RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

26.7.2021 - (05210/2021 – C9-0120/2021 – 2019/0044(NLE)) - ***

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Dominique Riquet

Proċedura : 2019/0044(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0251/2021
Testi mressqa :
A9-0251/2021
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(05210/2021 – C9-0120/2021 – 2019/0044(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05210/2021),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (15082/2019),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0120/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0251/2021),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.

 


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim bejn l-UE u l-Korea:

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa Ftehim Orizzontali dwar l-Avjazzjoni nnegozjat mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri tal-UE u r-Repubblika tal-Korea, insegwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi msejħa "Sema Miftuħ". Il-Ftehim jippermetti lil kwalunkwe linja tal-ajru tal-UE li ttir lejn ir-Repubblika tal-Korea minn kwalunkwe wieħed mit-tnejn u għoxrin Stat Membru tal-UE, li attwalment għandhom ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru mar-Repubblika tal-Korea. Minbarra l-opportunitajiet ta' rotot ġodda għat-trasportaturi tal-UE, il-ftehim huwa ta' benefiċċju għaż-żewġ naħat billi jġib ċertezza legali għall-operazzjonijiet kummerċjali u jiżgura approċċ nondiskriminatorju fil-konfront tal-linji tal-ajru li jtiru bejn iż-żewġ territorji rispettivi.

Il-proċedura:

Fil-5 ta' Ġunju 2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi rigward is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.  Il-ftehim mal-Korea ġie ffirmat fil-25 ta' Ġunju 2020 u, sabiex jiġi konkluż il-Ftehim, il-Kunsill għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, kif mitlub mill-Artikolu 218 tat-TFUE.

 

Skont l-Artikoli 105 u 114(5), (7) u (8) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, il-kumitat responsabbli (TRAN) għandu jressaq rakkomandazzjoni għall-approvazzjoni jew iċ-ċaħda tal-att propost. Il-Parlament imbagħad għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika, u ma tista' titressaq ebda emenda għall-Ftehim. L-emendi fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu s-sens tar-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur:

 

L-avjazzjoni ċivili hija settur strateġiku ewlieni fl-Unjoni Ewropea, li tipprovdi soluzzjonijiet ta' mobbiltà u impjiegi liċ-ċittadini Ewropej u hija wkoll vitali għas-settur tat-turiżmu Ewropew. Dan il-ftehim jissostitwixxi jew jikkomplementa l-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Korea, li għandu jkompli jtejjeb il-konnettività bejn l-Unjoni Ewropea u l-Asja, iżid il-kompetizzjoni u jipprovdi ċertezza legali għal-linji tal-ajru. Abbażi ta' dan kollu, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Referenzi

05210/2021 – C9-0120/2021 – 2019/0044(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

24.3.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

26.4.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Dominique Riquet

12.9.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Johan Danielsson, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Julie Lechanteux, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, João Pimenta Lopes, Rovana Plumb, Dominique Riquet, Dorien Rookmaker, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vera Tax, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Daly, Nicola Danti, Angel Dzhambazki, Tomasz Frankowski, Michael Gahler, Maria Grapini, Alessandra Moretti, Marianne Vind

Data tat-tressiq

26.7.2021

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ECR

Angel Dzhambazki, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

ID

Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Julie Lechanteux, Philippe

Olivier

NI

Mario Furore, Dorien Rookmaker

PPE

Magdalena Adamowicz, Gheorghe Falcă, Tomasz Frankowski, Michael Gahler, Elżbieta

Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de

Aguiar, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet

Vozemberg-Vrionidi

Renew

Izaskun Bilbao Barandica, Nicola Danti, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Johan Danielsson, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Alessandra Moretti, Rovana Plumb, Vera Tax, Marianne Vind, Petar Vitanov

The Left

Clare Daly, Kateřina Konečná

Verts/ALE

Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz

 

1

-

The Left

João Pimenta Lopes

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Settembru 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza