miri dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima, kif ukoll sabiex jingħata kontribut għal ambjent mingħajr tniġġis u ħieles mis-sustanzi tossiċi filwaqt li jiġu preservati u restawrati l-ekosistemi u l-bijodiversità; |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) isaħħu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni u l-prestazzjoni ta' ktajjen tal-valur ta' riċerka u ta' innovazzjoni Ewropej eżistenti u ġodda, inkluż f'intrapriżi żgħar u medji (SMEs); |
(c) isaħħu l-kapaċitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni u l-prestazzjoni ta' ekosistemi u ktajjen tal-valur Ewropej eżistenti u ġodda, inkluż f'SMEs u negozji ġodda; |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jaċċelleraw l-varar, l-adozzjoni u d-disseminazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi f'ekosistemi ta' riċerka u ta' innovazzjoni Ewropej imsaħħin, inkluż permezz ta' involviment u ta' kokreazzjoni wesgħin u bikrin mal-utenti finali, maċ-ċittadini u mal-korpi regolatorji u tal-istandardizzazzjoni; |
(d) jaċċelleraw il-varar, l-adozzjoni u d-disseminazzjoni ta' soluzzjonijiet, teknoloġiji, servizzi u ħiliet innovattivi f'ekosistemi ta' riċerka u ta' innovazzjoni u industrijali Ewropej imsaħħin u finalment fis-soċjetà, inkluż permezz ta' involviment u ta' kokreazzjoni wesgħin u bikrin mal-utenti finali, inklużi l-SMEs u n-negozji ġodda, mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, maċ-ċittadini u mal-korpi regolatorji u tal-istandardizzazzjoni; |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-diskrepanza speċifika fil-ħiliet madwar l-Unjoni billi joħolqu sensibilizzazzjoni u jassistu fil-bini ta' għarfien ġdid u kapital uman b'referenza għall-oqsma ta' riċerka tagħhom; jikkontribwixxu għall-aċċellerazzjoni tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema Ewropej u l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-ekosistemi industrijali marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriżi konġunti; jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-kompetenzi xjentifiċi u ta' innovazzjoni rilevanti fl-Unjoni kollha fl-ekosistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) u fil-ktajjen tal-valur Ewropej; |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jiksbu titjib ambjentali u fil-produttività fi prodotti u f'servizzi ġodda billi jisfruttaw il-kapaċitajiet u r-riżorsi tal-Unjoni. |
(e) jiksbu titjib ambjentali, tal-iffrankar enerġetiku u tar-riżorsi, sostenibbli, soċjetali u fil-produttività, fiċ-ċirkolarità fi prodotti, teknoloġiji, applikazzjonijiet u f'servizzi ġodda billi jorbtu flimkien u jużaw bis-sħiħ il-kapaċitajiet u r-riżorsi tal-Unjoni. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) jikkontribwixxu għat-tnaqqis fid-differenza bejn il-ġeneri fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika (STEM) fl-Ewropa kif ukoll għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-eżiti tar-riċerka żviluppati minn sħubijiet Ewropej, biex b'hekk jinkiseb allinjament aħjar tas-sħubijiet Ewropej mal-objettivi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(eb) ifittxu possibbiltajiet biex jinformaw lill-istudenti li jistgħu jkunu jixtiequ karriera fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika u f'oqsma oħra relatati mal-attivitajiet operazzjonali tal-impriżi konġunti; |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta' riċerka tagħhom, l-impriżi konġunti għandhom ifittxu sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, inizjattivi oħra ta' Orizzont Ewropa kif ukoll il-programmi kollha tal-Unjoni relatati mar-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività. Barra minn hekk, l-impriżi konġunti ghandhom joperaw f'kollaborazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni fl-oqsma xjentifiċi rispettivi tagħhom. |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) isaħħu u jxerrdu l-eċċellenza, inkluż billi jrawmu parteċipazzjoni usa' fl-Unjoni kollha; |
(a) isaħħu u jxerrdu l-eċċellenza, inkluż billi jrawmu parteċipazzjoni u diversità ġeografika usa' fl-Unjoni kollha, inkluża l-parteċipazzjoni mill-Istati Membri li bħalissa huma kkunsidrati innovaturi modesti u moderati skont it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea; |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) jippromwovu u jippremjaw l-eċċellenza xjentifika, inkluż billi jiżguraw li s-sejbiet tax-xjenza u tar-riċerka fundamentali tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku jitqiesu fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet; |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) isaħħu r-rabta bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni, u fejn xieraq, l-edukazzjoni u politiki oħrajn, inklużi l-komplementarjetajiet mal-politiki u mal-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni nazzjonali u reġjonali u tal-Unjoni; |
(c) isaħħu r-rabta bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni, u fejn xieraq, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-edukazzjoni u politiki oħrajn, inklużi l-komplementarjetajiet mal-politiki u mal-attivitajiet ta' ħiliet, ta' riċerka u ta' innovazzjoni nazzjonali u reġjonali u tal-Unjoni; |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) jippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni responsabbli, b'kont meħud tal-prinċipju ta' prekawzjoni; |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(cb) isaħħu d-dimensjoni tal-ġeneru fir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż fl-impriżi konġunti kollha; |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) isaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali; |
(e) isaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali, f'konformità mal-objettivi tal-politika esterna u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni u jippromwovu l-kompetittività u t-tmexxija industrijali Ewropej, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija strateġika tal-Unjoni iżda jippreservaw ekonomija miftuħa; |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) iżidu s-sensibilizzazzjoni pubblika, l-aċċettazzjoni, id-domanda u l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda billi jinvolvu liċ-ċittadini u lill-utenti finali fil-proċessi ta' kodisinn u ta' kokreazzjoni; |
(f) iżidu s-sensibilizzazzjoni pubblika, l-aċċettazzjoni, id-domanda u l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda billi jinvolvu liċ-ċittadini, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u lill-utenti finali li jinkludu l-SMEs u n-negozji ġodda fil-proċessi ta' kodisinn u ta' kokreazzjoni; |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) iħeġġu l-isfruttament tar-riżultati ta' riċerka u ta' innovazzjoni u jiddisseminaw u jisfruttaw b'mod attiv ir-riżultati, b'mod partikolari għall-ingranaġġ ta' investimenti privati u għall-iżvilupp tal-politika; |
(g) iħeġġu d-disseminazzjoni attiva, l-użu tar-riżultati ta' riċerka u ta' innovazzjoni u l-isfruttament tagħhom, inkluż għall-iżvilupp tal-politika, permezz tal-istandardizzazzjoni, l-akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi u akkwisti prekummerċjali, bil-għan li jitħaffef il-proċess tal-varar mis-suq tal-eżiti tar-riċerka u r-riżultati fl-oqsma tar-riċerka rispettivi tagħhom; |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) iħaffu t-trasformazzjoni industrijali, inkluż permezz ta' ħiliet imtejba għall-innovazzjoni; |
(h) iħaffu t-trasformazzjoni industrijali, u r-reżiljenza fil-ktajjen tal-valur, inkluż permezz ta' ħiliet imtejba għall-innovazzjoni; |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ha) itejbu l-livell tal-ħiliet u tal-esperjenza madwar l-Unjoni fost l-istudenti, l-akkademiċi u l-esperti, filwaqt li jħeġġu l-iżvilupp ta' gradi u programmi edukattivi universitarji speċifiċi fl-oqsma differenti u jagħtu attenzjoni speċjali lill-perspettivi tal-ġeneru u jiżguraw l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa fl-Unjoni; |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) jappoġġaw l-implimentazzjoni bbażata fuq l-evidenza ta' politiki tal-Unjoni relatati, kif ukoll attivitajiet regolatorji, ta' standardizzazzjoni u ta' investiment sostenibbli fil-livelli Ewropej u globali. |
(i) jappoġġaw l-implimentazzjoni bbażata fuq l-evidenza xjentifika ta' politiki tal-Unjoni relatati, kif ukoll attivitajiet regolatorji, ta' standardizzazzjoni u ta' investiment sostenibbli fil-livelli nazzjonali, Ewropej u globali. |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jipprovdu appoġġ finanzjarju, prinċipalment fil-forma ta' għotjiet, għal azzjonijiet indiretti ta' riċerka u ta' innovazzjoni, magħżula wara sejħiet miftuħa u kompetittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-programm ta' ħidma tagħhom; |
(a) jipprovdu appoġġ finanzjarju, prinċipalment fil-forma ta' għotjiet, għal azzjonijiet indiretti ta' riċerka u ta' innovazzjoni, magħżula wara sejħiet miftuħa, ġusti, trasparenti u kompetittivi, ħliet f'każijiet iġġustifikati li għandhom jiġu speċifikati mod ieħor fil-programm ta' ħidma tagħhom; |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jiżviluppaw kooperazzjoni mill-qrib u jiżguraw koordinazzjoni ma' sħubijiet Ewropej oħrajn, inkluż billi, fejn xieraq, jallokaw parti mill-baġit tal-impriża konġunta għal sejħiet konġunti; |
(b) jiżviluppaw kooperazzjoni mill-qrib u jiżguraw koordinazzjoni u sinerġiji ma' sħubijiet Ewropej oħrajn, inkluż billi, fejn xieraq, jallokaw parti mill-baġit tal-impriża konġunta għal sejħiet konġunti; |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ifittxu sinerġiji ma' attivitajiet u ma' programmi rilevanti, u, fejn xieraq, possibbiltajiet għal aktar finanzjament minnhom, fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw il-varar ta' soluzzjonijiet innovattivi, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali, bħall-fondi tal-politika ta' Koeżjoni f'konformità mal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; |
(c) ifittxu u jiżviluppaw sinerġiji effettivi ma' attivitajiet u ma' programmi rilevanti, u, fejn xieraq, possibbiltajiet għal aktar finanzjament minnhom, fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw il-varar u l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi, it-taħriġ, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali, bħall-fondi tal-politika ta' Koeżjoni f'konformità mal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, kif ukoll mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew tal-Investiment, u ma' alleanzi industrijali rilevanti u fondazzjonijiet u trusts tal-karità; |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) isaħħu r-rabta bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-azzjonijiet previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 bit-titlu "Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza" (l-"Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa"), speċjalment dawk li għandhom l-għan li jiżviluppaw ħiliet biex jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u li jżidu l-għadd ta' gradwati f'suġġetti STEM, speċjalment fl-ekosistemi industrijali marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriżi konġunti; |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jiżguraw li l-operazzjonijiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ippjanar pluriennali strateġiku, għar-rapportar, għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni u għal rekwiżiti oħrajn ta' Orizzont Ewropa stabbiliti fl-[Artikoli 45 u 47] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, bħall-implimentazzjoni tal-qafas komuni ta' feedback dwar il-politika; |
(d) jiżguraw li l-operazzjonijiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ippjanar pluriennali strateġiku, għar-rapportar, għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni, mingħajr ma jżidu l-piż amministrattiv tagħhom stess jew dak tal-benefiċjarji tagħhom, u għal rekwiżiti oħrajn ta' Orizzont Ewropa stabbiliti fl-[Artikoli 45 u 47] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, bħall-implimentazzjoni tal-qafas komuni ta' feedback dwar il-politika; |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jippromwovu l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tagħhom u jieħdu miżuri li jiżguraw informazzjoni lill-SMEs, f'konformità mal-objettivi ta' Orizzont Ewropa; |
(e) jippromwovu u jiżguraw l-involviment tal-SMEs u tan-negozji ġodda, u tal-assoċjazzjonijiet tagħhom, fl-attivitajiet tal-impriżi konġunti u jiżguraw informazzjoni f'waqtha lill-SMEs u lin-negozji ġodda, f'konformità mal-objettivi ta' Orizzont Ewropa; fejn xieraq, jidentifikaw sejħiet fejn rwol ta' koordinazzjoni jkun riżervat għall-SMEs jew għan-negozji ġodda; |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) jiżviluppaw miżuri biex jattiraw lill-parteċipanti ġodda, inklużi l-SMEs, għal attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-impriżi konġunti u jespandu n-networks kollaborattivi kif ukoll irawmu rbit aħjar bejn l-ekosistemi u n-networks nazzjonali eżistenti tar-riċerka u l-innovazzjoni u lejn il-livell Ewropew; |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(eb) jippromwovu u jiżguraw l-involviment ta' riċerkaturi żgħażagħ, studenti tal-PhD u ta' wara d-dottorat fl-attivitajiet tal-impriża konġunta rilevanti, f'sinerġija mill-qrib mal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie; |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jimmobilizzaw ir-riżorsi tas-settur pubbliku u privat meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament; |
(f) jimmobilizzaw ir-riżorsi tas-settur pubbliku u privat, kif ukoll dawk addizzjonali fejn ikun possibbli, li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament; |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) jimmonitorjaw il-progress fil-kisba tal-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll skont dawk stabbiliti fl-[Artikolu 45] u fl-[Anness V] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa; |
(g) jimmonitorjaw il-progress fil-kisba tal-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll skont dawk stabbiliti fl-[Artikolu 45] u fl-[Annessi III u V] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa; |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) jiddefinixxu u jimplimentaw il-programm ta' ħidma tagħhom; |
(h) jiżviluppaw u jimplimentaw aġenda strateġika ta' riċerka u ta' innovazzjoni li fuq il-bażi tagħha jiddefinixxu u jimplimentaw il-programm ta' ħidma tagħhom; |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) jikkollegaw mal-aktar firxa estensiva tal-partijiet ikkonċernati inklużi, iżda mhux limitati għal, aġenziji deċentralizzati, organizzazzjonijiet ta' riċerka u universitajiet, utenti finali u awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari għall-fini li jiġu ddefiniti l-prijoritajiet u l-attivitajiet ta' kull inizjattiva kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-inklużività; |
(i) jikkollegaw mal-aktar firxa estensiva tal-partijiet ikkonċernati inklużi, iżda mhux limitati għal, aġenziji deċentralizzati, organizzazzjonijiet ta' riċerka u universitajiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, utenti finali, assoċjazzjonijiet tal-SMEs u awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari għall-fini li jiġu ddefiniti l-prijoritajiet u l-attivitajiet ta' kull inizjattiva kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-inklużività, l-aċċess miftuħ, u l-valur miżjud soċjetali; |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) iwettqu attivitajiet ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni u ta' użu billi japplikaw mutatis mutandis l-[Artikolu 46] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, inkluż billi jagħmlu l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati mill-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni ffinanzjati disponibbli u aċċessibbli f'bażi ta' data elettronika komuni ta' Orizzont Ewropa; |
(j) iwettqu attivitajiet ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni u ta' użu billi japplikaw l-Artikoli 10 u 39 ta' dan ir-Regolament u mutatis mutandis l-[Artikolu 46] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, inkluż billi jagħmlu l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati mill-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni ffinanzjati disponibbli għall-pubbliku ġenerali u aċċessibbli f'bażi ta' data elettronika komuni ta' Orizzont Ewropa b'mod faċli għall-utent; |
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ja) jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni, attivitajiet edukattivi u ta' disseminazzjoni, bl-involviment tan-networks akkademiċi, xjentifiċi u ta' għarfien, jipprovdu informazzjoni adegwata dwar is-siti web rispettivi tagħhom, inkluża l-pubblikazzjoni ta' dokumentazzjoni rilevanti; |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt l
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(l) jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' interfaċċa aktar effettiva bejn il-politika u x-xjenza, għat-trawwim tax-xjenza miftuħa billi jiġi żgurat sfruttament aħjar tar-riżultati u għall-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-politika, kif ukoll għall-promozzjoni ta' disseminazzjoni u ta' adozzjoni aktar mgħaġġla tar-riżultati; |
(l) jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' interfaċċa aktar effettiva bejn il-politika u x-xjenza, għat-trawwim tax-xjenza miftuħa u jirrispettaw il-prinċipji tagħha kif stabbilit fl-Artikoli 14 u 39 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, u għall-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-politika, kif ukoll għall-promozzjoni ta' sfruttament u ta' disseminazzjoni u ta' adozzjoni aktar mgħaġġla tar-riżultati u viżibbiltà akbar kif stabbilit fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa; l-impriżi konġunti għandhom jistabbilixxu regoli stretti għal derogi mir-rekwiżiti ta' aċċess miftuħ stabbiliti fir-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-prattiki relatati mal-aċċess miftuħ u kwalunkwe eżenzjoni għandha tiġi elenkata b'mod trasparenti fuq is-siti web rilevanti. |
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt n
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(n) jappoġġaw lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' kriterji tekniċi ta' Skrinjar robusti bbażati fuq ix-xjenza skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar investimenti sostenibbli, permezz ta' monitoraġġ, u permezz ta' valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom fis-settur ekonomiku li joperaw, sabiex jipprovdu feedback ad hoc għat-tfassil tal-politika, meta jkun meħtieġ; |
(n) jappoġġaw lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' kriterji tekniċi ta' Skrinjar robusti bbażati fuq ix-xjenza skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, meta l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt o
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(o) jikkunsidraw il-prinċipju "La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti" skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 u jqisu d-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament sabiex itejbu l-aċċess għal finanzjament sostenibbli, fejn rilevanti; |
(o) jikkunsidraw il-prinċipju "La Tagħmilx Ħsara Sinifikanti" skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 għal attivitajiet tal-Impriżi Konġunti li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament u jqisu d-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament sabiex itejbu l-aċċess għal finanzjament sostenibbli, fejn rilevanti; |
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 2(c), il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida ċari, sempliċi u konkreti dwar l-implimentazzjoni tat-tipi differenti ta' sinerġiji mill-impriżi konġunti, bħat-trasferiment tar-riżorsi, il-finanzjament alternattiv, il-finanzjament kumulattiv u l-finanzjament integrat. |
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-impriżi konġunti jistgħu jniedu sejħa miftuħa għal espressjoni ta' interess bl-għan li jintgħażlu l-membri assoċjati. Is-sejħa għal espressjoni ta' interess għandha tistabbilixxi l-kapaċitajiet ewlenin meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-impriża konġunta. Is-sejħiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-impriża konġunta u jiġu kkomunikati permezz tal-mezzi xierqa kollha, inkluż, fejn applikabbli, il-grupp tar-rappreżentanti tal-istati, sabiex tiġi żgurata l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli fl-interess tal-kisba tal-objettivi tal-impriża konġunta. |
1. L-impriżi konġunti għandhom iniedu sejħiet miftuħa, ġusti u trasparenti għal espressjoni ta' interess bl-għan li jintgħażlu l-membri assoċjati filwaqt li jikkontribwixxu għal żieda fid-diversità ġeografika. Is-sejħa għal espressjoni ta' interess għandha titwettaq b'mod miftuħ u trasparenti u għandha tistabbilixxi l-kapaċitajiet ewlenin u l-aspettattivi ta' kontribuzzjonijiet in natura u finanzjarji, meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-impriża konġunta. Is-sejħiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-impriża konġunta u jiġu kkomunikati permezz tal-mezzi xierqa kollha, inkluż, fejn applikabbli, il-grupp tar-rappreżentanti tal-istati, sabiex tiġi żgurata l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli fl-interess tal-kisba tal-objettivi tal-impriża konġunta. |
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-direttur eżekuttiv għandu jivvaluta l-applikazzjonijiet għas-sħubija bl-assistenza ta' esperti indipendenti u, fejn xieraq, ta' korpi rilevanti tal-impriża konġunta, fuq il-bażi ta' għarfien, ta' esperjenza u ta' valur miżjud potenzjali ddokumentati tal-applikant fil-kisba tal-objettivi tal-impriża konġunta, tas-solidità finanzjarja u tal-impenn fit-tul tal-applikant għal kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura għall-impriża konġunta, u b'kunsiderazzjoni tal-kunflitti ta' interess potenzjali. |
2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jivvaluta l-applikazzjonijiet għas-sħubija bl-assistenza ta' esperti indipendenti u, fejn xieraq, ta' korpi rilevanti tal-impriża konġunta inkluż il-bord konsultattiv xjentifiku, fuq il-bażi ta' għarfien, ta' esperjenza u ta' valur miżjud potenzjali ddokumentati tal-applikant fil-kisba tal-objettivi tal-impriża konġunta, tas-solidità finanzjarja u tal-impenn fit-tul tal-applikant għal kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura għall-impriża konġunta, u b'kunsiderazzjoni tal-kunflitti ta' interess potenzjali. |
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Is-sħubija ta' kwalunkwe entità legali stabbilita f'pajjiż assoċjat mal-programm Orizzont Ewropa ma għandhiex twassal għal piż addizzjonali fuq il-membri fundaturi u assoċjati tal-impriża konġunta. |
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-bord ta' tmexxija għandu jivvaluta u, fejn xieraq, japprova l-applikazzjonijiet għas-sħubija. |
3. Il-bord ta' tmexxija għandu jivvaluta u japprova jew jirrifjuta l-applikazzjonijiet għas-sħubija. |
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Għandha tiġi ffirmata ittra ta' impenn bejn il-membri assoċjati magħżula u d-direttur eżekuttiv, li jaġixxi bħala rappreżentant tal-impriża konġunta, li għandha tiddeskrivi fid-dettall l-kamp ta' applikazzjoni tas-sħubija f'termini ta' kontenut, ta' attivitajiet u ta' durata, il-kontribuzzjoni tal-membri assoċjati għall-impriża konġunta, inkluża indikazzjoni tal-attivitajiet addizzjonali previsti msemmija fl-Artikolu 11(1)(b), kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati mar-rappreżentazzjoni u mad-drittijiet tal-vot tal-membru assoċjat fil-bord ta' tmexxija. |
4. Għandha tiġi ffirmata ittra ta' impenn bejn il-membri assoċjati magħżula u d-direttur eżekuttiv, li jaġixxi bħala rappreżentant tal-impriża konġunta, li għandha tiddeskrivi fid-dettall l-kamp ta' applikazzjoni tas-sħubija f'termini ta' kontenut, ta' attivitajiet u ta' durata, tal-kontribuzzjoni tal-membri assoċjati kemm finanzjarja kif ukoll in natura, għall-impriża konġunta, inkluża indikazzjoni tal-attivitajiet addizzjonali previsti msemmija fl-Artikolu 11(1)(b), kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati mar-rappreżentazzjoni u mad-drittijiet tal-vot tal-membru assoċjat fil-bord ta' tmexxija. L-ittri ta' impenn tal-membri assoċjati magħżula għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-impriża konġunta rispettiva, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett tar-regoli ta' kunfidenzjalità. |
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kull membru għandu jinforma lill-impriża konġunta dwar kwalunkwe fużjoni jew akkwiżizzjoni bejn il-membri li x'aktarx taffettwa l-impriża konġunta jew kwalunkwe akkwiżizzjoni ta' membru minn entità li ma tkunx membru tal-impriża konġunta. |
2. Kull membru mingħajr dewmien żejjed għandu jinforma lill-impriża konġunta dwar kwalunkwe fużjoni jew akkwiżizzjoni bejn il-membri li x'aktarx taffettwa l-impriża konġunta jew kwalunkwe akkwiżizzjoni ta' membru minn entità li ma tkunx membru tal-impriża konġunta. |
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kull membru privat għandu jinforma lill-impriża konġunta bi kwalunkwe tibdil sinifikanti ieħor fis-sjieda, fil-kontroll jew fil-kompożizzjoni tiegħu. Meta l-Kummissjoni tqis li t-tibdil x'aktarx jaffettwa l-interess tal-Unjoni jew tal-impriża konġunta għal raġunijiet ta' sigurtà jew ta' ordni pubbliku, tista' tipproponi lill-bord ta' tmexxija sabiex itemm is-sħubija tal-membru privat ikkonċernat. Il-bord ta' tmexxija għandu jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tas-sħubija tal-membru kkonċernat. Il-membru privat ikkonċernat ma għandux jipparteċipa fil-vot tal-bord ta' tmexxija. |
4. Kull membru privat għandu jinforma lill-impriża konġunta mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe tibdil sinifikanti ieħor fis-sjieda, fil-kontroll jew fil-kompożizzjoni tiegħu. Meta l-Kummissjoni tqis li t-tibdil x'aktarx jaffettwa l-interess tal-Unjoni jew tal-impriża konġunta għal raġunijiet ta' sigurtà jew ta' ordni pubbliku, tista' tipproponi lill-bord ta' tmexxija sabiex itemm is-sħubija tal-membru privat ikkonċernat. Il-bord ta' tmexxija għandu jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tas-sħubija tal-membru kkonċernat. Il-membru privat ikkonċernat ma għandux jipparteċipa fil-vot tal-bord ta' tmexxija. |
Emenda 121
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kwalunkwe sieħeb kontribwenti kandidat kif iddefinit fl-Artikolu 2(7) għandu jippreżenta ittra ta' approvazzjoni lill-bord ta' tmexxija. L-ittra ta' approvazzjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tas-sħubija f'termini ta' suġġett, ta' attivitajiet u ta' durata u tagħti dettalji dwar il-kontribuzzjoni tal-applikant lill-impriża konġunta. |
1. Kwalunkwe sieħeb kontribwenti kandidat kif iddefinit fl-Artikolu 2(7) għandu jippreżenta ittra ta' approvazzjoni lill-bord ta' tmexxija. L-ittra ta' approvazzjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tas-sħubija f'termini ta' suġġett, ta' attivitajiet u ta' durata u tagħti dettalji dwar il-kontribuzzjoni tal-applikant lill-impriża konġunta. L-ittra ta' approvazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-impriża konġunta rilevanti, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett tar-regoli ta' kunfidenzjalità. |
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-bord ta' tmexxija għandu jivvaluta l-ittra ta' approvazzjoni u għandu japprova jew jirrifjuta l-applikazzjoni. |
2. Il-bord ta' tmexxija għandu jivvaluta l-ittra ta' approvazzjoni u għandu jqis il-parir xjentifiku tal-korpi tal-impriżi konġunti, kif ukoll kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali u għandu japprova jew jirrifjuta l-applikazzjoni. |
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-impriżi konġunti, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għandha tkopri l-kostijiet amministrattivi u operazzjonali sal-ammonti massimi speċifikati fit-Tieni Parti. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni speċifikata fit-Tieni Parti tista' tiżdied b'kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi jekk dawn tal-aħħar ikunu disponibbli. |
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-impriżi konġunti, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għandha tkopri l-kostijiet amministrattivi u operazzjonali sal-ammonti massimi speċifikati fit-Tieni Parti dment li l-ammont ikun ippariġġat tal-anqas mill-kontribuzzjoni ta' membri għajr l-Unjoni, jew mill-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħha. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni speċifikata fit-Tieni Parti għandha tiżdied b'kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi, meta dawn tal-aħħar isiru disponibbli, f'konformità mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. |
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu tista' tiġi ssupplimentata b'allokazzjonijiet mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, f'konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, u multi, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament QFP. Dik il-kontribuzzjoni tista' tiġi ssupplimentata wkoll minn diżimpenji, kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi aġġustata biex tirrifletti l-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi assoċjati. Kwalunkwe kontribuzzjoni addizzjonali tal-Unjoni għandha tkun ippariġġata minn kontribuzzjonijiet minn membri għajr l-Unjoni. Il-kontribuzzjonijiet mill-Unjoni u mill-membri għajr l-Unjoni jeħtieġ li jiġu bbilanċjati. |
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Unjoni skont l-Artikolu 13 ta' Orizzont Ewropa, l-Artikolu 5 tar-Regolament QFP u l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu ddistribwiti fi ħdan ir-raggruppamenti tal-Pilastru 2 ta' Orizzont Ewropa b'mod ġust, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tar-riċerka tal-Unjoni kif ukoll l-għanijiet ta' politika tagħha. Id-distribuzzjoni ġusta għandha tqis b'mod speċjali l-impriżi konġunti li joperaw f'setturi li sofrew l-aktar matul il-pandemija u li huma l-aktar kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni u l-irkupru soċjoekonomiku. |
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-ambitu tal-programmi kofinanzjati mill-FEŻR, il-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR, kif ukoll mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjoni ta' stat parteċipanti lil impriża konġunta, dment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 u mar-regolamenti speċifiċi għall-fondi. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida sempliċi u prattiċi sabiex tiċċara x'jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja ta' stat parteċipanti lil Impriża Konġunta. |
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-Tieni Parti, il-membri privati għandhom jirrapportaw sal-31 ta' Marzu ta' kull sena lill-bord ta' tmexxija rispettiv tagħhom fuq il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 magħmula f'kull waħda mis-snin finanzjarji preċedenti. Għall-finijiet tal-valorizzazzjoni ta' dawn il-kontribuzzjonijiet, il-kostijiet għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-prattiki kontabilistiċi tal-kostijiet tas-soltu tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-pajjiż fejn tkun stabbilita l-entità, u skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-Istandards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju applikabbli. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Il-metodu ta' evalwazzjoni jista' jiġi vverifikat mill-impriża konġunta jekk miċ-ċertifikazzjoni tirriżulta xi inċertezza. F'każijiet debitament speċifikati, il-bord ta' tmexxija jista' jawtorizza l-użu ta' somom f'daqqa jew ta' kostijiet unitarji għall-valwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet. |
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-Tieni Parti, il-membri privati għandhom jirrapportaw sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena lill-bord ta' tmexxija rispettiv tagħhom fuq il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 magħmula fis-sena finanzjarja preċedenti. Għall-finijiet tal-valorizzazzjoni ta' dawn il-kontribuzzjonijiet, il-kostijiet għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-prattiki kontabilistiċi tal-kostijiet tas-soltu tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-pajjiż fejn tkun stabbilita l-entità, u skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-Istandards Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju applikabbli. Il-kostijiet ma għandhomx jiġu awditjati mill-impriża konġunta kkonċernata jew minn kwalunkwe korp tal-Unjoni, iżda għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Il-metodu ta' evalwazzjoni jista' jiġi vverifikat mill-impriża konġunta jekk miċ-ċertifikazzjoni tirriżulta xi inċertezza. F'każijiet debitament speċifikati, il-bord ta' tmexxija jista' jawtorizza l-użu ta' somom f'daqqa jew ta' kostijiet unitarji għall-valwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet. |
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kostijiet imġarrba f'attivitajiet addizzjonali ma għandhomx jiġu awditjati mill-impriża konġunta jew minn kwalunkwe korp tal-Unjoni. |
imħassar |
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 7 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kummissjoni tista' ttemm, tnaqqas b'mod proporzjonali jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lil impriża konġunta jew tagħti bidu għall-proċedura ta' stralċ imsemmija fl-Artikolu 43 fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: |
7. Il-Kummissjoni tista', wara li tkun attivat il-Mekkaniżmu ta' Assigurazzjoni Reċiproka kif previst fl-Artikolu 37(7) tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, ittemm, tnaqqas b'mod proporzjonali jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lil impriża konġunta jew tagħti bidu għall-proċedura ta' stralċ imsemmija fl-Artikolu 43 fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 9a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat dwar kwalunkwe bidla fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni. |
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 11a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
Qabel l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma, kull stat parteċipanti għandu jagħmel impenn indikattiv tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tiegħu lill-impriża konġunta, meta jkun rilevanti. |
|
Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, il-programm ta' ħidma jista' jinkludi, bħala anness, kriterji ta' eliġibbiltà rigward entitajiet legali nazzjonali. |
|
Kull stat parteċipanti għandu jassenja lill-impriża konġunta l-evalwazzjoni tal-proposti f'konformità mar-regoli u l-kriterji ta' Orizzont Ewropa. |
|
L-għażla ta' proposti għandha tkun ibbażata fuq il-lista ta' klassifikazzjoni pprovduta mill-kumitat ta' evalwazzjoni. Il-bord ta' tmexxija jista' jiddevja minn dik il-lista f'każijiet debitament iġġustifikati, b'mod partikolari biex jiżgura l-konsistenza ġenerali tal-approċċ ta' portafoll. |
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-impriżi konġunti għandhom, fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta' servizz dwar il-funzjonijiet tal-back office komuni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-Tieni Parti u soġġett għall-ħtieġa li jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni meta l-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil impriżi konġunti. Tali funzjonijiet għandhom jinkludu l-oqsma li ġejjin, soġġetti għall-konferma tal-vijabbiltà u wara l-iskrinjar tar-riżorsi: |
1. L-impriżi konġunti jistgħu joperaw funzjonijiet ta' back office komuni billi jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta' servizz, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-Tieni Parti u soġġett għall-ħtieġa li jiġi ggarantit livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni meta l-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil impriżi konġunti. Tali funzjonijiet jistgħu jinkludu l-oqsma li ġejjin, soġġetti għall-konferma tal-vijabbiltà u wara l-iskrinjar tar-riżorsi u mingħajr preġudizzju għall-oqsma speċifiċi ta' riċerka tal-impriżi konġunti: |
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ga) trawwim tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-impriżi konġunti. |
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-funzjonijiet tal-back office komuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti minn impriża konġunta magħżula waħda jew aktar lill-oħrajn kollha. Il-funzjonijiet relatati ma' xulxin għandhom jinżammu fl-istess impriża konġunta sabiex tiġi żgurata struttura organizzazzjonali koerenti. |
2. Il-funzjonijiet tal-back office komuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu pprovduti minn impriża konġunta magħżula waħda jew aktar lill-oħrajn kollha. Il-funzjonijiet relatati ma' xulxin għandhom jinżammu fl-istess impriża konġunta sabiex tiġi żgurata struttura organizzazzjonali koerenti. |
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Mingħajr preġudizzju għall-assenjar mill-ġdid għal kompiti oħra fi ħdan l-impriża konġunta, jew għal arranġamenti amministrattivi oħrajn, li ma jaffettwawx kuntratti ta' impjieg, il-persunal assenjat għall-funzjonijiet ittrasferiti lill-back office komuni, ospitat minn impriża konġunta oħra, jista' jiġi ttrasferit lil dik l-impriża konġunta. Meta membru tal-persunal ikkonċernat jesprimi r-rifjut tiegħu bil-miktub, il-kuntratt ta' dak il-membru tal-persunal jista' jiġi tterminat mill-impriża konġunta skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 47 tas-CEOS. |
4. Mingħajr preġudizzju għall-assenjar mill-ġdid għal kompiti oħra fi ħdan l-impriża konġunta, jew għal arranġamenti amministrattivi oħrajn, li ma jaffettwawx kuntratti ta' impjieg, il-persunal assenjat għall-funzjonijiet tal-back office komuni, ittrasferiti lil impriża konġunta waħda, jista' jiġi ttrasferit lil dik l-impriża konġunta. Meta membru tal-persunal ikkonċernat jesprimi r-rifjut tiegħu bil-miktub, il-kuntratt ta' dak il-membru tal-persunal jista' jiġi tterminat mill-impriża konġunta skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 47 tas-CEOS. |
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 4, li jiġi ttrasferit lill-impriża konġunta li tkun qed tospita l-uffiċċju tal-back office komuni, għandu jżomm l-istess tip ta' kuntratt u grupp ta' funzjoni u grad, u għandu jitqies li jkun serva s-servizz kollu tiegħu f'dik l-impriża konġunta. |
5. Il-persunal imsemmi fil-paragrafu 4, li jiġi ttrasferit lill-impriża konġunta li tkun qed topera l-funzjonijiet komuni speċifiċi, għandu jżomm l-istess tip ta' kuntratt u grupp ta' funzjoni u grad, u għandu jitqies li jkun serva s-servizz kollu tiegħu f'dik l-impriża konġunta. |
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull impriża konġunta għandu jkollha bord ta' tmexxija u direttur eżekuttiv. |
1. Kull impriża konġunta għandu jkollha bord ta' tmexxija u direttur eżekuttiv u korp li jipprovdi pariri xjentifiċi f'konformità mal-Artikolu 19. |
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-kompożizzjoni tal-Bordijiet ta' Tmexxija għandha twettaq l-aħjar sforzi biex tirrispetta rappreżentanza bbilanċjata tal-isfond ġeografiku, tal-ġeneru, tas-setturi u tal-atturi, skont is-sitwazzjoni tagħhom fl-oqsma rispettivi. |
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-President tal-bord ta' tmexxija għandu jinħatar fuq bażi annwali b'rotazzjoni mill-Unjoni u mir-rappreżentanti l-oħrajn, f'sekwenza, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fit-Tieni Parti. |
3. Il-President tal-bord ta' tmexxija għandu jinħatar minn fost il-membri tiegħu fuq bażi annwali b'rotazzjoni mill-Unjoni u mir-rappreżentanti l-oħrajn, f'sekwenza, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fit-Tieni Parti. |
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-bord ta' tmexxija għandu jorganizza l-laqgħat ordinarji tiegħu tal-anqas darbtejn fis-sena. Laqgħat straordinarji jistgħu jissejħu fuq talba tal-President, tad-direttur eżekuttiv, tal-Kummissjoni jew ta' maġġoranza tar-rappreżentanti tal-membri għajr l-Unjoni jew tal-istati parteċipanti. Il-laqgħat tal-bord ta' tmexxija għandhom jissejħu mill-President u għandhom isiru fis-sede tal-impriża konġunta kkonċernata, sakemm ma jiġix deċiż b'mod eċċezzjonali mod ieħor mill-bord ta' tmexxija f'każijiet debitament ġustifikati. |
4. Il-bord ta' tmexxija għandu jorganizza l-laqgħat ordinarji tiegħu tal-anqas darbtejn fis-sena. Laqgħat straordinarji jistgħu jissejħu fuq talba tal-President, tad-direttur eżekuttiv, tal-Kummissjoni jew ta' maġġoranza tar-rappreżentanti tal-membri għajr l-Unjoni jew tal-istati parteċipanti. Il-laqgħat tal-bord ta' tmexxija għandhom jissejħu mill-President u għandhom isiru fis-sede tal-impriża konġunta kkonċernata, sakemm ma jiġix deċiż b'mod eċċezzjonali mod ieħor mill-bord ta' tmexxija f'każijiet debitament ġustifikati. Il-lista tal-parteċipanti, l-aġenda u l-minuti tal-laqgħa għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fil-ħin fuq is-sit web rispettiv tal-impriża konġunta kkonċernata. |
Emenda 141
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Persuni oħrajn, b'mod partikolari rappreżentanti ta' sħubijiet Ewropej oħrajn, aġenziji eżekuttivi jew regolatorji, awtoritajiet reġjonali fi ħdan l-Unjoni u pjattaformi teknoloġiċi Ewropej jistgħu jiġu mistiedna wkoll jattendu mill-President bħala osservaturi fuq bażi ta' każ b'każ soġġetti għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-kunflitt ta' interess. |
7. Persuni oħrajn, b'mod partikolari rappreżentanti ta' sħubijiet Ewropej oħrajn, aġenziji eżekuttivi jew regolatorji, rappreżentanti tal-Istati Parteċipanti, awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fi ħdan l-Unjoni u pjattaformi teknoloġiċi Ewropej jistgħu jiġu mistiedna wkoll jattendu mill-President bħala osservaturi fuq bażi ta' każ b'każ soġġetti għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-kunflitti ta' interess. |
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. Il-bord ta' tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. |
10. Il-bord ta' tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess, inklużi miżuri biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
11. Ir-rappreżentanti tal-membri għandhom ikunu marbutin bid-dispożizzjonijiet ta' kodiċi ta' kondotta. Il-kodiċi ta' kondotta għandu jistabbilixxi l-obbligi ta' tali membri sabiex jissalvagwardjaw l-integrità u r-reputazzjoni tal-impriża konġunta kkonċernata u tal-Unjoni. |
11. Ir-rappreżentanti tal-membri u l-osservaturi għandhom ikunu marbutin bid-dispożizzjonijiet ta' kodiċi ta' kondotta. Il-kodiċi ta' kondotta għandu jistabbilixxi l-obbligi ta' tali membri sabiex jissalvagwardjaw l-integrità u r-reputazzjoni tal-impriża konġunta kkonċernata u tal-Unjoni. |
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-bord ta' tmexxija ta' kull impriża konġunta għandu jkollu responsabbiltà ġenerali għall-orjentazzjoni strateġika u għall-operazzjonijiet ta' dik l-impriża konġunta u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. |
Il-bord ta' tmexxija ta' kull impriża konġunta għandu jkollu responsabbiltà ġenerali għall-orjentazzjoni strateġika, għall-koerenza mal-għanijiet u l-politiki ġenerali tal-Unjoni u għall-operazzjonijiet ta' dik l-impriża konġunta u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha fil-bord ta' tmexxija, għandha tfittex li tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-impriżi konġunti u l-attivitajiet rilevanti tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni bl-għan li tippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet meta tidentifika l-prijoritajiet koperti bir-riċerka kollaborattiva. |
Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha fil-bord ta' tmexxija, għandha tfittex li tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-impriżi konġunti u l-attivitajiet rilevanti tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni bl-għan li tippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet waqt li tevita duplikazzjonijiet meta tidentifika l-prijoritajiet koperti bir-riċerka kollaborattiva. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-impriżi konġunti jkollhom mandat xieraq, linji gwida operazzjonali u mekkaniżmi effettivi biex imexxu, jiġġestixxu u jimplimentaw sinerġiji ma' suġġetti ta' riċerka kollaborattiva u l-proġetti li jirriżultaw. |
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jiżgura monitoraġġ mill-qrib u f'waqtu tal-progress tal-programm ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-impriża konġunta u tal-azzjonijiet individwali fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni u tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u jieħu miżuri korrettivi fejn meħtieġa sabiex jiżgura li l-impriża konġunta tilħaq l-objettivi tagħha; |
(a) jieħu miżuri biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-objettivi ġenerali, speċifiċi u operazzjonali tal-impriża konġunta, jivvaluta l-effettività u l-impatt tagħhom, jiżgura monitoraġġ mill-qrib u f'waqtu tal-progress tal-programm ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-impriża konġunta u tal-azzjonijiet individwali fir-rigward tal-prijoritajiet tal-għanijiet u l-politiki ġenerali tal-Unjoni u tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u jieħu miżuri korrettivi fejn meħtieġa sabiex jiżgura li l-impriża konġunta tilħaq l-objettivi tagħha; |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jivvaluta, jaċċetta jew jirrifjuta applikazzjonijiet għal sħubija f'konformità mal-Artikolu 7; |
(b) jivvaluta, jaċċetta jew jirrifjuta applikazzjonijiet għal sħubija f'konformità mal-Artikolu 7, filwaqt li jqis il-parir tal-korp konsultattiv xjentifiku f'konformità mal-Artikolu 19 u l-kunflitti ta' interess potenzjali; |
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jivvaluta, jaċċetta jew jirrifjuta applikazzjonijiet ta' sħab kontribwenti prospettivi f'konformità mal-Artikolu 9; |
(c) jivvaluta, jaċċetta jew jirrifjuta applikazzjonijiet ta' sħab kontribwenti prospettivi f'konformità mal-Artikolu 9, filwaqt li jqis il-parir tal-korp konsultattiv xjentifiku f'konformità mal-Artikolu 19 u l-kunflitti ta' interess potenzjali; |
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) jaħtar, jagħti s-sensja, jestendi l-mandat, jipprovdi gwida u jissorvelja l-prestazzjoni tad-direttur eżekuttiv; |
(i) jaħtar, abbażi ta' proċedura miftuħa u trasparenti, jagħti s-sensja, jestendi l-mandat, jipprovdi gwida u jissorvelja l-prestazzjoni tad-direttur eżekuttiv f'konformità mal-Artikolu 17, inkluż permezz tal-identifikazzjoni ta' sett ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni biex jivvaluta l-prestazzjoni tad-direttur eżekuttiv; |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) jadotta l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni fil-bidu tal-inizjattiva u jemendaha matul id-durata ta' Orizzont Ewropa, fejn meħtieġ. L-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni għandha tidentifika l-impatt immirat tas-sħubija, il-portafoll previst tal-attivitajiet, l-eżiti mistennija li jistgħu jitkejlu, ir-riżorsi, ir-riżultati, u l-objettivi intermedji f'perjodu ta' żmien definit. Għandu jidentifika wkoll is-sħubijiet Ewropej l-oħra li magħhom l-impriża konġunta għandha tistabbilixxi kollaborazzjoni formali u regolari u l-possibbiltajiet għal sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-impriża konġunta u l-inizjattivi u l-politiki nazzjonali jew reġjonali bbażati fuq informazzjoni riċevuta mill-istati parteċipanti jew mill-grupp tar-rappreżentanti tal-istati kif ukoll għal sinerġiji ma' programmi oħrajn tal-Unjoni; |
(j) jadotta l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni fil-bidu tal-inizjattiva u jemendaha matul id-durata ta' Orizzont Ewropa, fejn meħtieġ abbażi tal-kontribut tas-sħab kollha, inkluż is-settur privat, il-komunità xjentifika, rappreżentanti tal-Istati Membri u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tal-impriża konġunta rilevanti. L-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni għandha tidentifika l-impatt immirat tas-sħubija, il-portafoll previst tal-attivitajiet, l-eżiti mistennija li jistgħu jitkejlu, ir-riżorsi, ir-riżultati, u l-objettivi intermedji f'perjodu ta' żmien definit. Għandu jidentifika wkoll is-sħubijiet Ewropej l-oħra li magħhom l-impriża konġunta għandha tistabbilixxi kollaborazzjoni formali u regolari u l-possibbiltajiet għal sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-impriża konġunta u l-inizjattivi u l-politiki nazzjonali jew reġjonali bbażati fuq informazzjoni riċevuta mill-istati parteċipanti jew mill-grupp tar-rappreżentanti tal-istati kif ukoll għal sinerġiji, flimkien mal-linji gwida pprovduti mill-Kummissjoni, ma' programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni, inkluż l-azzjonijiet previsti mill-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa; |
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt k
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) jadotta l-programm ta' ħidma u l-istimi tan-nefqa korrispondenti kif proposti mid-direttur eżekuttiv sabiex jimplimenta l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni, inklużi l-attivitajiet amministrattivi, il-kontenut tas-sejħiet għal proposti, l-oqsma ta' riċerka soġġetti għal sejħiet konġunti u għal kooperazzjoni ma' sħubijiet oħra, ir-rata ta' finanzjament applikabbli għal kull suġġett tas-sejħa, kif ukoll ir-regoli relatati għall-proċeduri ta' sottomissjoni, ta' evalwazzjoni, ta' selezzjoni, ta' għoti u ta' rieżami, b'attenzjoni partikolari għall-feedback għar-rekwiżiti ta' politika; |
(k) jadotta l-programm ta' ħidma u l-istimi tan-nefqa korrispondenti kif proposti mid-direttur eżekuttiv sabiex jimplimenta l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni, inklużi l-attivitajiet amministrattivi, il-kontenut tas-sejħiet għal proposti, filwaqt li jiżgura li għadd ta' sejħiet miftuħa jkopru wkoll il-firxa aktar baxxa ta' Livelli ta' Tħejjija għat-Teknoloġija, il-kriterji biex tiġi mħeġġa parteċipazzjoni bbilanċjata mil-lat ġeografiku u tal-ġeneri, l-oqsma ta' riċerka soġġetti għal sejħiet konġunti u għal kooperazzjoni ma' sħubijiet u sinerġiji oħra ma' programmi oħra tal-Unjoni, ir-rata ta' finanzjament applikabbli għal kull suġġett tas-sejħa, kif ukoll ir-regoli relatati għall-proċeduri ta' sottomissjoni, ta' evalwazzjoni, ta' selezzjoni, ta' għoti u ta' rieżami, inklużi proċeduri speċifiċi għall-identifikazzjoni u l-evitar ta' kunflitti ta' interess, u b'attenzjoni partikolari għall-feedback għar-rekwiżiti ta' politika; |
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ka) jappoġġa l-viżibbiltà u l-ftuħ tal-attivitajiet tal-impriżi konġunti u jadotta miżuri sabiex jattira parteċipanti ġodda, b'mod partikolari l-SMEs, l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-attivitajiet u l-azzjonijiet tal-impriża konġunta, filwaqt li jiżgura skrutinju effettiv mill-pubbliku ġenerali u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
Emenda 153
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt ma (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ma) jieħu miżuri xierqa u korrettivi bbażati fuq ir-riżultati tal-evalwazzjoni interim imwettqa mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 171 u fuq ir-riżultati tal-awditu annwali mwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; |
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt n
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(n) jivvaluta r-rapport annwali konsolidat tal-attività, li jinkludi n-nefqa korrispondenti u l-baġit iddedikat għal sejħiet konġunti ma' sħubijiet Ewropej oħrajn; |
(n) jivvaluta u japprova r-rapport annwali konsolidat tal-attività, li jinkludi n-nefqa korrispondenti u l-baġit iddedikat għal sejħiet konġunti ma' sħubijiet Ewropej oħrajn; |
Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt s
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(s) japprova l-lista ta' azzjonijiet magħżula għall-finanzjament; |
(s) japprova l-lista ta' azzjonijiet magħżula għall-finanzjament wara li jikkonsulta lill-korp konsultattiv xjentifiku, fejn xieraq; |
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt u
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(u) jadotta regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali għall-impriżi konġunti jew l-użu ta' trainees; |
(u) jadotta regoli dwar is-sekondar ta' esperti nazzjonali, inkluż ir-rimunerazzjoni tagħhom, għall-impriżi konġunti jew l-użu ta' trainees; |
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt w
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(w) jissottometti lill-Kummissjoni, fejn xieraq, kwalunkwe talba sabiex jiġi emendat dan ir-Regolament proposta minn membru tal-impriża konġunta; |
(w) jiġbor u jissottometti lill-Kummissjoni, fejn xieraq, kwalunkwe talba sabiex jiġi emendat dan ir-Regolament; |
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt y
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(y) jadotta, sa tmiem l-2022, pjan għall-eliminazzjoni gradwali tal-impriża konġunta mill-finanzjament ta' Orizzont Ewropa fuq rakkomandazzjoni tad-direttur eżekuttiv; |
(y) jadotta, mhux aktar tard minn sena, wara l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont Ewropa kif imsemmi fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa u, mhux aktar tard mill-2025, pjan għall-eliminazzjoni gradwali tal-impriża konġunta mill-finanzjament ta' Orizzont Ewropa fuq rakkomandazzjoni tad-direttur eżekuttiv; |
Emenda 159
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Id-direttur eżekuttiv għandu jinħatar mill-bord ta' tmexxija fuq il-bażi tal-mertu u tal-ħiliet, mil-lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura ta'l-għażla miftuħa u trasparenti li għandha tirrispetta l-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri. |
1. Id-direttur eżekuttiv għandu jinħatar mill-bord ta' tmexxija fuq il-bażi tal-mertu u tal-ħiliet, u tal-esperjenza rilevanti, mil-lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa għal espressjoni ta' interess miftuħa u trasparenti u proċedura tal-għażla sussegwenti li għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-eċċellenza, tal-bilanċ bejn il-ġeneri u tad-diversità ġeografika. |
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' kandidati għal direttur eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-membri għajr l-Unjoni tal-impriża konġunta. Għall-finijiet ta' tali konsultazzjoni, il-membri għajr l-Unjoni tal-impriża konġunta għandhom jaħtru bi qbil komuni r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll osservatur f'isem il-bord ta' tmexxija. |
2. Il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta' kandidati għal direttur eżekuttiv wara konsultazzjoni mal-membri għajr l-Unjoni tal-impriża konġunta. Il-lista għandu jkun fiha mill-anqas 50 % tal-kandidati ta' ġeneru differenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-aħjar sforzi biex tiżgura rappreżentanza bbilanċjata bejn il-ġeneri. Għall-finijiet ta' tali konsultazzjoni, il-membri għajr l-Unjoni tal-impriża konġunta għandhom jaħtru bi qbil komuni r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll osservatur f'isem il-bord ta' tmexxija. |
|
Meta twettaq il-proċedura tal-għażla, il-Kummissjoni għandha taderixxi mal-ogħla standards tat-trasparenza, inkluż billi tipprovdi skeda ta' żmien ċara u l-informazzjoni rilevanti lill-kandidati u tagħmel il-lista ta' kandidati għal kull impriża konġunta u r-riżultati disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Qabel il-ħatra, id-direttur eżekuttiv magħżul għandu jiffirma dikjarazzjoni li tiddikjara n-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess kif ukoll dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji, inkluż mill-inqas l-okkupazzjoni(jiet) tiegħu matul il-perjodu ta' ħames snin qabel ma tittieħed il-kariga mal-impriża konġunta kif ukoll is-sħubija tiegħu matul dak il-perjodu fi kwalunkwe bord jew kumitat ta' kumpaniji, NGOs, assoċjazzjoni jew korp ieħor stabbilit bil-liġi. Kemm id-dikjarazzjoni dwar il-kunflitt ta' interess kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji għandhom ikunu aċċessibbli faċilment fuq is-sit web tal-impriża konġunta. |
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-mandat tad-direttur eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-membri għajr l-Unjoni, għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-direttur eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-impriża konġunta. |
4. Il-mandat tad-direttur eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-membri għajr l-Unjoni, għandha twettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-direttur eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-impriża konġunta, inkluż permezz tal-evalwazzjoni tas-sett ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni kif stabbilit fil-punt (i) tal-Artikolu 16. |
Emenda 163
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) iħejji u jippreżenta għall-adozzjoni lill-bord ta' tmexxija, il-programm ta' ħidma u l-istimi tan-nefqa korrispondenti għall-impriża konġunta, sabiex tiġi implimentata l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni; |
(c) iħejji u jippreżenta għall-adozzjoni lill-bord ta' tmexxija, il-programm ta' ħidma bbażat fuq il-kontribut tas-sħab, inkluż is-settur privat, il-komunità xjentifika, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tal-impriża konġunta rilevanti u l-istimi tan-nefqa korrispondenti għall-impriża konġunta, sabiex tiġi implimentata l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni; |
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri biex jiġu attirati parteċipanti ġodda, b'mod partikolari SMEs, universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
Emenda 165
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt n
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(n) jimplimenta l-politika ta' komunikazzjoni tal-impriża konġunta; |
(n) jelabora u jimplimenta l-politika ta' komunikazzjoni taċ-ċittadin u li tiffavorixxi lill-SMEs tal-impriża konġunta; |
Emenda 166
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt q
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(q) jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, billi jirkupra ammonti li tħallsu bi żball u, fejn xieraq, jimponi penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi; |
(q) jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri għajr l-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-kunflitti ta' interess, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, billi jirkupra ammonti li tħallsu bi żball u, fejn xieraq, jimponi penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi; |
Emenda 167
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 6 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jiġġestixxi l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-impriża konġunta matul iċ-ċiklu ta' implimentazzjoni; |
(b) jiġġestixxi l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-impriża konġunta matul iċ-ċiklu ta' implimentazzjoni u jiżgura li l-programm ta' ħidma u kwalunkwe bidla fih issir pubblika; |
Emenda 168
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 6 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jipprovdi lill-membri u lill-korpi tal-impriża konġunta l-informazzjoni rilevanti kollha u l-appoġġ meħtieġ għalihom sabiex iwettqu dmirijiethom; |
(c) jipprovdi lill-membri u lill-korpi tal-impriża konġunta l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin u l-appoġġ meħtieġ għalihom sabiex iwettqu dmirijiethom; |
Emenda 169
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-impriżi konġunti għandhom ifittxu parir xjentifiku indipendenti permezz ta': |
1. Sakemm mhux previst mod ieħor fit-Tieni Parti, l-impriżi konġunti għandhom ifittxu parir xjentifiku indipendenti permezz ta' korp konsultattiv xjentifiku li għandu jiġi stabbilit mill-impriża konġunta f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fit-Tieni Parti, u soġġett għad-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu. Meta jkun xieraq, l-impriżi konġunti jistgħu jitolbu għarfien espert ad hoc li jkun indipendenti u estern dwar kwistjonijiet speċifiċi. |
Emenda 170
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) korp konsultattiv xjentifiku, jew il-membri tiegħu, li għandu jiġi stabbilit mill-impriża konġunta f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fit-Tieni Parti, u soġġett għad-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu; u/jew |
imħassar |
Emenda 171
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) talbiet ad hoc għal għarfien espert estern mill-bord ta' tmexxija lill-impriża konġunta dwar kwistjonijiet speċifiċi. |
imħassar |
Emenda 172
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'każijiet eċċezzjonali u fejn dan ikun debitament ġustifikat, parti mill-funzjoni ta' parir xjentifiku tista' titwettaq mill-membri tal-impriża konġunta għajr l-Unjoni, sakemm ma jkunx hemm kunflitt ta' interess. |
imħassar |
Emenda 173
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għandu jkun hemm rappreżentanza bbilanċjata ta' esperti fost il-membri tal-korp konsultattiv xjentifiku, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża konġunta, inkluż fir-rigward tal-bilanċ bejn il-ġeneri. Kollettivament, il-membri tal-korp konsultattiv xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenzi u l-għarfien espert meħtieġa li jkopru l-qasam tekniku sabiex jagħmlu rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza lill-impriża konġunta, filwaqt li jqisu l-impatt soċjoekonomiku ta' tali rakkomandazzjonijiet u l-objettivi tal-impriża konġunta. |
2. Għandu jkun hemm rappreżentanza bbilanċjata ta' esperti fost il-membri tal-korp konsultattiv xjentifiku, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tal-impriża konġunta, inkluż fir-rigward tal-eċċellenza, tal-bilanċ bejn il-ġeneri u tal-bilanċ ġeografiku. Kollettivament, il-membri tal-korp konsultattiv xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenzi u l-għarfien espert meħtieġa li jkopru l-qasam tekniku sabiex jagħmlu rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza lill-impriża konġunta, filwaqt li jqisu l-impatti fuq il-klima, ambjentali u soċjoekonomiċi, inkluż l-impatt fuq il-kompetittività u s-sovranità teknoloġika ta' tali rakkomandazzjonijiet u l-objettivi tal-impriża konġunta kif ukoll l-impatti tar-riċerka mwettqa mill-impriża konġunta fuq kwistjonijiet relatati mal-ġeneru. |
Emenda 174
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-bord ta' tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess ta' selezzjoni għall-kompożizzjoni tal-korp konsultattiv xjentifiku tal-impriża konġunta u għandu jaħtar il-membri tiegħu. Fejn rilevanti, il-bord ta' tmexxija għandu jqis il-kandidati potenzjali proposti mill-grupp tar-rappreżentanti tal-istati. |
4. Il-bord ta' tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u proċess ta' selezzjoni, ibbażati fuq is-sejħiet trasparenti u miftuħa għall-espressjoni ta' interess, għall-kompożizzjoni tal-korp konsultattiv xjentifiku tal-impriża konġunta u għandu jaħtar il-membri tiegħu għal massimu ta' erba' snin, li jiġġeddu darba. |
Emenda 175
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-korp konsultattiv xjentifiku għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena u l-laqgħat għandhom jissejħu mill-President. Il-President jista' jistieden persuni oħra sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi. Il-korp konsultattiv xjentifiku għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. |
6. Il-korp konsultattiv xjentifiku għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena u l-laqgħat għandhom jissejħu mill-President. Il-President jista' jistieden persuni oħra sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi. Il-korp konsultattiv xjentifiku għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess, inklużi miżuri biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-aġenda, il-parteċipanti u l-minuti tal-laqgħat għandhom jiġu ppubblikati fil-ħin fuq is-sit web tal-impriża konġunta; |
Emenda 176
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 7 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jagħti pariri dwar il-prijoritajiet xjentifiċi li għandhom jiġu indirizzati fil-programmi ta' ħidma, f'konformità mal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u l-ippjanar strateġiku ta' Orizzont Ewropa; |
(a) jagħti pariri dwar il-prijoritajiet xjentifiċi li għandhom jiġu indirizzati fl-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u programmi ta' ħidma relatati, f'konformità mal-ippjanar strateġiku ta' Orizzont Ewropa; |
Emenda 177
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 7 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jipprovdi pariri indipendenti u analiżi xjentifika dwar kwistjonijiet speċifiċi kif mitlub mill-bord ta' tmexxija, b'mod partikolari fir-rigward ta' żviluppi f'setturi kontigwi; |
(d) jipprovdi pariri indipendenti u analiżi xjentifika dwar kwistjonijiet speċifiċi kif mitlub mill-bord ta' tmexxija, b'mod partikolari fir-rigward ta' żviluppi f'setturi kontigwi kif ukoll dwar l-impatti potenzjali tal-attivitajiet tal-impriża konġunta fuq l-ambjent, is-soċjetà u l-klima; |
Emenda 178
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 7 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) jivvaluta u jagħti pariri lill-bord ta' tmexxija dwar applikazzjonijiet minn membri potenzjali assoċjati u sħab kontribwenti; |
Emenda 179
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Wara kull laqgħa tal-korp konsultattiv xjentifiku, il-President tiegħu għandu jissottometti lill-bord ta' tmexxija rapport li jiddeskrivi l-opinjonijiet tal-korp u tal-membri tiegħu dwar il-kwistjonijiet diskussi matul il-laqgħa. |
8. Wara kull laqgħa tal-korp konsultattiv xjentifiku, il-President tiegħu għandu jissottometti lill-bord ta' tmexxija rapport li jiddeskrivi l-opinjonijiet tal-korp u tal-membri tiegħu dwar il-kwistjonijiet diskussi matul il-laqgħa. Sa fejn huwa possibbli, ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tal-impriża konġunta. |
Emenda 180
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 9a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. Il-bord ta' tmexxija għandu jinforma lill-korp konsultattiv xjentifiku mingħajr dewmien żejjed dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet jew il-proposti tiegħu jew jagħti raġunijiet għaliex ma tax segwitu għalihom, u għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 181
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-President tal-grupp tar-rappreżentanti tal-istati jista' jistieden persuni oħra sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b'mod partikolari rappreżentanti tal-awtoritajiet federali jew reġjonali rilevanti fl-Unjoni, rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet tal-SMEs u rappreżentanti ta' korpi oħrajn tal-impriża konġunta. |
5. Il-President tal-grupp tar-rappreżentanti tal-istati jista' jistieden persuni oħra sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b'mod partikolari rappreżentanti tal-awtoritajiet federali jew reġjonali rilevanti fl-Unjoni, rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet tal-SMEs u tal-industrija, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti ta' korpi oħrajn tal-impriża konġunta. |
Emenda 182
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. L-aġenda tal-laqgħat tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istat għandha tiġi ċċirkolata biżżejjed minn qabel sabiex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa minn kull Stat Membru u pajjiż assoċjat. L-aġenda għandha tiġi ċċirkolata wkoll għal informazzjoni lill-bord ta' tmexxija. |
6. L-aġenda tal-laqgħat tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istat għandha tiġi ċċirkolata biżżejjed minn qabel sabiex tiġi żgurata rappreżentanza xierqa minn kull Stat Membru u pajjiż assoċjat. L-aġenda għandha tiġi ċċirkolata wkoll għal informazzjoni lill-bord ta' tmexxija fil-ħin. |
Emenda 183
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 7 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-aġġornament tal-orjentazzjoni strateġika f'konformità mal-ippjanar strateġiku ta' Orizzont Ewropa u ma' strumenti ta' finanzjament oħrajn tal-Unjoni u tal-Istati Membri; |
(b) l-aġġornament tal-orjentazzjoni strateġika f'konformità mal-ippjanar strateġiku ta' Orizzont Ewropa, ma' politiki u għanijiet ġenerali tal-Unjoni u ma' strumenti ta' finanzjament oħrajn tal-Unjoni u tal-Istati Membri; |
Emenda 184
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 7 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-involviment tal-SMEs. |
(e) l-involviment tal-SMEs u tan-negozji ġodda, tal-assoċjazzjonijiet tan-negozji tagħhom, tal-universitajiet u tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-miżuri meħuda għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta' parteċipanti ġodda. |
Emenda 185
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 7 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) l-impatti potenzjali tal-attivitajiet tal-impriża konġunta fuq l-ambjent, il-klima u l-valur miżjud soċjetali. |
Emenda 186
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 8 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-istatus tal-programmi ta' riċerka u ta' innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali rilevanti u l-identifikazzjoni ta' oqsma potenzjali ta' kooperazzjoni, inklużi azzjonijiet konkreti meħuda jew previsti għall-varar ta' teknoloġiji rilevanti u ta' soluzzjonijiet innovattivi; |
(a) l-istatus tal-programmi ta' riċerka u ta' innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali rilevanti u l-identifikazzjoni ta' oqsma potenzjali ta' kooperazzjoni, inklużi azzjonijiet konkreti meħuda jew previsti, bħal sejħiet ikkoordinati bejn l-impriżi konġunti u l-programmi ta' R&I u ta' investiment tagħhom, għall-iżvilupp kif ukoll għall-varar u l-adozzjoni mis-suq u s-soċjetà ta' teknoloġiji rilevanti u ta' soluzzjonijiet innovattivi; |
Emenda 187
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-grupp tar-rappreżentanti tal-istati għandu jippreżenta, fl-aħħar ta' kull sena kalendarja, rapport li jiddeskrivi l-politiki nazzjonali jew reġjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impriża konġunta u jidentifika modi speċifiċi ta' kooperazzjoni mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-impriża konġunta. |
9. Il-grupp tar-rappreżentanti tal-istati għandu jippreżenta, fl-aħħar ta' kull sena kalendarja, rapport li jiddeskrivi l-politiki nazzjonali jew reġjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impriża konġunta u jidentifika modi speċifiċi ta' kooperazzjoni mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-impriża konġunta. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tal-impriża konġunta. |
Emenda 188
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 13a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
13a. Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, il-grupp rappreżentattiv tal-Istati għandu josserva r-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-kunflitti ta' interess kif stabbilit fl-Artikoli 31 u 40. |
Emenda 189
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati għandu jkun miftuħ għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati kollha, inklużi gruppi organizzati, attivi fil-qasam tal-impriża konġunta, gruppi ta' interess internazzjonali mill-Istati Membri, pajjiżi assoċjati kif ukoll minn pajjiżi oħra. |
2. Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati għandu jkun miftuħ għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati kollha, inklużi gruppi organizzati u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, attivi fil-qasam tal-impriża konġunta, gruppi ta' interess internazzjonali mill-Istati Membri, pajjiżi assoċjati kif ukoll minn pajjiżi oħra. |
Emenda 190
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-bord ta' tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess tal-għażla għall-kompożizzjoni tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati u għandu jimmira lejn rappreżentazzjoni bbilanċjata f'termini ta' sfondi ġeografiċi, tal-ġeneru, tas-setturi u tal-atturi. Fejn rilevanti, il-bord ta' tmexxija għandu jqis il-kandidati potenzjali proposti mill-grupp tar-rappreżentanti tal-Istati. Għandu jiġi żgurat li l-grupp tal-partijiet ikkonċernati jkun miftuħ b'mod kostanti għal membri ġodda li għandhom jiġu vvalutati fl-evalwazzjoni interim u indirizzati jekk ikun meħtieġ. |
Emenda 191
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati għandu jiġi informat b'mod regolari dwar l-attivitajiet tal-impriża konġunta u għandu jkun mistieden sabiex jipprovdi kummenti dwar l-inizjattivi ppjanati tal-impriża konġunta. |
3. Il-grupp tal-partijiet ikkonċernati għandu jiġi informat b'mod regolari dwar l-attivitajiet tal-impriża konġunta u għandu jkun mistieden sabiex jipprovdi kummenti dwar l-inizjattivi ppjanati tal-impriża konġunta, fuq stedina jew fuq inizjattiva tiegħu stess. |
Emenda 192
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-laqgħat tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati għandhom jissejħu mid-direttur eżekuttiv. |
4. Il-laqgħat tal-grupp tal-partijiet ikkonċernati għandhom jissejħu mid-direttur eżekuttiv tal-anqas darba fis-sena. |
Emenda 193
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Id-direttur eżekuttiv jista' jagħti pariri lill-bord ta' tmexxija sabiex jikkonsulta lill-grupp tal-partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet speċifiċi. Meta ssir tali konsultazzjoni, għandu jiġi sottomess rapport lill-bord ta' tmexxija wara d-diskussjoni rilevanti fil-grupp tal-partijiet ikkonċernati. |
5. Id-direttur eżekuttiv jista' jagħti pariri lill-bord ta' tmexxija sabiex jikkonsulta lill-grupp tal-partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet speċifiċi. Meta ssir tali konsultazzjoni, għandu jiġi sottomess rapport lill-bord ta' tmexxija wara d-diskussjoni rilevanti fil-grupp tal-partijiet ikkonċernati u jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-impriża konġunta rilevanti. |
Emenda 194
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu josserva r-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-kunflitti ta' interess kif stabbilit fl-Artikoli 31 u 40. |
Emenda 195
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa u b'deroga mill-Artikolu 34 ta' dak ir-Regolament, l-impriżi konġunti jistgħu japplikaw rati ta' rimborż differenti għall-finanzjament mill-Unjoni f'azzjoni skont it-tip ta' parteċipant, u t-tip ta' azzjoni. Ir-rati ta' rimborż għandhom ikunu indikati fil-programm ta' ħidma. |
Emenda 196
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat sal-aħħar tas-sena qabel dik tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-impriża konġunta, u, sabiex tiġi appoġġata l-koordinazzjoni mal-istrateġija ġenerali ta' Orizzont Ewropa, għandu jiġi kondiviż mal-kumitat tal-programm tar-raggruppamenti rilevanti għall-informazzjoni. |
2. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat sal-aħħar tas-sena qabel dik tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-impriża konġunta u fuq is-sit web ta' Orizzont Ewropa u fil-bażi tad-data elettronika komuni, u, sabiex tiġi appoġġata l-koordinazzjoni mal-istrateġija ġenerali ta' Orizzont Ewropa, għandu jiġi kondiviż mal-konfigurazzjoni rilevanti tal-kumitat tal-programm għall-informazzjoni. |
Emenda 197
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-baġit annwali għandu jiġi adottat biex iqis l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kif stabbilit fil-baġit tal-Unjoni. |
5. Il-baġit annwali għandu jiġi adattat biex jitqies l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kif stabbilita fil-baġit ġenerali tal-Unjoni u l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura minn membri għajr l-Unjoni. |
Emenda 198
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Id-direttur eżekuttiv għandu jipprovdi lill-bord ta' tmexxija rapport annwali konsolidat tal-attività dwar it-twettiq ta' dmirijietu f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-impriża konġunta. |
1. Id-direttur eżekuttiv għandu jipprovdi lill-bord ta' tmexxija rapport annwali konsolidat tal-attività dwar it-twettiq ta' dmirijietu f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-impriża konġunta. Ir-rapport annwali konsolidat tal-attività għandu jsir pubbliku fil-ħin fuq is-sit web tal-impriża konġunta. |
Emenda 199
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-proposti mressqa, inkluża diżaggregazzjoni skont it-tip ta' parteċipanti, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż; |
(b) il-proposti mressqa, inkluża diżaggregazzjoni skont it-tip ta' parteċipanti, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż, bl-indikazzjoni tal-perċentwal tal-parteċipanti ġodda; |
Emenda 200
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) il-kollaborazzjoni ma' sħubijiet Ewropej oħrajn, inklużi sejħiet konġunti, u sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-impriża konġunta u l-inizjattivi u l-politiki nazzjonali jew reġjonali. |
(e) il-kollaborazzjoni ma' sħubijiet Ewropej oħrajn, inklużi sejħiet konġunti, u sinerġiji bejn l-azzjonijiet tal-impriża konġunta u programmi oħra tal-Unjoni kif ukoll l-inizjattivi u l-politiki nazzjonali jew reġjonali. |
Emenda 201
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) il-progress fl-implimentazzjoni tal-eżiti, ir-riżultati, u l-objettivi intermedji mistennija li jistgħu jitkejlu f'perjodu ta' żmien definit kif stabbilit fl-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u fil-programm ta' ħidma tal-impriża konġunta; |
Emenda 202
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(eb) l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn membri għajr l-Unjoni u tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li fil-fatt ingħataw; |
Emenda 203
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ec) il-kontribut tal-impriża konġunta għall-azzjonijiet tal-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, speċjalment dawk li għandhom l-għan li jiżviluppaw ħiliet biex jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u li jżidu n-numru ta' gradwati f'suġġetti STEM, fl-oqsma rispettivi tax-xogħol tal-impriża konġunta; |
Emenda 204
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt ed (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ed) kwalunkwe azzjoni relatata mal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inklużi dawk l-azzjonijiet li għandhom l-għan li jnaqqsu d-differenza bejn il-ġeneri fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. |
Emenda 205
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-membri għajr l-Unjoni għandhom jaqblu dwar kif għandhom jaqsmu bejniethom il-kontribuzzjoni kollettiva tagħhom f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-impriża konġunta. |
2. Il-membri għajr l-Unjoni għandhom jaqblu dwar kif għandhom jaqsmu bejniethom il-kontribuzzjoni kollettiva tagħhom. |
Emenda 206
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Fid-deċiżjoni dwar il-kondiviżjoni tal-kontribuzzjoni kollettiva tagħhom mal-impriża konġunta, il-membri għajr l-Unjoni għandhom jaġixxu f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-impriża konġunta, mingħajr l-impożizzjoni ta' kwalunkwe kundizzjoni ta' piż għall-SMEs li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-impriża konġunta għandha tiġi appoġġata wkoll minn kundizzjonijiet favorevoli li jqisu d-daqs tagħhom kif ukoll is-saħħa ta' negozjar aktar limitata tagħhom tul il-katina tal-valur meta mqabbla ma' atturi akbar. |
Emenda 207
Proposta għal regolament
Artikolu 26 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Jekk il-membri għajr l-Unjoni tal-impriża konġunta jkunu inadempjenti fl-impenn tagħhom rigward il-kontribuzzjoni tagħhom, id-direttur eżekuttiv għandu jinformahom bil-miktub u għandu jistabbilixxi perjodu raġonevoli li fih tali inadempjenza jenħtieġ li tiġi rrimedjata. Meta, mal-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-membru għajr l-Unjoni kkonċernat ikun għadu inadempjenti, id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-Kummissjoni fid-dawl tal-miżuri potenzjali u lill-membru kkonċernat li huwa skwalifikat milli jivvota fil-bord ta' tmexxija f'konformità mal-Artikolu 11(9). |
6. Jekk il-membri għajr l-Unjoni tal-impriża konġunta jkunu inadempjenti fl-impenn tagħhom rigward il-kontribuzzjoni tagħhom, id-direttur eżekuttiv għandu jinformahom bil-miktub u għandu jistabbilixxi perjodu raġonevoli li fih tali inadempjenza jenħtieġ li tiġi rrimedjata. Meta, mal-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-membru għajr l-Unjoni kkonċernat ikun għadu inadempjenti, id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati parteċipanti fid-dawl tal-miżuri potenzjali u lill-membru kkonċernat li huwa skwalifikat milli jivvota fil-bord ta' tmexxija f'konformità mal-Artikolu 11(9). |
Emenda 208
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Minkejja l-paragrafi 1 sa 3, il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa b'mod espliċitu lill-Kummissjoni, lill-impriża konġunta rispettiva, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-UPPE u lill-OLAF sabiex iwettqu tali awditi, kontrolli fuq il-post u investigazzjonijiet f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom. |
4. Minkejja l-paragrafi 1 sa 3, il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa b'mod espliċitu lill-Kummissjoni, lill-impriża konġunta rilevanti, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-UPPE u lill-OLAF sabiex iwettqu tali awditi, kontrolli fuq il-post u investigazzjonijiet f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom mingħajr ma jżidu l-piż amministrattiv tal-impriża konġunta. |
Emenda 209
Proposta għal regolament
Artikolu 29 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awditi tan-nefqa fuq azzjonijiet indiretti għandhom jitwettqu f'konformità mal-[Artikolu 48] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa bħala parti mill-azzjonijiet indiretti ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari f'konformità mal-istrateġija ta' awditjar imsemmija [fl-Artikolu 48(2)] f'dak ir-Regolament. |
L-awditi tan-nefqa fuq azzjonijiet indiretti għandhom jitwettqu f'konformità mal-[Artikolu 48] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa bħala parti mill-azzjonijiet indiretti ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari f'konformità mal-istrateġija ta' awditjar imsemmija [fl-Artikolu 48(2)] ta' dak ir-Regolament, mingħajr ma jżidu l-piż amministrattiv tal-impriża konġunta. |
Emenda 210
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-impriżi konġunti bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni. |
1. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq l-impriżi konġunti bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni u għandu jieħu miżuri biex inaqqas il-piż amministrattiv tal-impriżi konġunti. |
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-impriża konġunta għandha tipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji tal-Unjoni aċċess għall-informazzjoni kollha relatata mal-azzjonijiet indiretti li tiffinanzja. Tali informazzjoni għandha tinkludi r-riżultati tal-benefiċjarji li jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti tal-impriża konġunta jew kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-politiki jew tal-programmi tal-Unjoni. Tali drittijiet ta' aċċess huma limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv u għandhom jikkonformaw mar-regoli ta' kunfidenzjalità applikabbli. |
1. L-impriża konġunta għandha tipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji tal-Unjoni aċċess għall-informazzjoni kollha relatata mal-azzjonijiet indiretti li tiffinanzja. Tali informazzjoni għandha tinkludi r-riżultati tal-benefiċjarji li jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti tal-impriża konġunta jew kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni, għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-politiki jew tal-programmi tal-Unjoni. Tali drittijiet ta' aċċess huma limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv, għandhom ikunu soġġetti għal standards adegwati rigward is-sigurtà tal-IT u s-sigurtà tal-informazzjoni, għandhom ikunu f'konformità mal-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità u għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-kunfidenzjalità. |
Emenda 212
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-finijiet tal-iżvilupp, tal-implimentazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-politiki jew tal-programmi tal-Unjoni, l-impriża konġunta għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni inkluża fil-proposti sottomessi. |
2. Għall-finijiet tal-iżvilupp, tal-implimentazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-politiki jew tal-programmi tal-Unjoni, l-impriża konġunta għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni inkluża fil-proposti sottomessi. Id-data rilevanti kollha relatata ma' proġetti sottomessi mill-impriżi konġunti għandha tiġi inkluża fil-bażi tad-data unika ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 213
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan ta' stabbiliment tal-persunal ta' kull impriża konġunta li jindika n-numru ta' pożizzjonijiet temporanji skont il-grupp ta' funzjoni u skont il-grad u n-numru ta' persunal bil-kuntratt espress f'ekwivalenti full-time, f'konformità mal-baġit annwali tagħha. |
2. Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan ta' stabbiliment tal-persunal ta' kull impriża konġunta u għandhom jirriflettu b'mod adegwat l-għadd ta' pożizzjonijiet u gradi meħtieġa biex jiġu żgurati l-ogħla standards ta' reklutaġġi fil-qasam, li jindika n-numru ta' pożizzjonijiet temporanji skont il-grupp ta' funzjoni u skont il-grad u n-numru ta' persunal bil-kuntratt espress f'ekwivalenti full-time, f'konformità mal-baġit annwali tagħha u tal-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri. |
Emenda 214
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-impriża konġunta, il-korpi u l-persunal tagħha għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. |
1. L-impriża konġunta, il-korpi tagħha u l-membri tagħha kif ukoll il-persunal tagħha għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatat mal-attivitajiet tal-impriża konġunta kif ukoll fl-implimentazzjoni tagħhom. |
Emenda 215
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-bord ta' tmexxija għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni, għall-evitar u għall-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-persunal tal-impriża konġunta, tal-membri u ta' persuni oħra li jservu lill-bord ta' tmexxija u fil-korpi jew fil-gruppi l-oħrajn tal-impriża konġunta, f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-impriża konġunta u mar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-persunal. |
2. Il-bord ta' tmexxija għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni, għall-evitar u għall-ġestjoni ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-persunal tal-impriża konġunta, tal-membri u ta' persuni oħra li jservu lill-bord ta' tmexxija u fil-korpi jew fil-gruppi l-oħrajn tal-impriża konġunta, f'konformità ma' dan ir-Regolament, mar-regoli finanzjarji tal-impriża konġunta u mar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-persunal. |
Emenda 216
Proposta għal regolament
Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-membri tal-korp konsultattiv xjentifiku u d-diretturi eżekuttivi għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u jżommu aġġornata dikjarazzjoni tal-attivitajiet professjonali kollha tagħhom, ta' interessi finanzjarji u ta' kunflitti ta' interess. Dawn għandu jkun fihom ukoll informazzjoni dwar is-sħubija tagħhom f'diversi bordijiet u kumitati kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe parteċipazzjoni pubblika meta jkun hemm implikazzjonijiet potenzjali għall-politika pubblika jew meta dik il-parteċipazzjoni tagħti lill-persuna influwenza sinifikanti fuq l-affarijiet tal-kumpanija jew tas-sħubija. Id-diretturi eżekuttivi għandu jkollhom sfond professjonali li juri li għandhom esperjenza fis-settur operazzjonali rilevanti tal-impriża konġunta rilevanti. |
Emenda 217
Proposta għal regolament
Artikolu 43 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Matul il-proċedura ta' stralċ, l-assi tal-impriża konġunta għandhom jintużaw sabiex ikopru l-obbligazzjonijiet tagħha u n-nefqa relatata mal-istralċ tagħha. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam fost il-membri tal-impriża konġunta fiż-żmien tal-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-impriża konġunta. Kull tali surplus distribwit lill-Unjoni, għandu jiġi rritornat fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
4. Matul il-proċedura ta' stralċ, l-assi tal-impriża konġunta għandhom jintużaw sabiex ikopru l-obbligazzjonijiet tagħha u n-nefqa relatata mal-istralċ tagħha. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam fost il-membri tal-impriża konġunta fiż-żmien tal-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-impriża konġunta. Kull tali surplus distribwit lill-Unjoni, għandu jiġi rritornat fil-baġit ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 218
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tħaffef il-proċess ta' innovazzjoni u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi b'bażi bijoloġika; |
(a) tħaffef il-proċess ta' riċerka u innovazzjoni u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi u sostenibbli b'bażi bijoloġika; |
Emenda 219
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tħaffef il-varar mis-suq tas-soluzzjonijiet maturi u innovattivi eżistenti b'bażi bijoloġika; |
(b) tħaffef il-varar mis-suq tas-soluzzjonijiet sostenibbli maturi u innovattivi eżistenti b'bażi bijoloġika; |
Emenda 220
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tiżgura livell għoli ta' prestazzjoni ambjentali ta' sistemi industrijali b'bażi bijoloġika. |
(c) tiżgura livell għoli ta' prestazzjoni ambjentali ta' sistemi industrijali sostenibbli b'bażi bijoloġika. |
Emenda 221
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) iżżid l-intensità ta' attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni interdixxiplinari sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-avvanz fix-xjenzi tal-ħajja u f'dixxiplini xjentifiċi oħrajn għall-iżvilupp u għad-dimostrazzjoni ta' soluzzjonijiet sostenibbli b'bażi bijoloġika; |
(a) iżżid l-intensità ta' attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni interdixxiplinari sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-avvanz fix-xjenzi tal-ħajja u f'dixxiplini xjentifiċi oħrajn għall-iżvilupp u għad-dimostrazzjoni ta' soluzzjonijiet ekonomiċi, ambjentalment u soċjalment sostenibbli b'bażi bijoloġika; |
Emenda 222
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) iżżid u tintegra l-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-partijiet ikkonċernati madwar l-Unjoni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-bijoekonomija lokali; |
(b) iżżid u tintegra l-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-partijiet ikkonċernati madwar l-Unjoni sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-bijoekonomija lokali konsistenti mal-miri tal-klima, tal-ambjent u tal-bijodiversità tal-Unjoni; |
Emenda 223
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) iżżid il-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u l-iżvilupp ta' innovazzjonijiet aktar sostenibbli b'bażi bijoloġika; |
(c) iżżid il-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali u l-iżvilupp ta' innovazzjonijiet sostenibbli b'bażi bijoloġika; |
Emenda 224
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet li jagħmlu użu minn teknoloġiji u approċċi ta' emissjonijiet negattivi u għas-sekwestru tal-karbonju f'sistemi naturali u li jkollhom benefiċċji ambjentali oħra; |
Emenda 225
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) issaħħaħ l-integrazzjoni ta' proċessi ta' riċerka u ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika fil-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni; |
(d) issaħħaħ l-integrazzjoni ta' proċessi ta' riċerka u ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika fil-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni, filwaqt li tippromwovi wkoll livell ogħla ta' sostenibbiltà u ċirkolarità; |
Emenda 226
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) tnaqqas ir-riskju għall-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni f'kumpaniji u fi proġetti b'bażi bijoloġika; |
(e) tnaqqas ir-riskju għall-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni f'kumpaniji u fi proġetti sostenibbli b'bażi bijoloġika; |
Emenda 227
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) tiżgura li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika. |
(f) tiżgura li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u l-mitigazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika sabiex jikkontribwixxu għall-miri tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima. |
Emenda 228
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tappoġġa proġetti multidixxiplinari ta' riċerka u ta' innovazzjoni b'impatt għoli li jtejbu l-innovazzjoni industrijali fl-industrija b'bażi bijoloġika sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika; |
(c) tappoġġa proġetti multidixxiplinari ta' riċerka u ta' innovazzjoni b'impatt għoli li jtejbu l-innovazzjoni industrijali u s-sostenibbiltà fl-industrija b'bażi bijoloġika sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika f'konformità mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija; |
Emenda 229
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) tintensifika l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika tul il-katina ta' innovazzjoni kollha minn Livelli baxxi sa għoljin ta' Tħejjija għat-Teknoloġija; |
(d) tintensifika l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika tul il-katina ta' innovazzjoni kollha minn Livelli baxxi sa għoljin ta' Tħejjija għat-Teknoloġija; u timmitiga l-impatti soċjali u ambjentali negattivi potenzjali tagħhom; |
Emenda 230
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) timmobilizza u tintegra atturi ta' riċerka u ta' innovazzjoni minn żoni rurali, kostali, urbani u minn reġjuni b'potenzjal mhux sfruttat għall-iżvilupp tal-industrija b'bażi bijoloġika sabiex jikkooperaw f'attivitajiet ta' proġetti; |
(e) timmobilizza u tintegra atturi ta' riċerka u ta' innovazzjoni minn żoni rurali, kostali, urbani u minn reġjuni f'diversi livelli ġeografiċi b'potenzjal mhux sfruttat għall-iżvilupp tal-industrija sostenibbli b'bażi bijoloġika sabiex jikkooperaw f'attivitajiet ta' proġetti; |
Emenda 231
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) tippromwovi l-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-atturi ta' riċerka u ta' innovazzjoni u l-partijiet ikkonċernati industrijali fl-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika sabiex toħloq sensibilizzazzjoni dwar l-għarfien u t-teknoloġija li qed jevolvu malajr, tiffaċilita l-kollaborazzjoni transsettorjali u tiffaċilita l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi b'bażi bijoloġika; |
(g) tippromwovi l-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-atturi ta' riċerka u ta' innovazzjoni u l-partijiet ikkonċernati industrijali inklużi l-SMEs, l-organizzazzjonijiet żgħar mis-settur primarju u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika sabiex toħloq sensibilizzazzjoni dwar l-għarfien u t-teknoloġija li qed jevolvu malajr, tiffaċilita l-kollaborazzjoni transsettorjali u tiffaċilita l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi sostenibbli u b'bażi bijoloġika; |
Emenda 232
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) timmobilizza l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali li jistgħu joħolqu kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-adozzjoni mis-suq ta' innovazzjonijiet b'bażi bijoloġika; |
(h) timmobilizza l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali li jistgħu joħolqu kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-adozzjoni mis-suq ta' innovazzjonijiet sostenibbli b'bażi bijoloġika; |
Emenda 233
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) tikkomunika u tippromwovi soluzzjonijiet innovattivi b'bażi bijoloġika ma' dawk li jfasslu l-politika, mal-industrija, mal-NGOs u mal-konsumaturi b'mod ġenerali. |
(j) tippubblika s-sejbiet u r-riżultati tagħha b'mod trasparenti u aċċessibbli, inkluż dwar l-impatti soċjali u ambjentali tagħha fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi u tikkomunika u tippromwovi soluzzjonijiet sostenibbli innovattivi b'bażi bijoloġika; |
Emenda 234
Proposta għal regolament
Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-Konsorzju tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ stabbilita skont id-dritt tal-Belġju, bl-uffiċċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju, man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika permezz ta' ittra ta' impenn; |
(b) il-Konsorzju tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ stabbilita skont id-dritt tal-Belġju, bl-uffiċċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju, man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika permezz ta' ittra ta' impenn, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-membri, b'mod partikolari l-SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u f'liġi rilevanti oħra tal-Unjoni; |
Emenda 235
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Minkejja s-setgħa ta' deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija dwar il-pjan ta' attivitajiet addizzjonali skont l-Artikolu 16(2)(l) u fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) u tal-Artikolu 2(10), il-Konsorzju tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika jew l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tiegħu għandhom kull sena jagħmlu proposta għall-attivitajiet addizzjonali. L-attivitajiet addizzjonali huma dawk direttament marbutin ma' proġetti u ma' attivitajiet tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika, inklużi b'mod partikolari: |
1. Minkejja s-setgħa ta' deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija dwar il-pjan ta' attivitajiet addizzjonali skont l-Artikolu 16(2)(l) u fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) u tal-Artikolu 2(10), il-membri għajr l-Unjoni għandhom kull sena jagħmlu proposta għal attivitajiet addizzjonali. L-attivitajiet addizzjonali huma dawk direttament marbutin ma' proġetti u ma' attivitajiet tal-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika, inklużi b'mod partikolari: |
Emenda 236
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) investimenti f'impjant ta' produzzjoni jew f'inizjattiva ewlenija ġdida innovattiva u sostenibbli; |
(b) investimenti f'impjant ta' produzzjoni jew f'inizjattiva ewlenija ġdida innovattiva u sostenibbli, inkluż impjant dimostrattiv pilota u innovattiv; |
Emenda 237
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) attivitajiet ta' komunikazzjoni, ta' disseminazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni. |
(e) attivitajiet ta' komunikazzjoni, ta' disseminazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni fost l-SMEs u l-pubbliku ġenerali. |
Emenda 238
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi l-President tiegħu għal perjodu ta' sentejn. |
2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sentejn. |
Emenda 239
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Minbarra l-laqgħat imsemmija fil-paragrafu 2, il-Bord ta' Tmexxija għandu jsejjaħ ukoll laqgħa strateġika tal-anqas darba fis-sena bl-objettiv primarju li jiġu identifikati l-isfidi u l-opportunitajiet għal industrija sostenibbli b'bażi bijoloġika u li tiġi pprovduta orjentazzjoni strateġika addizzjonali għall-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika. |
4. Minbarra l-laqgħat imsemmija fil-paragrafu 3, il-Bord ta' Tmexxija għandu jsejjaħ ukoll laqgħa strateġika tal-anqas darba fis-sena bl-objettiv primarju li jiġu identifikati l-isfidi u l-opportunitajiet għal industrija sostenibbli b'bażi bijoloġika u li tiġi pprovduta orjentazzjoni strateġika addizzjonali għall-Impriża Konġunta Ewropa Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika b'mod partikolari dwar l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-atturi madwar l-Ewropa. |
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fil-laqgħa strateġika għandhom jiġu mistiedna uffiċjali kapijiet eżekuttivi addizzjonali jew uffiċjali b'setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' kumpaniji Ewropej ewlenin b'bażi bijoloġika u l-Kummissjoni. Il-Presidenti tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati, il-Kumitat Xjentifiku u l-Gruppi ta' Varar jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi. |
5. Fil-laqgħa strateġika għandhom jiġu mistiedna uffiċjali kapijiet eżekuttivi addizzjonali jew uffiċjali b'setgħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' kumpaniji Ewropej ewlenin b'bażi bijoloġika, il-Kummissjoni kif ukoll, fejn xieraq, esperti indipendenti esperti u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inkluż mis-soċjetà ċivili u mill-komunità tar-riċerka. Il-Presidenti tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati, il-Kumitat Xjentifiku u l-Gruppi ta' Varar għandhom ikunu osservaturi permanenti. |
Emenda 241
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-President tal-Kumitat Xjentifiku għandu jiġi elett għal sentejn. |
3. Il-President tal-Kumitat Xjentifiku għandu jiġi elett minn fost il-membri tiegħu għal sentejn. |
Emenda 242
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jistabbilixxi task force magħmula minn membri bil-profili xierqa li tikkontribwixxi għall-iżgurar ta' ffukar suffiċjenti fuq l-aspetti kollha ta' sostenibbiltà tal-programm ta' ħidma. Kull meta jkun possibbli, il-parir tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-programm ta' ħidma għandu jinkludi aspetti relatati maċ-ċirkolarità, mas-sostenibbiltà ambjentali, mal-preservazzjoni u mat-titjib tal-bijodiversità, kif ukoll ma' aspetti usa' tas-sostenibbiltà tas-sistemi b'bażi bijoloġika u tal-ktajjen tal-valur relatati. |
4. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jistabbilixxi task force magħmula minn membri bil-profili xierqa li tikkontribwixxi għall-iżgurar ta' ffukar suffiċjenti fuq l-aspetti kollha ta' sostenibbiltà tal-programm ta' ħidma. Il-parir tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-programm ta' ħidma għandu jinkludi aspetti relatati mad-disponibbiltà limitata tar-riżorsi naturali, maċ-ċirkolarità, mas-sostenibbiltà ambjentali, mal-preservazzjoni u mat-titjib tal-bijodiversità, mal-art, mal-ħamrija, mal-kwalità tal-ilma kif ukoll ma' aspetti usa' tal-impatt fuq is-soċjetà u l-klima kif ukoll tas-sostenibbiltà tas-sistemi b'bażi bijoloġika u tal-ktajjen tal-valur relatati. |
Emenda 243
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għandu jiġi stabbilit Grupp ta' Varar wieħed jew aktar skont l-Artikolu 21. Ir-rwol tal-Gruppi ta' Varar huwa li jagħtu pariri lill-Bord ta' Tmexxija fuq kwistjonijiet kritiċi għall-adozzjoni mis-suq ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika u li jippromwovu l-varar ta' soluzzjonijiet sostenibbli b'bażi bijoloġika. |
1. Għandu jiġi stabbilit Grupp ta' Varar wieħed jew aktar skont l-Artikolu 21. Ir-rwol tal-Grupp ta' Varar huwa li jagħtu pariri lill-Bord ta' Tmexxija fuq kwistjonijiet kritiċi għall-adozzjoni mis-suq ta' innovazzjoni sostenibbli b'bażi bijoloġika u li jippromwovu l-varar ta' soluzzjonijiet sostenibbli b'bażi bijoloġika. |
Emenda 244
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-kompożizzjoni tal-Gruppi ta' Varar għandha tiżgura ffukar tematiku xieraq u rappreżentattività tal-partijiet ikkonċernati tal-innovazzjoni b'bażi bijoloġika. Kwalunkwe parti kkonċernata għajr il-membri tal-Konsorzju tal-Industrija b'Bażi Bijoloġika, l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom tista' tesprimi l-interess tagħha li ssir membru ta' Grupp ta' Varar. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi d-daqs u l-kompożizzjoni previsti tal-Gruppi ta' Varar, id-durata tal-mandati u l-possibbiltà ta' tiġdid tal-membri tiegħu, u jagħżel il-membri tagħhom. Il-lista tal-membri għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. |
2. Il-kompożizzjoni tal-Gruppi ta' Varar għandha tiżgura ffukar tematiku xieraq u rappreżentattività tal-partijiet ikkonċernati tal-innovazzjoni b'bażi bijoloġika. Kwalunkwe parti kkonċernata għajr il-membri tal-Konsorzju tal-Industrija b'Bażi Bijoloġika, l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom tista' tesprimi l-interess tagħha li ssir membru ta' Grupp ta' Varar li jiżgura r-rappreżentanza tal-SMEs kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-kompożizzjoni tal-Gruppi ta' Varar għandha timmira lejn l-aktar rappreżentanza wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati, inklużi s-settur primarju (l-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija) kif ukoll il-fornituri ta' skart, ta' residwi u ta' flussi sekondarji, awtoritajiet reġjonali u investituri sabiex tipprevjeni fallimenti tas-suq u proċessi b'bażi bijoloġika mhux sostenibbli. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi d-daqs u l-kompożizzjoni previsti tal-Grupp ta' Varar, id-durata tal-mandati u l-possibbiltà ta' tiġdid tal-membri tiegħu, u jagħżel il-membri tagħhom f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament. Il-lista tal-membri għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 245
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Gruppi ta' Varar għandhom jiltaqgħu tal-anqas darba fis-sena f'laqgħa fiżika jew virtwali. Fl-ewwel laqgħa, il-Gruppi ta' Varar għandhom jadottaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom. Dawn ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu approvati mill-Bord ta' Tmexxija. Il-laqgħat straordinarji tal-Gruppi ta' Varar għandhom jissejħu fuq it-talba tal-Bord ta' Tmexxija. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jitlob il-parteċipazzjoni ta' persuni addizzjonali fil-laqgħat straordinarji. Il-lista ta' dawk li jattendu għal dawk il-laqgħat straordinarji għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. |
3. Il-Gruppi ta' Varar għandhom jiltaqgħu tal-anqas darba fis-sena f'laqgħa fiżika jew virtwali. Fl-ewwel laqgħa, il-Gruppi ta' Varar għandhom jadottaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom. Dawn ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu approvati mill-Bord ta' Tmexxija. Il-laqgħat straordinarji tal-Gruppi ta' Varar għandhom jissejħu fuq it-talba tal-Bord ta' Tmexxija. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jitlob il-parteċipazzjoni ta' persuni addizzjonali fil-laqgħat straordinarji. L-aġenda, il-minuti u l-lista ta' dawk li jattendu għal dawk il-laqgħat straordinarji għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 246
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Gruppi ta' Varar għandhom jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet relatati mal-użu tal-innovazzjoni b'bażi bijoloġika fuq talba mill-Bord ta' Tmexxija. Il-Gruppi ta' Varar jistgħu wkoll joħorġu rakkomandazzjonijiet lill-Bord ta' Tmexxija fi kwalunkwe ħin fuq inizjattiva tagħhom stess. |
5. Il-Grupp ta' Varar għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet relatati mal-użu tal-innovazzjoni sostenibbli b'bażi bijoloġika fuq talba mill-Bord ta' Tmexxija. Il-Gruppi ta' Varar jistgħu wkoll joħorġu rakkomandazzjonijiet lill-Bord ta' Tmexxija fi kwalunkwe ħin fuq inizjattiva tagħhom stess. |
Emenda 247
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impronta ekoloġika tal-avjazzjoni billi tħaffef l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-avjazzjoni newtrali għall-klima għall-varar mill-aktar fis possibbli, u għalhekk tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kisba tal-għanijiet ġenerali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew47 , b'mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis nett fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni kollha b'mill-inqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u fir-rigward ta' perkors lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika sal-2050; |
(a) li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-impronta ekoloġika tal-avjazzjoni billi tħaffef l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-avjazzjoni newtrali għall-klima għall-varar mill-aktar fis possibbli, u għalhekk tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kisba tal-għanijiet ġenerali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew47 , b'mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis nett fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni kollha b'mill-inqas 55 % sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u fir-rigward ta' perkors lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050; |
__________________ |
__________________ |
47 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM/2019/640 final. |
47 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM/2019/640 final. |
Emenda 248
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li tiżgura li l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni relatati mal-ajrunawtika jikkontribwixxu għall-kompetittività sostenibbli globali tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni, u li tiżgura li t-teknoloġiji tal-avjazzjoni newtrali għall-klima jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni,48 u jibqgħu mezz sigur, affidabbli, kosteffettiv u effiċjenti ta' trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; |
(b) li tiżgura li l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni relatati mal-ajrunawtika jikkontribwixxu għall-kompetittività sostenibbli globali tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni, u li tiżgura li t-teknoloġiji tal-avjazzjoni newtrali għall-klima jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni,48 u jibqgħu mezz kompetittiv, sigur, affidabbli, sostenibbli, għall-but ta' kulħadd, kosteffettiv u effiċjenti ta' trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; |
__________________ |
__________________ |
48 Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
48 Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 249
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li tintegra u turi innovazzjonijiet teknoloġiċi fixkiela tal-inġenji tal-ajru li kapaċi jnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b'mhux anqas minn 30% sal-2030, meta mqabbla mat-teknoloġija tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku fl-2020 filwaqt li twitti t-triq għal avjazzjoni newtrali għall-klima sal-2050; |
(a) li tintegra u turi innovazzjonijiet teknoloġiċi fixkiela tal-inġenji tal-ajru li kapaċi jnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra, inkluż l-impatti mhux tas-CO2, b'mhux anqas minn 30 % sal-2030, meta mqabbla mat-teknoloġija tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku fl-2020 filwaqt li twitti t-triq għal avjazzjoni newtrali għall-klima sal-2050; |
Emenda 250
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li tiżgura li l-prontezza teknoloġika u industrijali potenzjali tal-innovazzjonijiet tista' tappoġġa t-tnedija ta' prodotti u ta' servizzi fixkiela ġodda sal-2035, bl-għan li tissostitwixxi 75% tal-flotta operattiva sal-2050 u tiżviluppa sistema tal-avjazzjoni Ewropea innovattiva, affidabbli, sikura u kosteffettiva li tkun kapaċi tilħaq l-objettiv ta' newtralità klimatika sal-2050; |
(b) li tiżgura li l-prontezza teknoloġika u industrijali potenzjali tal-innovazzjonijiet tista' tappoġġa t-tnedija ta' prodotti u ta' servizzi fixkiela ġodda sal-2035, bl-għan li tissostitwixxi 75 % tal-flotta operattiva sal-2050 u tiżviluppa sistema tal-avjazzjoni Ewropea innovattiva, affidabbli, sikura u kosteffettiva li tkun kapaċi tilħaq l-objettiv ta' newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050; |
Emenda 251
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li tespandi u trawwem l-integrazzjoni tal-ktajjen tal-valur tar-riċerka u tal-innovazzjonijiet fl-avjazzjoni newtrali għall-klima, inklużi l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-industrija u l-SMEs, billi jittieħed benefiċċju wkoll mit-tħaddim ta' sinerġiji ma' programmi nazzjonali u Ewropej relatati oħrajn. |
(c) li tespandi u trawwem l-integrazzjoni tal-ktajjen tal-valur tar-riċerka u tal-innovazzjonijiet fl-avjazzjoni newtrali għall-klima, inklużi l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-industrija, l-SMEs u n-negozji ġodda, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, billi jittieħed benefiċċju wkoll mit-tħaddim ta' sinerġiji ma' programmi nazzjonali u Ewropej relatati oħrajn u billi tiġi appoġġata l-adozzjoni ta' ħiliet relatati mal-industrija fil-katina tal-valur; |
Emenda 252
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) li tippromwovi impjiegi ta' kwalità fis-settur tal-avjazzjoni kif ukoll ir-restawr u l-ħolqien tat-tkabbir, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-importanza speċjali tiegħu għall-irkupru ekonomiku u soċjali tal-Unjoni u għall-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi u ambjentali tagħha. |
Emenda 253
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tippubblika fuq is-siti web rilevanti l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tħejjija u għas-sottomissjoni tal-proposti għall-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa; |
(a) tippubblika fuq is-siti web rilevanti l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-tħejjija u għas-sottomissjoni tal-proposti għall-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa b'mod trasparenti u faċli għall-utent; |
Emenda 254
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) timmonitorja u tivvaluta l-progress teknoloġiku lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 55 u tiffaċilita l-aċċess sħiħ għad-data u għall-informazzjoni għall-monitoraġġ indipendenti tal-impatt ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-avjazzjoni mwettqa taħt is-superviżjoni diretta tal-Kummissjoni; |
(b) timmonitorja u tivvaluta l-progress teknoloġiku lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 55 u tiffaċilita l-aċċess sħiħ għad-data u għall-informazzjoni għall-monitoraġġ indipendenti tal-impatt ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-avjazzjoni mwettqa; |
Emenda 255
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tassisti lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, fl-istabbiliment u fil-koordinazzjoni tal-iżvilupp ta' regolamenti u ta' standards li jappoġġaw l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet tal-avjazzjoni nadifa, b'mod partikolari billi twettaq studji, simulazzjonijiet u tipprovdi pariri tekniċi, filwaqt li tqis il-ħtieġa li jiġu eliminati l-ostakli għad-dħul fis-suq. |
(c) tassisti u tipprovdi feedback lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, fl-istabbiliment u fil-koordinazzjoni tal-iżvilupp ta' regolamenti u ta' standards li jappoġġaw l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet tal-avjazzjoni nadifa, b'mod partikolari billi twettaq studji, simulazzjonijiet u tipprovdi pariri tekniċi, filwaqt li tqis il-ħtieġa li jiġu eliminati l-ostakli għad-dħul fis-suq. |
Emenda 256
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) tiżviluppa mekkaniżmi biex iżżid il-koordinazzjoni u l-allinjament bejn l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru; |
Emenda 257
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(cb) tippromwovi l-koordinazzjoni mal-programmi nazzjonali ta' riċerka u innovazzjoni, filwaqt li tippermetti pjan direzzjonali kollaborattiv upstream u implimentazzjoni konġunta ta' xi attivitajiet biex timmassimizza l-effett ta' ingranaġġ tas-sinkronizzazzjoni tal-programmi ta' riċerka. |
Emenda 258
Proposta għal regolament
Artikolu 57 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-membri fundaturi elenkati fl-Anness I, man-notifika tad-deċiżjoni tagħhom li jaderixxu mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa permezz ta' ittra ta' impenn; |
(b) il-membri fundaturi elenkati fl-Anness I, man-notifika tad-deċiżjoni tagħhom li jaderixxu mal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa permezz ta' ittra ta' impenn, li s-sħubija tagħhom għandha tkun ibbażata fuq bilanċ ġust bejn il-finanzjament tal-Unjoni riċevut u l-kontribuzzjoni in natura impenjata, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' membri oħra, b'mod partikolari l-SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u liġi oħra rilevanti tal-Unjoni; |
Emenda 259
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) attivitajiet koperti taħt l-azzjonijiet indiretti tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa iżda mhux iffinanzjati taħt tali azzjonijiet indiretti; |
(a) attivitajiet li jkopru l-parti kollha mhux iffinanzjata mill-Unjoni tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-programm ta' ħidma tal-Impriża Konġunta; |
Emenda 260
Proposta għal regolament
Artikolu 60 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) proġetti privati ta' riċerka u ta' innovazzjoni li jikkomplementaw proġetti dwar l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni; |
(d) proġetti privati ta' riċerka u ta' innovazzjoni li jikkomplementaw proġetti dwar l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni kif ukoll attivitajiet li jikkontribwixxu għall-adozzjoni ta' ħiliet speċifiċi għall-industrija fil-katina tal-valur kollha; |
Emenda 261
Proposta għal regolament
Artikolu 61 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-Korp Konsultattiv Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa; |
(d) il-Korp Konsultattiv Xjentifiku Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa; |
Emenda 262
Proposta għal regolament
Artikolu 62 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) disa' rappreżentanti tal-membri għajr l-Unjoni magħżula minn fost u mill-membri fundaturi u minn fost u mill-membri assoċjati li jiżguraw rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-katina tal-valur ajrunawtika bħall-integraturi tal-inġenji tal-ajru, il-manifatturi tal-magni u l-manifatturi tat-tagħmir. Il-bord ta' tmexxija għandu jistabbilixxi fir-regoli ta' proċedura tiegħu mekkaniżmu ta' rotazzjoni għall-allokazzjoni tas-siġġijiet tal-membri għajr l-Unjoni. Ir-rappreżentanti magħżula għandhom jinkludu tal-anqas rappreżentant wieħed tal-SMEs Ewropej, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta' riċerka u rappreżentant wieħed tal-istituzzjonijiet akkademiċi. |
(b) tnax-il rappreżentant tal-membri għajr l-Unjoni magħżula minn fost u mill-membri fundaturi u minn fost u mill-membri assoċjati li jiżguraw rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-katina tal-valur ajrunawtika bħall-manifatturi tal-inġenji tal-ajru, il-manifatturi tal-magni u l-manifatturi tat-tagħmir. Il-bord ta' tmexxija għandu jistabbilixxi fir-regoli ta' proċedura tiegħu mekkaniżmu ta' rotazzjoni għall-allokazzjoni tas-siġġijiet tal-membri għajr l-Unjoni filwaqt li jqis il-bilanċ bejn il-ġeneri. Ir-rappreżentanti magħżula għandhom jinkludu tal-anqas żewġ rappreżentanti tal-SMEs Ewropej, rappreżentant wieħed tal-membri assoċjati, rappreżentant wieħed tal-organizzazzjonijiet ta' riċerka u rappreżentant wieħed tal-istituzzjonijiet akkademiċi. |
Emenda 263
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jippromwovi l-adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji u ta' soluzzjonijiet sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u jiżgura l-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Impriża Konġunta fl-Artikolu 55; |
(b) jippromwovi l-adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji u ta' soluzzjonijiet sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Impriża Konġunta fl-Artikolu 55 f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku; |
Emenda 264
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiddeċiedi b'rabta mal-implimentazzjoni tal-programm u mal-ilħuq tal-objettivi tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, inkluż dwar: |
2. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jivvaluta u jiddeċiedi b'rabta mal-implimentazzjoni tal-programm u mal-ilħuq tal-objettivi tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, inkluż dwar: |
Emenda 265
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u l-emendi possibbli tagħha u l-programm ta' ħidma, inkluż dwar sejħiet miftuħin għal proposti; |
(a) l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u l-emendi possibbli tagħha u l-programm ta' ħidma, inkluż dwar sejħiet miftuħin għal proposti wara li jkun ikkonsulta lill-Korp Konsultattiv Xjentifiku għall-Avjazzjoni Nadifa; |
Emenda 266
Proposta għal regolament
Artikolu 64 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-ippjanar pluriennali strateġiku ta' sejħiet għal Avjazzjoni Nadifa u l-allinjament tagħhom mal-objettivi ta' Orizzont Ewropa u mal-programmi ta' ħidma relatati u mal-prijoritajiet tekniċi u mal-azzjonijiet ta' riċerka, inklużi s-sejħiet miftuħin għal proposti; |
(b) l-ippjanar pluriennali strateġiku ta' sejħiet għal Avjazzjoni Nadifa u l-allinjament tagħhom mal-prijoritajiet u l-objettivi ġenerali tal-Unjoni kif ukoll mal-objettivi ta' Orizzont Ewropa u mal-programmi ta' ħidma relatati u mal-prijoritajiet tekniċi u mal-azzjonijiet ta' riċerka, inklużi s-sejħiet miftuħin għal proposti; |
Emenda 267
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) numru xieraq ta' rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta' korpi tal-Unjoni, kif deċiż mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Bord ta' Tmexxija; |
(a) żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta' korpi tal-Unjoni, kif deċiż mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Bord ta' Tmexxija; |
Emenda 268
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) żewġ rappreżentanti superjuri tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa kif delegati mid-Direttur Eżekuttiv; |
(c) żewġ rappreżentanti superjuri tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa bħala osservaturi, delegati mid-Direttur Eżekuttiv; |
Emenda 269
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kumitat Tekniku għandu jiżviluppa u jżomm aġġornati l-pjan direzzjonali teknoloġiku u l-istrateġija tal-programm. Għandu jipproponi u jħejji għall-adozzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, kif xieraq, il-kamp ta' applikazzjoni u l-programmazzjoni tal-azzjonijiet ta' riċerka, tal-istrateġija teknika u tal-pjan direzzjonali ġenerali tar-riċerka tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa. Membru tal-Bord ta' Tmexxija jista' jiġi ddelegat sabiex isegwi l-attivitajiet fih. |
5. Il-Kumitat Tekniku għandu jaġġorna u jevolvi l-pjan direzzjonali teknoloġiku u l-istrateġija tal-programm skont il-progress tekniku. Għandu jipproponi u jħejji għall-adozzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, kif xieraq, il-kamp ta' applikazzjoni u l-programmazzjoni tal-azzjonijiet ta' riċerka, tal-istrateġija teknika u tal-pjan direzzjonali ġenerali tar-riċerka tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa. Membru tal-Bord ta' Tmexxija jista' jiġi ddelegat sabiex isegwi l-attivitajiet fih. |
Emenda 270
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) iħejji proposti għall-emenda tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni kif meħtieġ għad-deliberazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjoni finali mill-Bord ta' Tmexxija; |
(a) abbażi ta' djalogu wiesa' mal-partijiet ikkonċernati, iħejji proposti għall-emenda tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni kif meħtieġ għad-deliberazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjoni finali mill-Bord ta' Tmexxija; |
Emenda 271
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) iħejji proposti għall-prijoritajiet tekniċi u għall-azzjonijiet ta' riċerka li għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' ħidma, inklużi s-suġġetti ta' riċerka għal sejħiet miftuħin għal proposti; |
(b) abbażi ta' djalogu wiesa' mal-partijiet ikkonċernati, iħejji proposti għall-prijoritajiet tekniċi u għall-azzjonijiet ta' riċerka li għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' ħidma, inklużi s-suġġetti ta' riċerka għal sejħiet miftuħin għal proposti; |
Emenda 272
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 6 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jipproponi, għad-deliberazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjoni finali mill-Bord ta' Tmexxija, reviżjonijiet jew ottimizzazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tekniku tal-programm sabiex jallinja l-programm ta' ħidma u l-objettivi tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa mal-programmi ta' ħidma globali relatati ma' Orizzont Ewropa u ma' sħubijiet Ewropej oħrajn; |
(d) jipproponi, għad-deliberazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjoni finali mill-Bord ta' Tmexxija, fuq il-bażi tar-rieżamijiet indipendenti tal-prestazzjoni u l-analiżi tal-impatt potenzjali tal-programm, reviżjonijiet jew ottimizzazzjoni tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u Innovazzjoni u tal-kamp ta' applikazzjoni tekniku tal-programm sabiex iżomm l-allinjament tal-programm ta' ħidma mal-objettivi tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, mal-objettivi ġenerali ta' Orizzont Ewropa u mal-programmi ta' ħidma relatati ma' sħubijiet Ewropej oħrajn; |
Emenda 273
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 18, id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għandu jwettaq ukoll il-kompiti li ġejjin: |
Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 18, id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa għandu jwettaq ukoll il-kompiti li ġejjin, taħt il-gwida u d-direzzjoni tal-Bord ta' Tmexxija: |
Emenda 274
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jiffaċilita l-koordinazzjoni mill-Kummissjoni f'konformità mal-parir tal-Kumitat Tekniku bejn l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka u ta' innovazzjoni fi ħdan Orizzont Ewropa bl-għan li jiġi evitat it-trikkib u jiġu promossi s-sinerġiji; |
(d) ikun responsabbli, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u f'konformità mal-parir tal-Kumitat Tekniku, għall-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka u ta' innovazzjoni fi ħdan Orizzont Ewropa, bl-għan li dawn jiġu ggwidati u implimentati biex jiġi evitat it-trikkib u jiġu promossi s-sinerġiji u jiġu ddefiniti mekkaniżmi operazzjonali xierqa biex jiġu konnessi s-suġġetti ta' riċerka kollaborattiva u l-proġetti li jirriżultaw mill-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u Innovazzjoni; |
Emenda 275
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) jiżgura li l-Impriża Konġunta tiffaċilita l-aċċess sħiħ għad-data u għall-informazzjoni għall-monitoraġġ indipendenti tal-impatt ta' riċerka u ta' innovazzjoni fl-avjazzjoni mwettqa taħt is-superviżjoni diretta tal-Kummissjoni u jieħu kwalunkwe azzjoni xierqa meħtieġa sabiex jiżgura l-indipendenza ta' dan il-proċess mill-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa nnifisha, bħal permezz ta' akkwist pubbliku, evalwazzjonijiet indipendenti, rieżamijiet jew analiżi ad hoc. Ir-rapport ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni tal-programm għandu jiġi ppreżentat lill-Bord ta' Tmexxija darba fis-sena; |
(g) jiżgura li l-Impriża Konġunta tiffaċilita l-aċċess sħiħ għad-data u għall-informazzjoni għall-monitoraġġ indipendenti tal-impatt ta' riċerka u ta' innovazzjoni fl-avjazzjoni mwettqa u jieħu kwalunkwe azzjoni xierqa meħtieġa sabiex jiżgura l-indipendenza ta' dan il-proċess mill-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa nnifisha, bħal permezz ta' akkwist pubbliku, evalwazzjonijiet indipendenti, rieżamijiet jew analiżi ad hoc, mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv tal-Impriża Konġunta. Ir-rapport ta' monitoraġġ u ta' valutazzjoni tal-programm għandu jiġi ppreżentat lill-Bord ta' Tmexxija darba fis-sena; |
Emenda 276
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Korp Konsultattiv Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa |
Korp Konsultattiv Xjentifiku Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa |
Emenda 277
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Korp Konsultattiv Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa għandu jkun il-korp konsultattiv xjentifiku tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa stabbilit f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 19(1). |
1. Il-Korp Konsultattiv Xjentifiku Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa għandu jiġi stabbilit f'konformità mal-Artikolu 19. |
Emenda 278
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Korp Konsultattiv Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru permanenti. |
2. Il-Korp Konsultattiv Xjentifiku Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru permanenti li ma jkunux membri ta' kwalunkwe korp ieħor tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa. |
Emenda 279
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-President tal-Korp Konsultattiv Ewropew għall-Avjazzjoni għandu jiġi elett għal sentejn. |
3. Il-President tal-Korp Konsultattiv Xjentifiku Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa għandu jiġi elett minn fost il-membri permanenti tiegħu għal sentejn. |
Emenda 280
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Rappreżentant tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għandu jkun membru permanenti tal-Korp Konsultattiv Ewropew għall-Avjazzjoni. |
4. Rappreżentant tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għandu jkun membru permanenti tal-Korp Konsultattiv Xjentifiku Ewropew għall-Avjazzjoni Nadifa. |
Emenda 281
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Għandu jkun hemm mill-inqas espert xjentifiku wieħed bi sfond fix-xjenza ambjentali u klimatika fil-kuntest tal-avjazzjoni. |
Emenda 282
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-203051 , u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew52 , billi żżid l-ambizzjoni tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal tal-anqas 55% taħt il-livelli tal-1990 sal-2030, u għan-newtralità klimatika sal-2050; |
(a) li tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-203051 , il-Patt Ekoloġiku Ewropew52 , u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima, billi żżid l-ambizzjoni tal-UE f'termini ta' ffrankar ta' effiċjenza enerġetika u l-espansjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif ukoll tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal tal-anqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030, u li tikseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050; |
__________________ |
__________________ |
51 COM/2020/562 final. |
51 COM/2020/562 final. |
52 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM/2019/640 final. |
52 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM/2019/640 final. |
Emenda 283
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea tal-2020 għall-Idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima53 ; |
(b) li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Kummissjoni tal-2020 għall-Idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima53, l-"Istrateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija" u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2021 dwar Strateġija Ewropea għall-Idroġenu; |
__________________ |
__________________ |
53 COM(2020) 301 final: Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima. |
53 COM(2020) 301 final: Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima. |
Emenda 284
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li ssaħħaħ il-kompetittività tal-katina tal-valur tal-idroġenu nadif tal-Unjoni, bil-ħsieb li tappoġġa, b'mod partikolari għall-SMEs involuti, l-aċċellerazzjoni tad-dħul fis-suq ta' soluzzjonijiet nodfa innovattivi u kompetittivi; |
(c) li tiżviluppa, issaħħaħ it-tmexxija u l-kompetittività tal-Unjoni tal-katina tal-valur tal-idroġenu nadif tal-Unjoni, bil-ħsieb li tappoġġa, b'mod partikolari għall-SMEs u n-negozji ġodda involuti, l-aċċellerazzjoni tar-riċerka, tal-iżvilupp u tad-dħul fis-suq ta' soluzzjonijiet nodfa innovattivi, kompetittivi u effiċjenti fl-enerġija; |
Emenda 285
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) li tistimola l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-applikazzjonijiet għal użu finali tal-idroġenu nadif. |
(d) li tistimola l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, it-trasport, il-ħżin u l-applikazzjonijiet għal użu finali tal-idroġenu nadif. |
Emenda 286
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) li taċċellera l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni għall-produzzjoni tal-idroġenu b'bażi rinnovabbli; |
Emenda 287
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ittejjeb, permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni, il-kosteffettività, l-affidabbiltà, il-kwantità u l-kwalità ta' soluzzjonijiet tal-idroġenu nadif, inklużi l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użi finali żviluppati fl-Unjoni bħal elettrolizzaturi tal-idroġenu aktar effiċjenti u orħos u applikazzjonijiet tat-trasport u industrijali orħos; |
(a) ittejjeb, permezz tar-riċerka u tal-innovazzjoni, il-kosteffettività, l-affordabbiltà, l-affidabbiltà, il-kwantità u l-kwalità ta' soluzzjonijiet tal-idroġenu nadif, inklużi l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, it-trasport, il-ħżin u l-użi finali żviluppati fl-Unjoni bħal elettrolizzaturi tal-idroġenu aktar effiċjenti u orħos, it-tnaqqis fit-telf ta' enerġija u fil-konverżjoni u applikazzjonijiet tat-trasport u industrijali tal-avjazzjoni, marittimi u dawk heavy-duty orħos u teknoloġiji tal-idroġenu innovattivi u nodfa kif ukoll is-sikurezza u d-disponibbiltà tal-produzzjoni, tat-trasport u tal-ħżin tiegħu; |
Emenda 288
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) isaħħaħ l-għarfien u l-kapaċità tal-atturi xjentifiċi u industrijali tul il-katina tal-valur tal-idroġenu tal-Unjoni; |
(b) isaħħaħ l-għarfien u l-kapaċità tal-atturi xjentifiċi u industrijali tul il-katina tal-valur tal-idroġenu tal-Unjoni filwaqt li jappoġġa l-adozzjoni ta' ħiliet relatati mal-industrija; |
Emenda 289
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) twettaq dimostrazzjonijiet ta' soluzzjonijiet tal-idroġenu nadif bil-ħsieb tal-użu lokali, reġjonali u fl-Unjoni kollha, li jindirizzaw il-produzzjoni rinnovabbli, id-distribuzzjoni, il-ħżin, u l-użu għall-industriji tat-trasport u li jużaw ħafna enerġija kif ukoll għal applikazzjonijiet oħra; |
(c) twettaq dimostrazzjonijiet ta' soluzzjonijiet tal-idroġenu nadif bil-ħsieb tal-użu lokali, reġjonali u fl-Unjoni kollha, li jindirizzaw il-produzzjoni rinnovabbli, id-distribuzzjoni, it-trasport, il-ħżin, it-teknoloġiji tal-emissjonijiet negattivi u l-użu għal setturi diffiċli sabiex jitrażżnu bħal dak tat-trasport marittimu, tal-avjazzjoni u heavy-duty, u għall-industriji tat-trasport u li jużaw ħafna enerġija kif ukoll għal applikazzjonijiet oħra; |
Emenda 290
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) iżżid l-investimenti innovattivi fis-setturi tal-użu aħħari, b'enfasi partikolari fuq is-settur tat-trasport, b'appoġġ ta' soluzzjonijiet u teknoloġiji rivoluzzjonarji; |
Emenda 291
Proposta għal regolament
Artikolu 71 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) iżżid is-sensibilizzazzjoni pubblika u privata, l-aċċettazzjoni, u l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet tal-idroġenu nadif, b'mod partikolari permezz ta' kooperazzjoni ma' sħubijiet Ewropej oħrajn fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. |
(d) iżżid is-sensibilizzazzjoni pubblika u privata, l-aċċettazzjoni, u l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet u infrastruttura tal-idroġenu nadif, b'mod partikolari permezz ta' kooperazzjoni ma' sħubijiet Ewropej oħrajn fil-qafas ta' Orizzont Ewropa kif ukoll ma' inizjattivi bħall-Alleanza Ewropea għall-Idroġenu Nadif u bil-ħsieb li tikkontribwixxi għat-titjib tal-istandards tekniċi u tas-sikurezza tal-UE li jtejbu s-sikurezza u l-immaniġġjar sikur tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet relatati. |
Emenda 292
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tivvaluta u timmonitorja l-progress teknoloġiku u l-ostakli teknoloġiċi, ekonomiċi u soċjetali għad-dħul fis-suq; |
(a) tivvaluta u timmonitorja l-progress teknoloġiku, il-progress relatat mal-infrastruttura meħtieġa kif ukoll l-ostakli teknoloġiċi, ekonomiċi, regolatorji, soċjetali u ekoloġiċi għad-dħul fis-suq kif ukoll l-impatt fuq l-ambjent; |
Emenda 293
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) minkejja l-prerogattivi tal-politika tal-Kummissjoni, skont il-gwida u s-superviżjoni tal-politika tal-Kummissjoni, tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' regolamenti u ta' standards bl-għan li jiġu eliminati l-ostakli għad-dħul fis-suq u jiġu appoġġati l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, u l-kummerċ fis-suq intern u globalment; |
(b) minkejja l-prerogattivi tal-politika tal-Kummissjoni, skont il-gwida u s-superviżjoni tal-politika tal-Kummissjoni, tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' regolamenti u ta' standards bl-għan li jiġu eliminati l-ostakli għad-dħul fis-suq, speċjalment għall-SMEs u n-negozji ġodda, biex jimminimizzaw l-impatti ambjentali, klimatiċi u soċjali, inkluż f'pajjiżi terzi, u jiġu appoġġati t-trasparenza, l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, u l-kummerċ fis-suq intern u globalment; |
Emenda 294
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tappoġġa lill-Kummissjoni fl-inizjattivi internazzjonali tagħha dwar l-istrateġija tal-idroġenu, bħas-Sħubija Internazzjonali dwar l-Ekonomija tal-Idroġenu (IPHE), il-Missjoni Innovazzjoni u l-Inizjattiva dwar l-Idroġenu tal-Forum Ministerjali dwar l-Enerġija Nadifa. |
(c) minkejja l-prerogattivi ta' politika tal-Kummissjoni, taħt il-gwida u s-superviżjoni tal-politika tal-Kummissjoni, tappoġġa u tipprovdi għarfien espert tekniku, inkluż matul il-laqgħat, lill-Kummissjoni fl-inizjattivi internazzjonali tagħha dwar l-istrateġija tal-idroġenu, bħas-Sħubija Internazzjonali dwar l-Ekonomija tal-Idroġenu (IPHE), il-Missjoni Innovazzjoni u l-Inizjattiva dwar l-Idroġenu tal-Forum Ministerjali dwar l-Enerġija Nadifa. |
Emenda 295
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Hydrogen Europe AISBL, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ stabbilita skont id-Dritt Belġjan (numru ta' reġistrazzjoni: 890 025 478) bl-uffiċċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju (ir-"Raggruppament Industrijali"), man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif permezz ta' ittra ta' impenn; |
(b) Hydrogen Europe AISBL, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ stabbilita skont id-Dritt Belġjan (numru ta' reġistrazzjoni: 890 025 478) bl-uffiċċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju (ir-"Raggruppament Industrijali"), man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif permezz ta' ittra ta' impenn, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-membri, b'mod partikolari l-SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u f'liġi rilevanti oħra tal-Unjoni; |
Emenda 296
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Hydrogen Europe Research AISBL, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ stabbilita skont id-Dritt Belġjan (numru ta' reġistrazzjoni: 0897 679 372) bl-uffiċċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju (ir-"Raggruppament ta' Riċerka"), man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif permezz ta' ittra ta' impenn. |
(c) Hydrogen Europe Research AISBL, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ stabbilita skont id-Dritt Belġjan (numru ta' reġistrazzjoni: 0897 679 372) bl-uffiċċju permanenti tagħha fi Brussell, il-Belġju (ir-"Raggruppament Industrijali"), man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif permezz ta' ittra ta' impenn, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-membri, b'mod partikolari l-SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u f'liġi rilevanti oħra tal-Unjoni. |
Emenda 297
Proposta għal regolament
Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) il-membri assoċjati magħżula f'konformità mal-Artikolu 7, soġġetti għal deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija. |
Emenda 298
Proposta għal regolament
Artikolu 76 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għall-fini tal--Artikolu 11(1)(b), l-attivitajiet addizzjonali jistgħu jinkludu attivitajiet marbutin direttament mal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif u li jikkontribwixxu għall-objettivi tagħha, inklużi dawn li ġejjin: |
1. Għall-fini tal-Artikolu 11(1)(b), l-attivitajiet addizzjonali jistgħu jinkludu attivitajiet marbutin direttament mal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, li għandhom rabta ċara mal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u Innovazzjoni, huma ffinanzjati fl-ambitu ta' programmi nazzjonali jew reġjonali u li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Impriża Konġunta, inklużi dawn li ġejjin: |
Emenda 299
Proposta għal regolament
Artikolu 76 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar it-teknoloġiji tal-idroġenu u l-miżuri ta' sikurezza; |
(e) attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar it-teknoloġiji tal-idroġenu nadif u l-miżuri ta' sikurezza, inkluż fil-katina tal-valur kollha; |
Emenda 300
Proposta għal regolament
Artikolu 77 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti |
Emenda 301
Proposta għal regolament
Artikolu 78 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) sitt rappreżentanti ta' Hydrogen Europe, b'kont meħud tar-rappreżentanza ġeografika, tal-ġeneri u tas-setturi; |
(b) sitt rappreżentanti ta' Hydrogen Europe, b'kont meħud tal-ġeografija u tal-ġeneri, u li jirrappreżentaw partijiet differenti tal-katina tal-valur b'mill-inqas wieħed minnhom ikun ġej minn SME u wieħed minn organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili; |
Emenda 302
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) irawwem sinerġiji ma' attivitajiet u ma' programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw il-varar ta' soluzzjonijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni, l-infrastruttura, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali dwar l-użu tal-idroġenu nadif; |
(a) irawwem sinerġiji ma' attivitajiet u ma' programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari ma' dawk li jappoġġaw il-varar ta' soluzzjonijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni, l-infrastruttura, l-edukazzjoni u l-iżvilupp reġjonali dwar l-użu tal-idroġenu nadif b'enfasi speċjali fuq setturi diffiċli biex jitrażżnu bħas-setturi industrijali, it-trasport tal-avjazzjoni, marittimu, u dak heavy duty; |
Emenda 303
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jipprovdi, skont l-Artikolu 5(2)(b) u l-Artikolu 16(l), orjentazzjoni strateġika fir-rigward tal-kollaborazzjoni ma' sħubijiet Ewropej oħrajn, inklużi s-sħubijiet lejn trasport bit-triq mingħajr emissjonijiet, trasport fuq l-ilma mingħajr emissjonijiet, is-sistema ferrovjarja Ewropea, avjazzjoni nadifa, proċessi għall-pjaneta u għall-azzar nadif f'konformità mal-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni rispettivi tagħhom jew ma' dokument ekwivalenti ieħor; |
(b) jipprovdi, skont l-Artikolu 5(2)(b) u l-Artikolu 16(l), orjentazzjoni strateġika fir-rigward tal-kollaborazzjoni ma' sħubijiet Ewropej oħrajn, inklużi s-sħubijiet lejn trasport bit-triq mingħajr emissjonijiet, trasport fuq l-ilma mingħajr emissjonijiet, is-sistema ferrovjarja Ewropea, avjazzjoni nadifa, proċessi għall-pjaneta u għall-azzar nadif f'konformità mal-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni rispettivi tagħhom kif ukoll mal-"Istrateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija" u inizjattivi relatati dwar l-effiċjenza enerġetika, l-elettrifikazzjoni u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, jew ma' dokument ekwivalenti ieħor; |
Emenda 304
Proposta għal regolament
Artikolu 80 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) iħeġġeġ l-adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji u ta' soluzzjonijiet sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
(c) iħeġġeġ l-adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji u ta' soluzzjonijiet sostenibbli f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-idroġenu rinnovabbli. |
Emenda 305
Proposta għal regolament
Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jipproponi attivitajiet li jiffavorixxu sinerġiji ma' attivitajiet u ma' programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali; |
(a) jipproponi u jimplimenta, flimkien mal-atturi rilevanti, attivitajiet li jiffavorixxu sinerġiji ma' attivitajiet u ma' programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali; |
Emenda 306
Proposta għal regolament
Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jappoġġa u jikkontribwixxi għal inizjattivi oħrajn tal-Unjoni relatati mal-idroġenu, soġġett għall-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija; |
(b) jappoġġa u jikkontribwixxi għal inizjattivi oħrajn tal-Unjoni relatati mal-idroġenu, inklużi l-Alleanza Ewropea tal-Idroġenu u l-IPCEI; |
Emenda 307
Proposta għal regolament
Artikolu 81 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) isejjaħ forum annwali tas-sħubija Ewropea għall-Idroġenu Nadif, li, fejn possibbli, għandu jsir b'mod konġunt u b'mod parallel mal-Forum Ewropew dwar l-Idroġenu tal-Alleanza għall-Idroġenu Nadif. |
(c) isejjaħ forum annwali tas-sħubija Ewropea għall-Idroġenu Nadif, li, għandu jsir b'mod konġunt u b'mod parallel mal-Forum Ewropew dwar l-Idroġenu tal-Alleanza għall-Idroġenu Nadif. |
Emenda 308
Proposta għal regolament
Artikolu 82 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jikkonsisti f'rappreżentanti ta' setturi li jiġġeneraw, iqassmu, jaħżnu, jeħtieġu jew jużaw idroġenu nadif madwar l-Unjoni, inklużi r-rappreżentanti ta' sħubijiet Ewropej rilevanti oħrajn, kif ukoll rappreżentanti tas-Sħubija Interreġjonali Ewropea tal-Widien tal-Idroġenu. |
2. Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jikkonsisti f'rappreżentanti ta' setturi li jiġġeneraw, iqassmu, jittrasportaw, jaħżnu, jeħtieġu jew jużaw idroġenu nadif madwar l-Unjoni, inklużi r-rappreżentanti ta' sħubijiet Ewropej rilevanti oħrajn, kif ukoll rappreżentanti tas-Sħubija Interreġjonali Ewropea tal-Widien tal-Idroġenu, rappreżentanti mis-settur tal-elettriku rinnovabbli, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-komunità xjentifika. |
Emenda 309
Proposta għal regolament
Artikolu 82 – paragrafu 3 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jipprovdi kontribut dwar il-prijoritajiet strateġiċi u teknoloġiċi li għandhom jiġu indirizzati mill-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif kif stabbiliti fl-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni jew fi kwalunkwe dokument ekwivalenti ieħor u fi pjanijiet direzzjonali teknoloġiċi dettaljati assoċjati, b'kont meħud tal-progress u tal-ħtiġijiet f'setturi kontigwi; |
(a) jipprovdi kontribut dwar il-prijoritajiet strateġiċi, tal-infrastruttura u teknoloġiċi li għandhom jiġu indirizzati mill-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif kif stabbiliti fl-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni jew fi kwalunkwe dokument ekwivalenti ieħor u fi pjanijiet direzzjonali teknoloġiċi dettaljati assoċjati, b'kont meħud tal-progress u tal-ħtiġijiet f'setturi kontigwi bħas-setturi diffiċli biex jitrażżnu li jinkludu s-setturi industrijali, it-trasport tal-avjazzjoni, marittimu, u dak heavy duty; |
Emenda 310
Proposta għal regolament
Artikolu 82 – paragrafu 3 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jipprovdi suġġerimenti sabiex ikunu jistgħu jseħħu sinerġiji konkreti bejn l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif u s-setturi kontigwi jew kwalunkwe settur li miegħu jitqiesu sinerġiji ta' valur miżjud; |
(b) jipprovdi suġġerimenti sabiex ikunu jistgħu jseħħu sinerġiji konkreti bejn l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif u s-setturi kontigwi jew kwalunkwe settur li miegħu jitqiesu sinerġiji ta' valur miżjud, filwaqt li jqis b'mod partikolari l-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" u l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija; |
Emenda 311
Proposta għal regolament
Artikolu 82 – paragrafu 3 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jipprovdi kontribut għall-Forum Ewropew annwali dwar l-Idroġenu tal-Alleanza għall-Idroġenu Nadif. |
(c) jipprovdi kontribut għall-forum annwali tas-sħubija Ewropea għall-Idroġenu Nadif u għall-Forum Ewropew annwali dwar l-Idroġenu tal-Alleanza għall-Idroġenu Nadif. |
Emenda 312
Proposta għal regolament
Artikolu 82a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 82a |
|
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku |
|
1. L-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti msemmi fl-Artikoli 19 u 77 sabiex tikseb parir xjentifiku minn esperti akkademiċi indipendenti ta' livell għoli. |
|
2. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru permanenti u għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sentejn. |
|
3. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti jista' jagħti pariri fuq talba tal-Bord ta' Tmexxija u ta' korpi oħrajn tal-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif, jew fuq inizjattiva tiegħu stess. |
|
4. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti għandu jikkollabora mal-korpi konsultattivi rilevanti stabbiliti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 313
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tiżgura tranżizzjoni rapida lejn sistema ferrovjarja Ewropea aktar attraenti, faċli għall-utent, kompetittiva, għall-but ta' kulħadd, effiċjenti u sostenibbli, integrata fis-sistema usa' tal-mobilità; |
(b) tiżgura tranżizzjoni rapida lejn sistema ferrovjarja Ewropea aktar sikura, aktar attraenti, faċli għall-utent, kompetittiva, għall-but ta' kulħadd, effiċjenti, inklużiva, aktar diġitali u sostenibbli, integrata fis-sistema usa' tal-mobilità; |
Emenda 314
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) twassal network ferrovjarju Ewropew integrat skont id-disinn, filwaqt li telimina l-ostakli għall-interoperabbiltà u tipprovdi soluzzjonijiet għal integrazzjoni sħiħa, tkopri l-ġestjoni tat-traffiku, il-vetturi, l-infrastruttura u s-servizzi, u tipprovdi l-aħjar tweġiba għall-ħtiġijiet tal-passiġġieri u tan-negozji, taċċellera l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi b'appoġġ taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, filwaqt li żżid il-kapaċità u l-affidabbiltà u tnaqqas il-kostijiet tat-trasport ferrovjarju; |
(a) twassal network ferrovjarju Ewropew integrat skont id-disinn, filwaqt li telimina l-ostakli għall-interoperabbiltà u tipprovdi soluzzjonijiet għal integrazzjoni sħiħa, tkopri l-ġestjoni tat-traffiku, il-vetturi, l-infrastruttura u s-servizzi, inkluż permezz tal-ħruġ ta' biljetti, u tipprovdi l-aħjar tweġiba għall-ħtiġijiet u d-drittijiet tal-passiġġieri, tal-ħaddiema tal-ferroviji u tan-negozji, taċċellera l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi b'appoġġ taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, filwaqt li żżid il-kapaċità u l-affidabbiltà u tnaqqas il-kostijiet tat-trasport ferrovjarju; |
Emenda 315
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tiżviluppa, permezz tal-Pilastru tas-Sistema tagħha, kunċett operazzjonali unifikat u arkitettura ta' sistema funzjonali għal sistemi Ewropej integrati ta' ġestjoni, ta' kmand, ta' kontroll u ta' sinjalar tat-traffiku ferrovjarju, inkluża operazzjoni ferrovjarja awtomatizzata li għandha tiżgura li r-riċerka u l-innovazzjoni jkunu mmirati lejn rekwiżiti tal-klijenti maqbula b'mod komuni u kondiviżi u ħtiġijiet operazzjonali miftuħa għall-evoluzzjoni; |
(c) tiżviluppa, permezz tal-Pilastru tas-Sistema tagħha, kunċett operazzjonali unifikat u arkitettura ta' sistema funzjonali għal sistemi Ewropej integrati ta' ġestjoni, ta' kmand, ta' kontroll u ta' sinjalar tat-traffiku ferrovjarju, inkluża operazzjoni ferrovjarja awtomatizzata li għandha tiżgura li r-riċerka u l-innovazzjoni jkunu mmirati lejn rekwiżiti tal-klijenti maqbula b'mod komuni u kondiviżi u ħtiġijiet operazzjonali miftuħa għall-evoluzzjoni; il-kunċett operazzjonali unifikat u l-arkitettura funzjonali għall-ġestjoni integrata Ewropea tat-traffiku ferrovjarju jridu jkunu interoperabbli għan-network ferrovjarju kollu (in-network ewlieni u komprensiv tat-TEN-T, il-linji ewlenin u l-linji reġjonali mhux inklużi fit-TEN-T). |
Emenda 316
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) tiżviluppa proġetti ta' dimostrazzjoni fi Stati Membri interessati inklużi dawk li attwalment ma għandhomx sistema ferrovjarja stabbilita fit-territorju tagħhom; |
(e) tiżviluppa proġetti ta' dimostrazzjoni fi Stati Membri interessati inklużi dawk li attwalment ma għandhomx sistema ferrovjarja stabbilita fit-territorju tagħhom. Tali proġetti, inklużi proġetti ta' Dimostrazzjonijiet fuq Skala Kbira, għandhom ikopru lill-Unjoni b'mod kemm jista' jkun wiesa', trasparenti u ġeografikament ibbilanċjat. |
Emenda 317
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 2 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' industrija ferrovjarja Ewropea b'saħħitha u kompetittiva globalment. |
(f) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' industrija ferrovjarja Ewropea b'saħħitha u kompetittiva globalment bil-katina tal-provvista b'saħħitha tagħha u b'ekosistema innovattiva ħafna li tinkludi SMEs ta' teknoloġija avvanzata. |
Emenda 318
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-ostakli li bħalissa jfixklu l-inklużività sħiħa tat-trasport ferrovjarju, b'referenza speċifika għall-persuni b'diżabilità; |
Emenda 319
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fb) tiżviluppa t-tekniki tal-kostruzzjoni tal-binarji tal-ġenerazzjoni li jmiss li tinkludi l-komponenti kollha mis-sottostruttura għall-binarji u s-sovrastruttura; |
Emenda 320
Proposta għal regolament
Artikolu 83 – paragrafu 2 – punt fc (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fc) tappoġġa l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi ta' benefiċċju għall-vjaġġaturi ferrovjarji, inklużi dawk li jgħixu f'żoni skarsament popolati u b'popolazzjoni baxxa. |
Emenda 321
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 5, l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea flimkien mal-Kummissjoni għandha tħejji u tissottometti wkoll għall-adozzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, il-Pjan Regolatorju, żviluppat f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fis-sistema ferrovjarja u fl-industrija tal-provvista tal-ferroviji. |
1. Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 5, l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea flimkien mal-Kummissjoni għandha tħejji u tissottometti wkoll għall-adozzjoni mill-Bord ta' Tmexxija, il-Pjan Regolatorju, żviluppat f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fis-sistema ferrovjarja u fl-industrija tal-provvista tal-ferroviji inkluż fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali. |
Emenda 322
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 5 – punt a – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tiżviluppa fil-Pilastru tas-Sistema tagħha perspettiva tas-sistema li tlaqqa' flimkien l-industrija tal-manifattura ferrovjarja, il-komunità operattiva ferrovjarja u partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi ferrovjarji oħra, inklużi korpi li jirrappreżentaw il-klijenti, bħall-passiġġieri u l-merkanzija u l-persunal, kif ukoll atturi rilevanti barra mis-settur ferrovjarju tradizzjonali. Il-"perspettiva tas-sistema" għandha tinkludi: |
(a) tiżviluppa fil-Pilastru tas-Sistema tagħha perspettiva tas-sistema interoperabbli li tlaqqa' flimkien l-industrija tal-manifattura ferrovjarja, il-komunità operattiva ferrovjarja u partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi ferrovjarji oħra, inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri u korpi li jirrappreżentaw il-klijenti, bħall-passiġġieri u l-merkanzija kif ukoll il-ħaddiema, u atturi rilevanti oħra barra mis-settur ferrovjarju tradizzjonali. Il-"perspettiva tas-sistema" għandha tinkludi: |
Emenda 323
Proposta għal regolament
Artikolu 84 – paragrafu 5 – punt a – punt iv
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
l-iżgurar li l-interfaċċi meħtieġa ma' modalitajiet oħra jiġu vvalutati u vvalidati, b'mod partikolari għall-flussi tal-merkanzija u tal-passiġġieri. |
l-iżgurar li l-interfaċċi meħtieġa ma' modalitajiet oħra, kif ukoll ma' sistemi ferrovjarji urbani u reġjonali, jiġu vvalutati u vvalidati, b'mod partikolari għall-flussi tal-merkanzija u tal-passiġġieri. |
Emenda 324
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-membri fundaturi elenkati fl-Anness II, man-notifika tad-deċiżjoni tagħhom li jaderixxu mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta permezz ta' ittra ta' impenn; |
(b) il-membri fundaturi elenkati fl-Anness II, man-notifika tad-deċiżjoni tagħhom li jaderixxu mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta permezz ta' ittra ta' impenn, li għandha tkun ibbażata fuq bilanċ ġust bejn il-finanzjament tal-Unjoni riċevut u l-kontribuzzjoni impenjata; mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-membri, b'mod partikolari l-SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u f'liġi rilevanti oħra tal-Unjoni; |
Emenda 325
Proposta għal regolament
Artikolu 85 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. B'deroga mill-Artikolu 7(2), il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal sħubija minn kwalunkwe entità legali stabbilita f'pajjiż assoċjat mal-Programm Orizzont Ewropa għandha tkun soġġetta għaż-żieda proporzjonata tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mill-Programm Orizzont Ewropa lill-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-pajjiż korrispondenti assoċjat mal-Programm Orizzont Ewropa. |
Emenda 326
Proposta għal regolament
Artikolu 88 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-adozzjoni tar-riżultati tal-attivitajiet iffinanzjati fil-qafas tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, aktar użu, attivitajiet ta' dimostrazzjoni u standardizzazzjoni. |
(d) l-adozzjoni tar-riżultati u l-varar tal-attivitajiet iffinanzjati fil-qafas tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, inkluż l-aġġornament tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà, aktar użu, attivitajiet ta' dimostrazzjoni u standardizzazzjoni; |
Emenda 327
Proposta għal regolament
Artikolu 88 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) attivitajiet Ewropej ta' awtorizzazzjoni u ta' ċertifikazzjoni relatati ma' soluzzjonijiet ferrovjarji tal-Ewropa mill-proġetti tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea jew mill-inizjattivi preċedenti tagħha. |
Emenda 328
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku. |
Emenda 329
Proposta għal regolament
Artikolu 89 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Barra minn hekk, l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea tista' tistabbilixxi grupp ta' tmexxija xjentifiku jew tfittex parir xjentifiku minn esperti akkademiċi indipendenti jew minn korpi konsultattivi xjentifiċi kondiviżi. |
imħassar |
Emenda 330
Proposta għal regolament
Artikolu 91 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-President jew il-Viċi-President tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jkun mistieden fuq bażi permanenti sabiex jattendi l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservatur u jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda mingħajr drittijiet tal-vot. Ir-rappreżentanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u tal-Kunsill Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar il-Ferroviji għandhom jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservaturi u jieħdu sehem fid-deliberazzjoni tiegħu, iżda ma għandu jkollhom l-ebda dritt tal-vot. |
2. Il-President u l-Viċi-President tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jkun mistieden fuq bażi permanenti sabiex jattendi l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservatur u jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda mingħajr drittijiet tal-vot. Ir-rappreżentanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u tal-Kunsill Konsultattiv Ewropew għar-Riċerka dwar il-Ferroviji għandhom jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservaturi u jieħdu sehem fid-deliberazzjoni tiegħu, iżda ma għandu jkollhom l-ebda dritt tal-vot. |
Emenda 331
Proposta għal regolament
Artikolu 91 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. F'konformità mal-Artikolu 15(2), l-Unjoni għandu jkollha 50 % tad-dritt tal-vot fil-Bord ta' Tmexxija u l-vot tal-Unjoni għandu jkun indiviżibbli. Id-drittijiet tal-vot li jifdal għandhom jiġu ddistribwiti bejn membri oħra tal-Bord ta' Tmexxija b'mod proporzjonat għall-kontribuzzjoni tal-membri li jirrappreżentaw għall-fondi tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea. |
Emenda 332
Proposta għal regolament
Artikolu 92 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jadotta l-programmi ta' ħidma, inkluż il-baġit, tal-Pilastru tas-Sistema u l-emendi tagħhom fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema u fuq il-proposti tad-Direttur Eżekuttiv. |
(b) jadotta l-programmi ta' ħidma, inkluż il-baġit, tal-Pilastru tas-Sistema u l-emendi tagħhom fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema u mill-korpi konsultattivi tal-Impriża Konġunta u fuq il-proposti tad-Direttur Eżekuttiv. |
Emenda 333
Proposta għal regolament
Artikolu 93 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Grupp ta' Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, minn rappreżentanti tas-settur ferrovjarju u tal-mobilità u ta' organizzazzjonijiet rilevanti, mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea u minn rappreżentanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali dwar il-kompożizzjoni tal-Grupp. Meta jkun iġġustifikat, il-Kummissjoni tista' tistieden esperti u partijiet ikkonċernati rilevanti addizzjonali sabiex jattendu l-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema bħala osservaturi. |
1. Il-Grupp ta' Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, minn rappreżentanti tas-settur ferrovjarju u tal-mobilità u ta' organizzazzjonijiet rilevanti, mid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea u minn rappreżentanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali dwar il-kompożizzjoni tal-Grupp filwaqt li tqis ukoll il-bilanċ ġeografiku u bejn il-ġeneri. Meta jkun iġġustifikat, il-Kummissjoni tista' tistieden esperti u partijiet ikkonċernati rilevanti addizzjonali sabiex jattendu l-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema bħala osservaturi. |
Emenda 334
Proposta għal regolament
Artikolu 94 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Grupp ta' Varar għandu jkun miftuħ għall-partijiet ikkonċernati kollha bħala l-Grupp ta' Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħżel il-membri tal-Grupp ta' Varar u jistabbilixxi b'mod partikolari d-daqs u l-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Varar, id-durata tal-mandat u t-termini tat-tiġdid tal-membri tiegħu. Il-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Varar għandha tiżgura fokus tematiku u rappreżentanza xierqa. Il-lista tal-membri għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea. |
2. Il-Grupp ta' Varar għandu jkun miftuħ għall-partijiet ikkonċernati kollha bħala l-Grupp ta' Tmexxija tal-Pilastru tas-Sistema. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħżel il-membri tal-Grupp ta' Varar u jistabbilixxi b'mod partikolari d-daqs u l-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Varar, id-durata tal-mandat u t-termini tat-tiġdid tal-membri tiegħu. Il-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Varar għandha tiżgura fokus tematiku u rappreżentanza xierqa inkluż b'referenza għall-assoċjazzjonijiet tal-utenti finali u tal-passiġġieri kif ukoll għar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Il-lista tal-membri għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea. |
Emenda 335
Proposta għal regolament
Artikolu 96a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 96a |
|
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku |
|
1. L-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti msemmi fl-Artikoli 19 u 89 sabiex tfittex parir xjentifiku minn esperti akkademiċi indipendenti ta' livell għoli. |
|
2. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru permanenti u għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sentejn. |
|
3. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti jista' jagħti pariri fuq talba tal-Bord ta' Tmexxija u ta' korpi oħrajn tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea jew fuq inizjattiva tiegħu stess. |
|
4. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti għandu jikkollabora mal-korpi konsultattivi rilevanti stabbiliti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 336
Proposta għal regolament
Artikolu 97 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) li tnaqqas il-piż soċjoekonomiku tal-mard infettiv fl-Afrika sub-Saħarjana li jippromwovi l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji tas-saħħa ġodda jew imtejba; |
(a) li tnaqqas il-piż soċjoekonomiku tal-mard infettiv, b'mod partikolari mard relatat mal-faqar u traskurat, fl-Afrika sub-Saħarjana li jippromwovi l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji tas-saħħa ġodda jew imtejba, dijanjożi u trattamenti li jkunu għall-but ta' kulħadd, aċċessibbli u adatti għal ambjenti bi ftit riżorsi; |
Emenda 337
Proposta għal regolament
Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li ssaħħaħ il-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni u s-sistemi nazzjonali tar-riċerka dwar is-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana sabiex jiġi indirizzat il-mard infettiv; |
(b) li ssaħħaħ u żżid il-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni u s-sistemi nazzjonali tar-riċerka dwar is-saħħa fl-Afrika sub-Saħarjana sabiex jiġi indirizzat il-mard infettiv; |
Emenda 338
Proposta għal regolament
Artikolu 97 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) li żżid il-proporzjon ta' proġetti bi tmexxija Afrikana; |
Emenda 339
Proposta għal regolament
Artikolu 98 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) tippromwovi sinerġiji, kollaborazzjoni u azzjonijiet konġunti mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali, b'mod partikolari għall-bini tal-kapaċitajiet u l-kondiviżjoni ta' faċilitajiet u infrastrutturi. |
Emenda 340
Proposta għal regolament
Artikolu 99 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-Assoċjazzjoni tal-EDCTP, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ stabbilita skont id-dritt Olandiż, man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-impriża konġunta Saħħa Globali EDCTP3 permezz ta' ittra ta' impenn. |
(b) l-Assoċjazzjoni tal-EDCTP, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ stabbilita skont id-dritt Olandiż, man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-impriża konġunta Saħħa Globali EDCTP3 permezz ta' ittra ta' impenn, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-membri, b'mod partikolari l-SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u f'liġi rilevanti oħra tal-Unjoni. |
Emenda 341
Proposta għal regolament
Artikolu 102 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) attivitajiet ta' entitajiet kostitwenti tal-Assoċjazzjoni tal-EDCTP allinjati ma' attivitajiet simili minn entitajiet kostitwenti oħrajn tal-Assoċjazzjoni tal-EDCTP u ġestiti b'mod indipendenti f'konformità mar-regoli nazzjonali ta' finanzjament; |
(a) attivitajiet ta' entitajiet kostitwenti tal-Assoċjazzjoni tal-EDCTP allinjati, ikkoordinati jew ipprogrammati fuq bażi konġunta b'mod ċar ma' attivitajiet simili minn entitajiet kostitwenti oħrajn tal-Assoċjazzjoni tal-EDCTP u ġestiti b'mod indipendenti f'konformità mar-regoli nazzjonali ta' finanzjament; |
Emenda 342
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-kumitat xjentifiku għandu jitwaqqaf f'konformità mal-Artikolu 19 u għandu jkollu rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati minn perspettiva ġeografika, tematika u tal-ġeneru, u b'mod partikolari jiżgura l-inklużjoni ta' għarfien espert minn pajjiżi Afrikani. |
Emenda 343
Proposta għal regolament
Artikolu 106 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ja) jivvaluta l-applikazzjonijiet tas-sħab kontribwenti għall-Impriża Konġunta Saħħa Globali, u jagħti parir lill-bord ta' tmexxija dwar ir-rifjut jew l-aċċettazzjoni ta' applikazzjonijiet u dwar il-kamp ta' applikazzjoni li għandu jkollha kollaborazzjoni potenzjali. |
Emenda 344
Proposta għal regolament
Artikolu 107 – paragrafu -1 (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jkollu rappreżentanza bbilanċjata ta' partijiet ikkonċernati minn perspettiva ġeografika, tematika u tal-ġeneru, inkluż b'mod partikolari għarfien espert Afrikan, u għandu jkollu l-għan li jrawwem is-sħubija u l-involviment sinifikattiv tas-soċjetà ċivili, speċjalment ta' NGOs li jaħdmu mal-komunitajiet l-aktar affettwati minn mard infettiv relatat mal-faqar u traskurat. |
Emenda 345
Proposta għal regolament
Artikolu 107 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 21, il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jwettaq ukoll il-kompiti li ġejjin: |
2. Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 21, il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jwettaq ukoll il-kompiti li ġejjin: |
Emenda 346
Proposta għal regolament
Artikolu 111 – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard |
Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea u Afrikana għall-Mediċini u maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u ma' aġenziji u organizzazzjonijiet rilevanti oħra |
Emenda 347
Proposta għal regolament
Artikolu 111 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 għandha tiżgura kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. |
L-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 għandha tiżgura kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, kif ukoll ma' aġenziji u organizzazzjonijiet Afrikani rilevanti, inklużi ċ-Ċentri Afrikani għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard, il-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali tal-Unjoni Afrikana, l-AUDA-NEPAD u l-Akkademja Afrikana tax-Xjenzi. |
Emenda 348
Proposta għal regolament
Artikolu 112 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-parteċipanti għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 għandhom jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi żviluppati bbażati jew parzjalment ibbażati fuq ir-riżultati tal-azzjoni indiretta jkunu disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli. Għal dik il-fini, fejn rilevanti, il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika obbligi addizzjonali ta' sfruttament applikabbli għal azzjonijiet indiretti speċifiċi. |
Il-parteċipanti għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 għandhom jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi żviluppati bbażati jew parzjalment ibbażati fuq ir-riżultati tal-azzjoni indiretta jkunu disponibbli, aċċessibbli u għall-but ta' kulħadd għall-popolazzjonijiet vulnerabbli u għall-pubbliku b'mod ġenerali, b'mod partikolari f'ambjenti bi ftit riżorsi għall-pubbliku b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli. Għal dik il-fini l-programm ta' ħidma għandu jispeċifika obbligi addizzjonali ta' sfruttament applikabbli għal azzjonijiet indiretti speċifiċi. |
Emenda 349
Proposta għal regolament
Artikolu 113 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) trawwem l-iżvilupp ta' innovazzjonijiet sikuri, effettivi, iffokati fuq in-nies u kosteffettivi li jwieġbu għal ħtiġijiet strateġiċi mhux issodisfati tas-saħħa pubblika, billi turi, f'tal-anqas ħames eżempji, il-fattibbiltà tal-integrazzjoni ta' prodotti jew ta' servizzi tal-kura tas-saħħa, b'adegwatezza murija għall-użu mis-sistemi tal-kura tas-saħħa. Jenħtieġ li l-proġetti relatati jindirizzaw il-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u/jew il-ġestjoni tal-mard li jaffettwa l-popolazzjoni tal-Unjoni, inkluż il-kontribut għall-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer; |
(b) trawwem l-iżvilupp ta' innovazzjonijiet, prodotti u trattamenti sikuri, effettivi, iffokati fuq in-nies, bi prezzijiet raġonevoli għall-pazjenti u għas-sistemi tal-kura tas-saħħa, kosteffettivi li jwieġbu għal ħtiġijiet strateġiċi mhux issodisfati tas-saħħa pubblika, billi turi, f'tal-anqas ħames eżempji, il-fattibbiltà tal-integrazzjoni ta' prodotti jew ta' servizzi tal-kura tas-saħħa, b'adegwatezza murija għall-użu mis-sistemi tal-kura tas-saħħa. Jenħtieġ li l-proġetti relatati jindirizzaw is-sorveljanza, il-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament u/jew il-ġestjoni tal-mard li jaffettwa l-popolazzjoni tal-Unjoni, inkluż il-ġlieda kontra l-kanċer f'sinerġija mal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer u billi jappoġġaw l-istabbiliment tal-Istitut Ewropew tal-Kanċer u l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew "Saħħa Waħda" kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi; |
Emenda 350
Proposta għal regolament
Artikolu 113 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tixpruna l-innovazzjoni transsettorjali tas-saħħa għal industrija tas-saħħa Ewropea kompetittiva madwar id-dinja, u tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Industrijali l-ġdida għall-Ewropa u tal-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa. |
(c) tixpruna l-innovazzjoni transsettorjali tas-saħħa għal industrija tas-saħħa Ewropea kompetittiva madwar id-dinja, u tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Industrijali l-ġdida għall-Ewropa inkluż l-aġġornament tagħha, u tal-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa. |
Emenda 351
Proposta għal regolament
Artikolu 113 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tikkontribwixxi għal fehim aħjar tad-determinanti tal-oqsma tas-saħħa u tal-mard ta' prijorità; |
(a) tikkontribwixxi għal fehim aħjar tad-determinanti tal-ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati tas-saħħa, tħejjija f'każ ta' emerġenza, mard infettiv u rari, inklużi fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali li jinfluwenzaw l-istatus tas-saħħa ta' persuna u l-oqsma tal-mard ta' prijorità; |
Emenda 352
Proposta għal regolament
Artikolu 113 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tintegra l-isforzi frammentati ta' riċerka u ta' innovazzjoni dwar is-saħħa li jlaqqgħu flimkien setturi tal-industrija tas-saħħa u partijiet ikkonċernati oħrajn, filwaqt li tiffoka fuq il-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-saħħa pubblika, sabiex tippermetti l-iżvilupp ta' għodod, ta' data, ta' pjattaformi, ta' teknoloġiji u ta' proċessi għal tbassir, għal prevenzjoni, għal interċettazzjoni, għal dijanjożi, għal trattament u għal ġestjoni mtejba tal-mard, filwaqt li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti finali; |
(b) tintegra l-isforzi frammentati ta' riċerka u ta' innovazzjoni dwar is-saħħa li jlaqqgħu flimkien setturi tal-industrija tas-saħħa u partijiet ikkonċernati oħrajn, filwaqt li tiffoka fuq il-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-saħħa pubblika, sabiex tippermetti l-iżvilupp ta' għodod, ta' data, ta' pjattaformi, ta' teknoloġiji u ta' proċessi għal tbassir, għal prevenzjoni, għal interċettazzjoni, għal dijanjożi, għal trattament u għal ġestjoni mtejba tal-mard, filwaqt li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-pazjenti u tal-utenti finali u tindirizza b'suċċess il-falliment tas-suq għal ħtiġijiet mediċi mhux issodisfati; |
Emenda 353
Proposta għal regolament
Artikolu 113 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) tisfrutta l-potenzjal sħiħ tad-diġitalizzazzjoni u tal-iskambju tad-data fil-kura tas-saħħa; |
(d) tisfrutta l-potenzjal sħiħ tad-diġitalizzazzjoni u tal-iskambju tad-data fil-kura tas-saħħa, billi tuża sinerġiji ma' inizjattivi bħall-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, filwaqt li tirrispetta l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a; |
|
____________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39). |
Emenda 354
Proposta għal regolament
Artikolu 113 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) issaħħaħ ir-riċerka Ewropea dwar il-mard rari u tiżviluppa sinerġiji ma' inizjattivi oħra ta' Orizzont Ewropa f'dan il-qasam. |
Emenda 355
Proposta għal regolament
Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) trawwem kooperazzjoni mill-qrib u fit-tul bejn l-Unjoni, membri oħrajn, sħab kontribwenti, u partijiet ikkonċernati oħrajn involuti fil-kura tas-saħħa bħal industriji rilevanti oħrajn, awtoritajiet tal-kura tas-saħħa (bħal korpi regolatorji, korpi ta' valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa u kontribwenti), organizzazzjonijiet tal-pazjenti, professjonisti u fornituri tal-kura tas-saħħa, kif ukoll akkademiċi; |
(a) trawwem kooperazzjoni mill-qrib u fit-tul bejn l-Unjoni, membri oħrajn, sħab kontribwenti, u partijiet ikkonċernati oħrajn involuti fil-kura tas-saħħa bħal industriji rilevanti oħrajn, awtoritajiet tal-kura tas-saħħa (bħal korpi regolatorji, korpi ta' valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa u kontribwenti), organizzazzjonijiet tal-pazjenti, professjonisti u fornituri tal-kura tas-saħħa, kif ukoll akkademiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
Emenda 356
Proposta għal regolament
Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tiżgura li l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom il-possibbiltà li jipproponu oqsma għal sejħiet futuri għal proposti; |
(c) tiżgura li l-partijiet ikkonċernati kollha jkollhom il-possibbiltà li jipproponu oqsma għal sejħiet futuri għal proposti bbażati fuq konsultazzjonijiet miftuħa regolari u l-organizzazzjoni ta' laqgħa annwali tal-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati; |
Emenda 357
Proposta għal regolament
Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) tiżgura li l-benefiċjarji jimpenjaw ruħhom għall-prinċipji tal-aċċess, l-effettività, l-affordabbiltà u d-disponibbiltà; |
Emenda 358
Proposta għal regolament
Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) tirrieżamina regolarment u tagħmel kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi li jseħħu matul l-implimentazzjoni tagħha jew tal-ħtiġijiet emerġenti tas-saħħa pubblika; |
(d) tirrieżamina regolarment u tagħmel kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi li jseħħu matul l-implimentazzjoni tagħha jew tal-ħtiġijiet u l-emerġenzi emerġenti tas-saħħa pubblika f'kollaborazzjoni mal-professjonisti tas-saħħa u mal-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti kif ukoll mal-Bord għall-Innovazzjoni; |
Emenda 359
Proposta għal regolament
Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) tippubblika informazzjoni dwar il-proġetti, inklużi l-entitajiet parteċipanti u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva u tal-kontribuzzjonijiet in natura impenjati għal kull parteċipant; |
(e) tippubblika fil-ħin informazzjoni dwar il-proġetti, inklużi l-entitajiet parteċipanti u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva u tal-kontribuzzjonijiet in natura impenjati għal kull parteċipant; |
Emenda 360
Proposta għal regolament
Artikolu 114 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) torganizza komunikazzjoni regolari, inkluż tal-anqas laqgħa annwali waħda mal-gruppi ta' interess u mal-partijiet ikkonċernati tagħha sabiex tiżgura aċċess miftuħ u trasparenza għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva; |
(f) torganizza komunikazzjoni regolari, inkluż tal-anqas laqgħa annwali waħda mal-gruppi ta' interess u mal-partijiet ikkonċernati tagħha sabiex tiżgura l-inklużività, aċċess miftuħ u trasparenza għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva; |
Emenda 361
Proposta għal regolament
Artikolu 115 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-Kumitat Ewropew ta' Koordinazzjoni tal-Industrija Radjoloġika, Elettromedika u tal-IT tal-Kura tas-Saħħa (COCIR), il-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi, EuropaBio, MedTech Europe, VaccinesEurope, man-notifika tad-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom sabiex jaderixxu mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva permezz ta' ittra ta' impenn; |
(b) il-Kumitat Ewropew ta' Koordinazzjoni tal-Industrija Radjoloġika, Elettromedika u tal-IT tal-Kura tas-Saħħa (COCIR), il-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi, EuropaBio, MedTech Europe, VaccinesEurope, man-notifika tad-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom sabiex jaderixxu mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva permezz ta' ittra ta' impenn, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-membri, b'mod partikolari l-SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u f'liġi rilevanti oħra tal-Unjoni; |
Emenda 362
Proposta għal regolament
Artikolu 117 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-kostijiet imġarrbin f'azzjonijiet indiretti f'pajjiżi terzi għajr pajjiżi assoċjati ma' Orizzont Ewropa għandhom ikunu ġġustifikati u rilevanti għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 113. Dawn ma għandhomx jaqbżu l-20% tal-kontribuzzjonijiet in natura għall-kostijiet operazzjonali pprovduti minn membri għajr l-Unjoni u minn sħab kontribwenti fil-livell tal-programm Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva. Kostijiet li jaqbżu l-20% tal-kontribuzzjonijiet in natura għall-kostijiet operazzjonali fil-livell tal-programm Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva ma għandhomx jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet in natura għall-kostijiet operazzjonali. |
5. Il-kostijiet imġarrbin f'azzjonijiet indiretti f'pajjiżi terzi għajr pajjiżi assoċjati ma' Orizzont Ewropa għandhom ikunu ġġustifikati u rilevanti għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 113 u għandu jkollhom esternalitajiet pożittivi fuq l-Unjoni. Dawn ma għandhomx jaqbżu l-20 % tal-kontribuzzjonijiet in natura għall-kostijiet operazzjonali pprovduti minn membri għajr l-Unjoni u minn sħab kontribwenti fil-livell tal-programm Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva. Kostijiet li jaqbżu l-20% tal-kontribuzzjonijiet in natura għall-kostijiet operazzjonali fil-livell tal-programm Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva ma għandhomx jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet in natura għall-kostijiet operazzjonali. |
Emenda 363
Proposta għal regolament
Artikolu 118 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fejn rilevanti, il-proposti għal proġetti għandhom jinkludu pjan għall-attivitajiet addizzjonali relatati tagħhom. Il-kostijiet assoċjati ma' tali attivitajiet addizzjonali speċifiċi għall-proġetti jridu jiġġarrbu bejn id-data tas-sottomissjoni tal-proposta u sa sentejn wara d-data tat-tmiem tal-azzjoni indiretta. |
2. Fejn rilevanti, il-proposti għal proġetti għandhom jinkludu pjan li jikkwantifika l-attivitajiet addizzjonali relatati tagħhom. Il-kostijiet assoċjati ma' tali attivitajiet addizzjonali speċifiċi għall-proġetti jridu jiġġarrbu bejn id-data tas-sottomissjoni tal-proposta u sa tliet snin wara d-data tat-tmiem tal-azzjoni indiretta. |
Emenda 364
Proposta għal regolament
Artikolu 119 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti; |
Emenda 365
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Bord għall-Innovazzjoni għandu jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar kwistjonijiet rilevanti għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva b'applikazzjoni tal-Artikolu 19. |
1. Abbażi tal-opinjonijiet tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku kif definit fl-Artikolu 19, il-Bord għall-Innovazzjoni jista' jagħti pariri ulterjuri lill-Bord ta' Tmexxija dwar kwistjonijiet rilevanti għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva u kwistjonijiet strateġiċi oħra. |
Emenda 366
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Bord għall-Innovazzjoni għandu jkun magħmul mill-membri permanenti li ġejjin: |
2. Il-Bord għall-Innovazzjoni għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin: |
Emenda 367
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) żewġ rappreżentanti tal-komunità xjentifika, maħtura mill-Bord ta' Tmexxija wara proċess ta' għażla miftuħ b'applikazzjoni tal-Artikolu 19(4); |
(d) erba' rappreżentanti tal-komunità xjentifika; |
Emenda 368
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) sa sitt membri tal-bord permanenti, maħtura mill-Bord ta' Tmexxija wara proċess ta' għażla miftuħ b'applikazzjoni tal-Artikolu 19(4), li jiżguraw b'mod partikolari rappreżentanza xierqa tal-partijiet ikkonċernati involuti fil-kura tas-saħħa, li jkopru b'mod partikolari s-settur pubbliku, il-pazjenti u l-utenti finali b'mod ġenerali; |
(e) sitt rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati involuti fil-kura tas-saħħa, li jkopru b'mod partikolari s-settur pubbliku, il-pazjenti u l-utenti finali b'mod ġenerali, maħtura mill-Bord ta' Tmexxija wara proċess ta' għażla miftuħ u trasparenti b'mod konformi mal-Artikolu 19(2) u (4); |
Emenda 369
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-membri tal-bord li jirrappreżentaw il-membri tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva jistgħu jaħtru membri tal-bord ad hoc fejn xieraq sabiex jiddiskutu suġġetti speċifiċi. Dawn jistgħu jaħtru b'mod konġunt massimu ta' sitt membri tal-bord ad hoc għal kull laqgħa. |
Il-membri tal-Bord għall-Innovazzjoni jistgħu jaħtru membri tal-bord ad hoc fejn xieraq sabiex jiddiskutu suġġetti speċifiċi. Dawn jistgħu jaħtru b'mod konġunt massimu ta' sitt membri tal-bord ad hoc għal kull laqgħa. |
Emenda 370
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-membri tal-bord li jirrappreżentaw membri tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għandhom jaħtru membri tal-panel ad hoc b'mod kunsenswali għal perjodu fiss. Huma għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet tagħhom lill-uffiċċju tal-programm u lill-membri permanenti l-oħrajn tal-bord. |
Il-membri tal-Bord għall-Innovazzjoni għandhom jaħtru membri tal-panel ad hoc b'mod kunsenswali għal perjodu fiss. Huma għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet tagħhom lill-uffiċċju tal-programm u lill-membri permanenti l-oħrajn tal-bord. |
Emenda 371
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-Bord għall-Innovazzjoni għandu jkun assistit minn Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti b'mod partikolari fir-rigward tal-pariri dwar il-prijoritajiet xjentifiċi, strateġiċi u teknoloġiċi relatati mal-objettivi tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva. |
Emenda 372
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 4 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-prijoritajiet xjentifiċi; |
(a) il-prijoritajiet xjentifiċi, abbażi tal-parir riċevut mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti; |
Emenda 373
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 4 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) il-ħolqien ta' sinerġiji ma' attivitajiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, inklużi sħubijiet Ewropej oħrajn, kif ukoll programmi ta' finanzjament oħrajn tal-Unjoni u programmi ta' finanzjament nazzjonali. |
(e) il-ħolqien ta' sinerġiji ma' attivitajiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, inklużi sħubijiet u missjonijiet Ewropej oħrajn, u b'mod partikolari mal-Impriża Konġunta Saħħa Globali, kif ukoll programmi ta' finanzjament oħrajn tal-Unjoni u programmi ta' finanzjament nazzjonali. |
Emenda 374
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) l-adozzjoni mis-soċjetà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tar-riżultati tal-proġetti; |
Emenda 375
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Bord għall-Innovazzjoni għandu jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv. F'każijiet debitament iġġustifikati, id-Direttur Eżekuttiv jista' jaħtar membru anzjan tal-persunal tal-uffiċċju tal-programm tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva sabiex jippresjedi l-Bord għall-Innovazzjoni f'ismu. |
5. Ir-rappreżentanti permanenti tal-Bord għall-Innovazzjoni għandhom jeleġġu president minn fost il-membri tiegħu, f'konformità mal-Artikolu 19(5). F'każijiet debitament iġġustifikati, il-President tal-Bord għall-Innovazzjoni jista' b'mod eċċezzjonali jaħtar membru ieħor tal-Bord għall-Innovazzjoni fost dawk li jirrappreżentaw lill-komunità xjentifika sabiex jippresjedi l-Bord għall-Innovazzjoni f'ismu. |
Emenda 376
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 19(8), il-membri tal-Bord li jirrappreżentaw lill-membri tal-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għandhom jadottaw mozzjonijiet rigward il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 b'kunsens wara diskussjonijiet mal-membri tal-Bord kollha preżenti waqt il-laqgħa. Fin-nuqqas ta' kunsens, il-President għandu jirrapporta s-sitwazzjoni lill-Bord ta' Tmexxija. Kull membru tal-Bord jista' jesprimi opinjoni kuntrarja fir-rapport. |
6. Bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 19(8), il-membri tal-Bord għall-Innovazzjoni għandhom jadottaw mozzjonijiet rigward il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 b'kunsens wara diskussjonijiet mal-membri tal-Bord kollha preżenti waqt il-laqgħa. Fin-nuqqas ta' kunsens, il-President għandu jirrapporta s-sitwazzjoni lill-Bord ta' Tmexxija. Kull membru tal-Bord għall-Innovazzjoni jista' jesprimi opinjoni kuntrarja fir-rapport. |
Emenda 377
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Bord għall-Innovazzjoni għandu jorganizza l-laqgħat ordinarji tiegħu tal-anqas darbtejn fis-sena. Jista' jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba tal-membri tal-Bord li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni jew ta' maġġoranza tal-membri tal-Bord li jirrappreżentaw lill-membri għajr l-Unjoni. |
7. Il-Bord għall-Innovazzjoni għandu jorganizza l-laqgħat ordinarji tiegħu tal-anqas darbtejn fis-sena. Jista' jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba tal-membri tal-Bord li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni jew minn tal-inqas kwart tal-membri tiegħu għajr l-Unjoni. |
Emenda 378
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Il-membri tal-Bord għall-Innovazzjoni għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti u jiddiskutu l-ideat tagħhom qabel il-laqgħat fi kwalunkwe forma xierqa. Huma għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ma' dawk ta' kwalunkwe grupp konsultattiv ieħor, kif xieraq. |
8. Il-membri tal-Bord għall-Innovazzjoni għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti u jiddiskutu l-ideat tagħhom qabel il-laqgħat fi kwalunkwe forma xierqa. (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 379
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 8a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8a. Il-membri li jagħmlu parti mill-Bord għall-Innovazzjoni għandhom jinħatru abbażi tal-kompetenzi u l-għarfien espert tagħhom, sabiex jiġi żgurat l-għoti ta' rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza u l-ħtiġijiet tas-saħħa lill-impriża konġunta. |
Emenda 380
Proposta għal regolament
Artikolu 122 – paragrafu 8b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8b. Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jorganizza b'mod regolari konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa inkluż dwar inizjattivi ppjanati, jippromwovi kollaborazzjoni internazzjonali, iħeġġeġ l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni, u jrawwem il-kooperazzjoni u l-ħolqien ta' sinerġiji ma' inizjattivi tal-Unjoni u globali oħra. |
Emenda 381
Proposta għal regolament
Artikolu 122a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 122a |
|
Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti |
|
Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 19, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti għandu jwettaq ukoll il-kompiti li ġejjin: |
|
(a) jipprovdi kontribut dwar il-prijoritajiet xjentifiċi, strateġiċi u teknoloġiċi u tal-innovazzjoni li għandhom jiġu indirizzati mill-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva kif stabbilit fl-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u fi programmi ta' ħidma sussegwenti, jew fi kwalunkwe dokument ekwivalenti ieħor u jqis il-ħtiġijiet tas-setturi kontigwi; |
|
(b) jipprovdi suġġerimenti sabiex ikun jista' jkun hemm sinerġiji konkreti bejn l-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva u programmi, politiki u setturi li magħhom is-sinerġiji se jitqiesu li għandhom valur miżjud; |
|
(c) jipprovdi pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar strateġiji biex tiġi promossa l-eċċellenza xjentifika; |
|
(d) jipprovdi kontribut lill-Bord għall-Innovazzjoni. |
|
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti għandu jkun magħmul minn tmien rappreżentanti indipendenti li jinħatru wara proċess tal-għażla miftuħ fl-applikazzjoni tal-Artikolu 19(4). Is-sħubija tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti għandha tkun ibbilanċjata mill-aspett ġeografiku u bejn il-ġeneri. |
|
Il-Korp Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. |
Emenda 382
Proposta għal regolament
Artikolu 123 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ħtieġa tas-saħħa pubblika mhux issodisfata għandha tiġi ddefinita bħala ħtieġa li bħalissa mhijiex indirizzata mis-sistemi tal-kura tas-saħħa għal raġunijiet ta' disponibbiltà jew ta' aċċessibbiltà, pereżempju fejn ma jkun hemm l-ebda metodu sodisfaċenti ta' dijanjożi, ta' prevenzjoni jew ta' trattament għal kundizzjoni tas-saħħa partikolari jew jekk l-aċċess tal-persuni għall-kura tas-saħħa jkun limitat minħabba l-kost, id-distanza għall-faċilitajiet tas-saħħa jew il-ħinijiet ta' stennija. Il-kura ffokata fuq in-nies tirreferi għal approċċ għall-kura li b'mod konxju jadotta l-perspettivi tal-individwi, tal-persuni li jindukraw, tal-familji u tal-komunitajiet u jqishom bħala parteċipanti kif ukoll bħala benefiċjarji tas-sistemi tal-kura tas-saħħa li huma organizzati skont il-ħtiġijiet u l-preferenzi tagħhom aktar milli skont il-mard individwali. |
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ħtieġa tas-saħħa pubblika mhux issodisfata għandha tiġi ddefinita bħala ħtieġa tas-saħħa li bħalissa mhijiex indirizzata mis-sistemi tal-kura tas-saħħa għal raġunijiet ta' disponibbiltà, ta' affordabbiltà jew ta' aċċessibbiltà, pereżempju fejn ma jkun hemm l-ebda metodu sodisfaċenti ta' dijanjożi, ta' prevenzjoni jew ta' trattament għal sfida tas-saħħa pubblika, kemm mard li jittieħed kif ukoll mard li ma jitteħidx, jew kundizzjoni tas-saħħa partikolari jew jekk l-aċċess tal-persuni għall-kura tas-saħħa jkun limitat minħabba l-kost, inklużi l-ispejjeż mill-but tal-pazjienti, id-distanza għall-faċilitajiet tas-saħħa jew il-ħinijiet ta' stennija. Id-definizzjoni ta' ħtieġa tas-saħħa pubblika mhux issodisfata għandha tqis ukoll l-isfidi elenkati minn rapporti reċenti ta' sorsi affidabbli, bħal aġenziji u korpi Ewropej u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, b'attenzjoni partikolari għall-indikaturi u l-lista ta' mediċini prijoritarji żviluppati mid-WHO Europe. Il-kura ffokata fuq in-nies tirreferi għal approċċ għall-kura li b'mod konxju jadotta l-perspettivi tal-individwi, tal-persuni li jindukraw, tal-familji u tal-komunitajiet u jqishom bħala parteċipanti kif ukoll bħala benefiċjarji tas-sistemi tal-kura tas-saħħa li huma organizzati skont il-ħtiġijiet u l-preferenzi tagħhom aktar milli skont il-mard individwali. |
Emenda 383
Proposta għal regolament
Artikolu 123 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva jistgħu jinkludu studji kliniċi li fihom il-qasam fil-mira jew l-użu maħsub jirrappreżenta ħtieġa mhux issodisfata tas-saħħa pubblika, li taffettwa b'mod sinifikanti jew thedded lill-popolazzjoni tal-Unjoni. |
2. Azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva jistgħu jinkludu studji kliniċi li fihom il-qasam fil-mira jew l-użu maħsub jirrappreżenta ħtieġa mhux issodisfata tas-saħħa pubblika, li taffettwa jew thedded lill-popolazzjoni tal-Unjoni. |
Emenda 384
Proposta għal regolament
Artikolu 123 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-parteċipanti għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva jridu jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi żviluppati bbażati jew parzjalment ibbażati fuq ir-riżultati tal-azzjonijiet indiretti jkunu disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli. Għal dik il-fini, fejn rilevanti, il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika obbligi addizzjonali ta' sfruttament applikabbli għal azzjonijiet indiretti speċifiċi. |
3. Il-parteċipanti għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva jridu jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi żviluppati bbażati jew parzjalment ibbażati fuq ir-riżultati tal-azzjonijiet indiretti jkunu disponibbli, bi prezzijiet raġonevoli u aċċessibbli għall-pubbliku b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli. Għal dik il-fini, fejn rilevanti, il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika minn qabel jekk l-azzjoni hijiex azzjoni magħżula li għaliha japplikaw dawn l-obbligi addizzjonali ta' sfruttament, u dan għandu jiġi indikat fis-sejħiet għal proposti jew fis-sejħiet għal offerti. |
Emenda 385
Proposta għal regolament
Artikolu 124 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) issaħħaħ l-awtonomija teknoloġika miftuħa tal-Unjoni fil-komponenti u fis-sistemi elettroniċi sabiex tappoġġa l-ħtiġijiet futuri tal-industriji vertikali u tal-ekonomija b'mod ġenerali. Il-mira ġenerali hija li tikkontribwixxi għall-irduppjar tal-valur tad-disinn u tal-produzzjoni ta' komponenti u ta' sistemi elettroniċi fl-Ewropa sal-2030, f'konformità mas-sehem tal-Unjoni fil-prodotti u fis-servizzi; |
(a) issaħħaħ l-awtonomija teknoloġika miftuħa u r-reżiljenza tal-Unjoni fil-komponenti u fis-sistemi elettroniċi sabiex tappoġġa l-ħtiġijiet futuri tal-industriji vertikali u tal-ekonomija b'mod ġenerali. Il-mira ġenerali hija li tikkontribwixxi għall-irduppjar tal-valur tad-disinn u tal-produzzjoni ta' komponenti u ta' sistemi elettroniċi fl-Ewropa sal-2030, f'konformità mas-sehem tal-Unjoni fil-prodotti u fis-servizzi; |
Emenda 386
Proposta għal regolament
Artikolu 124 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tiżgura li l-komponenti u t-teknoloġiji tas-sistemi jindirizzaw l-isfidi soċjetali u ambjentali tal-Ewropa. Il-mira hija li tiġi allinjata mal-politika tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika u li tikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija bi 32,5 % fl-2030. |
(c) tiżgura li l-komponenti u t-teknoloġiji tas-sistemi jindirizzaw l-isfidi soċjetali u ambjentali tal-Ewropa, inkluża l-effiċjenza enerġetika. Il-mira hija li tiġi allinjata mal-politika tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika u ċ-ċirkolarità, inklużi l-prinċipji tal-ekodisinn. |
Emenda 387
Proposta għal regolament
Artikolu 124 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tistabbilixxi kapaċitajiet ta' disinn u ta' produzzjoni fl-Ewropa għal oqsma strateġiċi ta' applikazzjoni; |
(a) tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni biex tistabbilixxi kapaċitajiet ta' disinn u ta' produzzjoni fl-Ewropa għal oqsma strateġiċi ta' applikazzjoni; |
Emenda 388
Proposta għal regolament
Artikolu 124 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tniedi portafoll ibbilanċjat ta' proġetti kbar u żgħar li jappoġġaw it-trasferiment rapidu ta' teknoloġiji mir-riċerka għall-ambjent industrijali; |
(b) tniedi portafoll ibbilanċjat ta' proġetti kbar u żgħar li jappoġġaw it-trasferiment rapidu ta' teknoloġiji mir-riċerka għall-ambjent industrijali, inklużi l-SMEs; |
Emenda 389
Proposta għal regolament
Artikolu 124 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tibni ekosistema dinamika fl-Unjoni kollha bbażata fuq ktajjen tal-valur diġitali b'aċċess simplifikat għal parteċipanti ġodda; |
(c) tibni ekosistema dinamika fl-Unjoni kollha bbażata fuq ktajjen tal-valur diġitali b'aċċess simplifikat għal parteċipanti ġodda, inklużi negozji ġodda u SMEs, kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
Emenda 390
Proposta għal regolament
Artikolu 124 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali" (Marzu 2021), speċjalment dawk li jirreferu għal semikondutturi, l-ispeċjalisti fl-ICT u d-diġitalizzazzjoni ta' mudelli ta' negozju. |
Emenda 391
Proposta għal regolament
Artikolu 124 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) ittejjeb it-teknoloġiji tal-komponenti li jiggarantixxu s-sigurtà, il-fiduċja u l-effiċjenza enerġetika għall-infrastrutturi u għas-setturi kritiċi fl-Ewropa; |
(d) ittejjeb it-teknoloġiji tal-komponenti li jiggarantixxu s-sigurtà, il-fiduċja, il-prestazzjoni mtejba u l-effiċjenza enerġetika għall-infrastrutturi u għas-setturi kritiċi fl-Ewropa; |
Emenda 392
Proposta għal regolament
Artikolu 124 – paragrafu 2 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) tistabbilixxi l-koerenza bejn l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni tal-inizjattiva u l-politiki tal-UE sabiex il-komponenti elettroniċi u t-teknoloġiji tas-sistemi jikkontribwixxu b'mod effiċjenti. |
(f) tistabbilixxi l-koerenza bejn l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni tal-inizjattiva u l-politiki tal-UE sabiex il-komponenti elettroniċi u t-teknoloġiji tas-sistemi jikkontribwixxu b'mod effiċjenti, inkluż permezz ta' soluzzjonijiet b'sors miftuħ. |
Emenda 393
Proposta għal regolament
Artikolu 126 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-membri privati li jikkonsistu fl-assoċjazzjonijiet industrijali li ġejjin u fl-entitajiet kostitwenti tagħhom: l-Assoċjazzjoni AENEAS, irreġistrata skont id-dritt Franċiż, bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Pariġi, Franza; l-Assoċjazzjoni tal-industrija ARTEMIS (ARTEMISIA) irreġistrata skont id-dritt Olandiż, bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Eindhoven, in-Netherlands; l-Assoċjazzjoni EPoSS e.V., irreġistrata skont id-dritt Ġermaniż, bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Berlin, il-Ġermanja. |
(b) il-membri privati li jikkonsistu fl-assoċjazzjonijiet industrijali li ġejjin li jirrappreżentaw l-entitajiet kostitwenti tagħhom: l-Assoċjazzjoni AENEAS, irreġistrata skont id-dritt Franċiż, bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Pariġi, Franza; l-Assoċjazzjoni tal-industrija ARTEMIS (ARTEMISIA) irreġistrata skont id-dritt Olandiż, bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Eindhoven, in-Netherlands; l-Assoċjazzjoni EPoSS e.V., irreġistrata skont id-dritt Ġermaniż, bl-uffiċċju reġistrat tagħha f'Berlin, il-Ġermanja. |
Emenda 394
Proposta għal regolament
Artikolu 126 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) il-membri assoċjati li għandhom jintgħażlu f'konformità mal-Artikolu 7. |
Emenda 395
Proposta għal regolament
Artikolu 128 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Matul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 3, l-istati parteċipanti tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għandhom jagħmlu kontribuzzjoni totali li tal-anqas tilħaq l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet operazzjonali msemmija fl-Artikolu 127. |
1. Matul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 3, l-istati parteċipanti tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għandhom jagħmlu kontribuzzjoni totali li hija proporzjonata mal-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kostijiet operazzjonali msemmija fl-Artikolu 127. |
Emenda 396
Proposta għal regolament
Artikolu 128 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. F'konformità mal-Artikolu 26(2), il-membri privati għandhom jaqblu bejniethom dwar kif għandhom jaqsmu l-kontribuzzjonijiet kollettivi tagħhom kemm għall-kostijiet operazzjonali kif ukoll għall-kostijiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin. |
Emenda 397
Proposta għal regolament
Artikolu 128 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu fil-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(4). Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkonsistu fil-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(1), inklużi tal-anqas EUR 2 489 074 000 fil-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(a). Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jikkonsistu fil-kontribuzzjonijiet kif stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 11(1). |
4. Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu fil-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(4). Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkonsistu fil-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(1). Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jikkonsistu fil-kontribuzzjonijiet kif stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 11(1). |
Emenda 398
Proposta għal regolament
Artikolu 128 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Kull stat parteċipanti għandu jkollu dritt ta' veto fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tiegħu stess lill-impriża konġunta abbażi tal-prijoritajiet strateġiċi nazzjonali u tal-każijiet debitament iġġustifikati. Il-ġustifikazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku sabiex jiġi żgurat li d-dritt għall-veto jiġi eżerċitat b'mod trasparenti, iġġustifikat u proporzjonat. |
Emenda 399
Proposta għal regolament
Artikolu 129
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 129 |
imħassar |
Kontribuzzjonijiet mill-istati parteċipanti |
|
1. Kull Stat parteċipanti għandu jafda lill-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin bl-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti stabbiliti f'dak l-istat parteċipanti permezz tal-ftehimiet ta' għotja konklużi mill-impriża konġunta. Huma għandhom jafdaw ukoll lill-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin bil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-parteċipanti. Dawn għandhom jispeċifikaw l-ammonti ddedikati għall-azzjonijiet indiretti. |
|
2. Il-benefiċjarji ta' azzjonijiet indiretti tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għandhom jiffirmaw ftehim ta' għotja uniku mal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin. Regoli dettaljati tal-ftehim ta' għotja, inkluż il-qafas rispettiv għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandhom isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa. |
|
3. L-Istati parteċipanti għandhom jimpenjaw ruħhom li jħallsu l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet tagħhom permezz ta' ftehimiet legalment vinkolanti bejn l-entitajiet maħtura minn kull wieħed mill-Istati parteċipanti għal dik il-fini u l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin. Tali ftehimiet għandhom jiġu konklużi qabel l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma. |
|
4. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jqis kif xieraq il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 3 meta jadotta l-istimi tan-nefqa tal-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni relatati sabiex jiżgura l-prinċipju ta' ekwilibriju tal-baġit tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin. |
|
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 3 b'appoġġ tal-istimi tan-nefqa tal-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni relatati. |
|
6. Arranġamenti oħra għall-kooperazzjoni bejn l-istati parteċipanti u l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin u għall-impenji rigward il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' ftehimiet li għandhom jiġu konklużi bejn l-entitajiet maħtura minn kull wieħed mill-istati parteċipanti għal dik il-fini u l-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin. |
|
Emenda 400
Proposta għal regolament
Artikolu 130 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) investiment privat li jkollu l-għan li jindustrijalizza r-riżultati tal-proġetti tal-Impriżi Konġunti Teknoloġiji Diġitali Ewlenin u ECSEL; |
(a) investimenti li jkollhom l-għan li jindustrijalizzaw ir-riżultati tal-proġetti tal-Impriżi Konġunti Teknoloġiji Diġitali Ewlenin u ECSEL; |
Emenda 401
Proposta għal regolament
Artikolu 130 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) proġetti fl-ambitu tal-IPCEI dwar il-mikroelettronika u s-suċċessur potenzjali tiegħu; |
Emenda 402
Proposta għal regolament
Artikolu 130 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) attivitajiet sabiex tiġi żviluppata l-ekosistema li tappoġġa l-kooperazzjoni tal-utenti u tal-fornituri tat-teknoloġija. |
(e) attivitajiet sabiex tiġi żviluppata l-ekosistema li tappoġġa l-kooperazzjoni tal-utenti u tal-fornituri tat-teknoloġija, anki ma' proġetti fl-Inizjattivi Fanal; |
Emenda 403
Proposta għal regolament
Artikolu 130 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni; |
Emenda 404
Proposta għal regolament
Artikolu 131 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) il-Bord Konsultattiv Xjentifiku. |
Emenda 405
Proposta għal regolament
Artikolu 136 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-President jista' jistieden lil persuni oħrajn sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b'mod partikolari rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali fl-Unjoni, rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-SMEs u rappreżentanti ta' korpi oħrajn tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin. |
5. Il-President jista' jistieden lil persuni oħrajn sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b'mod partikolari rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali fl-Unjoni, rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-SMEs, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u rappreżentanti ta' korpi oħrajn tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin. |
Emenda 406
Proposta għal regolament
Artikolu 139 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Bord tal-Membri Privati jista' jistieden lil membri magħżula tal-akkademja u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi. Huma għandhom jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha u jistgħu jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet, mingħajr drittijiet tal-vot. |
Emenda 407
Proposta għal regolament
Artikolu 140 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ifassal u jaġġorna regolarment l-abbozz tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni għall-kisba tal-objettivi tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin stabbiliti fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 124 b'kont meħud tal-kontribut tal-awtoritajiet pubbliċi; |
(a) jiżviluppa kontribut inkluż permezz ta' konsultazzjoni pubblika miftuħa għat-tfassil u jaġġorna regolarment l-abbozz tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni għall-kisba tal-objettivi tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin stabbiliti fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 124 b'kont meħud tal-kontribut tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-Forum konsultattiv tal-Partijiet Ikkonċernati; |
Emenda 408
Proposta għal regolament
Artikolu 140 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jorganizza Forum Konsultattiv tal-Partijiet Ikkonċernati li jkun miftuħ għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati kollha li għandhom interess fil-qasam tat-teknoloġiji diġitali ewlenin sabiex jiġbor u jinformahom dwar l-abbozz tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni għal sena partikolari; |
(c) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, jorganizza Forum Konsultattiv tal-Partijiet Ikkonċernati li jkun miftuħ għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati kollha li għandhom interess fil-qasam tat-teknoloġiji diġitali ewlenin, b'mod partikolari assoċjazzjonijiet u rappreżentanti tal-SMEs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex jiġbor kontribut u jinformahom dwar l-abbozz tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u l-programm ta' ħidma għal sena partikolari; |
Emenda 409
Proposta għal regolament
Artikolu 140a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 140a |
|
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku |
|
1. L-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti msemmi fl-Artikoli 19 u 131 sabiex tfittex parir xjentifiku minn esperti akkademiċi indipendenti ta' livell għoli. |
|
2. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru permanenti u għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sentejn. |
|
3. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti jista' jagħti pariri fuq talba tal-Bord ta' Tmexxija u ta' korpi oħrajn tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin jew fuq inizjattiva tiegħu stess. |
|
4. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti għandu jikkollabora mal-korpi konsultattivi rilevanti stabbiliti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. |
Emenda 410
Proposta għal regolament
Artikolu 142 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) issaħħaħ u tintegra l-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur tal-ATM, u b'hekk tkun aktar reżiljenti u skalabbli għall-varjazzjonijiet fit-traffiku filwaqt li tippermetti l-operat mingħajr xkiel tal-inġenji tal-ajru kollha; |
(a) issaħħaħ u tintegra l-kapaċità ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur tal-ATM, u b'hekk tkun aktar reżiljenti u skalabbli għall-varjazzjonijiet fit-traffiku filwaqt li tippermetti l-operat mingħajr xkiel tal-inġenji tal-ajru kollha inkluż f'ajruporti b'kundizzjonijiet differenti tal-ATM; |
Emenda 411
Proposta għal regolament
Artikolu 142 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) issaħħaħ, permezz tal-innovazzjoni, il-kompetittività tat-trasport bl-ajru bl-ekwipaġġ u mingħajr ekwipaġġ fl-Unjoni, u tas-swieq tas-servizzi tal-ATM sabiex tappoġġa t-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni; |
(b) issaħħaħ, permezz tal-innovazzjoni, il-kompetittività tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni, u tas-swieq tas-servizzi tal-ATM sabiex tappoġġa t-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni; |
Emenda 412
Proposta għal regolament
Artikolu 142 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tiżviluppa u taċċellera l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġi stabbilit l-ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew bħala l-ajru l-aktar effiċjenti u ekoloġiku għat-titjiriet fid-dinja. |
(c) tiżviluppa u taċċellera l-adozzjoni mis-suq ta' soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġi stabbilit l-ispazju tal-Ajru Uniku Ewropew bħala l-ajru l-aktar sikur, effiċjenti u ekoloġiku għat-titjiriet fid-dinja li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u akustiku. |
Emenda 413
Proposta għal regolament
Artikolu 142 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) tikkoordina l-prijoritizzazzjoni u l-ippjanar għall-isforzi ta' modernizzazzjoni tal-ATM tal-Unjoni, fuq il-bażi ta' proċess immexxi mill-kunsens fost il-partijiet ikkonċernati tal-ATM; |
(e) tikkoordina l-prijoritizzazzjoni u l-ippjanar għall-isforzi ta' modernizzazzjoni tal-ATM tal-Unjoni, fuq il-bażi ta' proċess immexxi mill-kunsens fost il-partijiet ikkonċernati tal-ATM u tiffoka lil hinn mit-titjib tal-effiċjenza tat-titjiriet individwali anki biex tadatta b'mod kontinwu l-kapaċitajiet ġenerali abbażi tal-progress teknoloġiku; |
Emenda 414
Proposta għal regolament
Artikolu 144 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (EUROCONTROL), irrappreżentata mill-Aġenzija tagħha, man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 permezz ta' ittra ta' impenn; |
(b) l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru (EUROCONTROL), irrappreżentata mill-Aġenzija tagħha, man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 permezz ta' ittra ta' impenn, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' membri oħra, b'mod partikolari SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u liġi oħra rilevanti tal-Unjoni; |
Emenda 415
Proposta għal regolament
Artikolu 144 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-membri fundaturi elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, man-notifika tad-deċiżjoni tagħhom li jaderixxu mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 permezz ta' ittra ta' impenn; |
(c) il-membri fundaturi elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, man-notifika tad-deċiżjoni tagħhom li jaderixxu mal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 permezz ta' ittra ta' impenn, li għandha tkun ibbażata fuq bilanċ ġust bejn il-finanzjament tal-Unjoni riċevut u l-kontribuzzjoni in natura impenjata; mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' membri oħra, b'mod partikolari SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u f'liġi rilevanti oħra tal-Unjoni; |
Emenda 416
Proposta għal regolament
Artikolu 146 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-membri privati tal-Impriża Konġunta tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għandhom jagħmlu mod jew jistabbilixxu arranġamenti sabiex l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom jagħmlu kontribuzzjoni totali ta' mill-inqas EUR 500 000 000, inklużi sa EUR 25 000 000 għall-kostijiet amministrattivi matul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 3. |
1. Il-membri privati tal-Impriża Konġunta tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għandhom jagħmlu mod jew jistabbilixxu b'mod kollettiv arranġamenti sabiex l-entitajiet kostitwenti jew affiljati tagħhom jagħmlu kontribuzzjoni totali ta' mill-inqas EUR 500 000 000, inklużi sa EUR 25 000 000 għall-kostijiet amministrattivi matul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 3. |
Emenda 417
Proposta għal regolament
Artikolu 150 – paragrafu 2 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) rappreżentant tal-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew tal-komunità xjentifika rilevanti, maħtur mill-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom fil-livell Ewropew: |
(g) rappreżentant tal-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew tal-komunità xjentifika rilevanti, inkluż b'għarfien espert speċifiku dwar l-ambjent u l-klima, maħtur mill-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom fil-livell Ewropew: |
Emenda 418
Proposta għal regolament
Artikolu 150 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ja) rappreżentant tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti; |
Emenda 419
Proposta għal regolament
Artikolu 152 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Minbarra l-kompiti elenkati fl-Artikolu 18, id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: |
Minbarra l-kompiti elenkati fl-Artikolu 18, id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3 għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin, fuq gwida mill-Bord ta' Tmexxija: |
Emenda 420
Proposta għal regolament
Artikolu 153 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kumitat Xjentifiku ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru permanenti. |
2. Il-Kumitat Xjentifiku ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru permanenti, filwaqt li tiġi żgurata l-preżenza ta' esperti dwar il-klima u l-ambjent. |
Emenda 421
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) trawwem is-sovranità teknoloġika tal-Ewropa f'networks u f'servizzi intelliġenti futuri billi ssaħħaħ l-aspetti pożittivi attwali tal-industrija u billi testendi l-kamp ta' applikazzjoni mill-konnettività tal-5G għall-katina tal-valur strateġika usa' inkluż il-forniment ta' servizzi bbażati fuq il-cloud kif ukoll il-komponenti u l-apparati; |
(a) trawwem iċ-ċibersigurtà, ir-reżiljenza u s-sovranità teknoloġika tal-Ewropa f'networks u f'servizzi intelliġenti futuri billi ssaħħaħ l-aspetti pożittivi attwali tal-industrija u billi testendi l-kamp ta' applikazzjoni mill-konnettività tal-5G għall-katina tal-valur strateġika usa' inkluż il-forniment ta' servizzi bbażati fuq il-cloud kif ukoll il-komponenti u l-apparati; |
Emenda 422
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tallinja l-pjanijiet direzzjonali strateġiċi ta' firxa usa' ta' atturi industrijali, li jinkludu mhux biss l-industrija tat-telekomunikazzjoni, iżda wkoll atturi mill-Internet tal-Oġġetti, il-cloud, kif ukoll il-komponenti u l-apparati; |
(b) tallinja l-pjanijiet direzzjonali strateġiċi ta' firxa usa' ta' atturi industrijali, li jinkludu mhux biss l-industrija tat-telekomunikazzjoni, iżda wkoll atturi mill-Internet tal-Oġġetti, il-cloud, l-SMEs u n-negozji ġodda fl-istess qasam, kif ukoll il-komponenti u l-apparati; |
Emenda 423
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tavvanza l-eċċellenza teknoloġika u xjentifika Ewropea sabiex tappoġġa t-tmexxija Ewropea fit-tiswir u fil-ħakma ta' sistemi tas-6G sal-2030; |
(c) tavvanza l-eċċellenza teknoloġika u xjentifika Ewropea sabiex tappoġġa t-tmexxija Ewropea fit-tiswir u fil-ħakma ta' sistemi tas-6G sal-2030, kif ukoll teknoloġiji ta' komunikazzjoni ġodda rilevanti oħra; |
Emenda 424
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) issaħħaħ il-varar tal-infrastrutturi diġitali u l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali fis-swieq Ewropej u b'mod partikolari billi tiżgura mekkaniżmu ta' koordinazzjoni strateġika għall-qasam Diġitali tal-FNE2 kif ukoll sinerġiji fi ħdan il-FNE2, u mad-DEP u ma' InvestEU bħala parti mill-ambitu u mill-governanza tal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti; |
(d) issaħħaħ il-varar tal-infrastrutturi diġitali u l-adozzjoni ta' prodotti u teknoloġiji diġitali fis-swieq Ewropej u b'mod partikolari billi tiżgura mekkaniżmu ta' koordinazzjoni strateġika għall-qasam Diġitali tal-FNE2 kif ukoll sinerġiji fi ħdan il-FNE2, u mad-DEP u ma' InvestEU bħala parti mill-ambitu u mill-governanza tal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti; |
Emenda 425
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) tiffaċilita l-innovazzjoni diġitali, sal-2030, billi tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq u r-rekwiżiti tal-politika pubblika Ewropej, inklużi r-rekwiżiti l-aktar eżiġenti tal-industriji vertikali, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-soċjetà f'oqsma li jinkludu s-sigurtà, l-effiċjenza enerġetika u l-kampijiet elettromanjetiċi; |
(f) tiffaċilita l-innovazzjoni diġitali, sal-2030, billi tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq u r-rekwiżiti tal-politika pubblika Ewropej, inklużi r-rekwiżiti l-aktar eżiġenti tal-industriji vertikali, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-soċjetà f'oqsma li jinkludu s-sikurezza, is-sigurtà, l-effiċjenza enerġetika u l-kampijiet elettromanjetiċi; |
Emenda 426
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) tippromwovi l-iżvilupp tal-ogħla standards tal-innovazzjoni tas-6G b'mod ġust, trasparenti u miftuħ; |
Emenda 427
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ga) tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kumpass Diġitali tal-2030, b'mod partikolari dawk li jirreferu għall-konnettività, is-servizzi tal-cloud u l-ispeċjalisti tal-ICT; |
Emenda 428
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(gb) tikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-distakk fil-konnettività li għadu jaffettwa liż-żoni periferiċi Ewropej bħall-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll żoni skarsament popolati u rurali. |
Emenda 429
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tiffaċilita l-iżvilupp ta' teknoloġiji li kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' komunikazzjoni avvanzati filwaqt li tappoġġa l-eċċellenza Ewropea f'teknoloġiji u f'arkitetturi tan-networks u tas-servizzi intelliġenti u l-evoluzzjoni tagħhom lejn is-6G, inklużi pożizzjonijiet Ewropej b'saħħithom dwar l-istandards, il-privattivi essenzjali, u l-identifikazzjoni ta' rekwiżiti ewlenin, bħall-baned ta' spettru meħtieġa għal teknoloġiji avvanzati tan-networks intelliġenti tal-futur; |
(a) tiffaċilita l-iżvilupp ta' teknoloġiji li kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' komunikazzjoni avvanzati filwaqt li tappoġġa l-eċċellenza Ewropea f'teknoloġiji u f'arkitetturi tan-networks u tas-servizzi intelliġenti u l-evoluzzjoni tagħhom lejn is-6G, kif ukoll teknoloġiji tal-komunikazzjoni rilevanti ġodda, inklużi pożizzjonijiet Ewropej b'saħħithom dwar l-istandards, il-privattivi essenzjali, u l-identifikazzjoni ta' rekwiżiti ewlenin, bħall-baned ta' spettru meħtieġa għal teknoloġiji avvanzati tan-networks intelliġenti tal-futur; |
Emenda 430
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) issaħħaħ il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-katina tal-valur globali ta' networks u ta' servizzi intelliġenti billi toħloq massa kritika ta' atturi pubbliċi u privati, b'mod partikolari billi żżid il-kontribuzzjoni mill-atturi tas-software u tal-Internet tal-Oġġetti, tingrana inizjattivi nazzjonali u tappoġġa l-feġġa ta' atturi ġodda; |
(e) issaħħaħ il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs, fil-katina tal-valur globali ta' networks u ta' servizzi intelliġenti billi toħloq massa kritika ta' atturi pubbliċi u privati, b'mod partikolari billi żżid il-kontribuzzjoni mill-atturi tas-software u tal-Internet tal-Oġġetti, tingrana inizjattivi nazzjonali u tappoġġa l-feġġa ta' atturi ġodda; |
Emenda 431
Proposta għal regolament
Artikolu 159 – paragrafu 2 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) tappoġġa l-allinjament mar-rekwiżiti etiċi u ta' sigurtà, tinkludihom fl-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u tipprovdi kontribut għall-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni kif xieraq. |
(f) tappoġġa l-allinjament mar-rekwiżiti etiċi u ta' sigurtà, b'mod partikolari l-privatezza u s-sigurtà skont id-disinn, tinkludihom fl-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni u tipprovdi kontribut għall-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni kif xieraq. |
Emenda 432
Proposta għal regolament
Artikolu 160 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tikkontribwixxi għall-programmi ta' ħidma ta' programmi oħrajn tal-Unjoni, bħall-qasam Diġitali tal-FNE2, id-DEP u InvestEU li qed jimplimentaw attivitajiet fil-qasam ta' networks u ta' servizzi intelliġenti; |
(a) tikkontribwixxi, meta tintalab tagħmel dan, għall-programmi ta' ħidma ta' programmi oħrajn tal-Unjoni, bħall-qasam Diġitali tal-FNE2, id-DEP u InvestEU li qed jimplimentaw attivitajiet fil-qasam ta' networks u ta' servizzi intelliġenti; |
Emenda 433
Proposta għal regolament
Artikolu 160 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tikkoordina inizjattivi pilota u ta' varar tal-Unjoni fil-qasam tan-networks u tas-servizzi intelliġenti, bħal kurituri pan-Ewropej tal-5G għal mobilità konnessa u awtomatizzata fil-qasam Diġitali tal-FNE2, f'kollegament mal-Kummissjoni u mal-korpi ta' finanzjament rilevanti kompetenti; |
(b) tiffaċilita inizjattivi pilota u ta' varar tal-Unjoni fil-qasam tan-networks u tas-servizzi intelliġenti, bħal kurituri pan-Ewropej tal-5G għal mobilità konnessa u awtomatizzata fil-qasam Diġitali tal-FNE2, f'kollegament mal-Kummissjoni u mal-korpi ta' finanzjament rilevanti kompetenti; |
Emenda 434
Proposta għal regolament
Artikolu 160 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) tiżviluppa u tikkoordina l-aġendi ta' varar strateġiku għall-kurituri tal-5G pan-Ewropej għall-mobilità konnessa u awtomatizzata bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati. Dawk l-aġendi għandhom ikunu dokumenti ta' programmazzjoni li jkopru d-durata tal-qasam Diġitali tal-FNE2 billi jiddefinixxu viżjoni komuni għall-iżvilupp ta' ekosistemi attivati mill-5G u r-rekwiżiti sottostanti tan-networks u tas-servizzi, u jidentifikaw l-objettivi u l-pjanijiet direzzjonali tal-varar kif ukoll il-mudelli ta' kooperazzjoni potenzjali. |
(d) tiżviluppa u tipprovdi feedback għall-aġendi ta' varar strateġiku għall-kurituri tal-5G pan-Ewropej għall-mobilità konnessa u awtomatizzata bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati. Dawk l-aġendi għandhom ikunu dokumenti ta' programmazzjoni indikattivi li jkopru d-durata tal-qasam Diġitali tal-FNE2 billi jiddefinixxu viżjoni komuni għall-iżvilupp ta' ekosistemi attivati mill-5G u r-rekwiżiti sottostanti tan-networks u tas-servizzi, u jidentifikaw l-objettivi u l-pjanijiet direzzjonali tal-varar kif ukoll il-mudelli ta' kooperazzjoni potenzjali. |
Emenda 435
Proposta għal regolament
Artikolu 161 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-Assoċjazzjoni tal-Infrastruttura tal-5G, man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti permezz ta' ittra ta' impenn. |
(b) l-Assoċjazzjoni tal-Infrastruttura tal-5G, man-notifika tad-deċiżjoni tagħha li taderixxi mingħajr kundizzjonijiet mal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti permezz ta' ittra ta' impenn, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-membri, b'mod partikolari l-SMEs, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u f'liġi rilevanti oħra tal-Unjoni. |
Emenda 436
Proposta għal regolament
Artikolu 164 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) attivitajiet spin-off ta' riċerka u ta' żvilupp; |
(a) attivitajiet spin-off ta' riċerka u ta' żvilupp, inkluż fuq software u teknoloġiji b'sors miftuħ; |
Emenda 437
Proposta għal regolament
Artikolu 164 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) kontribuzzjonijiet għall-istandardizzazzjoni; |
(b) kontribuzzjonijiet għall-istandardizzazzjoni, inkluż għal standards miftuħa; |
Emenda 438
Proposta għal regolament
Artikolu 164 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet tal-Assoċjazzjoni tal-Infrastruttura tal-5G u kwalunkwe grupp jew assoċjazzjoni oħra ta' partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti, mhux iffinanzjati minn xi għotja mill-Unjoni; |
(e) kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u varar tal-Assoċjazzjoni tal-Infrastruttura tal-5G u kwalunkwe grupp jew assoċjazzjoni oħra ta' partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti, mhux iffinanzjati minn xi għotja mill-Unjoni; |
Emenda 439
Proposta għal regolament
Artikolu 164 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) attivitajiet sabiex tiġi żviluppata l-ekosistema inkluż il-bini ta' kooperazzjoni mal-vertikali; |
(f) attivitajiet sabiex tiġi żviluppata l-ekosistema inkluż il-bini ta' teknoloġiji u networks ta' komunikazzjoni miftuħa, interoperabbli u kooperattivi u kooperazzjoni mal-vertikali; |
Emenda 440
Proposta għal regolament
Artikolu 164 – paragrafu 1 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) attivitajiet ta' disseminazzjoni globali ta' riżultati sabiex jinkiseb kunsens dwar teknoloġiji appoġġati bħala tħejjija ta' standards futuri; |
(g) attivitajiet ta' disseminazzjoni globali ta' riżultati sabiex jinkiseb kunsens dwar teknoloġiji appoġġati bħala tħejjija ta' standards futuri, inkluż permezz tal-katina tal-valur; |
Emenda 441
Proposta għal regolament
Artikolu 165 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) il-Bord Konsultattiv Xjentifiku. |
Emenda 442
Proposta għal regolament
Artikolu 168 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jadotta aġendi strateġiċi ta' varar u, jekk xieraq, jemendahom matul id-durata tal-programm tal-qasam Diġitali tal-FNE2; |
(a) jadotta l-aġendi strateġiċi ta' varar tal-impriża konġunta u, jekk xieraq, jemendahom matul id-durata tal-programm tal-qasam Diġitali tal-FNE2; |
Emenda 443
Proposta għal regolament
Artikolu 168 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-gwida koordinata eżistenti u futura tal-Istati Membri jitqiesu fl-attivitajiet kollha tal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti; |
(b) jiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-gwida koordinata eżistenti u futura tal-Istati Membri jiġu implimentati kif xieraq u jitqiesu wkoll fl-attivitajiet kollha tal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti; |
Emenda 444
Proposta għal regolament
Artikolu 168 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jippromwovi sinerġiji u komplementaritajiet bejn is-setturi diġitali, tat-trasport u tal-enerġija tal-FNE2 permezz tal-identifikazzjoni ta' oqsma ta' intervent u l-kontribut għall-programmi ta' ħidma, kif ukoll sinerġiji u komplementarjetajiet mal-programmi rilevanti l-oħrajn tal-Unjoni. |
(c) jippromwovi sinerġiji u komplementaritajiet bejn is-setturi diġitali, tat-trasport u tal-enerġija tal-FNE2 permezz tal-identifikazzjoni ta' oqsma ta' intervent u l-kontribut possibbli għall-programmi ta' ħidma, kif ukoll sinerġiji u komplementarjetajiet mal-programmi rilevanti l-oħrajn tal-Unjoni. |
Emenda 445
Proposta għal regolament
Artikolu 169a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 169a |
|
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku |
|
1. L-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti għandha tistabbilixxi Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti msemmi fl-Artikoli 19 u 165 sabiex tfittex parir xjentifiku minn esperti akkademiċi indipendenti ta' livell għoli. |
|
2. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti ma għandux ikollu aktar minn 15-il membru permanenti u għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sentejn. |
|
3. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti jista' jagħti pariri fuq talba tal-Bord ta' Tmexxija u ta' korpi oħrajn tal-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti, jew fuq inizjattiva tiegħu stess. |
Emenda 446
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-attivitajiet tal-impriżi konġunti għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ kontinwu u għal rieżamijiet perjodiċi f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-ogħla impatt, eċċellenza xjentifika u l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. L-eżiti tal-monitoraġġ u tar-rieżamijiet perjodiċi għandhom jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tas-sħubijiet Ewropej u tal-evalwazzjonijiet tal-Impriżi Konġunti bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa. |
1. L-attivitajiet tal-impriżi konġunti għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ kontinwu u għal rieżamijiet perjodiċi f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-ogħla impatt, eċċellenza xjentifika, valur miżjud soċjetali u l-aktar użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi. L-eżiti tal-monitoraġġ u tar-rieżamijiet perjodiċi għandhom jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tas-sħubijiet Ewropej u tal-evalwazzjonijiet tal-Impriżi Konġunti bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa. Tali monitoraġġ u rieżamijiet għandhom iżidu l-piż amministrattiv tal-Impriżi Konġunti jew dak tal-benefiċjarji tagħha. |
Emenda 447
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jorganizzaw monitoraġġ kontinwu tal-attivitajiet ta' ġestjoni tagħhom u rieżamijiet perjodiċi tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti tal-proġetti tagħhom implimentati f'konformità mal-[Artikolu 45] u mal-[Anness III] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Dak il-monitoraġġ għandu jinkludi: |
2. Jenħtieġ li l-impriżi konġunti jorganizzaw monitoraġġ kontinwu tal-attivitajiet tal-ġestjoni u tal-implimentazzjoni u rieżamijiet perjodiċi tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti tal-proġetti tagħhom implimentati f'konformità mal-[Artikolu 45] u mal-[Annessi III u V] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Dak il-monitoraġġ għandu jsir disponibbli għall-pubbliku b'mod konċiż fuq is-sit web rispettiv ta' kull impriża konġunta fil-ħin u għandu jinkludi: |
Emenda 448
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) informazzjoni dwar il-livell ta' integrazzjoni tax-xjenzi soċjali u tal-istudji umanistiċi, il-proporzjon bejn il-livelli aktar baxxi u ogħla ta' Tħejjija Teknoloġika fir-riċerka kollaborattiva, il-progress fit-twessigħ tal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi, il-kompożizzjoni ġeografika tal-konsorzji fi proġetti kollaborattivi, l-użu ta' proċedura ta' sottomissjoni u ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji, il-miżuri mmirati sabiex jiffaċilitaw ir-rabtiet kollaborattivi fir-riċerka u fl-innovazzjoni Ewropej, l-użu tar-rieżami tal-evalwazzjoni u l-għadd u t-tipi ta' lmenti, il-livell tal-integrazzjoni tal-klima u n-nefqiet relatati, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, il-parteċipazzjoni tas-settur privat, il-parteċipazzjoni tal-ġeneri f'azzjonijiet iffinanzjati, il-gruppi ta' evalwazzjoni, il-bordijiet u l-gruppi konsultattivi, ir-rata ta' kofinanzjament, il-finanzjament komplementari u kumulattiv minn fondi oħrajn tal-Unjoni, iż-żmien għall-għotja, il-livell ta' kooperazzjoni internazzjonali, l-involviment taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili; |
(b) informazzjoni dwar il-livell ta' integrazzjoni tax-xjenzi soċjali u tal-istudji umanistiċi, il-proporzjon bejn il-livelli aktar baxxi u ogħla ta' Tħejjija Teknoloġika fir-riċerka kollaborattiva, il-progress fit-twessigħ tal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi, il-kompożizzjoni ġeografika tal-konsorzji fi proġetti kollaborattivi, l-użu ta' proċedura ta' sottomissjoni u ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji, il-miżuri mmirati sabiex jiffaċilitaw ir-rabtiet kollaborattivi fir-riċerka u fl-innovazzjoni Ewropej, l-użu tar-rieżami tal-evalwazzjoni u l-għadd u t-tipi ta' lmenti, il-livell tal-integrazzjoni tal-klima u n-nefqiet relatati, il-parteċipazzjoni tal-SMEs, il-parteċipazzjoni tas-settur privat, l-integrazzjoni tad-dimensjoni tal-ġeneru fil-kontenut ta' azzjonijiet iffinanzjati kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-ġeneri f'azzjonijiet iffinanzjati, il-gruppi ta' evalwazzjoni, il-bordijiet u l-gruppi konsultattivi, ir-rata ta' kofinanzjament, il-finanzjament komplementari u kumulattiv minn fondi oħrajn tal-Unjoni, iż-żmien għall-għotja, il-livell ta' kooperazzjoni internazzjonali, l-involviment taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u prattiki b'aċċess miftuħ; |
Emenda 449
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) il-miżuri biex jiġu attirati parteċipanti ġodda u biex jiġu estiżi n-networks kollaborattivi; |
Emenda 450
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) effetti ta' ingranaġġ kwantitattivi u kwalitattivi, b'mod partikolari l-livell ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura impenjati u fil-fatt ipprovduti kemm fir-rigward ta' attivitajiet operazzjonali kif ukoll dawk addizzjonali. |
Emenda 451
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-impriżi konġunti għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet interim u finali ġenerali ta' Orizzont Ewropa u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet relatat dwar Orizzont Ewropa, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u għall-innovazzjoni, imsemmija fl-[Artikolu 47] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. |
3. L-evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-impriżi konġunti għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet interim u finali ġenerali ta' Orizzont Ewropa u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet relatat dwar Orizzont Ewropa, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u għall-innovazzjoni, imsemmija fl-[Artikolu 47] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. Tali evalwazzjonijiet ma għandhomx jikkawżaw piż amministrattiv addizzjonali la lill-Impriża Konġunta u lanqas lill-benefiċjarji tagħha. |
Emenda 452
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim u finali ta' kull Impriża Konġunta li tikkontribwixxi għall-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa, kif speċifikat fl-[Artikolu 47] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif kull impriża konġunta tissodisfa l-missjoni u l-objettivi tagħha, tkopri l-attivitajiet kollha tal-impriża konġunta u tevalwa l-valur miżjud Ewropew, l-effettività, l-effiċjenza tal-impriża konġunta kkonċernata, inklużi l-aċċess miftuħ u t-trasparenza tagħha, ir-rilevanza tal-attivitajiet segwiti u l-koerenza u l-komplementarjetà tagħhom mal-politiki reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, inklużi sinerġiji ma' partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, bħal missjonijiet, raggruppamenti jew programmi tematiċi jew speċifiċi. L-evalwazzjonijiet għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali u għandhom jinkludu wkoll, fejn rilevanti, valutazzjoni tal-impatti xjentifiċi, soċjetali, ekonomiċi u teknoloġiċi fit-tul tal-inizjattivi msemmija fil-paragrafi (3) sa (9) tal-Artikolu 174. L-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll, fejn rilevanti, valutazzjoni tal-aktar mod effettiv ta' intervent permezz ta' politika għal kwalunkwe azzjoni futura, kif ukoll ir-rilevanza u l-koerenza ta' kwalunkwe tiġdid possibbli ta' kull impriża konġunta minħabba l-prijoritajiet tal-politika ġenerali u l-kuntest ta' appoġġ għar-riċerka u għall-innovazzjoni, inkluża l-pożizzjoni tagħha kontra inizjattivi oħra appoġġati permezz tal-Programm Qafas, b'mod partikolari sħubijiet jew missjonijiet Ewropej. L-evalwazzjonijiet għandhom iqisu wkoll il-pjan ta' eliminazzjoni gradwali adottat mill-Bord ta' Tmexxija f'konformità mal-Artikolu 16(2)(y). |
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq u tippubblika evalwazzjoni interim u finali ta' kull Impriża Konġunta li tikkontribwixxi għall-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa, kif speċifikat fl-[Artikolu 47] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif kull impriża konġunta tissodisfa l-missjoni u l-objettivi tagħha, tkopri l-attivitajiet kollha tal-impriża konġunta u tevalwa l-valur miżjud Ewropew, l-effettività, l-effiċjenza tal-impriża konġunta kkonċernata, inklużi l-aċċess miftuħ u t-trasparenza tagħha, ir-rilevanza tal-attivitajiet segwiti fir-rigward tal-politiki u l-għanijiet globali tal-UE kif ukoll il-kontribut għal ħtiġijiet u benefiċċji soċjetali, u l-koerenza u l-komplementarjetà tagħhom mal-politiki reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, inklużi sinerġiji ma' sħubijiet oħra u ma' partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, bħal missjonijiet, raggruppamenti jew programmi tematiċi jew speċifiċi. L-evalwazzjonijiet għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali u għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-impatti xjentifiċi, soċjetali, ekonomiċi u teknoloġiċi fit-tul tal-inizjattivi msemmija fil-paragrafi (3) sa (9) tal-Artikolu 174 u l-Anness V tal-Orizzont Ewropa [Regolament]. L-evalwazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll, fejn rilevanti, valutazzjoni tal-aktar mod effettiv ta' intervent permezz ta' politika għal kwalunkwe azzjoni futura, kif ukoll ir-rilevanza u l-koerenza ta' kwalunkwe tiġdid possibbli ta' kull impriża konġunta minħabba l-prijoritajiet tal-politika ġenerali u l-kuntest ta' appoġġ għar-riċerka u għall-innovazzjoni, inkluża l-pożizzjoni tagħha kontra inizjattivi oħra appoġġati permezz tal-Programm Qafas, b'mod partikolari sħubijiet jew missjonijiet Ewropej. L-evalwazzjonijiet għandhom iqisu wkoll il-pjan ta' eliminazzjoni gradwali adottat mill-Bord ta' Tmexxija f'konformità mal-Artikolu 16(2)(y). |
Emenda 453
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-Kummissjoni tista' twettaq aktar evalwazzjonijiet ta' temi jew ta' suġġetti ta' rilevanza strateġika, bl-assistenza ta' esperti indipendenti esterni magħżula fuq il-bażi ta' proċess trasparenti, sabiex teżamina l-progress li jkun sar minn impriża konġunta fl-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika l-aħjar prattiki. Billi twettaq dawk l-evalwazzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt amministrattiv fuq l-impriża konġunta kkonċernata. |
6. Il-Kummissjoni tista' twettaq aktar evalwazzjonijiet ta' temi jew ta' suġġetti ta' rilevanza strateġika, bl-assistenza ta' esperti indipendenti esterni magħżula fuq il-bażi ta' sejħa miftuħa u trasparenti għal espressjonijiet ta' interess, sabiex teżamina l-progress li jkun sar minn impriża konġunta fl-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika l-aħjar prattiki. Billi twettaq dawk l-evalwazzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt amministrattiv fuq l-impriża konġunta kkonċernata, u għandha tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas il-piż amministrattiv u tiżgura li l-proċess ta' evalwazzjoni jinżamm sempliċi u kompletament trasparenti. Kwalunkwe evalwazzjoni fil-qasam għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni soda tal-għażliet politiċi mill-perspettiva tal-governanza, inkluż b'mod partikolari l-possibbiltà li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa biex jiġi żgurat li l-interessi pubbliċi jiġu debitament irrispettati fl-operazzjonijiet kollha. |
Emenda 454
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Ir-rapportar għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' rapportar standard ta' Orizzont Ewropa. L-iżvilupp tas-sistemi ta' rapportar fil-kuntest tal-proċess ta' koordinazzjoni strateġika għandu jinvolvi wkoll lill-Istati Membri u lir-rappreżentanti tas-sħubijiet sabiex jiġu żgurati s-sinkronizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-isforzi ta' rapportar u monitoraġġ, inkluż fuq il-qsim tal-kompiti ta' ġbir u ta' rapportar tad-data. |
Emenda 455
Proposta għal regolament
Artikolu 171 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impriżi konġunti, li għandhom jinkludu konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa msemmija fl-[Artikolu 47] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. |
9. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u tikkomunika r-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-impriżi konġunti, li għandhom jinkludu konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta' Orizzont Ewropa msemmija fl-[Artikolu 47] tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa. |
Emenda 456
Proposta għal regolament
Artikolu 171a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 171a |
|
Obbligu ta' rendikont għaċ-ċittadini Ewropej |
|
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' pubbliċità stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-informazzjoni inkorporata fir-rapport annwali konsolidat tal-attività tal-impriżi konġunti kif ukoll fir-rapportar f'konformità mal-Artikolu 171 għandha tkun disponibbli pubblikament online għall-pubbliku ġenerali permezz ta' għodod faċli għall-utent, inklużi infografiki u sistemi ta' traċċar tal-infiq. |
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Il-Pilastru II ta' Orizzont Ewropa huwa magħmul mis-Sħubijiet Ewropej ġodda. Xi wħud mill-impriżi konġunti (JUs) jibnu fuq inizjattivi li kienu jeżistu qabel, filwaqt li oħrajn huma ġodda. Flimkien, dawn huma maħsuba biex iħaffu t-tranżizzjoni lejn Ewropa ekoloġika, newtrali għall-klima u diġitali, u biex jagħmlu l-Industrija Ewropea aktar reżiljenti u kompetittiva.
L-UE se tipprovdi kważi EUR 10 biljun ta' finanzjament li s-sħab se jikkomplementaw b'ammont ekwivalenti ta' investiment. Din il-kontribuzzjoni kkombinata hija mistennija li timmobilizza investimenti addizzjonali b'appoġġ tat-tranżizzjoni, filwaqt li toħloq impatti pożittivi fit-tul fuq l-impjiegi, l-ambjent u s-soċjetà.
Filwaqt li dawn is-sħubijiet iservu għan komuni billi jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-UE, ir-raggruppament ta' tant bosta osqma differenti f'Att Bażiku Uniku (SBA) joħloq sfidi addizzjonali għal-leġiżlaturi.
Prinċipji
Dan ir-rapport huwa mmexxi minn sitt objettivi ewlenin għad-disa' Sħubijiet Ewropej koperti mill-SBA: il-ftuħ, it-trasparenza u l-inklużività; l-aġilità, il-flessibbiltà u l-attraenza; is-simplifikazzjoni; ir-rabta msaħħa ma' riċerka eċċellenti fundamentali; is-sinerġiji u l-allinjament; il-komunikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-viżibbiltà mtejba. L-intenzjoni ewlenija tar-rapporteur hija li tagħti lill-SBA sett ċar u koerenti ta' prijoritajiet, filwaqt li tagħti attenzjoni lir-rekwiżiti speċifiċi ta' kull sħubija individwali.
Miżuri ewlenin
1) Il-ftuħ, it-trasparenza u l-inklużività
- l-iżgurar ta' ftuħ u trasparenza se jwassal għal inklużività u rispett akbar għall-bilanċ bejn il-ġeneri; il-JUs għandhom jiżviluppaw miżuri biex jattiraw parteċipanti ġodda u jespandu n-networks kollaborattivi;
- is-sejħiet għal proposti u offerti jridu jkomplu jkunu miftuħa, trasparenti u inklużivi fl-implimentazzjoni kollha tal-pjan ta' ħidma; hemm il-ħtieġa li dawn il-karatteristiċi jiġu bbilanċjati mal-perspettiva sistemika u f'każijiet debitament iġġustifikati li l-Bord ta' Tmexxija jorjenta l-ħtiġijiet tal-proġetti, filwaqt li jiżgura li l-atturi ewlenin ikunu inklużi fil-konsorzji tal-proġetti;
- meta jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, il-JUs għandhom jeżaminaw lill-Istati Membri u lir-reġjuni kollha, iqisu d-diversità tal-ġeneru u dik ġeografika sabiex jiġu identifikati l-eċċellenza u l-atturi li jistgħu jimplimentaw il-programm ta' ħidma;
- iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-SMEs u n-negozji ġodda jeħtieġ li jiġu involuti fit-tfassil ta' soluzzjonijiet għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-JUs.
2) L-aġilità, il-flessibbiltà u l-attraenza
- il-JUs kollha għandhom ikunu aġli u jkunu kapaċi jadattaw għall-ħtiġijiet tas-soċjetajiet tagħna; jeħtieġ li jirrispondu għall-isfidi ta' politika b'mod sempliċi u flessibbli, filwaqt li jkollhom stabbilit sett ta' regoli ċari li jtejbu l-attraenza għall-partijiet ikkonċernati kollha; il-flessibbiltà għandha tkun applikabbli għall-funzjonijiet amministrattivi, u l-JUs ma għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu uffiċċju komuni; l-isfurzar ta' razzjonalizzazzjoni minn fuq għal isfel jista' ma jwassalx għall-objettivi mixtieqa ta' simplifikazzjoni;
- ir-rati ta' finanzjament ma għandhomx jitnaqqsu sakemm ma jkunx assolutament meħtieġ;
- is-sħubija ġdida ta' pajjiż terz ma għandhiex twassal għal piż addizzjonali għall-membri fundaturi u assoċjati tal-JU; għandu jkun hemm mekkaniżmu biex jiġi żgurat li meta r-riżorsi minn pajjiżi terzi jsiru disponibbli permezz ta' ftehim ta' assoċjazzjoni ma' Orizzont Ewropa, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun tista' tiżdied matul is-snin - permezz ta' allokazzjonijiet u aġġustamenti minn qabel addizzjonali, li jirriżultaw ukoll minn multi tal-kompetizzjoni u diżimpenji, ladarba dawn isiru disponibbli;
- Il-JUs għandhom ikunu jistgħu jaħdmu b'mod effettiv u għandu jkollhom il-mezzi biex ilaħħqu mal-kamp ta' applikazzjoni akbar tal-attivitajiet; għal dan il-għan, ir-reklutaġġi jridu jirriflettu l-għadd u l-gradi li huma meħtieġa biex il-persunal iwettaq dmirijietu kif suppost;
3) Simplifikazzjoni
- il-governanza tal-JUs għandha tkun ibbażata fuq regoli li jtejbu l-effiċjenza u jiżguraw simplifikazzjoni amministrattiva massima; il-proċess ta' evalwazzjoni għandu jkun kompletament trasparenti, jinżamm sempliċi filwaqt li tiġi żgurata s-sinkronizzazzjoni tal-proċeduri ta' rapportar u monitoraġġ;
- is-simplifikazzjoni u l-prattiċità għandhom ikunu l-prinċipji li jixprunaw il-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mill-Istati Parteċipanti, li għandhom jafdaw lill-JU bl-evalwazzjoni tal-proposti, filwaqt li jinżamm dritt ta' veto fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tagħha stess;
- il-proporzjon ta' kostijiet amministrattivi għall-baġit totali ta' kull JU għandu jkun ta' valur komparabbli fil-JUs kollha.
4) Ir-rabta msaħħa ma' riċerka eċċellenti fundamentali
- is-sħubijiet Ewropej kollha jridu jiggarantixxu l-libertà tar-riċerka xjentifika u li fl-attivitajiet kollha tagħhom jiġu promossi l-ogħla standards ta' integrità xjentifika; l-etika hija dimensjoni kruċjali fl-innovazzjoni u din trid tiġi minquxa f'dan ir-regolament;
- il-JUs kollha għandhom iżidu l-għarfien tagħhom u jimplimentaw approċċ aktar integrat u sistematiku fl-oqsma ta' riċerka rispettivi tagħhom; komplementarjetà u sinerġiji akbar ma' programmi ta' ħidma ta' riċerka kollaborattiva u anke mal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jkunu ta' benefiċċju għall-pipeline tal-innovazzjoni u jippromwovu applikazzjonijiet intersettorjali kemm upstream kif ukoll downstream;
- il-JUs għandhom jippromwovu u jippremjaw l-eċċellenza xjentifika u jiżguraw li s-sejbiet tax-xjenza u tar-riċerka fundamentali tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku jitqiesu fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom;
5) Is-sinerġiji u l-allinjament
- sabiex jiġi żgurat li s-sinerġiji jiġu implimentati b'mod sistematiku fil-politiki, il-programmi u l-istrumenti differenti kollha, il-Kummissjoni hija mitluba tiżviluppa linji gwida sempliċi u konkreti biex tistabbilixxi t-tipi differenti ta' mekkaniżmi sinerġiċi (jiġifieri t-trasferiment tar-riżorsi, il-finanzjament alternattiv, il-finanzjament kumulattiv u l-finanzjament integrat);
- id-diversità tar-regoli, l-objettivi u l-proċeduri bejn il-fondi, il-programmi u l-politiki differenti fil-livell Ewropew, nazzjonali u saħansitra reġjonali tirrikjedi li l-JUs ikunu responsabbli biex jiżviluppaw sinerġiji u komplementarjetajiet mal-inizjattivi Ewropej u jkollhom il-mandat xieraq biex jiżviluppawhom anke ma' programmi nazzjonali, pjanijiet ta' rkupru u istituzzjonijiet finanzjarji;
- il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-FEMSA, mill-FAEŻR, u mill-Faċilità ta' Rkupru u Reżiljenza jistgħu jiġu integrati fil-kontribuzzjoni magħmula mill-Istat parteċipanti lil JU;
- jista' jkun jeħtieġ li l-JUs differenti jistabbilixxu sinerġiji speċifiċi ma' aktar prijoritajiet settorjali:
l-Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva għandha tikkollabora b'mod integrat mal-inizjattivi Ewropej kollha għal mard rari, iżda għandhom jiġu identifikati u stabbiliti sinerġiji ġeneriċi mal-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) u mal-Programm l-UE għas-Saħħa
l-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif għandha tiġi involuta fl-attivitajiet internazzjonali kollha relatati mal-iżvilupp tal-idroġenu u għandha tkun ċentrali fl-iżvilupp ta' kwalunkwe alleanza industrijali ulterjuri bil-għan li tippermetti ekonomija tal-idroġenu, lil hinn minn involviment sistematiku fil-Forum Strateġiku għal Proġetti Importanti ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEI);
l-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 għandha tistabbilixxi rabtiet b'saħħithom ma' inizjattivi implimentati permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp filwaqt li tikkollabora fil-bini tal-kapaċitajiet, tikkondividi l-faċilitajiet u l-infrastrutturi ma' azzjonijiet appoġġati mill-istrument NDICI fl-Afrika.
6) Il-komunikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-viżibbiltà mtejba
- il-JUs għandhom jinvolvu ruħhom f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni u attivitajiet li jippromwovu l-edukazzjoni u d-disseminazzjoni; dawn għandhom jagħmlu sforzi biex jiżguraw li l-pubbliku jkun informat b'mod f'waqtu;
- il-JUs għandhom jikkontribwixxu biex inaqqsu d-diskrepanza fil-ħiliet fost id-dixxiplini sabiex tingħata spinta lill-kompetittività fl-Ewropa; Dawn għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri u jżidu l-livell tal-ħiliet u tal-esperjenza madwar l-Unjoni fost l-istudenti, l-akkademiċi u l-esperti, filwaqt li jħeġġu l-iżvilupp ta' gradi u programmi edukattivi universitarji speċifiċi fl-oqsma differenti;
- il-JUs huma strumentali biex jattiraw u jżommu t-talent, u b'hekk inaqqsu l-eżodu ta' mħuħ filwaqt li jiżguraw moviment ibbilanċjat ta' riċerkaturi u għarfien espert speċjalizzat.
7) Miżuri speċifiċi
a. Kamp ta' applikazzjoni u baġit imsaħħa għall-Avjazzjoni Nadifa
- huwa propost li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Avjazzjoni Nadifa tiżdied minn EUR 1.7 biljun għal EUR 2.5 biljun, peress li aktar minn qatt qabel l-avjazzjoni nadifa u sostenibbli hija element vitali għas-suċċess tal-Ewropa;
- l-approvazzjoni għal parteċipanti ġodda stabbiliti f'pajjiż assoċjat mal-Programm Orizzont Ewropa, għandha tkun soġġetta għaż-żieda proporzjonata tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni;
- għandu jiġi osservat bilanċ ġust ibbażat fuq il-finanzjament riċevut u l-kontribuzzjoni in natura impenjata;
b. Kamp ta' applikazzjoni u baġit imsaħħa għal Saħħa Globali
- huwa propost li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lis-Saħħa Globali EDCTP3 tiżdied minn EUR 0.8 biljun għal EUR 1 biljun, sabiex ikun hemm reazzjoni għaż-żieda fil-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet proposti mill-Kummissjoni;
- l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji tas-saħħa ġodda jew imtejba jridu jkunu bi prezzijiet raġonevoli, aċċessibbli u adatti speċjalment f'ambjenti bi ftit riżorsi;
- il-proporzjon ta' proġetti bi tmexxija Afrikana għandu jiżdied maż-żmien;
- il-kumitat xjentifiku u l-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandhom ikunu rrappreżentati minn rappreżentanti bbilanċjati mill-aspett ġeografiku, mill-aspett tematiku u bejn il-ġeneri u għandhom jinkludu għarfien espert Afrikan;
c. Miżuri speċifiċi għall-Inizjattiva għal Saħħa Innovattiva
- il-JU jeħtiġilha żżomm approċċ iffokat fuq il-pazjenti, billi tiżgura l-involviment xieraq ta' gruppi ta' pazjenti u gruppi ta' interess pubbliku oħra rilevanti minn madwar l-Unjoni; l-affordabbiltà għandha tkun prinċipju ta' gwida;
- il-parir xjentifiku għandu jiġi msaħħaħ u r-rapport jipproponi li jinħoloq korp konsultattiv xjentifiku ġdid; il-Bord għall-Innovazzjoni għandu jiġi assistit minn Bord Konsultattiv Xjentifiku Indipendenti li jkun magħmul minn tmien rappreżentanti indipendenti, li jipprovdu kontribut dwar il-prijoritajiet xjentifiċi, strateġiċi u teknoloġiċi, suġġerimenti biex ikunu jistgħu jinħolqu sinerġiji konkreti, jagħtu pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar strateġiji biex tiġi promossa l-eċċellenza xjentifika;
d. Kontribut dwar xi teknoloġiji emerġenti
- il-JUs għandhom jikkontribwixxu għall-isfidi u l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u r-rapport jindirizza l-ħtieġa li tiġi intensifikata l-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet billi jintużaw teknoloġiji ta' emissjonijiet negattivi ((BECCS, BECCU, jew CCS/U tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku), b'mod partikolari fl-attivitajiet tal-JU Idroġenu Nadif u dik Ċirkolari b'Bażi Bijoloġika;
- il-JU Networks u Servizzi Intelliġenti għandha tappoġġa l-bini tal-ekosistema tal-Unjoni għall-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-5G u tas-6G, l-applikazzjoni u s-servizzi, u r-rapport jenfasizza l-importanza ta' standards globali tas-6G li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kostijiet, joħolqu ktajjen tal-provvista diġitali effiċjenti u jtejbu l-innovazzjoni.
ITTRA TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
Is-Sur Cristian-Silviu BUŞOI
President
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
BRUSSELL
Suġġett: Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa (2021/0048(NLE))
Għażiż Sur Busoi,
Il-Kunsill talab l-opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa (2021/0048(NLE)). Il-Kumitat tiegħek huwa responsabbli għal dan il-fajl fil-Parlament. Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jemmen li din il-proposta biex jiġu stabbiliti l-Impriżi Konġunti hija waħda importanti ħafna. Sfortunatament, minħabba restrizzjonijiet ta' ħin, ma stajniex nippreżentaw opinjoni sħiħa lill-Kumitat tiegħek. Għalhekk, skont l-Artikolu 56 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ddeċieda li jressaq opinjoni lill-Kumitat tiegħek fil-forma ta' din l-ittra.
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jixtieq jagħmel ir-rimarki li ġejjin:
Ifakkar fl-importanza li għandhom is-sħubijiet Ewropej fil-kisba tal-objettivi strateġiċi tal-Kummissjoni, jiġifieri t-tħaffif tat-tranżizzjoni lejn Ewropa ekoloġika, newtrali għall-klima u diġitali, filwaqt li joħolqu impjiegi u jsaħħu r-reżiljenza u l-kompetittività tal-industriji Ewropej u b'mod partikolari tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) tagħhom.
Jissottolinja li l-impriżi konġunti għandhom ikollhom mandat u linji gwida operattivi biex jimplimentaw sinerġiji ma' programmi ta' ħidma ta' riċerka kollaborattiva u għandhom jiġu ffinanzjati b'baġit xieraq li jkun adatt għall-objettivi tagħhom.
Ifakkar li l-impriżi konġunti għandhom jiġu implimentati permezz ta' struttura u regoli li jtejbu l-effiċjenza u l-flessibbiltà u li jiżguraw l-aktar simplifikazzjoni amministrattiva possibbli għall-benefiċjarji u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuqhom, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza baġitarja u l-iffrankar tal-kostijiet.
Ifakkar fl-importanza tas-sħubijiet Ewropej fl-ixprunar tal-iżvilupp ta' politika sostenibbli tal-UE fil-qasam tat-turiżmu, fejn il-mobbiltà u l-konnettività intelliġenti u sostenibbli jiżvolġu rwol essenzjali;
Ifakkar fl-importanza li tiġi esplorata l-possibilità li tinħoloq sħubija Ewropea għas-settur marittimu biex jiġu appoġġati l-objettivi strateġiċi tal-Kummissjoni;
Jappella għal leġiżlazzjoni sekondarja li tintroduċi regoli effiċjenti u armonizzati għall-kontribuzzjonijiet in natura, l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
Jilqa' l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa, li se tibni fuq l-esperjenza miksuba mill-Impriżi Konġunti "Clean Sky" u "Clean Sky 2" u li tiġbor flimkien aktar minn 900 parteċipant mill-industrija, l-SMEs, ir-riċerka u l-akkademja għall-kisba tal-aħjar riżultati innovattivi. Ifakkar fl-importanza li jitħaffu l-iżvilupp u l-varar tal-katina tal-valur Ewropea għat-teknoloġiji tal-idroġenu nadif u t-teknoloġiji elettriċi ibridi u elettriċi, li jikkontribwixxu għal sistema tal-enerġija sostenibbli, dekarbonizzata u kompletament integrata. Jinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) biex jiġi żgurat skambju bikri ta' għarfien dwar it-teknoloġiji ġodda żviluppati; jitlob li jkun hemm kontribut pubbliku xierqa fil-livelli tal-impenji privati.
Jilqa' l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea, li se tibni fuq ir-riżultati pożittivi tal-ħidma ta' Shift2Rail biex tħaffef l-iżvilupp u l-varar ta' teknoloġiji innovattivi fis-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u dawk intermodali bil-għan li tinħoloq sistema ferrovjarja tal-UE aktar attraenti, diġitali, sostenibbli u affordabbli; jilqa' wkoll l-approċċ il-ġdid tal-"Pilastru tas-Sistema" biex tiżdied il-produzzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka f'termini ta' industrijalizzazzjoni u standardizzazzjoni, u biex jiżdiedu l-benefiċċji tul il-katina tal-valur kollha. Jenfasizza li ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea għandha titlesta, billi jiġu eliminati l-ostakli għall-interoperabbiltà u jiġu pprovduti soluzzjonijiet għall-integrazzjoni sħiħa, li tkopri l-ġestjoni tat-traffiku, il-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura u s-servizzi, biex b'hekk tkun ibbażata fuq teknoloġiji innovattivi kemm ta' intrapriżi żgħar kif ukoll ta' intrapriżi kbar.
Jemmen li l-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea għandu jkollha wkoll l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
il-konverġenza tas-settur fuq kunċett operazzjonali u arkitettura tas-sistema uniċi, inklużi d-definizzjoni tas-servizzi, tal-blokok funzjonali u tal-interfaċċi, li jifformaw il-bażi tal-operazzjonijiet tas-sistema ferrovjarja;
il-provvediment tal-qafas ġenerali biex iwieġeb għat-talbiet tal-utenti għal mobbiltà ta' kwalità għolja u bieb bieb fl-ambitu ta' approċċ sistematiku integrat;
l-appoġġ tal-varar rapidu u wiesa' ta' sistemi avvanzati ta' ġestjoni u kontroll tat-traffiku, billi toffri funzjonalitajiet imtejba u interfaċċi standardizzati bbażati fuq kunċetti operattivi komuni, tiffaċilita l-migrazzjoni minn sistemi preeżistenti, tnaqqas l-ispejjeż globali, u tadattahom għall-ħtiġijiet tas-segmenti ferrovjarji differenti kif ukoll għall-ħtiġijiet ta' sistema ta' mobbiltà intelliġenti u multimodali. Bħal fis-sħubija preċedenti, fl-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea futura l-involviment tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) bħala l-awtorità tas-sistema għall-ERTMS huwa għalhekk essenzjali.
Jilqa' l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew 3, li se tibni fuq l-esperjenza tal-Impriża Konġunta SESAR u tkompli r-rwol ta' koordinazzjoni tagħha għar-riċerka dwar il-ġestjoni tat-traffiku fl-Unjoni biex tħaffef it-trasformazzjoni diġitali tal-infrastruttura tal-avjazzjoni, billi tiżvolġi wkoll rwol ċentrali fid-definizzjoni ta' qafas għall-integrazzjoni sikura u l-isfruttament sostenibbli tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (U-space). Jisħaq fuq l-għan intiż biex l-ispazju tal-ajru Ewropew isir ajru l-aktar sikur, effiċjenti u ekoloġiku fid-dinja, billi jiġu ottimizzati r-rotot u jkun hemm tnaqqis tal-emissjonijiet globali ta' mill-inqas 10 % f'konformità mal-miri tan-newtralità klimatika tal-UE mill-aktar fis possibbli u l-għan ta' appoġġ għall-kompetittività u l-irkupru tas-settur tal-avjazzjoni tal-Ewropa wara l-kriżi tal-COVID-19.
Nittama li din il-kontribuzzjoni tal-Kumitat TRAN, li hija appoġġata minn maġġoranza wiesgħa tal-gruppi politiċi, titqies b'mod favorevoli fir-Rapport.
Dejjem tiegħek,
((iffirmata)) [Karima Delli]
CC: Koordinament Leġiżlattiv
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa |
|||
Referenzi |
COM(2021)0087 – C9-0166/2021 – 2021/0048(NLE) |
|||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
6.5.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 17.5.2021 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
il-Kumitat BUDG 17.5.2021 |
il-Kumitat ENVI 17.5.2021 |
il-Kumitat TRAN 17.5.2021 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
il-Kumitat BUDG 4.3.2021 |
il-Kumitat ENVI 29.4.2021 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Maria da Graça Carvalho 4.1.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
26.5.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
15.7.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
65 1 6 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Carlo Calenda, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Martina Dlabajová, Christian Ehler, Valter Flego, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Nicolás González Casares, Bart Groothuis, Christophe Grudler, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Eva Kaili, Seán Kelly, Izabela-Helena Kloc, Zdzisław Krasnodębski, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Thierry Mariani, Marisa Matias, Eva Maydell, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Mikuláš Peksa, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Robert Roos, Massimiliano Salini, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Marek Paweł Balt, Damian Boeselager, Valérie Hayer, Othmar Karas, Jutta Paulus, Sandra Pereira |
|||
Data tat-tressiq |
22.7.2021 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
65 |
+ |
ECR |
Izabela-Helena Kloc, Zdzisław Krasnodębski, Robert Roos, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski, Evžen Tošenovský |
ID |
Paolo Borchia, Thierry Mariani, Joëlle Mélin, Isabella Tovaglieri |
NI |
Clara Ponsatí Obiols |
PPE |
François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Cristian-Silviu Buşoi, Maria da Graça Carvalho, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Othmar Karas, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss |
Renew |
Nicola Beer, Nicola Danti, Martina Dlabajová, Valter Flego, Claudia Gamon, Bart Groothuis, Christophe Grudler, Valérie Hayer, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen |
S&D |
Marek Paweł Balt, Carlo Calenda, Josianne Cutajar, Lina Gálvez Muñoz, Nicolás González Casares, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Eva Kaili, Miapetra Kumpula-Natri, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho |
Verts/ALE |
François Alfonsi, Damian Boeselager, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Jutta Paulus, Mikuláš Peksa, Marie Toussaint |
1 |
- |
The Left |
Sandra Pereira |
6 |
0 |
ECR |
Jessica Stegrud |
ID |
Markus Buchheit, Georg Mayer |
The Left |
Manuel Bompard, Marc Botenga, Marisa Matias |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni